|
27.10.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 380/20 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (UE) 2021/1882
tal-25 ta’ Ottubru 2021
dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li għandhom jitħallsu mill-partijiet fil-Fond Ewropew għall-Iżvilupp għall-finanzjament tal-Fond fir-rigward tat-tielet pagament parzjali għall-2021
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra l-Ftehim Intern bejn ir-Rappreżentanti tal-Gvernijiet tal-Istati Membri tal-Unjoni Ewropea, imlaqqgħin fi ħdan il-Kunsill, dwar l-iffinanzjar ta’ għajnuna mill-Unjoni Ewropea taħt il-qafas finanzjarju pluriennali għall-perjodu mill-2014 sal-2020, f’konformità mal-Ftehim ta’ Sħubija AKP-UE, u dwar l-allokazzjoni ta’ assistenza finanzjarja għall-pajjiżi u territorji extra-Ewropej li għalihom tapplika r-Raba’ Parti tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 7(2) flimkien mal-Artikolu 14(3) tiegħu,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2018/1877 tas-26 ta’ Novembru 2018 dwar ir-regolament finanzjarju applikabbli għall-11-il Fond Ewropew għall-Iżvilupp, u li jħassar ir-Regolament (UE) 2015/323 (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 19(5) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta mill-Kummissjoni Ewropea,
Billi:
|
(1) |
F’konformità mal-proċedura stabbilita fl-Artikoli 19 sa 22 tar-Regolament (UE) 2018/1877, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta sal-10 ta’ Ottubru 2021 li tistabbilixxi l-ammont tat-tielet ħlas parzjali tal-kontribuzzjoni għall-2021. |
|
(2) |
Skont l-Artikolu 46 tar-Regolament (UE) 2018/1877, il-Bank Ewropew tal-Investiment (BEI) għandu jibgħat lill-Kummissjoni l-estimi aġġornati tiegħu tal-impenji u l-pagamenti fl-istrumenti li jimmaniġġa. |
|
(3) |
Skont l-Artikolu 20(1) tar-Regolament (UE) 2018/1877, is-sejħiet għal kontribuzzjonijiet għandhom l-ewwel jeżawrixxu l-ammonti previsti fil-Fondi Ewropej għall-Iżvilupp (“FEŻ”) preċedenti. Għaldaqstant jenħtieġ li ssir sejħa għall-fondi skont ir-Regolament (UE) 2018/1877 għall- Kummissjoni u għall- BEI. |
|
(4) |
Skont l-Artikoli 152 tal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (3) (“il-Ftehim dwar il-Ħruġ”), ir-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq (“ir-Renju Unit”) għandu jibqa’ Parti għall-FEŻ sal-egħluq tal-11-il FEŻ u ta’ kull FEŻ preċedenti mhux magħluq. Skont l-Artikolu 153 tal-Ftehim dwar il-Ħruġ, madankollu, is-sehem tar-Renju Unit f’fondi diżimpenjati minn proġetti taħt il-11-il FEŻ, meta dawk il-fondi jkunu ġew diżimpenjati wara l-31 ta’ Diċembru 2020, jew FEŻ preċedenti, m’għandux jerġa’ jintuża. |
|
(5) |
Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1708 (4) tistabbilixxi l-ammont annwali tal-kontribuzzjonijiet li għandhom jitħallsu mill-partijiet għall-FEŻ għall-2021 għal EUR 3 700 000 000 għall-Kummissjoni Ewropea, u għal EUR 300 000 000 għall-BEI. |
|
(6) |
Sabiex il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni jkunu jistgħu jiġu applikati minnufih, din id-Deċiżjoni jenħtieġ li tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Partijiet għall-Fond Ewropew għall-Iżvilupp għandhom iħallsu l-kontribuzzjonijiet individwali tal-FEŻ lill-Kummissjoni u lill-Bank Ewropew tal-Investiment, bħala t-tielet pagament parzjali għall-2021, f’konformità mal-Anness.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, il-25 ta’ Ottubru 2021.
Għall-Kunsill
Il-President
G. DOVŽAN
(2) ĠU L 307, 3.12.2018. p. 1.
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (UE) 2020/1708 tat-13 ta’ Novembru 2020 dwar il-kontribuzzjonijiet finanzjarji li jridu jitħallsu mill-Istati Membri biex jiffinanzjaw il-Fond Ewropew għall-Iżvilupp, inklużi l-limitu massimu għall-2022, l-ammont annwali għall-2021, l-ewwel pagament parzjali għall-2021 u tbassir indikattiv u mhux vinkolanti tal-ammonti annwali mistennija tal-kontribuzzjonijiet għas-snin 2023 u 2024 (ĠU L 385, 17.11.2020, p. 13).
ANNESS
|
STATI MEMBRI U R-RENJU UNIT |
Skema tal-11ax-il FEŻ % |
It-tielet t pagament parzjali tal-2021 (f’EUR) |
Total |
|
|
BEI il-11-il FEŻ |
Il-Kummissjoni il-11-il FEŻ |
|||
|
IL-BELĠJU |
3,24927 |
3 249 270,00 |
29 243 430,00 |
32 492 700,00 |
|
IL-BULGARIJA |
0,21853 |
218 530,00 |
1 966 770,00 |
2 185 300,00 |
|
IĊ-ĊEKJA |
0,79745 |
797 450,00 |
7 177 050,00 |
7 974 500,00 |
|
ID-DANIMARKA |
1,98045 |
1 980 450,00 |
17 824 050,00 |
19 804 500,00 |
|
IL-ĠERMANJA |
20,57980 |
20 579 800,00 |
185 218 200,00 |
205 798 000,00 |
|
L-ESTONJA |
0,08635 |
86 350,00 |
777 150,00 |
863 500,00 |
|
L-IRLANDA |
0,94006 |
940 060,00 |
8 460 540,00 |
9 400 600,00 |
|
IL-GREĊJA |
1,50735 |
1 507 350,00 |
13 566 150,00 |
15 073 500,00 |
|
SPANJA |
7,93248 |
7 932 480,00 |
71 392 320,00 |
79 324 800,00 |
|
FRANZA |
17,81269 |
17 812 690,00 |
160 314 210,00 |
178 126 900,00 |
|
IL-KROAZJA |
0,22518 |
225 180,00 |
2 026 620,00 |
2 251 800,00 |
|
L-ITALJA |
12,53009 |
12 530 090,00 |
112 770 810,00 |
125 300 900,00 |
|
ĊIPRU |
0,11162 |
111 620,00 |
1 004 580,00 |
1 116 200,00 |
|
IL-LATVJA |
0,11612 |
116 120,00 |
1 045 080,00 |
1 161 200,00 |
|
IL-LITWANJA |
0,18077 |
180 770,00 |
1 626 930,00 |
1 807 700,00 |
|
IL-LUSSEMBURGU |
0,25509 |
255 090,00 |
2 295 810,00 |
2 550 900,00 |
|
L-UNGERIJA |
0,61456 |
614 560,00 |
5 531 040,00 |
6 145 600,00 |
|
MALTA |
0,03801 |
38 010,00 |
342 090,00 |
380 100,00 |
|
IN-NETHERLANDS |
4,77678 |
4 776 780,00 |
42 991 020,00 |
47 767 800,00 |
|
L-AWSTRIJA |
2,39757 |
2 397 570,00 |
21 578 130,00 |
23 975 700,00 |
|
IL-POLONJA |
2,00734 |
2 007 340,00 |
18 066 060,00 |
20 073 400,00 |
|
IL-PORTUGALL |
1,19679 |
1 196 790,00 |
10 771 110,00 |
11 967 900,00 |
|
IR-RUMANIJA |
0,71815 |
718 150,00 |
6 463 350,00 |
7 181 500,00 |
|
IS-SLOVENJA |
0,22452 |
224 520,00 |
2 020 680,00 |
2 245 200,00 |
|
IS-SLOVAKKJA |
0,37616 |
376 160,00 |
3 385 440,00 |
3 761 600,00 |
|
IL-FINLANDJA |
1,50909 |
1 509 090,00 |
13 581 810,00 |
15 090 900,00 |
|
L-IŻVEZJA |
2,93911 |
2 939 110,00 |
26 451 990,00 |
29 391 100,00 |
|
IR-RENJU UNIT |
14,67862 |
14 678 620,00 |
132 107 580,00 |
146 786 200,00 |
|
TOTAL UE-27 U R-RENJU UNIT |
100,00 |
100 000 000,00 |
900 000 000,00 |
1 000 000 000,00 |