<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.21-20110601.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="ECRCJ2011MTA.0500337501.case.xml"><NO.CASE>C-434/09</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62009CC0434</NO.CELEX><NO.SEQ>0008.0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>I-3378</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>I-3392</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>15</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><LEFT>KONKLUŻJONIJIET KOKOTT — KAWŻA C-434/09</LEFT><RIGHT>MCCARTHY</RIGHT></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Kokott</HT></P><P>ippreżentati fil-<DATE ISO="20101125">25 ta’ Novembru 2010</DATE><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Ġermaniż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">I —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Tista’ persuna li jkollha ċ-ċittadinanza ta’ żewġ Stati Membri tal-Unjoni Ewropea iżda li tkun għexet dejjem f’wieħed minnhom tinvoka d-dritt tal-Unjoni Ewropea fir-rigward ta’ dan l-Istat sabiex hemmhekk tikseb dritt ta’ residenza għaliha u, fuq kollox, għall-konjuġi tagħha? Din hija essenzjalment id-domanda li għandha tirrispondi l-Qorti tal-Ġustizzja f’din il-kawża.</TXT></NP><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>S. McCarthy għandha ċ-ċittadinanza Brittanika u ċ-ċittadinanza Irlandiża iżda għexet dejjem fl-Ingilterra<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Meta nuża l-espressjonijiet <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>ċittadinanza Brittanika<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/> u residenza <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>fl-Ingilterra<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>, qiegħda nuża, kemm hawnhekk u kemm iktar ’il quddiem, il-formulazzjoni użata fid-digriet tar-rinviju.</P></NOTE>. Hija stess għandha naturalment id-dritt li tirrisjedi fl-Ingilterra. Madankollu, dan ma huwiex il-każ fir-rigward tal-konjuġi tagħha, ta’ ċittadinanza Ġamajkana: skont id-dispożizzjonijiet nazzjonali tar-Renju Unit dwar l-immigrazzjoni, huwa ma għandux dritt jirrisjedi fir-Renju Unit. Sabiex tkun possibbli r-riunifikazzjoni tal-familja mal-konjuġi tagħha, S. McCarthy qiegħda tipprova, billi tinvoka ċ-ċittadinanza Irlandiża tagħha, tikseb għaliha stess dritt ta’ residenza fl-Ingilterra; b’hekk, indirettament, ikun jista’ jibbenefika l-konjuġi tagħha, li jkun jista’ jinvoka dritt ta’ residenza derivat taħt id-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>F’dan id-dawl, il-Qorti tal-Ġustizzja se jkollha tippreċiża kif għandu jinftiehem il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>benefiċjarju<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/> fis-sens tad-Direttiva 2004/38<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Direttiva 2004/38/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-<DATE ISO="20040429">29 ta’ April 2004</DATE>, dwar id-drittijiet taċ-ċittadini tal-Unjoni u tal-membri tal-familja tagħhom biex jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju tal-Istati Membri u li temenda r-Regolament (KEE) Nru 1612/68 u li tħassar id-Direttivi 64/221/KEE, 68/360/KEE, 72/194/KEE, 73/148/KEE, 75/34/KEE, 75/35/KEE, 90/364/KEE, 90/365/KEE u 93/96/KEE (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 5, Vol. 5, p. 46).</P></NOTE>. Barra minn hekk, il-Qorti tal-Ġustizzja hija mitluba tidentifika r-rekwiżiti li għandha tissodisfa r-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>residenza legali<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> li tikkostitwixxi l-kundizzjoni essenzjali għall-kisba ta’ dritt ta’ residenza permanenti fis-sens tad-direttiva msemmija.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">II —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>Minbarra l-Artikolu 21 TFUE, il-kuntest ġuridiku ta’ din il-kawża huwa stabbilit permezz tad-Direttiva 2004/38. Il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva huwa ddefinit kif ġej fil-Kapitolu I tagħha (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Disposizzjonijiet<?PAGE NO="I-3379"?> ġenerali<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/>), u b’mod iktar preċiż fl-Artikolu 3, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>Benefiċjarji<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="021.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Din id-Direttiva għandha tapplika għaċ-ċittadini kollha ta’ l-Unjoni li jiċċaqilqu jew li jgħixu fi Stat Membru għajr iċ-ċittadini ta’ l-istess Stat Membru, u għall-membri tal-familja tagħhom kif imfissra fil-punt 2 ta’ l-Artikolu 2 li jakkumpanjawhom jew li jingħaqdu magħhom.</ALINEA></PARAG><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>Fil-Kapitolu IV tad-Direttiva 2004/38, l-Artikolu 16 jistabbilixxi regoli ġenerali dwar l-akkwist tad-dritt ta’ residenza permanenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="016.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Iċ-ċittadin ta’ l-Unjoni li għex legalment għal perjodu kontinwu ta’ ħames snin fl-Istat Membru ospitanti għandu d-dritt ta’ residenza permanenti hemmhekk. [...]</ALINEA></PARAG><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>Flimkien mal-Artikolu 16, ta’ min wieħed isemmi l-premessa 17 tad-Direttiva 2004/38:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>It-tgawdija ta’ residenza permanenti miċ-ċittadini ta’ l-Unjoni li għażlu li jittrasferixxu ruħhom għal perjodu indeterminat fl-Istat Membru ospitanti għandha ssaħħaħ is-sens ta’ ċittadinanza ta’ l-Unjoni u hi element prinċipali fil-promozzjoni tal-koeżjoni soċjali, li hi waħda mill-għanijiet fondamentali ta’ l-Unjoni. Għandu għalhekk jiġi stabbilit dritt ta’ residenza permanenti għaċ-ċittadini kollha ta’ l-Unjoni u għall-membri tal-familja tagħhom li għixu fl-Istat Membru ospitanti għal perjodu kontinwu ta’ ħames snin skond il-kondizzjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva u mingħajr ma jkunu suġġetti għal miżura ta’ tkeċċija.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></P></CONSID></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>7.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, fost id-dispożizzjonijiet finali tal-Kapitolu VII tad-Direttiva 2004/38, ta’ min wieħed isemmi l-Artikolu 37, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Disposizzjonijiet nazzjonali aktar favorevoli<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, li jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>Id-disposizzjonijiet ta’ din id-Direttiva m’għandhomx jolqtu xi liġijiet, regoli jew disposizzjonijiet amministrattivi stabbiliti minn Stat Membru li jistgħu jkunu aktar favorevoli għall-persuni koperti minn din id-Direttiva.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">III —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti u l-proċedura</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>8.</NO.P><TXT>S. McCarthy għandha ċ-ċittadinanza Brittanika sa mit-twelid tagħha fir-Renju Unit. Hija għexet dejjem fl-Ingilterra, fejn, skont id-dritt nazzjonali, ir-residenza tagħha kienet dejjem legali.</TXT></NP><NP><NO.P>9.</NO.P><TXT>Fl-Ingilterra, S. McCarthy tirċievi benefiċċji soċjali. Hija ma ssostnix li hija jew kienet persuna impjegata jew persuna li taħdem għal rasha, jew inkella li kellha riżorsi<?PAGE NO="I-3380"?> għall-ħtiġijiet tal-għajxien tagħha fis-sens tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>10.</NO.P><TXT>Fil-<DATE ISO="20021115">15 ta’ Novembru 2002</DATE>, S. McCarthy żżewġet lil George McCarthy, ta’ ċittadinanza Ġamajkana. Skont id-dispożizzjonijiet tad-dritt nazzjonali dwar l-immigrazzjoni, G. McCarthy ma għandux dritt jirrisjedi fir-Renju Unit, lanqas bħala konjuġi ta’ persuna li hija stabbilita hemmhekk b’mod permanenti<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Skont l-indikazzjonijiet mogħtija mir-rappreżentant <HT TYPE="ITALIC">ad litem</HT> ta’ S. McCarthy matul is-seduta quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, din is-sitwazzjoni tirriżulta mill-fatt li G. McCarthy kien inizjalment daħal fir-Renju Unit bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/>visitor<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>11.</NO.P><TXT>Minbarra ċ-ċittadinanza Brittanika tagħha, S. McCarthy għandha ċ-ċittadinanza Irlandiża. Wara ż-żwieġ tagħha, hija applikat għal passaport Irlandiż, ħaġa li hija qatt ma kienet għamlet qabel. L-applikazzjoni tagħha ntlaqgħet minħabba li ommha kienet twieldet fl-Irlanda.</TXT></NP><NP><NO.P>12.</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20040723">23 ta’ Lulju 2004</DATE>, S. McCarthy ressqet, bħala ċittadina tal-Unjoni, applikazzjoni għal permessi ta’ residenza taħt id-dritt tal-Unjoni quddiem is-Secretary of State for the Home Department<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P>Ministru tal-Intern tar-Renju Unit.</P></NOTE>. G. McCarthy wkoll ressaq applikazjoni f’dan is-sens bħala konjuġi ta’ din iċ-ċittadina tal-Unjoni. Iż-żewġ applikazzjonijiet ġew miċħuda permezz ta’ deċiżjoni tas-<DATE ISO="20041206">6 ta’ Diċembru 2004</DATE>. Bħala motivazzjoni għal din id-deċiżjoni ġie indikat li S. McCarthy ma kinitx persuna li tissodisfa l-kundizzjonijiet legali, jiġifieri, essenzjalment, ma kinitx persuna impjegata, persuna li taħdem għal rasha jew persuna li għandha riżorsi għall-ħtiġijiet tal-għajxien tagħha, u li, għaldaqstant, G. McCarthy lanqas ma seta’ jitqies bħala l-konjuġi ta’ persuna li tissodisfa l-kundizzjonijiet legali.</TXT></NP><NP><NO.P>13.</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20041213">13 ta’ Diċembru 2004</DATE>, S. McCarthy ressqet rikors kontra d-deċiżjoni tas-<DATE ISO="20041206">6 ta’ Diċembru 2004</DATE>. Fis-<DATE ISO="20060907">7 ta’ Settembru 2006</DATE>, ir-rikors tagħha ġie rrinvijat quddiem l-Asylum and Immigration Tribunal<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Qorti tal-ażil u tal-immigrazzjoni.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>14.</NO.P><TXT>G. McCarthy ma ressaqx rikors kontra d-deċiżjoni ta’ ċaħda tas-<DATE ISO="20041206">6 ta’ Diċembru 2004</DATE> sa fejn kienet tikkonċernah iżda, fis-<DATE ISO="20061016">16 ta’ Ottubru 2006</DATE>, ressaq applikazzjoni ġdida għal permess ta’ residenza bħala konjuġi ta’ S. McCarthy. Din it-tieni talba ġiet miċħuda wkoll permezz ta’ deċiżjoni tal-<DATE ISO="20070504">4 ta’ Mejju 2007</DATE>, deċiżjoni li kontriha G. McCarthy ressaq rikors quddiem l-Asylum and Immigration Tribunal.</TXT></NP><NP><NO.P>15.</NO.P><TXT>L-Asylum and Immigration Tribunal issospenda l-għoti ta’ deċiżjoni dwar ir-rikors ta’ G. McCarthy sal-għoti ta’ deċiżjoni definittiva fir-rigward tar-rikors ta’ S. McCarthy.</TXT></NP><NP><NO.P>16.</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20061017">17 ta’ Ottubru 2006</DATE>, l-Asylum and Immigration Tribunal, kompost minn imħallef wieħed, ċaħad ir-rikors ta’ S. McCarthy. Madankollu, fit-<DATE ISO="20070213">13 ta’ Frar 2007</DATE>, il-High Court of Justice (England and Wales) ordnat lit-Tribunal sabiex jeżamina mill-ġdid<?PAGE NO="I-3381"?> ir-rikors ta’ S. McCarthy. It-Tribunal għamel dan l-eżami mill-ġdid fis-<DATE ISO="20070816">16 ta’ Awwissu 2007</DATE> iżda żamm id-deċiżjoni ta’ ċaħda tiegħu. It-talbiet ta’ S. McCarthy lanqas ma ntlaqgħu fl-appell quddiem il-Court of Appeal of England and Wales (Civil Division)<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Qorti tal-appell għall-Ingilterra u Wales (Taqsima tad-Dritt Ċivili).</P></NOTE>; l-appell tagħha ġie miċħud fil-<DATE ISO="20080611">11 ta’ Ġunju 2008</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>17.</NO.P><TXT>Wara li S. McCarthy ppreżentat rikors ieħor, il-kwistjoni fil-kawża prinċipali tinsab pendenti quddiem is-Supreme Court of the United Kingdom (li qabel kienet il-House of Lords), il-qorti tar-rinviju<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Ir-rikors tqies ammissibbli fit-<DATE ISO="20081113">13 ta’ Novembru 2008</DATE> minn dik li kienet għadha l-House of Lords. Madankollu, minħabba l-Liġi dwar ir-riforma Kostituzzjonali tal-2005 (Constitutional Reform Act 2005), f’Ottubru 2008, il-kompetenzi tal-House of Lords bħala istanza ġudizzjarja għaddew lis-Supreme Court of the United Kingdom, li kienet għadha kemm inħolqot.</P></NOTE>.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">IV —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">It-talba għal deċiżjoni preliminari u l-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>18.</NO.P><TXT>Permezz ta’ ittra tat-<DATE ISO="20091102">2 ta’ Novembru 2009</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fil-<DATE ISO="20091105">5 ta’ Novembru 2009</DATE>, il-qorti tar-rinviju għamlet lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari segwenti<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Id-deċiżjoni li jsiru dawn id-domandi kienet laħqet ittieħdet mill-House of Lords. Madankollu, kien ir-Registrar of the Supreme Court of the United Kingdom (ir-Reġistratur tal-Qorti Suprema tar-Renju Unit) li bagħathom. Barra minn hekk, il-fatt li fuq it-talba għal deċiżjoni preliminari hemm indikat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Draft Reference<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/> (Abbozz ta’ talba għal deċiżjoni preliminari) ma jipprekludix l-ammissibbiltà tagħha. Fil-fatt, mill-ittra mibgħuta magħha f’Novembru 2009, jirriżulta li s-Supreme Court uffiċjalment ressqet it-talba għal deċiżjoni preliminari quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.</P></NOTE>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>1)</NO.P><TXT>Persuna li għandha ċittadinanza doppja, Irlandiża u Brittanika, u li ilha ħajjitha kollha residenti fir-Renju Unit, hija <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>benefiċjarj[a]<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="2019" ID="QE0015"/> fis-sens tal-Artikolu 3 tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2004/38/KE?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>Tali persuna tkun <QUOT.START CODE="2018" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>għex[et] legalment<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="2019" ID="QE0016"/> fl-Istat Membru ospitanti fis-sens tal-Artikolu 16 tad-Direttiva, f’ċirkustanzi fejn ma setgħetx tissodisfa r-rekwiżiti tal-Artikolu 7 tad-Direttiva 2004/38/KE?<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>19.</NO.P><TXT>Matul il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja, S. McCarthy, id-Danimarka, l-Irlanda, l-Estonja, il-Pajjiżi l-Baxxi u r-Renju Unit, kif ukoll il-Kummissjoni Ewropea, ippreżentaw osservazzjonijiet bil-miktub. S. McCarthy, id-Danimarka u l-Irlanda, kif ukoll il-Kummissjoni, ipparteċipaw fis-seduta tat-<DATE ISO="20101028">28 ta’ Ottubru 2010</DATE>.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">V —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Evalwazzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>20.</NO.P><TXT>Mal-ewwel daqqa ta’ għajn, jista’ jidher stramb li ċittadina tal-Unjoni tinvoka d-dritt tal-Unjoni fil-konfront tal-awtoritajiet tal-Istat Membru ta’ oriġini tagħha sabiex tikseb hemmhekk dritt ta’ residenza. Fil-fatt, ma hemm ebda dubju li din iċ-ċittadina<?PAGE NO="I-3382"?> tal-Unjoni għandha diġà dritt ta’ residenza li ma jistax jiġi suġġett għal restrizzjonijiet<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Kif ikkonstatat il-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenza tal-<DATE ISO="19741204">4 ta’ Diċembru 1974</DATE>, van Duyn (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="41/74" PAGE.ECR="1337" YEAR="1974">41/74, Ġabra p. 1337</REF.DOC.ECR>, punt 22), prinċipju tad-dritt internazzjonali <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>jipprekludi lil Stat milli jirrifjuta liċ-ċittadini nazzjonali tiegħu d-dritt li jkollhom aċċess għat-territorju tiegħu u li jirrisjedu hemmhekk<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>; ara, barra minn hekk, is-sentenzi tas-<DATE ISO="19920707">7 ta’ Lulju 1992</DATE>, Singh (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-370/90" PAGE.ECR="I-4265" YEAR="1992">C-370/90, Ġabra p. I-4265</REF.DOC.ECR>, punt 22) u tal-<DATE ISO="20071211">11 ta’ Diċembru 2007</DATE>, Eind (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-291/05" PAGE.ECR="I-10719" YEAR="2007">C-291/05, Ġabra p. I-10719</REF.DOC.ECR>, punt 31), kif ukoll l-Artikolu 3 tal-Protokoll Nru 4 tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, li seta’ jiġi ffirmat fi Strasbourg sa mis-16 ta’ Settembru 963 u li daħal fis-seħħ fit-<DATE ISO="19680502">2 ta’ Mejju 1968</DATE> (STCE Nru 46).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>21.</NO.P><TXT>Madankollu, meta wieħed iħares lejn il-kawża iktar mill-qrib, jirriżulta li din ma tikkonċernax daqstant id-dritt ta’ residenza fl-Ingilterra ta’ S. McCarthy iżda tikkonċerna pjuttost id-dritt ta’ residenza li jista’ jirriżulta, permezz tagħha, għall-konjuġi tagħha, li għandu ċ-ċittadinanza ta’ Stat terz. Għalhekk, fl-aħħar mill-aħħar, din hija kwistjoni ta’ riunifikazzjoni tal-familja li tista’ timmaterjalizza permezz tad-dritt tal-Unjoni sa fejn id-dritt nazzjonali tar-Renju Unit ma jippermettihiex<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Din kienet ukoll ir-raġuni għaliex ġew sospiżi l-proċeduri fir-rigward tar-rikors ta’ G. McCarthy dwar id-dritt ta’ residenza tiegħu (ara l-punt 15, iktar ’il fuq, ta’ dawn il-konklużjonijiet).</P></NOTE>. Dan ġie ppreċiżat diversi drabi matul is-seduta quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP><NP><NO.P>22.</NO.P><TXT>Minkejja dan, huwa dubjuż kemm id-dritt tal-Unjoni jista’ jkun applikabbli <HT TYPE="ITALIC">ratione materiae</HT> f’dan il-każ, u dan sa fejn S. McCarthy qatt ma użat id-dritt ta’ moviment liberu tagħha, kif jirriżulta mill-Artikolu 21(1) TFUE, mill-Artikolu 45 TFUE, mill-Artikolu 49 TFUE u mill-Artikolu 56 TFUE<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Li qabel kienu l-Artikolu 18(1) KE, l-Artikolu 39 KE, l-Artikolu 43 KE u l-Artikolu 49 KE.</P></NOTE> u li jinsab affermat fl-Artikolu 45(1) tal-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Il-Karta tad-Drittijiet Fundamentali tal-Unjoni Ewropea kienet inizjalment ipproklamata b’mod solenni fis-<DATE ISO="20001207">7 ta’ Diċembru 2000</DATE> f’Nice (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="364" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2000">ĠU C 364, p. 1</REF.DOC.OJ>), u mbagħad għal darba oħra fit-<DATE ISO="20071212">12 ta’ Diċembru 2007</DATE> fi Strasbourg (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="303" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2007">ĠU C 303, p. 1</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>. L-uniku fattur ta’ konnessjoni immaġinabbli mad-dritt tal-Unjoni huwa ċ-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>ċittadinanza doppja<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/> ta’ S. McCarthy li, minbarra ċ-ċittadinanza Brittanika għandha wkoll iċ-ċittadinanza Irlandiża.</TXT></NP><NP><NO.P>23.</NO.P><TXT>Filwaqt li S. McCarthy tqis li ċ-ċittadinanza doppja tagħha tikkostitwixxi fattur ta’ konnessjoni suffiċjenti mad-dritt tal-Unjoni, il-gvernijiet kollha li pparteċipaw fil-kawża, kif ukoll il-Kummissjoni, huma tal-fehma opposta.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A —</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>benefiċjarju<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> fis-sens tad-Direttiva 2004/38 (l-ewwel domanda preliminari)</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>24.</NO.P><TXT>Meta tagħmel l-ewwel domanda preliminari, il-qorti tar-rinviju tixtieq tkun taf kif għandha tinterpreta l-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>benefiċjaru<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/> fis-sens tal-Artikolu 3 tad-Direttiva 2004/38. Essenzjalment, għandu jiġi eżaminat jekk persuna li għandha ċ-ċittadinanza ta’ żewġ Stati Membri tal-Unjoni Ewropea iżda li għexet dejjem f’wieħed minn dawn l-Istati, tistax tinvoka d-Direttiva 2004/38 fir-rigward ta’ dan l-Istat sabiex hemmhekk tikseb dritt ta’ residenza għaliha stess u, indirettament għall-konjuġi tagħha.</TXT></NP><?PAGE NO="I-3383"?><NP><NO.P>25.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-formulazzjoni tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2004/38, ir-risposta li għandha tingħata għal din id-domanda hija fin-negattiv. Skont din id-dispożizzjoni, huwa benefiċjarju fis-sens ta’ din id-direttiva kull ċittadin tal-Unjoni li jiċċaqlaq jew jgħix fi Stat Membru differenti minn dak li tiegħu jkollu ċ-ċittadinanza. Għall-kuntrarju, mill-Artikolu 3(1) jirriżulta li d-Direttiva 2004/38 <HT TYPE="ITALIC">ma tapplikax</HT> għar-relazzjonijiet bejn ċittadin tal-Unjoni u l-Istat Membru li tiegħu jkollu ċ-ċittadinanza u fejn ikun dejjem għex.</TXT></NP><NP><NO.P>26.</NO.P><TXT>Din l-interpretazzjoni tkun ikkonfermata jekk wieħed jeżamina l-kuntest leġiżlattiv tal-Artikolu 3(1) tad-Direttiva 2004/38 u jekk wieħed jieħu inkunsiderazzjoni l-għan ta’ din id-direttiva.</TXT></NP><NP><NO.P>27.</NO.P><TXT>L-għan tad-Direttiva 2004/38 huwa li jiġi ffaċilitat il-<HT TYPE="ITALIC">moviment liberu</HT> taċ-ċittadini tal-Unjoni fit-territorju tal-Isati Membri. Huwa għalhekk li din id-direttiva ta’ spiss issemmi flimkien il-moviment liberu u r-residenza<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Artikolu 1(a), Artikolu 3(2) u Artikolu 5(4), kif ukoll il-premessi 3 u 22 tad-Direttiva 2004/38.</P></NOTE>; id-dispożizzjonijiet tagħha huma intiżi li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>jissimplifikaw u jsaħħu d-dritt ta’ moviment liberu u residenza taċ-ċittadini kollha ta’ l-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>Premessa 3 tad-Direttiva 2004/38; bl-istess mod, it-titolu tad-Direttiva 2004/38 u l-premessa 5 tagħha jitkellmu dwar id-dritt taċ-ċittadini tal-Unjoni li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>jiċċaqilqu u jgħixu liberament fit-territorju ta’ l-Istati Membri<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="201D" ID="QE0022"/>. Ara wkoll is-sentenzi tal-<DATE ISO="20080725">25 ta’ Lulju 2008</DATE>, Metock <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-127/08" PAGE.ECR="I-6241" YEAR="2008">C-127/08, Ġabra p. I-6241</REF.DOC.ECR>, punt 59); tat-<DATE ISO="20100223">23 ta’ Frar 2010</DATE>, Ibrahim (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-310/08" PAGE.ECR="I-1065" YEAR="2010">C-310/08, Ġabra p. I-1065</REF.DOC.ECR>, punt 49); tat-<DATE ISO="20100223">23 ta’ Frar 2010</DATE>, Teixeira (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-480/08" PAGE.ECR="I-1107" YEAR="2010">C-480/08, Ġabra p. I-1107</REF.DOC.ECR>, punt 60), kif ukoll tas-<DATE ISO="20101007">7 ta’ Ottubru 2010</DATE>, Lassal (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-162/09" PAGE.ECR="I-9217" YEAR="2010">C-162/09, Ġabra p. I-9217</REF.DOC.ECR>, punt 30).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>28.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-kuntest leġiżlattiv tal-Artikolu 3(1), għandu jiġi osservat li diversi dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/38 jitkellmu dwar id-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>dħul<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="201D" ID="QE0023"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Ara pereżempju l-Artikolu 3(2), l-Artikolu 5, l-Artikolu 8(2), l-Artikolu 15(2), l-Artikolu 27(3), l-Artikolu 29(2) u (3), u l-Artikolu 31(4), kif ukoll il-premessi 6 u 22 tad-Direttiva 2004/38.</P></NOTE> ta’ ċittadin, dwar ir-residenza tiegħu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>fit-territorju ta’ Stat Membru ieħor<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Artikolu 6(1) u Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2004/38; bl-istess mod, il-premessa 11 ta’ din id-direttiva titkellem dwar <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/>dritt fondamentali u personali ta’ residenza fi Stat Membru ieħor<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/>.</P></NOTE> jew dwar l-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>Istat Membru ospitanti<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Artikolu 2, Artikolu 3(2), Artikolu5(3), Artikolu 7, Artikolu 8, Artikoli 14 sa 18, Artikolu 22, Artikolu 24, Artikolu 28, Artikolu 29, Artikolu 31 u Artikolu 33, kif ukoll premessi 5, 6, 9, 10, 15, 16, 17, 18, 19, 21, 23 u 24 tad-Direttiva 2004/38.</P></NOTE>. L-Istat Membru ospitanti fis-sens tad-Direttiva 2004/38 huwa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/>l-Istat Membru li jmur fih ċittadin ta’ l-Unjoni sabiex jeżerċita d-dritt tiegħu ta’ moviment liberu u residenza<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Artikolu 2(3) tad-Direttiva 2004/38.</P></NOTE>. Kif juru dawn id-dispożizzjonijiet kollha, id-Direttiva 2004/38 tirregola s-sitwazzjoni legali ta’ ċittadin tal-Unjoni fi Stat Membru li ma jkollux iċ-ċittadinanza tiegħu u fejn ikun qiegħed jirrisjedi b’eżerċizzju tad-dritt ta’ moviment liberu tiegħu, f’ċerti każijiet saħansitra sa mit-twelid tiegħu<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Ara l-Artikolu 3(1) u l-premessa 24 tad-Direttiva 2004/38; f’dan is-sens ukoll ara s-sentenzi tad-<DATE ISO="20041019">19 ta’ Ottubru 2004</DATE>, Zhu u Chen (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-200/02" PAGE.ECR="I-9925" YEAR="2004">C-200/02, Ġabra p. I-9925</REF.DOC.ECR>, punt 19) u Teixeira (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 15, punt 45).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>29.</NO.P><TXT>Dan b’ebda mod ma jeskludi li d-Direttiva 2004/38 tista’ tapplika wkoll fil-pajjiż ta’ oriġini ta’ ċittadin tal-Unjoni meta jkun hemm fattur ta’ konnessjoni mad-dritt tal-Unjoni. B’hekk, skont ġurisprudenza stabbilita, ċittadin tal-Unjoni li jkun uża d-dritt ta’ moviment liberu tiegħu u jkun jixtieq imur lura fl-Istat Membru ta’ oriġini tiegħu jista’ jinvoka hemmhekk id-dritt<?PAGE NO="I-3384"?> tal-Unjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P>Sentenzi Singh (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 10, punti 19 sa 23) u Eind (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 10, punti 32 sa 36); fl-istess sens, ara s-sentenza tal-<DATE ISO="20020711">11 ta’ Lulju 2002</DATE>, Carpenter (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-60/00" PAGE.ECR="I-6279" YEAR="2002">C-60/00, Ġabra p. I-6279</REF.DOC.ECR>, b’mod partikolari l-punt 46).</P></NOTE>. Dan jgħodd ukoll, barra minn hekk, meta ċittadin tal-Unjoni jkun jixtieq jitlaq mill-Istat Membru ta’ oriġini tiegħu u jmur fi Stat Membru ieħor billi jeżerċita d-drittijiet ta’ moviment liberu mogħtija mid-dritt tal-Unjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Sentenza tal-<DATE ISO="20080710">10 ta’ Lulju 2008</DATE>, Jipa (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-33/07" PAGE.ECR="I-5157" YEAR="2008">C-33/07, Ġabra p. I-5157</REF.DOC.ECR>, b’mod partikolari l-punti 17 u 18).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>30.</NO.P><TXT>Ċittadina tal-Unjoni bħal S. McCarthy, li dejjem għexet fi Stat Membru li tiegħu hija għandha ċ-ċittadinanza u li qatt ma użat id-dritt ta’ moviment liberu tagħha ggarantit mid-dritt tal-Unjoni, ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2004/38, la fid-dawl tal-formulazzjoni tal-Artikolu 3(1) tagħha, la fid-dawl tal-għan ta’ din id-dispożizzjoni u lanqas fid-dawl tal-kuntest leġiżlattiv tagħha. Dan jgħodd ukoll għall-membri tal-familja ta’ S. McCarthy<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P>F’dan is-sens, ara s-sentenza tas-<DATE ISO="19821027">27 ta’ Ottubru 1982</DATE>, Morson u Jhanjan (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="35/82+36/82" PAGE.ECR="3723" YEAR="1982">35/82 u 36/82, Ġabra p. 3723</REF.DOC.ECR>, punti 11 sa 18).</P></NOTE>, sa fejn id-drittijiet ta’ dħul u ta’ residenza tagħhom, kif ukoll, b’mod iktar ġenerali, il-possibbiltajiet ta’ riunifikazzjoni tal-familja, ma humiex ibbażati fuq dritt speċifiku tagħhom għall-moviment liberu iżda huma dderivati mid-dritt ta’ moviment liberu taċ-ċittadina tal-Unjoni u huma intiżi għall-attwazzjoni ta’ dan id-dritt<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>F’dan is-sens, ara s-sentenza Eind (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 10, punt 23).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>31.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, ma jirriżulta xejn iktar mid-dritt ta’ moviment liberu taċ-ċittadini tal-Unjoni stabbilit mid-dritt primarju (Artikolu 21(1) TFUE u Artikolu 45(1) tal-Karta tad-drittijiet fundamentali tal-Unjoni Ewropea). Huwa minnu li d-dispożizzjonijiet tad-dritt derivat għandhom jiġu interpretati u applikati inkonformità mad-dritt primarju (pereżempju mal-libertajiet fundamentali ggarantiti mit-Trattati)<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Ara, pereżempju, is-sentenzi tas-<DATE ISO="20070626">26 ta’ Ġunju 2007</DATE>, Ordre des barreaux francophones et germanophone <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-305/05" PAGE.ECR="I-5305" YEAR="2007">C-305/05, Ġabra p. I-5305</REF.DOC.ECR>, punt 28); u tad-<DATE ISO="20091119">19 ta’ Novembru 2009</DATE>, Sturgeon <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-402/07+C-432/07" PAGE.ECR="I-10923" YEAR="2009">C-402/07 u C-432/07, Ġabra p. I-10923</REF.DOC.ECR>, punt 48).</P></NOTE>. Madankollu, fil-fehma tiegħi, id-Direttiva 2004/38 hija konformi mar-rekwiżiti tad-dritt primarju. B’mod partikolari, ma naħsibx li ċittadini tal-Unjoni jistgħu jinvokaw dritt ta’ residenza fil-konfront tal-Istat Membru li tiegħu huma jkollhom iċ-ċittadinanza anki fin-nuqqas ta’ kull element transkonfinali<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>L-Avukat Ġenerali Sharpston tressaq opinjoni kuntrarja fil-konklużjonijiet tagħha tat-<DATE ISO="20100930">30 ta’ Settembru 2010</DATE> fil-kawża Ruiz Zambrano (C-34/09 b’mod partikolari fil-punti 91 sa 97 u fl-ewwel sentenza tal-punt 122).</P></NOTE>, bħalma huwa l-każ ta’ S. McCarthy.</TXT></NP><NP><NO.P>32.</NO.P><TXT>Għad irid jiġi vverifikat jekk il-fatt li S. McCarthy għandha ċ-ċittadinanza ta’ żewġ Stati Membri tal-Unjoni, dik Brittanika u dik Irlandiża, jistax b’xi mod jibdel din il-konklużjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>33.</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward għandu jiġi osservat, l-ewwel nett, li huwa impossibbli li ċittadina tal-Unjoni li tkun tinsab fis-sitwazzjoni ta’ S. McCarthy tiġi mċaħħda mill-ewwel mill-possibbiltà li tinvoka t-tieni ċittadinanza<?PAGE NO="I-3385"?> tagħha, f’dan il-każ dik Irlandiża, billi jiġi indikat biss li din iċ-ċittadinanza ma hijiex effettiva. Huwa minnu li, f’dan il-każ, kollox jindika li ċ-ċittadinanza Brittanika ta’ S. McCarthy hija sostanzjalment iktar effettiva peress li din tal-aħħar dejjem għexet fl-Ingilterra u applikat għal passaport Irlandiż biss bl-iskop li tapplika għal permess ta’ residenza taħt id-dritt tal-Unjoni. Madankollu, kif enfasizzat il-Qorti tal-Ġustizzja, fi ħdan l-Unjoni Ewropea, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>Stat Membru ma jistax jillimita l-effetti ta’ l-għoti tan-nazzjonalità ta’ Stat Membru ieħor billi jeżiġi kundizzjoni addizzjonali għar-rikonoxximent ta’ din in-nazzjonalità fir-rigward ta’ l-eżerċizzju tal-libertajiet fundamentali previsti mit-Trattat<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P>Sentenzi tal-Qorti tal-Ġustizzja tas-<DATE ISO="19920707">7 ta’ Lulju 1992</DATE>, Micheletti <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-369/90" PAGE.ECR="I-4239" YEAR="1992">C-369/90, Ġabra p. I-4239</REF.DOC.ECR>, punt 10); Garcia Avello (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-148/02" PAGE.ECR="I-11613" YEAR="1992">C-148/02, Ġabra p. I-11613</REF.DOC.ECR>, punt 39), kif ukoll Zhu u Chen (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 20, punt 39).</P></NOTE>. Huwa għalhekk li, skont il-ġurisprudenza, ċittadinanza doppja jista’ verament ikollha importanza fir-rigward tal-evalwazzjoni tas-sitwazzjoni legali ta’ ċittadini tal-Unjoni fil-konfront tal-Istati Membri ta’ oriġini tagħhom<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Sentenza Garcia Avello (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 27, b’mod partikolari l-punti 32 sa 37). Is-sentenza Micheletti (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 27) tirreferi espliċitament ukoll għall-importanza taċ-ċittadinanza doppja fid-dritt tal-Unjoni fir-rigward, madankollu, ta’ Stat Membru li l-persuna kkonċernata ma jkollhiex iċ-ċittadinanza tiegħu.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>34.</NO.P><TXT>B’hekk, iċ-ċittadinanza doppja ta’ ċittadin tal-Unjoni tista’ teżiġi li ma jkunux osservati d-dispożizzjonijiet nazzjonali dwar id-determinazzjoni tal-isem ta’ wieħed mill-Istati Membri ta’ oriġini tiegħu<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P>Sentenza Garcia Avello (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 27, b’mod partikolari l-punti 36, 37 u 45).</P></NOTE>. Fil-fatt, l-isem huwa element essenzjali tal-identità ta’ persuna. Huwa għalhekk li kull ċittadin tal-Unjoni għandu jkollu l-isem li huwa juża legalment f’wieħed mill-Istati Membri rikonoxxut fl-Istati Membri l-oħra<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>F’dan is-sens, ara s-sentenza tal-<DATE ISO="20081014">14 ta’ Ottubru 2008</DATE>, Grunkin u Paul (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-353/06" PAGE.ECR="I-7639" YEAR="2008">C-353/06, Ġabra p. I-7639</REF.DOC.ECR>, b’mod partikolari l-punti 23 u 31).</P></NOTE>. Jekk jinħolqu dubji dwar l-identità taċ-ċittadin tal-Unjoni minħabba l-fatt li l-isem tiegħu jkun differenti, jew jinkiteb b’mod differenti, minn Stat Membru għall-ieħor, dan jista’ jikkawża inkonvenjenti serji ta’ natura privata jew professjonali għaċ-ċittadin ikkonċernat<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Sentenzi Garcia Avello (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 27, punt 36) u Grunkin-Paul (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 30, punti 23 sa 28 u 32); ara, bl-istess mod, is-sentenza tat-<DATE ISO="19930330">30 ta’ Marzu 1993</DATE>, Konstantinidis (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-168/91" PAGE.ECR="I-1191" YEAR="1993">C-168/91, Ġabra p. I-1191</REF.DOC.ECR>, punt 16).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>35.</NO.P><TXT>Madankollu, dak li jista’ jkun validu f’ċerti oqsma, bħad-dispożizzjonijiet dwar id-determinazzjoni tal-isem, ma jistax neċessarjament jiġi applikat għad-dritt ta’ residenza inkwistjoni f’din il-kawża u għall-possibbiltà ta’ riunifikazzjoni tal-familja marbuta ma’ dan id-dritt. Fil-fatt, f’dan il-qasam, huwa meħtieġ li s-sitwazzjoni ta’ ċittadin tal-Unjoni, fid-dawl taċ-ċittadinanza doppja tiegħu, tkun differenti b’mod rilevanti legalment minn dik ta’ ċittadini oħra tal-Unjoni li jkollhom iċ-ċittadinanza tal-Istat Membru ospitanti biss.</TXT></NP><NP><NO.P>36.</NO.P><TXT>L-elementi li jikkaratterizzaw sitwazzjonijiet differenti u għalhekk in-natura paragunabbli tagħhom għandhom, b’mod partikolari, jiġu ddeterminati u evalwati fid-dawl tas-suġġett u tal-għan tad-dispożizzjoni li tistabbilixxi d-distinzjoni inkwistjoni. Barra minn hekk, għandhom jittieħdu<?PAGE NO="I-3386"?> inkunsiderazzjoni l-prinċipji u l-għanijiet tal-qasam li fih tkun taqa’ d-dispożizzjoni inkwistjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P>Sentenza tas-<DATE ISO="20081216">16 ta’ Diċembru 2008</DATE>, Arcelor Atlantique u Lorraine <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-127/07" PAGE.ECR="I-9895" YEAR="2008">C-127/07, Ġabra p. I-9895</REF.DOC.ECR>, punt 26).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>37.</NO.P><TXT>Id-dritt ta’ residenza taċ-ċittadini tal-Unjoni, għalihom stess u għall-membri tal-familja tagħhom, huwa intiż li jiffaċilita l-moviment liberu tagħhom fit-territorju tal-Istati Membri<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>Sentenza Metock <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 15, punt 82); ara wkoll iktar ’il fuq (punt 27 ta’ dawn il-konklużjonijiet).</P></NOTE>. F’dan id-dawl, miċ-ċittadinanza doppja ta’ ċittadina tal-Unjoni bħal S. McCarthy ma tirriżulta ebda karatteristika partikolari. Mill-perspettiva tad-dritt ta’ residenza, hija tinsab fl-istess sitwazzjoni bħaċ-ċittadini Brittaniċi l-oħra kollha li dejjem għexu fl-Ingilterra u li qatt ma telqu mill-pajjiż ta’ oriġini tagħhom: hija ma tużax id-dritt ta’ moviment liberu tagħha<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P>Dan huwa l-punt li jiddistingwi din il-kawża mill-kawża Zhu u Chen (sentenza ċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 20), fejn iċ-ċittadina tal-Unjoni kkonċernata, Catherine Zhu, <HT TYPE="ITALIC">ma kellhiex</HT> iċ-ċittadinanza tal-Istat Membru ospitanti iżda kellha biss iċ-ċittadinanza ta’ Stat ieħor, u dan minkejja li kienet għexet fl-Istat Membru ospitanti sa mit-twelid tagħha <HT TYPE="ITALIC">b’mod li kienet qiegħda teżerċita d-dritt ta’ moviment liberu tagħha</HT> taħt l-Artikolu 21(1) TFUE [li qabel kien l-Artikolu 18(1) KE]. Bl-istess mod, din il-kawża hija differenti mill-kawża Eind (sentenza ċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 10) fejn iċ-ċittadin tal-Unjoni kkonċernat kellu ċ-ċittadinanza tal-Istat Membru ospitanti (il-Pajjiżi l-Baxxi) u kien sejjer lura f’dan l-Istat <HT TYPE="ITALIC">wara li kien eżerċita d-dritt ta’ moviment liberu tiegħu</HT>.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>38.</NO.P><TXT>Id-dritt ta’ moviment liberu ta’ ċittadina tal-Unjoni bħal S. McCarthy mhuwiex ostakolat<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P>Kif tenfasizza ġustament l-Irlanda, ma hemm xejn li jżomm lil S. McCarthy milli tistabbilixxi ruħha fi Stat Membru ieħor billi teżerċita d-dritt ta’ moviment liberu tagħha, pereżempju fl-Irlanda, fejn il-konjuġi tagħha jkun jista’ jissieħeb magħha bħala membru tal-familja tagħha.</P></NOTE> u din tal-aħħar ma hijiex il-vittma ta’ diskriminazzjoni meta mqabbla ma’ ċittadini Brittaniċi oħra li jinsabu f’sitwazzjoni paragunabbli. Il-fatt li, minbarra ċ-ċittadinanza Brittanika, hija għandha wkoll iċ-ċittadinanza Irlandiża ma jeħtieġx li jiġu applikati, fil-konfront tagħha u tal-membri tal-familja tagħha, id-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni dwar id-dritt ta’ dħul u residenza.</TXT></NP><NP><NO.P>39.</NO.P><TXT>Huwa minnu li, b’dan il-mod, tista’ tinħoloq sitwazzjoni fejn ċittadin tal-Unjoni li jkun uża d-dritt tiegħu ta’ moviment liberu jkun jista’, permezz tad-dritt tal-Unjoni, jinvoka, għall-membri tal-familja tiegħu li jkunu ġejjin minn Stati terzi, dispożizzjonijiet iktar favorevoli dwar id-dritt ta’ dħul u residenza minn ċittadin tal-Istat Membru ospitanti li dejjem għex fit-territorju tiegħu<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0036"><P>Ara, f’dan ir-rigward, is-sentenza Metock <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 15, punti 76 sa 78).</P></NOTE>. B’mod ġenerali, din il-problema hija deskritta bl-espressjoni <HT TYPE="ITALIC">diskriminazzjoni taċ-ċittadini nazzjonali</HT> jew hija magħrufa bħala <HT TYPE="ITALIC">diskriminazzjoni bil-kontra</HT>.</TXT></NP><NP><NO.P>40.</NO.P><TXT>Madankollu, skont ġurisprudenza stabbilita, din il-problema ma tikkonċernax id-dritt tal-Unjoni. Fil-fatt, il-fatt li, fir-rigward tad-dħul u tar-residenza tal-membri tal-familja tagħhom li jkunu ġejjin minn Stati terzi, iċ-ċittadini tal-Unjoni jistgħu jiġu ttrattati b’mod differenti, skont jekk kinux qabel użaw jew le id-dritt ta’ moviment liberu tagħhom, ma jaqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0037"><P>Sentenza Metock <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 15, punti 77 sa 78); fl-istess sens, ara l-ġurisprudenza stabbilita dwar il-libertajiet fundamentali ggarantiti mit-Trattati, pereżempju s-sentenza tal-<DATE ISO="20080401">1 ta’ April 2008</DATE>, Gouvernement de la Communauté française u Gouvernement wallon (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-212/06" PAGE.ECR="I-1683" YEAR="2008">C-212/06, Ġabra p. I-1683</REF.DOC.ECR>, punt 33).</P></NOTE>.</TXT></NP><?PAGE NO="I-3387"?><NP><NO.P>41.</NO.P><TXT>Huma minnu li xi drabi l-letteratura legali tikkunsidra li miċ-ċittadinanza tal-Unjoni għandha tinstilet projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni kontra ċ-ċittadini nazzjonali<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0038"><P>K.-D. Borchardt, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/><HT TYPE="ITALIC">Der sozialrechtliche Gehalt der Unionsbürgerschaft</HT><QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>, Neue Juristische Wochenschrift 2000, p. 2057 (2059); D. Edward, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/><HT TYPE="ITALIC">Unionsbürgerschaft — Mythos, Hoffnung oder Realität?</HT><QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>, fi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/><HT TYPE="ITALIC">Grundrechte in Europa</HT><QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/> — Münsterische Juristische Vorträge, Münster 2002, p. 35 (41); D. Edward, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/><HT TYPE="ITALIC">European Citizenship — Myth, Hope or Reality?</HT><QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/>, fi <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/><HT TYPE="ITALIC">Problèmes d’interprétation</HT><QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/> — <HT TYPE="ITALIC">à la mémoire de Constantinos N. Kakouris</HT>, Ateni/Brussell 2004, p. 123 (131-133); E. Spaventa, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/><HT TYPE="ITALIC">Seeing the Wood despite the Trees? On the Scope of Union Citizenship an dits Constitutional Effects</HT><QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/>, Common Market Law Review 45 (2008), p. 13 (b’mod partikolari 30-39).</P></NOTE>. Reċentement, l-Avukat Ġenerali Sharpston ukoll espremiet opinjoni f’dan is-sens<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0039"><P>Konklużjonijiet fil-kawża Ruiz Zambrano (iċċitati fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 26, b’mod partikolari punti 139 sa 150).</P></NOTE>. Madankollu, kif il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat diversi drabi, iċ-ċittadinanza tal-Unjoni ma għandhiex l-għan li testendi l-kamp ta’ applikazzjoni tad-dritt tal-Unjoni għal sitwazzjonijiet interni li ma jkollhom ebda konnessjoni mal-imsemmi dritt<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0040"><P>Sentenzi tal-<DATE ISO="19970605">5 ta’ Ġunju 1997</DATE>, Uecker u Jacquet (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-64/96+C-65/96" PAGE.ECR="I-3171" YEAR="1997">C-64/96 u C-65/96, Ġabra p. I-3171</REF.DOC.ECR>, punt 23); Garcia Avello (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 27, punt 26); tat-<DATE ISO="20050712">12 ta’ Lulju 2005</DATE>, Schempp (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-403/03" PAGE.ECR="I-6421" YEAR="2005">C-403/03, Ġabra p. I-6421</REF.DOC.ECR>, punt 20); Gouvernement de la Communauté française u Gouvernement wallon (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 37, punt 39), u tat-<DATE ISO="20080522">22 ta’ Mejju 2008</DATE>, Nerkowska (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-499/06" PAGE.ECR="I-3993" YEAR="2008">C-499/06, Ġabra p. I-3993</REF.DOC.ECR>, punt 25).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>42.</NO.P><TXT>Huwa minnu li ma jistax jiġi eskluż li, f’mument partikolari, il-Qorti tal-Ġustizzja tikkunsidra mill-ġdid il-ġurisprudenza tagħha u tasal sabiex, fil-futur, tislet projbizzjoni ta’ diskriminazzjoni fil-konfront taċ-ċittadini nazzjonali miċ-ċittadinanza tal-Unjoni. Fil-fatt, l-istatus ta’ ċittadin tal-Unjoni huwa intiż sabiex <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>ikun l-istatus fundamentali taċ-ċittadini tal-Istati Membri li jippermetti lil dawk fost l-imsemmija ċittadini tal-Istati Membri li jinsabu fl-istess sitwazzjoni li jiksbu, indipendentement miċ-ċittadinanza tagħhom u bla ħsara għall-eċċezzjonijiet previsti b’mod espliċitu f’dan ir-rigward, l-istess trattament ġuridiku<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0041"><P>Sentenzi tal-<DATE ISO="20010920">20 ta’ Settembru 2001</DATE>, Grzelczyk (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-184/99" PAGE.ECR="I-6193" YEAR="2001">C-184/99, Ġabra p. I-6193</REF.DOC.ECR>, punt 31), u tas-<DATE ISO="20081216">16 ta’ Diċembru 2008</DATE>, Huber (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-524/06" PAGE.ECR="I-9705" YEAR="2008">C-524/06, Ġabra p. I-9705</REF.DOC.ECR>, punt 69); fl-istess sens, ara s-sentenza tat-<DATE ISO="20060912">12 ta’ Settembru 2006</DATE>, Eman u Sevinger (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-300/04" PAGE.ECR="I-8055" YEAR="2006">C-300/04, Ġabra p. I-8055</REF.DOC.ECR>, b’mod partikolari l-punti 57, 58 u 61). Fir-rigward tal-istatus ta’ ċittadin tal-Unjoni bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>status fundamentali<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/>, ara wkoll is-sentenzi tas-<DATE ISO="20020917">17 ta’ Settembru 2002</DATE>, Baumbast u R (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-413/99" PAGE.ECR="I-7091" YEAR="2002">C-413/99, Ġabra p. I-7091</REF.DOC.ECR>, punt 82); Garcia Avello (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 27, punt 22), u tat-<DATE ISO="20100302">2 ta’ Marzu 2010</DATE>, Rottmann (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-135/08" PAGE.ECR="I-1449" YEAR="2010">C-135/08, Ġabra p. I-1449</REF.DOC.ECR>, punt 43).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>43.</NO.P><TXT>Madankollu, il-kawża ineżami fil-fehma tiegħu ma tipprovdix opportunità adegwata sabiex il-problema tad-diskriminazzjoni taċ-ċittadini nazzjonali tiġi suġġetta għal eżami fil-fond. Fil-fatt, ċittadina tal-Unjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>statika<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/> bħalma hija S. McCarthy b’ebda mod ma hija l-vittma ta’ diskriminazzjoni meta mqabbla maċ-ċittadini tal-Unjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>mobbli<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0042"><P>F’dan is-sens, ara wkoll il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Sharpston fil-kawża Ruiz Zambrano (iċċitati fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 26, punt 146), li tikkunsidra li s-sitwazzjonijiet ta’ ċittadini tal-Unjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>statiċi<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>mobbli<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> għandhom ikunu paragunabbli.</P></NOTE>. Fil-fatt, anki jekk ninsew il-fatt li S. McCarthy ma użatx id-dritt ta’ moviment liberu tagħha u anki jekk nikkunsidraw li hija tista’, bħala prinċipju, tinvoka d-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2004/34, hija xorta waħda ma tissodisfax il-kundizzjonijiet l-oħra applikabbli għaċ-ċittadini tal-Unjoni sabiex jakkwistaw drittijiet ta’ residenza għal perijodu twil.</TXT></NP><NP><NO.P>44.</NO.P><TXT>S. McCarthy ma taħdimx u ma għandhiex riżorsi suffiċjenti għall-ħtiġijiet tal-għajxien tagħha u għal dawk tal-familja tagħha; hija ma hijiex <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>finanzjarjament indipendenti<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> u<?PAGE NO="I-3388"?> tirċievi benefiċċji soċjali fir-Renju Unit<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0043"><P>Ara iktar ’il fuq (punt 9 ta’ dawn il-konklużjonijiet).</P></NOTE>. Għaldaqstant, hija ma tissodisfax il-kundizzjonijiet materjali imposti mid-dritt tal-Unjoni fuq il-persuni li jixtiequ jgħixu għal iktar minn tliet xhur fl-Istat Membru ospitanti<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0044"><P>Artikolu 7(1) tad-Direttiva 2004/38.</P></NOTE>. Barra minn hekk, ma hemm xejn li jindika li fil-passat S. McCarthy ħadmet għal ħames snin mingħajr waqfien fir-Renju Unit jew kellha riżorsi suffiċjenti għall-ħtiġijiet tal-għajxien tagħha u għal dawk tal-familja tagħha, fatturi li jikkostitwixxu l-kundizzjoni fundamentali meħtieġa għall-kisba ta’ dritt ta’ residenza permanenti<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0045"><P>Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2004/38; f’dan ir-rigward ara l-osservazzjonijiet tiegħi dwar it-tieni domanda preliminari (punti 47 sa 57 ta’ dawn il-konklużjonijiet).</P></NOTE>. Għaldaqstant, lanqas bħala ċittadina tal-Unjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>mobbli<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/>, S. McCarthy ma tistax tikseb dritt ta’ residenza bis-saħħa tad-dritt tal-Unjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>45.</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, nibqa’ tal-fehma li l-ewwel domanda tal-qorti tar-rinviju teħtieġ risposta fin-negattiv. Ir-risposta li għandha tingħata għal din id-domanda hija li ċittadina tal-Unjoni, li għandha ċ-ċittadinanza ta’ żewġ Stati Membri iżda li dejjem għexet f’wieħed biss minn dawn l-Istati, ma tistax tinvoka dritt ta’ residenza f’dan l-Istat fuq il-bażi tad-Direttiva 2004/38.</TXT></NP><NP><NO.P>46.</NO.P><TXT>Madankollu, jekk, f’dan il-każ, il-Qorti tal-Ġustizzja tkun tixtieq tevolvi l-istatus ta’ ċittadin tal-Unjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0046"><P>Ara, f’dan is-sens, il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Sharpston fil-kawża Ruiz Zambrano (iċċitati fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 26).</P></NOTE>, nikkunsidra li jkun opportun li tinfetaħ mill-ġdid il-proċedura orali. Fil-fatt, sa dan l-istadju, kien biss b’mod kompletament marġinali li l-parteċipanti fil-proċedura f’din il-kawża kellhom l-opportunità jippreżentaw l-argumenti tagħhom dwar din il-problema. Fil-fehma tiegħi, ikun tajjeb li jingħataw il-possibbiltà janalizzaw din il-problema b’mod iktar fil-fond. Huwa probabbli ħafna wkoll li Stati Membri oħra jkunu interessati li jippreżentaw osservazzjonijiet orali quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B —</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>residenza legali<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/> fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2004/38 (it-tieni domadna preliminari)</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>47.</NO.P><TXT>Meta tagħmel it-tieni domanda preliminari tagħha, il-qorti tar-rinviju tixtieq tikseb preċiżazzjonijiet fir-rigward tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>residenza legali<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/> fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2004/38<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0047"><P>Il-kawżi pendenti Dias (C-375/09), Ziokowski (C-424/10) u Szeja (C-425/10) iqajmu diversi domandi dwar l-interpretazzjoni tal-Artikolu 16 tad-Direttiva 2004/38 u b’mod partikolari dwar l-interpretazzjoni tal-kunċett ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>residenza legali<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/>. Madankollu, ma jidhirx li dawn il-kawżi jikkonċernaw il-każ ta’ ċittadin tal-Unjoni li jkollu ċ-ċittadinanza tal-Istat Membru ospitanti.</P></NOTE>. Essenzjalment, il-kwistjoni hija jekk dan il-kunċett ikoprix ukoll ir-residenza ta’ ċittadina tal-Unjoni li għexet dejjem fl-Istat Membru ospitanti biss u li d-dritt ta’ residenza tagħha<?PAGE NO="I-3389"?> kien jirriżulta biss mill-fatt li hija kellha preċiżament iċ-ċittadinanza ta’ dan l-Istat.</TXT></NP><NP><NO.P>48.</NO.P><TXT>Din id-domanda hija loġikament sekondarja għall-ewwel waħda. Jekk, kif qiegħda nissuġġerixxi, l-ewwel domanda tingħata risposta fin-negattiv<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0048"><P>Ara iktar ’il fuq (b’mod partikolari l-punti 25 u 45 ta’ dawn il-konklużjonijiet).</P></NOTE>, dan ikun ifisser li ċ-ċittadina tal-Unjoni ma taqax fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2004/38 u ma jkunx għad hemm lok li tingħata risposta għat-tieni domanda. Għalhekk se nagħti risposta għal din it-tieni domanda b’mod sussidjarju biss.</TXT></NP><NP><NO.P>49.</NO.P><TXT>Il-kunċett ta’ residenza legali, residenza li għaliha l-Artikolu 16(1) jissuġġetta l-akkwist ta’ dritt ta’ residenza permanenti, ma huwiex iddefinit b’mod iktar preċiż fid-Direttiva 2004/38.</TXT></NP><NP><NO.P>50.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, fis-senteza Lassal, mogħtija reċentement, il-Qorti tal-Ġustizzja lanqas ma solviet b’mod definittiv din il-problema iżda sempliċement ippreċiżat li perijodi ta’ residenza mwettqa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>skont l-istrumenti tal-liġi tal-Unjoni Ewropea preċedenti [...], għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0049"><P>Sentenza Lassal (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 15, punt 40).</P></NOTE>. Dan b’ebda mod ma jeskludi li jittieħdu inkunsiderazzjoni wkoll perijodi ta’ residenza mwettqa minn ċittadini barranin taħt id-dritt nazzjonali biss.</TXT></NP><NP><NO.P>51.</NO.P><TXT>Huwa minnu li l-preambolu tad-Direttiva 2004/38 jindika li l-espressjoni residenza legali tindika qabel kollox residenza eżerċitata <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>skond il-kondizzjonijiet stabbiliti f’din id-Direttiva<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/>, jiġifieri residenza li għaliha l-persuna kkonċernata kellha dritt skont id-dritt tal-Unjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0050"><P>Premessa 17 tad-Direttiva 2004/38.</P></NOTE>. Madankollu, fid-dawl tal-kuntest u tal-għanijiet tad-Direttiva 2004/38, id-dispożizzjonijiet tagħha ma jistgħux jiġu interpretati b’mod restrittiv<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0051"><P>Sentenza Metock (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 15, punti 84 u 93) u Lassal (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 15, punt 31).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>52.</NO.P><TXT>Meta stabbilixxa d-dritt ta’ residenza permanenti previst fl-Artikolu 16 tad-Direttiva 2004/38, il-leġiżlatur tal-Unjoni kellu l-intenzjoni li jsaħħaħ il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>promozzjoni tal-koeżjoni soċjali, li hi waħda mill-għanijiet fondamentali ta’ l-Unjoni<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0052"><P>Premessa 17 tad-Direttiva 2004/38.</P></NOTE> u li joħloq <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0049" REF.END="QE0049"/>mezz awtentiku ta’ integrazzjoni fis-soċjetà ta’ l-Istat Membru ospitanti<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0053"><P>Premessa 18 tad-Direttiva 2004/38.</P></NOTE>. Ikun ukoll konformi ma’ dan l-għan li ċ-ċirku tal-benefiċjarji tad-dritt ta’ residenza permanenti jitwessa’ għaċ-ċittadini tal-Unjoni li d-dritt ta’ residenza tagħhom fl-Istat Membru ospitanti jirriżulta biss mid-dritt nazzjonali dwar iċ-ċittadini barranin<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0054"><P>Ara, f’dan is-sens, il-konklużjonijiet tiegħi tal-<DATE ISO="20091020">20 ta’ Ottubru 2009</DATE> fil-kawża Teixeira (sentenza ċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 15, punt 119); l-Avukat Ġenerali Trstenjak apparentement għandha opinjoni differenti (konklużjonijiet tal-<DATE ISO="20100511">11 ta’ Mejju 2010</DATE> fil-kawża Lassal, sentenza ċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 15, punt 88, l-aħħar sentenza).</P></NOTE>; fil-fatt, sabiex jiġi evalwat il-livell ta’ integrazzjoni ta’ ċittadin tal-Unjoni fl-Istat Membru ospitanti, ma huwiex rilevanti ħafna minn fejn ikun ġej id-dritt ta’ residenza tiegħu.</TXT></NP><?PAGE NO="I-3390"?><NP><NO.P>53.</NO.P><TXT>L-Artikolu 37 tad-Direttiva 2004/38 juri li jista’ jkun hemm każijiet fejn id-dritt ta’ residenza jirriżulta biss mid-dritt nazzjonali dwar iċ-ċittadini barranin sa fejn huwa indikat b’mod espliċitu li din id-direttiva hija bla ħsara għad-dispożizzjonijiet legali u amministrattivi iktar favorevoli tal-Istati Membri. Anki fil-ġurisprudenza huwa rrikonoxxut li jeżistu każijiet fejn ir-residenza ta’ ċittadini tal-Unjoni fl-Istat Membru ospitanti tista’ tkun ibbażata biss fuq id-dritt nazzjonali dwar iċ-ċittadini barranin u mhux fuq id-dritt tal-Unjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0055"><P>Sentenza tas-<DATE ISO="20040907">7 ta’ Settembru 2004</DATE>, Trojani (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-456/02" PAGE.ECR="I-7573" YEAR="2004">C-456/02, Ġabra p. I-7573</REF.DOC.ECR>, b’mod partikolari l-punti 36 u 37); ara fl-istess sens is-sentenza tat-<DATE ISO="19980512">12 ta’ Mejju 1998</DATE>, Martínez Sala (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-85/96" PAGE.ECR="I-2691" YEAR="1998">C-85/96, Ġabra p. I-2691</REF.DOC.ECR>, b’mod partikolari l-punti 14 u 15, kif ukoll 60 u 61), madankollu, f’dan il-każ tal-aħħar, jidher li hija involuta pjuttost tolleranza <HT TYPE="ITALIC">de facto</HT> tar-residenza taċ-ċittadin tal-Unjoni.</P></NOTE>. Il-Qorti tal-Ġustizzja qatt ma kkunsidrat li tali residenza ma għandhiex tittieħed inkunsiderazzjoni, anzi, għall-kuntrarju, hija rabtet ma’ tali residenza konsegwenzi mill-perspettiva tad-dritt tal-Unjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0056"><P>Sentenzi Martínez Sala (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 55, punti 64 u 65) u Trojani (iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 55, punt 39).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>54.</NO.P><TXT>Madankollu, b’residenza legali fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2004/38, wieħed jista’ jifhem biss residenza bbażata fuq dispożizzjonijiet tad-dritt dwar ċittadini barranin u mhux, għall-kuntrarju, residenza li n-natura legali tagħha tirriżulta mis-sempliċi fatt li l-persuna kkonċernata jkollha ċ-ċittadinanza tal-Istat Membru ospitanti. Fil-fatt, kif diġà indikajt<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0057"><P>Ara l-osservazzjonijiet tiegħi dwar l-ewwel domanda preliminari (b’mod partikolari l-punti 27 u 28 ta’ dawn il-konklużjonijiet).</P></NOTE>, id-Direttiva 2004/38 hija intiża li timplementa u tiffaċilita d-dritt ta’ moviment liberu taċ-ċittadini tal-Unjoni. Għall-kuntrarju, din id-direttiva ma hijiex intiża li tippromwovi l-integrazzjoni fis-soċjetà tal-Istat Membru ospitanti ta’ ċittadini ta’ dan l-Istat li qatt ma użaw id-dritt tagħhom ta’ moviment liberu.</TXT></NP><NP><NO.P>55.</NO.P><TXT>Jeżistu differenzi kwalitattivi fundamentali bejn dritt ta’ residenza li jirriżulta mid-dritt dwar iċ-ċittadini barranin u dritt ta’ residenza li jirriżulta mill-fatt li l-persuna kkonċernata jkollha ċ-ċittadinanza tal-Istat Membru ospitanti. Fil-fatt, filwaqt li, skont il-prinċipji tad-dritt internazzjonali, l-Istati Membri b’ebda mod ma jistgħu jillimitaw id-dritt ta’ residenza taċ-ċittadini nazzjonali tagħhom<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0058"><P>Ara iktar ’il fuq (punt 20 u nota ta’ qiegħ il-paġna 10 ta’ dawn il-konklużjonijiet).</P></NOTE>, huma jistgħu jissuġġettaw ir-residenza ta’ ċittadini barranin fit-territorju tagħhom għal ċerti kundizzjonijiet. Dan jikkonċerna wkoll ir-residenza ta’ ċittadini tal-Unjoni li jkunu ġejjin minn Stati Membri oħra għalkemm, naturalment, ikun meħtieġ li jiġu osservati l-limiti stabbiliti mid-dritt tal-Unjoni<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0059"><P>Ara b’mod partikolari l-Artikolu 7, l-Artikolu 8 u l-Artikoli 27 sa 33 tad-Direttiba 2004/38.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>56.</NO.P><TXT>Jekk ċittadina tal-Unjoni li tinsab fis-sitwazzjoni ta’ S. McCarthy, li qatt ma użat id-dritt ta’ moviment liberu tagħha, titħalla tinvoka d-Direttiva 2004/38, dan iwassal għal prassi ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0050" REF.END="QE0050"/>cherry-picking<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/><NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0060"><P>L-Irlanda użat espressjonijiet bl-istess sens matul is-seduta quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja: <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0051" REF.END="QE0051"/>à la carte approach<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0052" REF.END="QE0052"/>the best of both worlds<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/>.</P></NOTE>: iċ-ċittadina tal-Unjoni tkun tista’ tapprofitta mill-vantaġġi mogħtija minn din id-direttiva fil-qasam ta’ riunifikazzjoni tal-familja<?PAGE NO="I-3391"?> mingħajr ma tikkonforma ruħha mal-għanijiet tagħha, jiġifieri li timplementa u tiffaċilita l-moviment liberu, u mingħajr ma tkun suġġetta għall-kundizzjonijiet previsti minn din id-direttiva, pereżempju għall-kundizzjoni ta’ indipendenza finanzjarja prevista fl-Artikolu 7(1) tad-direttiva msemmija. Bħalma enfasizzaw ġustament diversi gvernijiet li pparteċipaw fil-proċedura, dan ma jikkorrispondix mas-sens u mal-iskop tad-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam tal-moviment liberu u tar-residenza.</TXT></NP><NP><NO.P>57.</NO.P><TXT>Għaldaqstant, ir-risposta li għandha tingħata għat-tieni domanda tal-qorti tar-rinviju hija:</TXT><P>In-natura legali tar-residenza, li għaliha l-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2004/38 jissuġġetta l-akkwist ta’ dritt ta’ residenza permanenti, tista’ tirriżulta mid-dritt tal-Unjoni jew mid-dritt nazzjonali tal-Istat Membru ospitanti dwar iċ-ċittadini barranin.</P><P>Madankollu, jekk ċittadin tal-Unjoni jkollu ċ-ċittadinanza tal-Istat Membru ospitanti u jkun residenti hemmhekk fuq il-bażi ta’ din iċ-ċittadinanza mingħajr ma jkun uża d-dritt ta’ moviment liberu tiegħu, f’dan il-każ ma jkunx jista’ jingħad li hemm <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0053" REF.END="QE0053"/>residenza legali<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/> fis-sens tal-Artikolu 16(1) tad-Direttiva 2004/38.</P></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>C —</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Osservazzjonijiet finali</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>58.</NO.P><TXT>Skont is-soluzzjoni li qiegħda nipproponi, ċittadina tal-Unjoni li tinsab fis-sitwazzjoni ta’ S. McCarthy ma tistax tibbaża ruħha fuq id-dritt tal-Unjoni sabiex tikseb, għaliha stess u għall-membri tal-familja tagħha, dritt ta’ residenza fl-Istat Membru fejn hija dejjem għexet u li tiegħu għandha ċ-ċittadinanza.</TXT></NP><NP><NO.P>59.</NO.P><TXT>Madankollu, kif il-Qorti tal-Ġustizzja diġà ssuġġeriet fis-sentenza Metock<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0061"><P>Iċċitata fin-nota ta’ qiegħ il-paġna 15, punt 79.</P></NOTE>, l-Istati Membri kollha huma parti fil-KEDB<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0062"><P>Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, iffirmata f’Ruma fl-<DATE ISO="19501104">4 ta’ Novembru 1950</DATE> (STCE Nru 5).</P></NOTE>. Minkejja li l-KEDB ma tiggarantix lil ċittadin barrani dritt ta’ dħul u ta’ residenza bħala tali f’pajjiż partikolari, meta persuna ssofri r-rifjut tad-dħul jew tar-residenza fil-pajjiż fejn tgħix tal-membri tal-familja immedjata tagħha, dan jista’ jikkostitwixxi preġudizzju għad-dritt li titħares il-ħajja tal-familja ggarantit mill-Artikolu 8(1) tal-KEDB<NOTE NUMBERING="ARAB" TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0063"><P>Ara, pereżempju, is-sentenzi tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem tat-<DATE ISO="19910218">18 ta’ Frar 1991</DATE>, Moustaquim vs Il-Belġju (Serje A, Nru 193, p. 18, punt 36); tat-<DATE ISO="20010802">2 ta’ Awwissu 2001</DATE>, Boultif vs L-Iżvizzera (Recueil des arrêts et décisions 2001-IX, punt 39), u tat-<DATE ISO="20040422">22 ta’ April 2004</DATE>, Radonavic vs L-Awstrija (Rikors Nru 42703/98, punt 30). Min-naħa tagħha, f’dak li jikkonċerna lill-Unjoni Ewropea, il-Qorti tal-Ġustizzja rrikonoxxiet li d-dritt ta’ għajxien mal-membri tal-familja immedjata kien jimponi obbligi fuq l-Istati Membri; dawn jistgħu jkunu obbligi fejn l-Istat jastjeni milli jaġixxi, pereżempju meta Stat Membru ma jkollux id-dritt ikeċċi persuna, jew obbligi fejn l-Istat ikun obbligat jaġixxi, pereżempju meta jkun obbligat iħalli persuna tidħol u tgħix fit-territorju tiegħu (sentenza tas-<DATE ISO="20060627">27 ta’ Ġunju 2006</DATE>, Il-Parlament vs Il-Kunsill, magħrufa bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0054" REF.END="QE0054"/>riunifikazzjoni tal-familja<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/>, <REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-540/03" PAGE.ECR="I-5769" YEAR="2006">C-540/03, Ġabra p. I-5769</REF.DOC.ECR>, punt 52).</P></NOTE>.</TXT></NP><?PAGE NO="I-3392"?><NP><NO.P>60.</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ma jistax jiġi kompletament eskluż li r-Renju Unit, bħala parti fil-KEDB, jista’ jkun marbut, bħala tali parti, jagħti dritt ta’ residenza lil G. McCarthy bħala l-konjuġi ta’ ċittadina Brittanika li tgħix fl-Ingilterra. Madankollu, din ma hijiex kwistjoni ta’ dritt tal-Unjoni iżda kwistjoni tal-obbligu li għandu r-Renju Unit taħt il-KEDB, kwistjoni li l-evalwazzjoni tagħha taqa’ esklużivament fil-ġurisdizzjoni tal-qrati nazzjonali u, jekk ikun il-każ, tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">VI —</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP><NO.P>61.</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, nissuġġerixxi lill-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi kif ġej għat-talba għal deċiżjoni preliminari:</TXT><P>Ċittadina tal-Unjoni li għandha n-nazzjonalità ta’ żewġ Stati Membri u li għexet dejjem f’wieħed biss minnhom ma tistax tinvoka dritt ta’ residenza f’dan l-Istat fuq il-bażi tad-Direttiva 2004/38.</P></NP></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>