|
12.8.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 263/1 |
REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (UE) 2020/1181
tas-7 ta’ Awwissu 2020
li jikkoreġi ċerti verżjonijiet lingwistiċi tad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru), li jikkoreġi ċerti verżjonijiet lingwistiċi tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 582/2011 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro VI) u li jemenda l-Annessi I u III għad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li jikkoreġi l-verżjoni lingwistika Daniża tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2400 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil tal-vetturi tqal u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 582/2011
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-5 ta’ Settembru 2007 li tistabbilixxi kwadru għall-approvazzjoni ta’ vetturi bil-mutur u l-karrijiet tagħhom, u ta’ sistemi, komponenti u unitajiet tekniċi separati maħsuba għal tali vetturi (Direttiva Kwadru) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 39(2) u (7) tagħha,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-18 ta’ Ġunju 2009 dwar l-approvazzjoni tat-tip ta’ vetturi bil-mutur u magni rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro VI) u dwar l-aċċess għal informazzjoni dwar it-tiswija u l-manutenzjoni tal-vetturi u li jemenda r-Regolament (KE) Nru 715/2007 u d-Direttiva 2007/46/KE u li jħassar id-Direttivi 80/1269/KEE, 2005/55/KE u 2005/78/KE (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 4(3) u l-Artikolu 5(4) tiegħu.
Billi:
|
(1) |
Il-verżjonijiet bil-lingwa Daniża, Franċiża u Slovakka tad-Direttiva 2007/46/KE, il-verżjonijiet bil-lingwa Daniża u Franċiża tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 582/2011 (3), u l-verżjoni bil-lingwa Daniża tar-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2400 (4), fihom diversi żbalji. B’mod aktar speċifiku, it-termini “bifjuwil”, u “żewġ tipi ta’ fjuwil” ġew tradotti bl-istess mod għalkemm dawk it-termini jindikaw modi differenti ta’ tħaddim tal-magna. Magni b’“żewġ tipi ta’ fjuwil” fil-fatt jitħaddmu bid-diżil u bi fjuwil gassuż simultanjament, filwaqt li magni “bifjuwil” jużaw il-fjuwils b’mod alternat. |
|
(2) |
Hemm xi żbalji oħrajn fil-verżjoni lingwistika Daniża tad-Direttiva 2007/46/KE fejn it-termini “monofjuwil” u “fleksfjuwil” jenħtieġ li jiġu korretti minħabba li ġew tradotti b’mod inkonsistenti. Barra minn hekk, f’ċertu postijiet l-abbrevjazzjoni “WHTC” ġiet tradotta bħala “WHSC”, l-abbrevjazzjoni li tintuża għal tip ta’ test differenti. |
|
(3) |
Il-verżjonijiet bil-lingwa Daniża, Franċiża u Slovakka tad-Direttiva 2007/46/KE, il-verżjonijiet bil-lingwa Daniża u dik Franċiża tar-Regolament (UE) Nru 582/2011, u l-verżjoni Daniża tar-Regolament (UE) 2017/2400, jenħtieġ għalhekk li jiġu kkoreġuti skont dan. Il-verżjonijiet tal-lingwi l-oħra mhumiex affettwati. |
|
(4) |
Id-dispożizzjonijiet stabbiliti fir-Regolament (UE) Nru 582/2011 u fir-Regolament (UE) 2017/2400 jiffurmaw parti mill-qafas stabbilit bid-Direttiva 2007/46/KE u xi wħud mill-iżbalji li jolqtu l-kliem tar-Regolamenti jaffettwaw ukoll il-formulazzjoni tad-Direttiva. Id-Direttiva 2007/46/KE, ir-Regolament (UE) Nru 582/2011 u r-Regolament (UE) 2017/2400 jenħtieġ għalhekk li jiġu kkoreġuti b’att wieħed. |
|
(5) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Tekniku – Vetturi bil-Mutur, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
(ma japplikax għal-lingwa Maltija)
Artikolu 2
(ma japplikax għal-lingwa Maltija)
Artikolu 3
(ma japplikax għal-lingwa Maltija)
Artikolu 4
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-7 ta’ Awwissu 2020.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 263, 9.10.2007, p. 1.
(2) ĠU L 188, 18.7.2009, p. 1.
(3) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 582/2011 tal-25 ta’ Mejju 2011 li jimplimenta u jemenda r-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward l-emissjonijiet minn vetturi heavy-duty (Euro VI) u li jemenda l-Annessi I u III għad-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 167, 25.6.2011, p. 1).
(4) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2017/2400 tat-12 ta’ Diċembru 2017 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 595/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tad-determinazzjoni tal-emissjonijiet tas-CO2 u tal-konsum tal-fjuwil tal-vetturi tqal u li jemenda d-Direttiva 2007/46/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u r-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 582/2011 (ĠU L 349, 29.12.2017, p. 1).