|
31.10.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 311/19 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 1161/2014
tat-30 ta' Ottubru 2014
li jadatta għall-progress tekniku r-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta' reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 tal-20 ta' Diċembru 1985 dwar apparat ta' reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 17 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness IB tar-Regolament (KEE) Nru 3821/85 dwar l-apparat ta' reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq jistabbilixxi l-ispeċifikazzjonijiet tekniċi għall-kostruzzjoni, l-ittestjar, l-istallazzjoni u l-ispezzjoni tat-takografi diġitali. |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 68/2009 (2) introduċa adapter bħala soluzzjoni temporanja sal-31 ta' Diċembru 2013, biex ikunu jistgħu jiġu installati takografi f'vetturi tat-tip Ml u N1, f'konformità mal-Anness IB tar-Regolament (KEE) Nru 3821/85. |
|
(3) |
Ir-Regolament (KEE) Nru 3821/85 ġie sostitwit bir-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew utal-Kunsill (3) dwar apparat ta' reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq li għalih il-proċedura leġiżlattiva ġiet konkluża fil-15 ta' Jannar 2014. |
|
(4) |
Il-Premessa 5 tar-Regolament (UE) Nru 165/2014 tistipula li l-Kummissjoni se tikkunsidra li testendi l-perjodu ta' validità tal-adapter għal vetturi Ml u N1 sal-2015 u se tkompli tieħu f'kunsiderazzjoni soluzzjoni fit-tul għal vetturi Ml u N1 qabel l-2015. |
|
(5) |
Il-Komunikazzjoni mill-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill, lill-Kumitat Ekonomiku u Soċjali Ewropew u lill-Kumitat tar-Reġjuni “Takografu Diġitali: Pjan direzzjonali għall-attivitajiet tal-ġejjieni” (4), li akkumpanjat il-proposta għar-Regolament (UE) Nru 165/2014, tipprevedi perjodu ta' żmien ta' sentejn għat-tħejjija u l-adozzjoni ta' annessi u appendiċijiet, wara l-adozzjoni tar-Regolament (UE) Nru 165/2014. |
|
(6) |
Soluzzjoni permanenti dwar l-adapter għandha tiġi stipulata fl-ispeċifikazzjonijiet tekniċi tar-Regolament (UE) Nru 165/2014. Fl-applikazzjoni tal-prinċipju tal-aspettattiva leġittima, il-possibbiltà li jintużaw adapters f'vetturi tat-tip Ml u N1 għandha għalhekk tiġi estiża mill-inqas sal-adozzjoni ta' dawk l-annessi u l-appendiċijiet tekniċi. |
|
(7) |
B'kunsiderazzjoni li r-Rekwiżit 172 skada fil-31 ta' Diċembru 2013, l-estensjoni tas-soluzzjoni tal-adapter għandha tkun valida b'effett retroattiv minn dik id-data. |
|
(8) |
Il-miżuri stipulati f'dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 18 tar-Regolament (KEE) Nru 3821/85, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness IB tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 huwa mibdul kif ġej:
|
|
Fil-parti I Definizzjonijiet, punt (rr), l-ewwel inċiż, id-data “ 31 ta' Diċembru 2013 ” hija sostitwita b'“ 31 ta' Diċembru 2015 ”. |
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-30 ta' Ottubru 2014.
Għall-Kummissjoni
Il-President
José Manuel BARROSO
(1) ĠU L 370, 31.12.1985, p. 8.
(2) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 68/2009 tat-23 ta' Jannar 2009 addattament għad-disa' darba għall-progress tekniku tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta' reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq (ĠU L 21, 24.1.2009, p. 3).
(3) Ir-Regolament (UE) Nru 165/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta' Frar 2014 dwar takografi fit-trasport bit-triq, li jħassar ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 3821/85 dwar apparat ta' reġistrazzjoni għat-trasport bit-triq u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 561/2006 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-armonizzazzjoni ta' ċerta leġiżlazzjoni soċjali li għandha x'taqsam mat-trasport bit-triq (ĠU L 60, 28.2.2014, p. 1).
(4) COM(2011)454 final.