|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/3952 |
24.7.2026 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMMISSJONI
tat-23 ta’ Diċembru 2025
dwar l-għajnuna mill-Istat SA.109662 (2024/C) (ex 2020/N) li Franza qiegħda tippjana li timplimenta għal Corsair
(notifikata bid-dokument C(2025) 9292)
(It-test bil-Franċiż biss huwa awtentiku)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2026/3952)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 108(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea u, b’mod partikolari, l-Artikolu 62(1)(a) tiegħu,
Wara li stiednet lill-partijiet interessati jissottomettu l-kummenti tagħhom skont dawk l-artikoli (1), u wara li kkunsidrat il-kummenti tagħhom,
Billi:
1. PROĊEDURA
|
(1) |
Fil-11 ta’ Diċembru 2020, il-Kummissjoni ddeċidiet li ma tqajjem l-ebda oġġezzjoni għall-għajnuna għar-ristrutturar ippjanata għal Corsair SAS (“Corsair”) fl-ammont ta’ EUR 106,7 miljun (“għajnuna għar-ristrutturar tal-2020”), li tikkonsisti f’dawn (i) differimenti tat-taxxa (EUR 21,9 miljun), (ii) kreditu tat-taxxa (EUR 4,8 miljun), (iii) self b’kundizzjonijiet favorevoli (EUR 18-il miljun) u (iv) self bi dritt ta’ parteċipazzjoni (EUR 62 miljun), f’konformità mal-Artikolu 107(3)(c) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (“TFUE”) kif interpretat f’Il-Linji Gwida dwar l-għajnuna mill-Istat għas-salvataġġ u r-ristrutturar ta’ impriżi mhux finanzjarji f’diffikultà (“il-Linji Gwida S&R” (2)) (“id-deċiżjoni tal-2020” (3)) (4). |
|
(2) |
Fis-27 ta’ Settembru 2023, abbażi tat-Taqsima 7.2.2 tal-Linji Gwida S&R, Franza ssottomettiet talba lill-Kummissjoni biex temenda l-pjan ta’ ristrutturar approvat bid-deċiżjoni tal-2020. Skont id-deċiżjoni tal-2020, dak il-pjan ta’ ristrutturar kellu jiġi implimentat fuq perjodu sa [...] (“il-pjan ta’ ristrutturar tal-2020). Fid-29 ta’ Novembru u fil-15 ta’ Diċembru 2023, l-awtoritajiet Franċiżi pprovdew informazzjoni addizzjonali dwar l-emenda tal-pjan ta’ ristrutturar tal-2020 ta’ Corsair. It-talba biex jiġi emendat il-pjan ta’ ristrutturar kienet akkumpanjata minn pjan ta’ ristrutturar aġġornat, li sussegwentement ġie aġġornat diversi drabi (“il-pjan ta’ ristrutturar rivedut”, ara l-premessi 30 u 31). |
|
(3) |
Fil-5 ta’ Frar 2024, il-Kummissjoni ddeċidiet li tiftaħ investigazzjoni formali fir-rigward tal-emenda tal-għajnuna u tal-pjan ta’ ristrutturar għal Corsair (5) (“id-deċiżjoni tal-ftuħ”). Fl-24 ta’ Mejju 2024, Corsair u tliet partijiet interessati oħra, jiġifieri żewġ kompetituri ta’ Corsair – Air Austral u Groupe Dubreuil Aero (GDA) – u Diamondale Limited, eks azzjonist ta’ Corsair, issottomettew il-kummenti tagħhom dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ lill-Kummissjoni. |
|
(4) |
Fid-19 ta’ Ġunju 2024, il-Kummissjoni bagħtet dawk il-kummenti lill-awtoritajiet Franċiżi, li wieġbu b’kummenti fis-26 ta’ Lulju 2024. Imbagħad, fit-22 ta’ Novembru 2024, GDA ssottometta kummenti addizzjonali, li ntbagħtu lill-awtoritajiet Franċiżi fis-17 ta’ Diċembru 2024. L-awtoritajiet Franċiżi ssottomettew kummenti fid-19 ta’ Jannar 2025, li l-kontenut tagħhom ġie ċċarat f’żewġ laqgħat mal-Kummissjoni fl-20 u fit-23 ta’ Jannar 2025. L-awtoritajiet Franċiżi ssottomettew kummenti u tweġibiet addizzjonali għall-mistoqsijiet mill-Kummissjoni fit-23 ta’ Jannar, fl-10 ta’ Frar u fit-3 ta’ Marzu 2025 rispettivament. |
|
(5) |
Fid-19 ta’ Ġunju 2024, il-Kummissjoni indirizzat mistoqsijiet lill-awtoritajiet Franċiżi dwar l-għajnuna addizzjonali mogħtija lil Corsair matul il-perjodu ta’ ristrutturar. L-awtoritajiet Franċiżi wieġbu bl-ittri tas-26 ta’ Lulju u tas-16 ta’ Diċembru 2024. |
|
(6) |
Il-Kummissjoni organizzat ukoll diversi laqgħat mal-awtoritajiet Franċiżi, b’mod partikolari fis-7 ta’ Novembru u fis-6 u fis-17 ta’ Diċembru 2024, kif ukoll fl-10 u fid-29 ta’ Jannar, fl-14 ta’ Frar u fit-3 u fid-19 ta’ Marzu 2025. |
|
(7) |
Fil-11 ta’ April 2025, il-Kummissjoni ddeċidiet (6) li testendi l-investigazzjoni formali relatata mal-emenda tal-għajnuna u tal-pjan ta’ ristrutturar fid-dawl tal-fatt li l-awtoritajiet Franċiżi u l-partijiet interessati kienu ppreżentaw fatti ġodda li ma kinux tqiesu fid-deċiżjoni li tinfetaħ l-investigazzjoni u li kienu jiġġustifikaw l-estensjoni tal-investigazzjoni formali (“id-deċiżjoni ta’ estensjoni”). |
|
(8) |
Fl-20 ta’ Mejju 2025, l-awtoritajiet Franċiżi bagħtu l-kontijiet awditjati tal-Kummissjoni għas-sena finanzjarja li ntemmet fit-30 ta’ Settembru 2024. |
|
(9) |
Fit-23 ta’ Mejju 2025, Corsair u GDA ssottomettew kummenti dwar id-deċiżjoni ta’ estensjoni tal-11 ta’ April 2025. Impriża oħra, li tixtieq tibqa’ anonima, issottomettiet kummenti fit-2 ta’ Ġunju 2025. Fis-6 ta’ Ġunju 2025, il-Kummissjoni bagħtet dawk il-kummenti lill-awtoritajiet Franċiżi, li wieġbu fis-17 ta’ Ġunju 2025. |
|
(10) |
Fit-30 ta’ Mejju 2025, l-awtoritajiet Franċiżi bagħtu lill-Kummissjoni verżjoni aġġornata tal-pjan ta’ ristrutturar rivedut tal-kumpanija u l-annessi tiegħu. |
|
(11) |
Fis-27 ta’ Ġunju 2025, il-Kummissjoni bagħtet lill-awtoritajiet Franċiżi mistoqsijiet addizzjonali relatati mal-għajnuna addizzjonali mogħtija lil Corsair matul il-perjodu ta’ ristrutturar u mad-daqs tal-flotta tagħha u l-iżvilupp tagħha matul l-2023 u l-2024. L-awtoritajiet Franċiżi wieġbu b’ittra tal-11 ta’ Lulju 2025. |
|
(12) |
Fl-4 ta’ Novembru 2025, il-Kummissjoni bagħtet lill-awtoritajiet Franċiżi talba għall-produzzjoni ta’ dokumenti u ta’ mistoqsijiet addizzjonali relatati mal-finanzjament tal-pjan ta’ ristrutturar. L-awtoritajiet Franċiżi wieġbu bl-ittri tal-10, tas-17 u tal-20 ta’ Novembru 2025. Fl-10 ta’ Diċembru 2025, il-Kummissjoni bagħtet lill-awtoritajiet Franċiżi talba addizzjonali relatata mal-pjan ta’ ristrutturar rivedut. L-awtoritajiet Franċiżi wieġbu b’aġġornament għall-pjan fil-15 ta’ Diċembru 2025. |
|
(13) |
Il-Kummissjoni organizzat ukoll diversi laqgħat mal-awtoritajiet Franċiżi dwar dawn id-diversi suġġetti, b’mod partikolari fit-28 ta’ April, fil-15 ta’ Mejju, fis-17 ta’ Ġunju, fis-27 ta’ Ġunju u fis-17 ta’ Settembru, u wkoll fl-10 u fit-12 ta’ Diċembru 2025. |
2. Il-benefiċjarju
2.1. L-attivitajiet ta’ Corsair
|
(14) |
Corsair hija kumpanija ssimplifikata b’ishma konġunti (société par actions simplifiée, SAS) b’kapital azzjonarju ta’ EUR 5 000 000,00, u bl-uffiċċju reġistrat tagħha fl-Aéroport Pôle Caraïbes, Zone de Fret, 97139 Les Abymes, Guadeloupe, Franza. Hija rreġistrata fir-Reġistru Kummerċjali u tal-Kumpaniji ta’ Pointe-à-Pitre bin-numru 328 621 586. |
|
(15) |
It-titoli ta’ Corsair ilhom proprjetà sħiħa tagħha sa mill-aħħar tas-sena 2020 mill-kumpanija azzjonarja Outre-Mer R-Plane (OMRP) (7). |
|
(16) |
Fl-aħħar ta’ Settembru 2023, Corsair kellha flotta ta’ disa’ inġenji tal-ajru li prinċipalment jaqdu lir-reġjuni ultraperiferiċi Franċiżi fil-Karibew (Martinique, Guadeloupe) u fl-Oċean Indjan (Réunion, Mayotte), kif ukoll, fost postijiet oħra, fil-Kanada. Linji tal-ajru oħra li joperaw fuq l-istess rotot jinkludu Air France, Air Austral u Groupe Dubreuil Aéro, li jinkludu l-linji tal-ajru Air Caraïbes u FrenchBee. |
|
(17) |
Skont id-deċiżjoni tal-2020, Corsair kellha timplimenta l-pjan ta’ ristrutturar tal-2020 fuq perjodu sa [...] sabiex terġa’ tirrestawra l-vijabbiltà fit-tul tagħha. |
2.2. Id-diffikultajiet affaċċjati minn Corsair
|
(18) |
Fit-talba tagħhom għall-emenda tal-pjan ta’ ristrutturar tal-2020, l-awtoritajiet Franċiżi spjegaw li l-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju li huwa l-bażi tal-pjan ta’ ristrutturar tal-2020 kien ibbażat fuq suppożizzjonijiet li ma kinux ġew ikkonfermati u li l-avvenimenti, li l-iskala tagħhom ma setgħetx tiġi antiċipata, kellhom impatt partikolarment negattiv fuq Corsair. |
|
(19) |
L-ewwel nett, l-awtoritajiet Franċiżi spjegaw li, fost id-diffikultajiet li ltaqgħet magħhom Corsair minn meta ġie approvat il-pjan ta’ ristrutturar tal-2020, ir-restrizzjonijiet tas-saħħa pubblika li baqgħu fis-seħħ sal-bidu tas-sena finanzjarja 2022/2023 kellhom impatt serju ħafna fuq il-prestazzjoni kummerċjali u finanzjarja ta’ Corsair. |
|
(20) |
Ir-restrizzjoni – u anke l-projbizzjoni temporanja – ta’ titjiriet bejn Franza metropolitana u ċerti dipartimenti u territorji ekstra-Ewropej (bħall-Antilli u Réunion), miżmuma fis-seħħ sa Marzu 2022 bħala riżultat taż-żieda l-ġdida fil-każijiet tal-COVID-19 u tad-diffikultajiet fl-introduzzjoni tal-vaċċin f’dawk it-territorji minħabba l-adozzjoni baxxa mill-popolazzjoni lokali, għamlitha partikolarment diffiċli, jew saħansitra impossibbli, għal Corsair biex twettaq in-negozju tagħha matul il-perjodi li ġejjin:
|
|
(21) |
L-awtoritajiet Franċiżi żiedu wkoll li l-attività ta’ Corsair kienet ġiet affettwata wkoll minn movimenti ta’ protesti fl-Antilli bejn Novembru 2021 u Jannar 2022 wara l-introduzzjoni tal-vaċċinazzjoni obbligatorja għall-ħaddiema fil-kura tas-saħħa u l-impożizzjoni tal-“health pass” f’diversi postijiet pubbliċi. |
|
(22) |
B’riżultat ta’ dan, skont l-awtoritajiet Franċiżi, Corsair, li kienet qed tantiċipa ritorn għall-kundizzjonijiet normali tas-suq fi tmiem l-2021, rat li r-riżultati tagħha ddevjaw minn dawk antiċipati fil-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju inizjali. |
|
(23) |
Imbagħad, skont l-awtoritajiet Franċiżi, il-kriżi marbuta mal-aggressjoni militari tar-Russja kontra l-Ukrajna u l-kuntest globali inflazzjonarju li rriżulta wasslu għal żieda qawwija ħafna fil-kostijiet ladarba l-kumpanija reġgħet bdiet bl-attività normali, (i) biż-żieda qawwija ħafna fil-prezz tal-kerosin, li kien qabeż l-USD 1 200/tunnellata fl-eqqel żmien meta mqabbla mal-USD [500-900]/tunnellata inizjalment indikati fil-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju, u (ii) bid-dgħufija tal-euro kontra d-dollaru Amerikan, billi l-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju inizjali kien tfassal abbażi ta’ rata tal-kambju ta’ EUR/USD ta’ [0,9–1,3] meta mqabbla maż-0,97 milħuqa fl-aktar punt baxx tagħha f’Ottubru 2022. |
|
(24) |
F’dan ir-rigward, l-awtoritajiet Franċiżi ddikjaraw li fil-pjan ta’ ristrutturar rivedut sottomess inizjalment f’Diċembru 2023, il-kost tal-kerosin kien irrappreżenta kostijiet ta’ EUR [100–180] miljun minn [...], u li ż-żieda fil-prezz tal-kerosin u d-dgħufija tal-euro kontra d-dollaru Amerikan kienu wasslu għal kost addizzjonali ta’ madwar EUR [80–120] miljun fis-sena fuq dik il-linja biss matul dak il-perjodu. |
|
(25) |
Fl-aħħar nett, l-awtoritajiet Franċiżi argumentaw li filwaqt li l-kumpanija kienet kapaċi, parzjalment, iżżid il-prezzijiet tagħha sabiex tgħaddi din is-sitwazzjoni (flimkien mal-effett inflazzjonarju ġenerali fuq il-kostijiet kollha mġarrba mill-kumpanija), il-kumpens, l-ewwel nett, kien parzjali biss u, it-tieni, ma setax jiġi applikat għall-maġġoranza tal-biljetti minħabba li kienu nbiegħu diversi xhur qabel it-titjiriet. Għalhekk, żieda aggressiva fil-kostijiet bħal dik li ġarrbet b’riżultat tal-kriżi marbuta mal-aggressjoni militari tar-Russja kontra l-Ukrajna ma setgħetx tingħadda minnufih fil-prezz tal-biljetti u kien neċessarju xi żmien meħtieġ għall-eżekuzzjoni. |
|
(26) |
F’dan il-kuntest u fuq il-bażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, f’Settembru u f’Diċembru 2023, l-awtoritajiet Franċiżi spjegaw li Corsair għaddiet minn diffikultajiet severi ta’ fluss tal-flus u li rat tnaqqis nett fil-marġni operatorju tagħha ta’ EUR [170–220] miljun matul il-perjodu mill-2020 sal-2023 meta mqabbel mal-pjan ta’ ristrutturar tal-2020, minkejja l-isforzi tal-kumpanija biex tnaqqas il-kostijiet fissi tagħha b’EUR [10–25] miljun matul il-perjodu u l-miżuri ta’ appoġġ addizzjonali stabbiliti mill-Istat Franċiż għall-benefiċċju tas-settur kollu kemm hu, li kellhom impatt pożittiv fuq Corsair ta’ EUR [20–40] miljun matul il-perjodu. |
|
(27) |
L-awtoritajiet Franċiżi spjegaw ukoll li, abbażi tal-prestazzjoni finanzjarja li kienet qed tiddeterjora u kkawżata mid-diffikultajiet il-ġodda ffaċċjati minn Corsair wara d-deċiżjoni ta’ Diċembru 2020 dwar l-għajnuna għar-ristrutturar, kif stabbilit fil-premessi 18 sa 25 hawn fuq, l-introjtu operatorju tal-kumpanija [...] fi tmiem is-sena finanzjarja [...] (li ntemmet f’Settembru [...]) [...] l-ekwità li, f’dik id-data, kienet [...], u li, abbażi tal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju aġġornat imfassal mill-kumpanija, Corsair ma kinitx għadha f’pożizzjoni li tikkonforma mal-pjan ta’ ristrutturar tal-2020. |
|
(28) |
Fl-aħħar nett, l-awtoritajiet Franċiżi ddikjaraw li l-prezz tal-fjuwil u r-rata tal-kambju tal-euro/dollaru kienu baqgħu volatili ħafna matul il-perjodu 2022/2023. Huma indikaw ukoll iż-żieda fil-kostijiet denominati kollha kkawżati mill-inflazzjoni, b’mod partikolari l-manutenzjoni tal-inġenji tal-ajru u tal-magni tagħhom ([...]) u l-catering ([...]) matul il-perjodu 2022/2023. |
|
(29) |
Fil-15 ta’ Diċembru 2023, l-Istat Franċiż emenda kif xieraq it-talba tiegħu biex jiġi emendat il-pjan ta’ ristrutturar tal-2020 abbażi tat-Taqsima 7.2.2 tal-Linji Gwida S&R. |
3. IL-PJAN TA’ RISTRUTTURAR RIVEDUT
3.1. Suppożizzjonijiet fil-pjan ta’ ristrutturar rivedut
|
(30) |
Mill-15 ta’ Diċembru 2023, l-awtoritajiet Franċiżi aġġornaw il-pjan ta’ ristrutturar rivedut diversi drabi, filwaqt li qiesu l-evoluzzjoni tal-attivitajiet ta’ Corsair u l-iżviluppi ġeopolitiċi u makroekonomiċi matul l-aħħar sentejn. |
|
(31) |
L-aħħar verżjoni tal-pjan ta’ ristrutturar rivedut ġiet adottata fit-23 ta’ Mejju 2025. Dik il-verżjoni tal-pjan hija mehmuża mal-protokoll ta’ konċiljazzjoni bit-titolu “Term sheet relatif à l’aménagement du Plan de restructuration de Corsair”, iffirmat fis-7 ta’ Novembru 2025 minn Corsair, l-awtoritajiet Franċiżi, l-investituri l-ġodda u l-investituri li kienu ħerġin taħt il-patroċinju ta’ trustees ad hoc maħtura b’deċiżjoni ġudizzjarja bħala parti minn proċedura ta’ prevenzjoni tal-insolvenza quddiem it-Tribunal Mixte de Commerce de Pointe-à-Pitre u l-Comité Interministeriel de Restructuring Industrielle (CIRI) (“id-Dokument dwar il-kundizzjonijiet”). Il-bażi tal-pjan hija s-suppożizzjonijiet ewlenin li ġejjin, li ġew aġġornati l-aħħar mill-awtoritajiet Franċiżi fil-15 ta’ Diċembru 2025:
|
|
(32) |
Minbarra dawn is-suppożizzjonijiet, l-awtoritajiet Franċiżi jżidu li d-dħul ta’ Corsair probabbilment għadu affettwat mill-immaġni low-cost tagħha, ikkaratterizzata minn proporzjon għoli ta’ biljetti ssussidjati, reputazzjoni bħala linja tal-ajru charter, tagħmir abbord skadut (bħal skrins) u flotta mhux standardizzata ta’ inġenji tal-ajru. Bħala tali, flotta aktar moderna, bħal dik li Corsair għandha issa, x’aktarx li tbigħ il-biljetti bi prezzijiet ogħla u żżid il-fatturi tat-tagħbija aktar ma titjieb il-perċezzjoni tal-klijenti. Barra minn hekk, l-awtoritajiet Franċiżi jindikaw li din il-bidla lil hinn minn immaġni ta’ “charter” diġà hija riflessa fil-feedback pożittiv tal-klijenti fuq titjiriet operati b’inġenji tal-ajru ġodda u fl-għoti lil Corsair tat-titolu ta’ “Best leisure airline” fi Franza għall-2024 fil-World Airline Awards. Franza tiddikjara li, anke jekk ma tkunx inkluża fil-pjan ta’ ristrutturar rivedut kif sottomess lill-Kummissjoni, l-impatt tal-istrateġija tagħha ta’ upselling fuq in-nollijiet u l-fatturi tat-tagħbija huwa mistenni li jimmaterjalizza gradwalment, hekk kif il-passiġġieri jsiru konxji tas-servizz imtejjeb u l-preferenzi tagħhom jinbidlu. |
3.2. Finanzjament tal-pjan ta’ ristrutturar rivedut
|
(33) |
Fis-sottomissjoni tagħhom tas-27 ta’ Settembru 2023, l-awtoritajiet Franċiżi pproponew li l-pjan ta’ ristrutturar rivedut għandu jkopri l-perjodu minn [...] sa [...]. Id-dokumentazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Franċiżi fil-15 ta’ Diċembru 2023, min-naħa l-oħra, tindika li d-durata addizzjonali massima prevista għall-pjan ta’ ristrutturar rivedut tkun [...] (aktar milli [...]), jiġifieri sa mhux aktar tard minn [...]. |
|
(34) |
Sussegwentement, hekk kif żviluppaw il-verżjonijiet differenti tal-pjan ta’ ristrutturar rivedut, l-awtoritajiet Franċiżi informaw lill-Kummissjoni li d-data tat-30 ta’ Settembru 2026 fl-aħħar mill-aħħar kienet id-data effettiva tat-tmiem tal-perjodu ta’ ristrutturar. |
|
(35) |
Fuq din il-bażi, il-pjan ta’ ristrutturar rivedut fit-23 ta’ Mejju 2025, aġġornat fil-15 ta’ Diċembru 2025 u sottomess mill-awtoritajiet Franċiżi lill-Kummissjoni bħala l-verżjoni finali li għandha titqies fil-valutazzjoni tagħha, huwa essenzjalment ibbażat fuq is-suppożizzjonijiet finanzjarji li ġejjin:
|
3.2.1 Deskrizzjoni tal-finanzjament
|
(36) |
Kif spjegat fit-Tabella 1 hawn taħt, l-awtoritajiet Franċiżi jispjegaw li l-finanzjament privat se jiġi prinċipalment minn: (i) kontribuzzjoni kapitali ta’ EUR [...] miljun minn Blue Sky Holding, (ii) kontribuzzjoni kapitali minn investitur estern ġdid (il-kumpanija Franċiża Advens-Geocoton) bħala azzjonist ġdid, għal ammont ta’ EUR [...] miljun, (iii) kontribuzzjoni kapitali addizzjonali ta’ EUR [...] miljun kondiviża bejn Blue Sky Holding, Groupe Advens-Geocoton u SEMPAT, li għandha tingħata lil Corsair jekk il-fluss tal-flus tagħha jaqa’ taħt il-livell limitu ta’ EUR [...] miljun, (iv) moratorju fuq il-kontribuzzjonijiet tal-pensjoni mogħtija mill-Caisse de Retraite du Personnel Navigant (CRPN) għal ammont ta’ EUR [...] miljun, (v) il-bejgħ ta’ inġenju tal-ajru Airbus A330 F-HSKY minn Corsair għal madwar EUR [...] miljun, u (vi) il-finanzjament minn Corsair (permezz ta’ ftehimiet ta’ lokazzjoni) f’Lulju 2022 ta’ erba’ inġenji tal-ajru ġodda A330-NEO għal ammont ta’ EUR [...] miljun (14). |
|
(37) |
Fuq dik il-bażi, l-awtoritajiet Franċiżi jiddikjaraw li, għalhekk, l-ammont tal-kontribuzzjoni proprja li għandu jiġi applikat fir-rigward tat-talba biex jiġi emendat il-pjan ta’ ristrutturar tal-2020 jammonta għal EUR 145,4 miljun. L-awtoritajiet Franċiżi jiddikjaraw ukoll li, fil-kuntest tad-deċiżjoni tal-2020 ibbażata fuq il-pjan ta’ ristrutturar tal-2020, il-kontribuzzjonijiet kapitali privati għal Corsair kienu ta’ EUR [130–180] miljun. |
|
(38) |
Għalhekk, l-awtoritajiet Franċiżi jikkonkludu li, fil-kuntest tal-emenda tal-pjan ta’ ristrutturar tal-2020 ta’ Corsair, il-kontribuzzjoni proprja totali b’hekk tammonta għal EUR 319,1 miljun (jiġifieri b’kunsiderazzjoni tal-kontribuzzjoni proprja inizjali). |
|
(39) |
Fir-rigward tal-appoġġ finanzjarju mill-Istat Franċiż, l-awtoritajiet Franċiżi jispjegaw li l-maġġoranza l-kbira tal-għajnuna mitluba fl-emenda tal-pjan ta’ ristrutturar tikkonsisti fir-rinunzja tal-għajnuna mogħtija fl-2020 fil-forma ta’ self u mhux ta’ injezzjonijiet ġodda, u li, għalhekk, l-appoġġ finanzjarju mill-Istat se jiġi pprovdut prinċipalment permezz ta’:
|
|
(40) |
Fir-rigward tar-rinunzja tas-self tal-FDES u tal-PP (il-premessa 39(v)), l-awtoritajiet Franċiżi jsostnu li, peress li dan l-ammont diġà tqies bis-sħiħ fid-deċiżjoni tal-2020, jenħtieġ li ma jerġax jiġi inkluż fil-kalkolu tal-għajnuna li tiffinanzja l-kostijiet tar-ristrutturar sabiex jiġi ddeterminat il-proporzjon tal-għajnuna mal-kontribuzzjoni proprja, peress li dan jirriżulta fl-istess għajnuna tingħadd darbtejn. Min-naħa l-oħra, huwa neċessarju li jitqies l-ammont ta’ mgħax akkumulat u kapitalizzat (fuq is-self bi dritt ta’ parteċipazzjoni) li, matul id-durata totali tas-self bi dritt ta’ parteċipazzjoni, se jammonta għal EUR 4,7 miljun. Barra minn hekk, bi skambju għal tali rinunzja, Corsair qed tagħti lill-Istat Franċiż u lill-kredituri pubbliċi kkonċernati klawżola ta’ prijorità ta’ “żminijiet aħjar”, li skont din, jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti jiġu ssodisfati, Corsair għandha tħallas lura kull sena ammont li jikkorrispondi għal [...]% tad-differenza pożittiva bejn l-introjtu operatorju tagħha, inklużi d-dispożizzjonijiet ta’ manutenzjoni, u d-deprezzament tad-dejn skedat mill-ġdid (18), sa limitu massimu ta’ EUR [...] miljun. L-attivazzjoni effettiva ta’ dik il-klawżola hija soġġetta għall-issodisfar kumulattiv ta’ kundizzjonijiet finanzjarji stretti, jiġifieri l-eżistenza ta’ ekwità pożittiva u ż-żamma ta’ pożizzjoni suffiċjenti ta’ fluss tal-flus, filwaqt li jiġi żgurat li l-pagamenti magħmula skont il-klawżola ta’ żminijiet aħjar ma jikkompromettux is-solvenza jew il-likwidità tal-impriża. |
|
(41) |
Hawnhekk għandu jitfakkar li, fil-kuntest tad-deċiżjoni tal-2020 ibbażata fuq il-pjan ta’ ristrutturar tal-2020, l-għajnuna mill-Istat imħallsa lil Corsair ħadet il-forma ta’ għajnuna għar-ristrutturar ta’ EUR 106,7 miljun li tinkludi (i) moratorju fuq l-obbligazzjonijiet pubbliċi mġarrba minn Corsair fl-aħħar ta’ Jannar 2021 stmat għal EUR 21,9 miljun, (ii) EUR 4,8 miljun fil-forma ta’ kreditu tat-taxxa ekstra-Ewropew fuq ix-xiri ta’ inġenju tal-ajru wieħed jew aktar fl-2021, (iii) self b’kundizzjonijiet favorevoli dirett mill-Istat ta’ EUR 18-il miljun (“is-self tal-FDES”) u (iv) self bi dritt ta’ parteċipazzjoni ta’ EUR 62 miljun (“is-self tal-PP”) (19). |
|
(42) |
L-awtoritajiet Franċiżi jindikaw li fl-2020, bħala parti mill-investiment ta’ OMRP, tħallsu EUR 6 miljun mill-awtoritajiet lokali fid-dipartimenti ekstra-Ewropej, li ma tqisux fid-deċiżjoni tal-2020. Għalhekk, dan l-ammont jeħtieġ li jiżdied mal-ammont ta’ għajnuna mill-Istat imħallsa fl-2020, li jirriżulta f’ammont totali ta’ għajnuna mill-Istat ta’ EUR 112,7 miljun. |
|
(43) |
Barra minn hekk, bi tweġiba għall-osservazzjoni tal-Kummissjoni fil-premessa 95 tad-deċiżjoni tal-ftuħ li tqajjem dubji dwar l-eliġibbiltà bħala kontribuzzjoni proprja tal-moratorju fuq EUR [10–40] miljun miksuba mill-ħlas spazjat tal-kontribuzzjonijiet tal-pensjoni, mogħti lil Corsair f’Settembru 2023 mis-CRPN, l-awtoritajiet Franċiżi jsostnu, essenzjalment, li s-CRPN huwa korp li jimmaniġġja b’mod indipendenti r-riżorsi ta’ oriġini privata. Peress li r-riżorsi tas-CRPN ma humiex riżorsi tal-Istat u d-deċiżjoni li l-ħlas tal-kontribuzzjonijiet isir b’mod spazjat – li fil-kuntest ta’ dan il-każ jista’ jitqabbel ma’ mġiba raġonevoli minn kreditur privat – ma tistax tiġi attribwita lill-Istat, dik il-miżura ma tikkostitwix għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. |
|
(44) |
It-Tabella 1 turi d-diżaggregazzjoni tal-kontribuzzjonijiet proprji u tal-għajnuna mill-Istat fil-finanzjament tal-pjan ta’ ristrutturar tal-2020. Imbagħad turi din id-diżaggregazzjoni fil-finanzjament kontribwit għall-pjan ta’ ristrutturar emendat. Fl-aħħar nett, din turi l-proporzjon bejn il-kontribuzzjonijiet privati u pubbliċi kollha fil-finanzjament tal-pjan ta’ ristrutturar rivedut. Tabella 1 Għajnuna u kontribuzzjonijiet proprji
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
3.2.2 Proporzjonalità bejn l-għajnuna, il-kontribuzzjonijiet proprji u l-kondiviżjoni tal-piżijiet
|
(45) |
Fuq din il-bażi, l-awtoritajiet Franċiżi jindikaw li, fil-kuntest tal-emenda tal-pjan ta’ ristrutturar tal-2020 ta’ Corsair, l-ammont totali skontat ta’ għajnuna mill-Istat ikun ta’ EUR 200,5 miljun (b’kunsiderazzjoni tal-għajnuna inizjali), jiġifieri EUR [80–180] miljun inqas mill-ammont totali skontat ta’ kontribuzzjonijiet privati. |
|
(46) |
Għaldaqstant, l-awtoritajiet Franċiżi jikkonkludu li l-kundizzjoni stabbilita fil-punt 64 tal-Linji Gwida S&R – li skont din il-kontribuzzjonijiet proprji jridu jammontaw għal mill-inqas 50 % tal-kostijiet tar-ristrutturar – hija ssodisfata mingħajr problema. |
|
(47) |
Barra minn hekk, l-awtoritajiet Franċiżi jiddikjaraw li parti mill-isforzi pubbliċi skont il-pjan ta’ ristrutturar rivedut se tieħu l-forma ta’ injezzjonijiet ta’ kapital u li l-azzjonisti kurrenti qed jagħtu kontribut sinifikanti ħafna għall-isforz ta’ ristrutturar billi jnaqqsu l-parteċipazzjoni azzjonarja tagħhom għal żero fil-kuntest taż-żieda fil-kapital li ġejja. F’dak ir-rigward, l-awtoritajiet Franċiżi jispjegaw li, f’konformità mal-punt 66 tal-Linji Gwida S&R, l-azzjonisti eżistenti se jkunu assorbew kompletament it-telf akkumulat ta’ Corsair qabel l-intervent tal-Istat. Għal dak l-għan, ġie stabbilit tnaqqis fil-kapital biex jiġi eliminat it-telf riportat qabel il-forniment ta’ fondi pubbliċi. B’riżultat ta’ din l-operazzjoni, il-parteċipazzjoni tal-azzjonisti eżistenti ġiet eliminata kompletament bid-deprezzament sħiħ tal-ishma pendenti. Din tippreċedi ż-żieda fil-kapital, sabiex ir-rikapitalizzazzjoni bl-ebda mod ma tkun ta’ benefiċċju għall-eks azzjonisti. Għalhekk, l-awtoritajiet Franċiżi jqisu li dan l-approċċ jiżgura li l-piż jiġi kondiviż b’mod adegwat, peress li l-azzjonisti eżistenti jġorru l-piż kollu tat-telf tal-passat sal-punt sħiħ permess mil-liġi nazzjonali u tneħħew effettivament bħala parti mir-ristrutturar tal-kapital. |
3.2.3 Adegwatezza tal-għajnuna
|
(48) |
Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, l-awtoritajiet Franċiżi jqisu li d-diffikultajiet kurrenti ta’ Corsair jirriżultaw kemm minn kwistjonijiet immedjati ta’ likwidità kif ukoll minn dgħufija strutturali tas-solvenza tagħha, li jirriżultaw minn telf akkumulat li naqqas l-ekwità tagħha sena wara sena. Huma jindikaw li l-għajnuna ppjanata, li essenzjalment tikkonsisti f’rinunzja tad-dejn u fi kreditu tat-taxxa, ma sservix sempliċiment biex ittejjeb il-fluss tal-flus tal-kumpanija b’mod temporanju iżda tikkontribwixxi wkoll għat-tisħiħ tas-solvenza tagħha fit-tul. Dan l-aspett tal-aħħar huwa proporzjonat mal-kapaċità tal-kumpanija li tkopri l-obbligazzjonijiet kollha tagħha mir-riżorsi proprji tagħha. Rinunzja tad-dejn tnaqqas immedjatament u b’mod permanenti l-obbligazzjonijiet kurrenti, filwaqt li kreditu tat-taxxa jżid ir-riżultat jew l-assi netti, u jtejjeb il-pożizzjoni netta fiż-żewġ każijiet. L-awtoritajiet Franċiżi jqisu li dan it-tnaqqis fl-obbligazzjonijiet, flimkien ma’ restawr tal-livelli ta’ ekwità, huwa l-aktar mekkaniżmu xieraq biex jiġu rrimedjati d-diffikultajiet identifikati. Għalhekk, l-għajnuna, akkumpanjata minn klawżola ta’ żminijiet aħjar għal ammont sa EUR [...] miljun, tindirizza kemm il-ħtiġijiet ta’ likwidità fuq terminu medju kif ukoll is-solvenza insuffiċjenti, u għalhekk jenħtieġ li tippermetti lil Corsair tirritorna għal struttura finanzjarja sostenibbli u pożizzjoni pożittiva ta’ flus filwaqt li tissodisfa l-impenji tagħha. |
3.3. Restawr tal-vijabbiltà fit-tul
3.3.1 Deskrizzjoni tas-suppożizzjonijiet u tal-projezzjonijiet finanzjarji
|
(49) |
Skont ix-xenarju bażi fl-aħħar aġġornament għall-pjan ta’ ristrutturar rivedut sottomess mill-awtoritajiet Franċiżi, datat it-23 ta’ Mejju 2025 u aġġornat l-aħħar fil-15 ta’ Diċembru 2025, il-fatturat ta’ Corsair, u b’mod partikolari dak mit-trasport tal-passiġġieri, huwa mistenni jikber b’madwar 17 % matul id-durata tal-pjan ta’ ristrutturar rivedut (bejn l-aħħar ta’ Settembru 2023 u l-aħħar ta’ Settembru 2026), u jilħaq madwar EUR [...] miljun sal-aħħar ta’ Settembru 2026. |
|
(50) |
L-awtoritajiet Franċiżi jqisu li l-kostijiet (varjabbli u fissi) huma mistennija jiżdiedu b’[...] % biss matul id-durata tal-pjan, li huwa proporzjonalment inqas mid-dħul mistenni tal-kumpanija sal-aħħar ta’ Settembru 2026. Madankollu, fir-rigward tal-kostijiet fissi b’mod partikolari, [...], l-awtoritajiet Franċiżi jiddikjaraw li dawn il-kostijiet ta’ lokazzjoni huma mistennija jiżdiedu b’[...] % matul id-durata tar-ristrutturar rivedut bħala riżultat taż-żieda tal-inġenji tal-ajru l-ġodda mal-flotta. L-awtoritajiet Franċiżi jispjegaw li dawn l-inġenji tal-ajru l-ġodda huma orħos f’termini ta’ kostijiet operatorji (b’mod partikolari f’termini ta’ konsum tal-fjuwil) iżda huma aktar għaljin biex jiġu lokati. |
|
(51) |
L-awtoritajiet Franċiżi jsostnu li, fuq il-bażi tas-sitwazzjoni msemmija hawn fuq, u kif turi t-tabella li ġejja, l-introjtu operatorju tal-kumpanija huwa mistenni jikber b’mod sinifikanti matul id-durata tal-pjan ta’ ristrutturar rivedut, minn EUR ([...]) miljun fl-aħħar ta’ Settembru 2023 għal EUR [...] miljun fl-aħħar ta’ Settembru 2026, li jikkostitwixxi treġġigħ lura sħiħ tas-sitwazzjoni matul id-durata tal-pjan ta’ ristrutturar rivedut minn telf operatorju sinifikanti għal introjtu operatorju pożittiv ħafna. Tabella 2 Indikaturi finanzjarji ewlenin ta’ Corsair (xenarju bażi)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(52) |
Fir-rigward tar-riżultat nett ta’ Corsair fix-xenarju bażi, l-awtoritajiet Franċiżi jistennew li dan jiżdied bl-istess ammont, bi tkabbir sinifikanti matul id-durata tal-pjan minn telf nett ta’ EUR [...] miljun fi [...] għal profitt mistenni ta’ EUR [...] miljun fl-aħħar ta’ Settembru 2026. Ta’ min jinnota li dan il-profitt nett mistenni fl-aħħar ta’ Settembru 2026 huwa ogħla b’mod sinifikanti milli fl-2025 bis-saħħa tal-kontribuzzjonijiet eċċezzjonali assoċjati kemm mar-rinunzja tal-Istat Franċiż għat-talbiet tiegħu flimkien ma’ riżultat eċċezzjonali ta’ EUR [...] miljun u l-profitti fl-ordni ta’ EUR [...] miljun mill-bejgħ tal-inġenji tal-ajru F-HSKY. Mingħajr dawn il-kontribuzzjonijiet eċċezzjonali, ir-riżultat nett mistenni fl-aħħar ta’ Settembru 2026 ikun ta’ EUR [...] miljun. |
|
(53) |
L-awtoritajiet Franċiżi jiddikjaraw li dawn ir-riżultati pożittivi, li juru titjib ċar, inkisbu b’mod partikolari bis-saħħa ta’ (i) dinamika kummerċjali tajba ħafna, (ii) it-tiġdid tal-flotta, li tippermetti servizz imtejjeb, (iii) l-introduzzjoni ta’ miżuri biex jittejjeb l-RASK (b’mod partikolari żieda fid-dħul anċillari, ġestjoni mtejba tar-rendiment u n-negozjar mill-ġdid ta’ kuntratti ma’ ċerti fornituri ta’ servizzi), u (iv) l-inkorporazzjoni tal-impatt tal-miżuri ta’ titjib tal-prestazzjoni, li kien diġà ġie identifikat iżda li l-impatt pożittiv tagħhom ma kienx tqies bis-sħiħ sakemm ġew implimentati. |
|
(54) |
F’dan ir-rigward, l-awtoritajiet Franċiżi jispeċifikaw li l-miżuri ta’ titjib jikkonċernaw kemm l-iffrankar tal-kostijiet kif ukoll iż-żidiet fid-dħul, u jinkludu l-elementi ewlenin li ġejjin, fost l-oħrajn:
|
|
(55) |
Madankollu, dawk is-suppożizzjonijiet u l-iżviluppi ma jippermettux [...], jiġifieri dak li jsegwi t-tmiem tal-perjodu ta’ ristrutturar. L-awtoritajiet Franċiżi jistennew li, f’Settembru 2026, l-ekwità ta’ Corsair xorta se tkun [...] fl-ammont ta’ EUR [...] miljun, b’ROCE fl-ordni ta’ [10,6–13,4] %, li huwa konformi mal-kost tal-kapital ta’ Corsair stmat mill-awtoritajiet Franċiżi għal [8,6–10,5] %. Fl-aħħar nett, l-awtoritajiet Franċiżi jiddikjaraw li l-ROCE huwa mistenni li jilħaq il-[11,4–15,2] % fl-aħħar ta’ Settembru 2027 (u li jaqbeż it-[18–21] % fl-aħħar tas-sena finanzjarja 2027–2028, li tagħlaq fl-aħħar ta’ Settembru 2028). |
|
(56) |
F’dak ir-rigward, l-awtoritajiet Franċiżi jiddikjaraw li skont il-Linji Gwida S&R, il-pjan ta’ ristrutturar irid jirrestawra l-vijabbiltà fit-tul tal-benefiċjarju fi skeda taż-żmien raġonevoli u fuq il-bażi ta’ suppożizzjonijiet realistiċi fir-rigward tal-kundizzjonijiet operazzjonali futuri li għandhom jeskludu kwalunkwe għajnuna ulterjuri mill-Istat li ma hijiex koperta mill-pjan ta’ ristrutturar. |
|
(57) |
Fuq dik il-bażi, l-awtoritajiet Franċiżi jqisu li l-iskeda taż-żmien raġonevoli prevista fil-Linji Gwida S&R mhux neċessarjament tikkorrispondi għall-perjodu ta’ ristrutturar, li barra minn hekk trid tkun qasira kemm jista’ jkun, u li, fil-fehma tagħhom, dan huwa ċar mill-mudell indikattiv tal-pjan ta’ ristrutturar mehmuż bħala l-Anness II tal-Linji Gwida S&R. |
|
(58) |
Barra minn hekk, l-awtoritajiet Franċiżi jqisu li dan il-kriterju ta’ restawr tal-vijabbiltà fit-tul fi skeda taż-żmien raġonevoli japplika mingħajr restrizzjoni għall-emenda tal-pjan ta’ ristrutturar, sabiex il-punt tat-tluq għall-iskeda taż-żmien raġonevoli f’dan il-każ partikolari jrid, fil-fehma tagħhom, ikun it-talba għal emenda. |
|
(59) |
F’dan ir-rigward, l-awtoritajiet Franċiżi jindikaw li l-vijabbiltà fit-tul tiġi kkunsidrata li tkun intlaħqet meta impriża tkun tista’ tagħti redditu projettat xieraq fuq il-kapital wara li tkun kopriet il-kostijiet kollha tagħha inklużi d-deprezzament u l-imposti finanzjarji. Fi kliem ieħor, l-impriża ristrutturata tiġi kkunsidrata bħala vijabbli meta tkun tista’ tikkompeti fis-suq fuq il-merti tagħha stess. |
|
(60) |
Għalhekk, fuq dik il-bażi, l-awtoritajiet Franċiżi jikkunsidraw li, fil-prattika, il-Kummissjoni trid teżamina l-kriterju ta’ ritorn għall-vijabbiltà fuq il-bażi ta’ korp ta’ evidenza, f’konformità mal-prattika tagħha tat-teħid ta’ deċiżjonijiet. Bħala parti minn dan il-korp ta’ evidenza, l-awtoritajiet Franċiżi jsostnu li l-Kummissjoni għandha teżamina l-proporzjonijiet tal-fluss tal-flus, iżda wkoll il-proporzjonijiet tal-profittabbiltà (EBITDAR, ROCE, redditu fuq l-ekwità (ROE) jew il-kost medju ponderat tal-kapital (WACC)). Huma jżidu li jenħtieġ li l-Kummissjoni tanalizza b’mod partikolari jekk l-ROCE jogħliex aktar mid-WACC fi ħdan skeda taż-żmien raġonevoli sabiex tivvaluta l-kapaċità tal-linja tal-ajru li tiġġenera profittabbiltà suffiċjenti biex tkopri l-kost tal-finanzjament kapitali tagħha. |
|
(61) |
Kif stabbilit fit-Tabella 3, l-awtoritajiet Franċiżi jindikaw ukoll li x-xenarju pessimist fil-pjan ta’ ristrutturar ta’ Corsair juri deterjorament fl-introjtu operatorju tal-kumpanija fl-aħħar ta’ Settembru 2026 fl-ordni ta’ –EUR [...] miljun u għalhekk jirriżulta f’telf operatorju fit-tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar rivedut. L-indikaturi l-oħra kollha jirriflettu wkoll dan id-deterjorament. Tabella 3 Indikaturi finanzjarji ewlenin għal Corsair (xenarju pessimist)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(62) |
L-awtoritajiet Franċiżi jindikaw li x-xenarju pessimist huwa bbażat fuq reviżjoni tas-suppożizzjonijiet li ġejjin fix-xenarju bażi:
|
|
(63) |
Fuq din il-bażi, l-awtoritajiet Franċiżi jindikaw li x-xenarju pessimist skontat juri (i) introjtu operatorju pożittiv ħafna, li jammonta għal EUR [...] miljun fi tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar (u saħansitra sa EUR [10–30] miljun fit-30 ta’ Settembru 2028, (ii) fluss tal-flus [...] matul id-durata kollha tal-pjan u għal madwar EUR [...] miljun fit-30 ta’ Settembru 2026 (u EUR [...] milljun fit-30 ta’ Settembru 2028). |
|
(64) |
L-awtoritajiet Franċiżi jispjegaw li dawn ir-riżultati juru l-kapaċità ta’ Corsair, anke fix-xenarju pessimist, li tissodisfa l-impenji finanzjarji kollha tagħha mingħajr il-ħtieġa ta’ għajnuna addizzjonali. |
|
(65) |
Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, l-awtoritajiet Franċiżi jispjegaw li l-indikaturi kollha inklużi fil-pjan ta’ ristrutturar rivedut mibgħut lill-Kummissjoni jikkonfermaw il-perkors għal ritorn għall-vijabbiltà, anke fix-xenarju pessimist, sa fejn:
|
|
(66) |
Kif indikat hawn fuq, l-ROCE huwa mistenni jkun ta’ [10,6–13,4] % fit-30 ta’ Settembru 2026 u ta’ [11,4–15,2] % sena wara t-tmiem tal-perjodu ta’ ristrutturar, jiġifieri ogħla mid-WACC ikkalkolat għall-istess data fil-livell ta’ [8,6–10,5] % (22). |
|
(67) |
Barra minn hekk, l-awtoritajiet Franċiżi jindikaw li, kif muri fit-Tabella 4 hawn taħt, ir-redditu medjan fuq il-kapital użat f’kampjun ta’ tużżana linji tal-ajru ta’ partijiet terzi kien ta’ 7,3 % fl-2019 u ta’ 6,9 % fl-2024. Ir-redditu fuq il-kapital użat ta’ Corsair, kif muri fit-Tabella 3 hawn fuq, kien f’bilanċ matul is-snin [...], li laħaq [...] % fi [...] u huwa mistenni [...] osservat f’dawn l-aħħar snin, meta mqabbel ma’ dak għal-linji tal-ajru l-oħra fil-kampjun matul il-pjan ta’ ristrutturar rivedut. Tabella 4 Redditu fuq il-kapital użat
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(68) |
Għalhekk, l-awtoritajiet Franċiżi jqisu li, fid-dawl ta’ dawn l-elementi kollha, id-dimostrazzjoni tal-vijabbiltà ta’ Corsair, anke fix-xenarju pessimist, hija kompletament allinjata mal-Linji Gwida S&R u mal-prattika tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-Kummissjoni. |
|
(69) |
Għalhekk, l-awtoritajiet Franċiżi jikkunsidraw li dawn il-fatturi kollha jindikaw ritorn għall-vijabbiltà li jippermetti lil Corsair tikkompeti fis-suq bil-merti tagħha stess mit-tmiem tal-perjodu ta’ ristrutturar. |
3.4. Miżuri sabiex jillimitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni
|
(70) |
L-awtoritajiet Franċiżi jikkunsidraw li l-analiżi, imwettqa fid-dawl tal-kriterji stabbiliti mil-Linji Gwida S&R u l-ġurisprudenza, tikkonferma l-adegwatezza tal-impenji ta’ Corsair. Fir-rigward tal-miżuri proposti minn Franza u l-kalibrazzjoni korretta tagħhom, sabiex jiġu ssodisfati r-rekwiżiti tal-Linji Gwida S&R u biex jiġu indirizzati d-dubji inizjali mqajma mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni tal-ftuħ tagħha, l-awtoritajiet Franċiżi jispjegaw li Corsair għamlet impenji inizjali, segwiti minn miżuri addizzjonali biex titnaqqas il-preżenza tagħha fis-suq u jinfetħu opportunitajiet għall-kompetizzjoni. |
3.4.1 Ritorn tas-slots
|
(71) |
Fir-rigward tal-miżuri biex titnaqqas il-preżenza fis-suq, l-awtoritajiet Franċiżi jirreferu għall-impenn ta’ Corsair li tirritorna lejn is-suq 1 500 slot f’Paris-Orly (700 ċeduti b’mod permanenti u 800 mogħtija b’self), li jirrappreżentaw aktar minn [...] % tal-portafoll tas-slots tagħha. L-awtoritajiet Franċiżi jqisu li din il-miżura tobbliga lill-kumpanija tillimita l-kapaċità tagħha b’mod strutturali u dejjiemi, peress li r-regoli dwar l-allokazzjoni tas-slots adottati minn COHOR, l-assoċjazzjoni li tikkoordina l-iskedi tal-ajruporti Franċiżi, jagħmluha diffiċli li tiġi rkuprata titjira identika fuq terminu medju. |
3.4.2 Offerta ta’ ftehimiet kummerċjali
|
(72) |
L-awtoritajiet Franċiżi jimpenjaw ruħhom li jiżguraw li, sa tmiem il-perjodu estiż ta’ ristrutturar, Corsair toffri l-opportunità għal ftehimiet kummerċjali lil linji tal-ajru interessati. Corsair hija lesta li twettaq, sal-punt li dawn il-ftehimiet jissodisfaw l-objettivi kummerċjali u ta’ profittabbiltà tagħha, li tinnegozja bona fide u li tikkonkludi ftehimiet kummerċjali standard għas-suq tat-trasport bl-ajru tal-passiġġieri u tal-merkanzija ma’ linji tal-ajru terzi interessati (ftehimiet għax-xiri ta’ għadd predeterminat u fiss ta’ sits fuq ċerti titjiriet operati minn Corsair; ftehimiet ta’ kondiviżjoni tal-kodiċi li jagħtu lil linja tal-ajru terza aċċess għal titjiriet operati minn Corsair; ftehim bejn linji tal-ajru li jippermetti lil linja tal-ajru terza tbigħ destinazzjonijiet ta’ konnessjoni fuq titjiriet operati minn Corsair). |
3.4.3 Tnaqqis tal-użu u limitazzjoni tal-kapaċità tal-flotta
|
(73) |
L-awtoritajiet Franċiżi jkomplu jispjegaw li, minbarra dawn l-impenji, il-flotta se tkun limitata għal disa’ inġenji tal-ajru sa tmiem il-pjan ta’ ristrutturar rivedut (jiġifieri sat-30 ta’ Settembru 2026) u l-għadd ta’ rotazzjonijiet regolari lejn it-territorji ekstra-Ewropej se jitnaqqas b’97 matul is-sena finanzjarja [...], diżaggregati kif ġej: […]. Dan se jkollu impatt stmat ta’ bejn EUR [...] u EUR [...] miljun fuq il-fatturat tal-kumpanija. |
3.4.4 Tnaqqis tal-pjan tar-rotot
|
(74) |
Impenji addizzjonali huma l-għeluq tar-rotot ([...]) u r-rinunzja ta’ destinazzjonijiet skedati ġodda ([...]). L-awtoritajiet Franċiżi jindikaw li Corsair għandha sehem mis-suq żgħir ħafna fis-suq Ewropew tat-trasport bl-ajru u li d-daqs tagħha huwa limitat fl-ajruport ta’ Orly, aħseb u ara fis-suq Franċiż. Għalhekk, l-awtoritajiet Franċiżi jikkunsidraw li l-objettiv li titnaqqas il-preżenza tal-kumpanija fis-suq huwa ssodisfat bis-sħiħ minn dawn l-impenji. |
|
(75) |
L-awtoritajiet Franċiżi jqisu li l-miżuri biex jillimitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni proposti minn Corsair huma adegwati u kkalibrati b’mod korrett. Għalhekk, fid-dawl tal-isforzi diġà sinifikanti rrappreżentati mill-miżuri proposti, kwalunkwe miżura addizzjonali tirriskja li timmina l-perkors lejn ritorn għall-vijabbiltà, u għalhekk tmur kontra l-prinċipju stabbilit fil-Linji Gwida S&R. |
3.5. Rwol ta’ Corsair fl-Unjoni Ewropea u xenarju kontrofattwali tal-għajnuna
|
(76) |
Fil-valutazzjoni tagħha tal-pjan ta’ ristrutturar rivedut ta’ Corsair, il-Kummissjoni teżamina jekk l-għajnuna proposta, minkejja l-impatt potenzjalment dannuż tagħha fuq il-kompetizzjoni, hijiex neċessarja biex jintlaħaq objettiv għall-prevenzjoni ta’ falliment tas-suq jew ta’ tbatija soċjali, u hijiex limitata għall-minimu strett, f’konformità mal-Linji Gwida S&R. |
|
(77) |
F’dan il-kuntest, l-awtoritajiet Franċiżi jikkunsidraw li r-rwol ta’ Corsair fl-Unjoni, b’mod partikolari fil-kapaċità tagħha bħala operatur storiku vitali li jgħaqqad lil Franza metropolitana mar-reġjuni ultraperiferiċi tagħha, huwa element ewlieni tan-nisġa ekonomika u soċjali ta’ dawn ir-reġjuni. |
|
(78) |
Skont l-awtoritajiet Franċiżi, f’konformità mal-punt 44 tal-Linji Gwida S&R, Corsair għandha rwol kruċjali fl-iżgurar tal-kontinwità territorjali u fl-indirizzar ta’ falliment tas-suq ipprovat fuq rotot vitali. Dan jiggarantixxi l-operat bla xkiel tat-trasport bl-ajru lejn it-territorji ekstra-Ewropej. L-awtoritajiet Franċiżi jikkunsidraw li jenħtieġ li dan il-pożizzjonament strateġiku ma jitqiesx biss bħala attività kummerċjali, iżda jirrappreżenta kontribut essenzjali għan-nisġa ekonomika u soċjali ta’ dawn ir-reġjuni, li jiġġustifika intervent pubbliku f’każ ta’ theddida għall-eżistenza tiegħu. |
|
(79) |
Barra minn hekk, l-awtoritajiet Franċiżi jikkunsidraw li l-analiżi tal-kompatibbiltà tal-għajnuna, li hija bbażata b’mod fundamentali fuq ix-xenarju kontrofattwali, jiġifieri l-valutazzjoni tal-konsegwenzi probabbli għall-kompetizzjoni u għas-suq jekk l-għajnuna ma tingħatax u, konsegwentement, jekk Corsair tiġi likwidata, turi li l-kollass tal-impriża jkollu konsegwenzi severi li jmorru lil hinn mis-sempliċi riallokazzjoni tal-ishma tas-suq. L-awtoritajiet Franċiżi jiddikjaraw li l-kollass ta’ Corsair jikkawża żieda sinifikanti ħafna u immedjata fil-prezz għall-konsumaturi, li tkun stmata għal aktar minn 15 % fuq ir-rotot lejn l-Antilli jew minnhom u aktar minn 40 % fuq ir-rotot lejn jew minn Mayotte, billi dan jiddegrada b’mod kritiku l-pajsaġġ kompetittiv billi jikkawża bidla minn duwopolju għal monopolju fuq ir-rotta Pariġi-Mayotte u jnaqqas l-għadd ta’ atturi minn tliet rotot lejn l-Antilli għal żewġ rotot. In-nuqqas ta’ Corsair iżid ukoll ir-riskju ta’ kollużjoni taċita bejn l-operaturi li jifdal. |
|
(80) |
Fl-aħħar nett, l-awtoritajiet Franċiżi jikkunsidraw li l-kollass ta’ Corsair ikun jirriżulta fit-telf ta’ servizzi diretti minn bliet għajr Pariġi lejn it-territorji ekstra-Ewropej, li jaffettwa b’mod sinifikanti l-aċċessibbiltà u l-attraenza ekonomika ta’ dawn it-territorji. Għalhekk, ix-xenarju kontrofattwali ppreżentat mill-awtoritajiet Franċiżi jistabbilixxi li n-nuqqas ta’ għajnuna għar-ristrutturar ma jirriżultax f’sempliċi aġġustament tas-suq, iżda f’deterjorament strutturali tal-kompetizzjoni u f’impatt soċjoekonomiku kbir fuq ir-reġjuni ultraperiferiċi. Għalhekk, l-awtoritajiet Franċiżi jikkonkludu li l-għajnuna hija neċessarja mhux biss biex tiġi salvata l-impriża, iżda fuq kollox biex tiġi ppreservata l-istruttura kompetittiva tas-suq u biex jiġi żgurat l-objettiv tal-kontinwità territorjali, li hija ġustifikazzjoni soda skont il-Linji Gwida S&R. |
4. SEJBIET PRELIMINARI FID-DEĊIŻJONI TAL-FTUĦ TAL-5 TA’ FRAR 2024 U D-DEĊIŻJONI TA’ ESTENSJONI TAL-11 TA’ APRIL 2025
4.1. Id-deċiżjoni tal-ftuħ
|
(81) |
Fid-deċiżjoni tal-ftuħ, wara li sabet li, prima facie, il-miżuri notifikati minn Franza fit-talba tagħha għal emendi tal-pjan ta’ ristrutturar jenħtieġ li jiġu kklassifikati bħala għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, il-Kummissjoni qajmet id-dubji li ġejjin dwar il-kompatibbiltà tagħhom mas-suq intern. |
4.1.1 Kontribut għall-indirizzar ta’ falliment tas-suq
|
(82) |
Il-Kummissjoni nnotat il-bidla fl-attivitajiet ta’ Corsair lejn destinazzjonijiet ġodda fl-Afrika, għad-detriment tas-servizzi għal ċerti reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni Ewropea. Sa fejn id-destinazzjonijiet il-ġodda li Corsair ippjanat li tiżviluppa skont il-pjan ta’ ristrutturar rivedut ma kinux jikkontribwixxu għaż-żamma tal-kontinwità territorjali ta’ Franza u fid-dawl tal-preżenza ta’ żewġ kompetituri eżistenti jew saħansitra tlieta fuq dawk ir-rotot li komplew joperaw wara l-pandemija tal-Coronavirus, skont il-Kummissjoni, kien dubjuż jekk il-kontribut ta’ Corsair għall-iżvilupp ta’ attività jew ta’ żona ekonomika billi jinżammu l-konnettività u l-kontinwità territorjali fl-Unjoni Ewropea kienx għadu ġustifikazzjoni valida għall-għajnuna (l-ġdida) li l-awtoritajiet Franċiżi xtaqu jipprovdu lil Corsair. |
4.1.2 Adegwatezza u proporzjonalità tal-għajnuna
|
(83) |
Skont il-punt 62 tal-Linji Gwida S&R, il-Kummissjoni ddikjarat li kontribuzzjoni sinifikanti għall-kostijiet tar-ristrutturar kellha tiġi mir-riżorsi proprji tal-benefiċjarju tal-għajnuna, mill-azzjonisti jew mill-kredituri tiegħu, jew mill-grupp ta’ impriżi li minnu jagħmel parti, jew minn investituri ġodda. Jenħtieġ li tali kontribuzzjoni proprja, fil-prinċipju, tkun komparabbli mal-għajnuna mogħtija f’termini ta’ effetti fuq is-solvenza jew il-likwidità tal-benefiċjarju; l-għajnuna kellha tiġi remunerata kif xieraq f’konformità mal-punt 54 tal-Linji Gwida S&R. Barra minn hekk, skont il-punt 63, din il-kontribuzzjoni kellha tkun reali, u b’hekk teskludi l-profitti futuri mistennija bħall-fluss tal-flus. Fl-aħħar nett, f’konformità mal-punt 124(b), jekk emenda tal-pjan ta’ ristrutturar tkun wasslet għal żieda fil-kostijiet ta’ ristrutturar, jenħtieġ li l-kontribuzzjoni proprja tiżdied b’mod korrispondenti. |
|
(84) |
Fid-deċiżjoni tagħha, il-Kummissjoni ddikjarat li l-awtoritajiet Franċiżi kienu qed jippjanaw li jagħtu għajnuna ġdida ta’ EUR 83,1 miljun fil-forma ta’ skedar mill-ġdid tad-djun pubbliċi, ta’ rinunzji ta’ pretensjonijiet u ta’ tnaqqis fit-taxxa marbuta mat-tiġdid tal-flotta. Barra minn hekk, klawżola ta’ żminijiet aħjar, limitata għal EUR [...] miljun, ġiet ikkunsidrata mill-Kummissjoni bħala marġinali fid-dawl tal-volum totali tal-għajnuna pubblika mogħtija lil Corsair mill-2020, stmata għal kważi EUR [...] miljun. |
|
(85) |
F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni nnotat li kwalunkwe benefiċċju tar-ristrutturar ikun prinċipalment għall-vantaġġ tal-azzjonisti privati, kemm dawk qodma kif ukoll dawk ġodda, filwaqt li l-Istat jassumi parti sinifikanti mir-riskju mingħajr kunsiderazzjoni adegwata. Il-Kummissjoni kkunsidrat ukoll li n-nuqqas ta’ strument li jiżgura remunerazzjoni xierqa, bħad-dħul tal-Istat fil-kapital permezz ta’ konverżjoni tad-dejn, enfasizza dan l-iżbilanċ. |
|
(86) |
Il-Kummissjoni nnotat ukoll li l-kontribuzzjoni proprja proposta minn Franza kienet ibbażata fuq diversi elementi ipotetiċi. L-ewwel nett, [...] la ġie ffinalizzat u lanqas iddokumentat. B’mod simili, il-finanzjament ta’ erba’ inġenji tal-ajru A330-NEO baqa’ inċert fin-nuqqas ta’ evidenza konkreta. L-eliġibbiltà tal-moratorju marbut mal-ispazjar tal-kontribuzzjonijiet għas-CRPN kienet għadha trid tiġi kkonfermata. |
|
(87) |
Għalhekk, fin-nuqqas ta’ evidenza tanġibbli, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-kontribuzzjoni proprja x’aktarx li kienet tibqa’ limitata u mhux proporzjonata għall-ammont totali ta’ għajnuna pubblika. Għalhekk, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-injezzjonijiet ta’ kapital identifikati ma kinux jikkostitwixxu kontribuzzjoni proprja suffiċjenti, reali u effettiva għall-kostijiet tar-ristrutturar u li għalhekk ma kinux jippermettu li jiġi stabbilit li Corsair kellha sehem ġust tal-isforz finanzjarju meħtieġ għall-irkupru tagħha. |
|
(88) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni ddikjarat li l-awtoritajiet Franċiżi ma kinux urew li l-post fejn tinsab Corsair f’reġjuni ekstra-Ewropej kien jiġġustifika kontribuzzjoni proprja aktar baxxa. |
|
(89) |
Konsegwentement, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kontribuzzjoni proposta baqgħet insuffiċjenti fid-dawl tar-rekwiżiti tal-punti 62, 63, 64 u 124 tal-Linji Gwida S&R sa fejn deher li kienet żgħira wisq, parzjalment ipotetika u nieqsa minn garanziji kredibbli fir-rigward tal-implimentazzjoni tagħha. |
|
(90) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kellha dubji dwar jekk il-pjan ta’ ristrutturar rivedut setax jiżgura li l-piż jinqasam b’mod ġust bejn l-Istat u l-azzjonisti privati. Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni qajmet dubji serji dwar il-proporzjonalità u r-remunerazzjoni tal-għajnuna l-ġdida proposta. |
4.1.2.1 Restawr tal-vijabbiltà fit-tul
|
(91) |
Fid-deċiżjoni tal-ftuħ tagħha, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-pjan ta’ ristrutturar rivedut sottomess mill-awtoritajiet Franċiżi kellu diversi nuqqasijiet sostanzjali, u b’hekk kien inċert ħafna li l-vijabbiltà ta’ Corsair tiġi rrestawrata fit-tul. F’konformità mal-punt 124(a) tal-Linji Gwida S&R, meta ġie emendat pjan ta’ ristrutturar, l-Istat Membru kkonċernat kien meħtieġ jissottometti pjan rivedut li jkun kapaċi jirrestawra l-vijabbiltà fit-tul tal-benefiċjarju fi ħdan skeda taż-żmien raġonevoli. Id-dubji tal-Kummissjoni dwar il-konformità tal-pjan rivedut mal-punt 124(a) tal-Linji Gwida S&R kienu bbażati fuq il-kunsiderazzjonijiet li ġejjin. |
|
(92) |
L-ewwel nett, il-Kummissjoni kkunsidrat li s-suppożizzjonijiet makroekonomiċi u operazzjonali li fuqhom huwa bbażat il-pjan ma kinux ġustifikati jew dokumentati biżżejjed. Fin-nuqqas ta’ spjegazzjonijiet dettaljati, il-Kummissjoni kkunsidrat li ma setgħetx, f’dak l-istadju speċifiku tal-proċedura, tivvaluta kemm kienu realistiċi jew rilevanti. |
|
(93) |
It-tieni, il-Kummissjoni ddikjarat li l-projezzjonijiet finanzjarji wrew marġini stretti ħafna f’termini ta’ profittabbiltà u ta’ solvenza, li jagħmlu lill-kumpanija partikolarment vulnerabbli għal kwalunkwe deterjorament fis-suppożizzjonijiet, b’mod partikolari fil-każ ta’ żieda ulterjuri fil-prezzijiet tal-fjuwil. Għalhekk, il-Kummissjoni kkunsidrat li tali volatilità waħedha tista’ tipperikola r-riżultati pożittivi mbassra mressqa u, konsegwentement, l-irkupru previst. |
|
(94) |
It-tielet, il-kontribuzzjonijiet ta’ flus ġodda msemmija fid-deċiżjoni tal-ftuħ tal-proċedura (EUR [5–25] miljun mill-investituri eżistenti (OMRP) u EUR [5–25] miljun mir-Repubblika tal-Kongo) ġew ikkunsidrati mill-Kummissjoni bħala modesti meta mqabbla mal-ħtiġijiet ta’ fluss tal-flus fuq terminu qasir u medju ta’ Corsair. Barra minn hekk, diversi miżuri ppreżentati bħala inizjattivi ġodda dehru fil-fatt li huma inizjattivi antiki, diġà inklużi fil-pjan tal-2020 u “rriċiklati” sabiex jipprovdu ġustifikazzjoni. Il-Kummissjoni kkunsidrat li dan l-approċċ dgħajjef il-kredibbiltà tal-pjan, peress li l-effetti pożittivi tagħhom kienu jew diġà ġew assorbiti jew ma kinux biżżejjed biex tiġi evitata l-ħtieġa għal għajnuna ulterjuri. |
|
(95) |
Barra minn hekk, xi inizjattivi oħra baqgħu fl-istadju tal-ippjanar jew tal-intenzjoni, mingħajr ebda skeda taż-żmien konkreta għall-implimentazzjoni. F’dawk iċ-ċirkostanzi, il-Kummissjoni kkunsidrat li kien spekulattiv ħafna li dawn jitqiesu bħala kontributi effettivi għar-restawr tal-vijabbiltà. Għalhekk, il-Kummissjoni kkunsidrat li, f’dak l-istadju tal-proċedura, l-injezzjonijiet il-ġodda ta’ kapital privat ma setgħux jitqiesu bħala evidenza affidabbli li l-pjan ta’ ristrutturar rivedut kien fattibbli. |
|
(96) |
Ir-raba’, il-Kummissjoni ddikjarat li l-awtoritajiet Franċiżi ma kinux ipprovdew xenarju pessimist kif meħtieġ mil-Linji Gwida S&R. Din l-ommissjoni ppreveniet kwalunkwe valutazzjoni xierqa ta’ kemm il-pjan ta’ ristrutturar rivedut kien sensittiv għal xokkijiet negattivi. |
|
(97) |
Il-ħames, il-Kummissjoni sabet li r-rapporti finanzjarji provviżorji ma kinux kompluti sa fejn ma ntbagħtet l-ebda karta tal-bilanċ previżjonarja jew rapport tal-fluss tal-flus, għajr kont sommarju tal-profitt u t-telf. L-informazzjoni disponibbli indikat ukoll li l-ekwità ta’ Corsair tibqa’ [...]. F’dawk iċ-ċirkostanzi, il-Kummissjoni kkunsidrat li Corsair tkompli tiġi kklassifikata bħala impriża f’diffikultà fi tmiem il-perjodu, li qajjem dubji dwar jekk il-pjan ta’ ristrutturar sottomess f’dak iż-żmien kienx se jirrestawra l-vijabbiltà fit-tul tagħha. |
|
(98) |
Konsegwentement, fid-deċiżjoni tal-ftuħ tagħha, il-Kummissjoni qajmet dubji serji dwar jekk il-pjan ta’ ristrutturar rivedut kienx konformi mal-kriterji tal-Linji Gwida S&R sa fejn ikkunsidrat li la kien ovvju u lanqas probabbli li Corsair tista’ tiġġenera redditu suffiċjenti jew iżżomm l-attivitajiet tagħha fis-suq mingħajr għajnuna addizzjonali. |
|
(99) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kienet tal-fehma preliminari li l-pjan ta’ ristrutturar rivedut ma weriex il-kapaċità ta’ Corsair li tikkompeti bil-merti tagħha stess wara r-ristrutturar u li, għalhekk, l-għajnuna proposta ma setgħetx tiġi kkunsidrata li tikkontribwixxi għall-iżvilupp ta’ attività ekonomika vijabbli skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE. |
4.1.2.2 Miżuri sabiex jillimitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni
|
(100) |
Fid-deċiżjoni tal-ftuħ tagħha, il-Kummissjoni esprimiet dubji dwar jekk l-għajnuna li fuqha huwa bbażat il-pjan ta’ ristrutturar rivedut kinitx akkumpanjata b’mod suffiċjenti minn miżuri adegwati biex jillimitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni. Skont il-punt 124(c) tal-Linji Gwida S&R, fid-dawl taż-żieda sinifikanti fl-ammont tal-għajnuna, miżuri bħal dawn kellhom ikunu aktar estensivi minn dawk imposti inizjalment. L-ewwel nett, Franza pproponiet li tiżdied il-flotta għal għaxar inġenji tal-ajru sabiex tiġi ssodisfata d-domanda l-ġdida, filwaqt li d-daqs tal-flotta fil-prinċipju għandu jitnaqqas biż-żieda fl-ammont ta’ għajnuna u bl-estensjoni tal-perjodu ta’ ristrutturar. It-tieni, il-miżura relatata mar-rinunzja ta’ slots ma tidhirx li hija aktar sinifikanti b’mod kwalitattiv jew kwantitattiv mill-miżura diġà prevista fil-pjan ta’ ristrutturar tal-2020. |
|
(101) |
Id-dubju espress mill-Kummissjoni qies, minbarra ż-żieda fl-għajnuna prevista fil-pjan ta’ ristrutturar rivedut, il-fatt li, skont l-informazzjoni disponibbli għall-Kummissjoni dak iż-żmien, Corsair setgħet ibbenefikat minn għajnuna addizzjonali sa EUR 32 miljun matul il-perjodu ta’ ristrutturar. Għalhekk, il-miżuri biex jillimitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni baqgħu sostanzjalment l-istess bħal dawk diġà fis-seħħ, minkejja ż-żieda sinifikanti fl-ammont ta’ għajnuna fil-pjan ta’ ristrutturar rivedut. |
4.2. Id-deċiżjoni ta’ estensjoni
|
(102) |
Fid-deċiżjoni ta’ estensjoni tagħha, il-Kummissjoni qajmet dubji ġodda minbarra dawk imqajma fid-deċiżjoni tal-ftuħ. |
4.2.1 Ksur tal-obbligu li tiġi limitata l-flotta tal-inġenji tal-ajru
|
(103) |
Fid-deċiżjoni ta’ estensjoni tagħha, il-Kummissjoni indikat li, skont l-Artikolu 108(2) tat-TFUE, l-użu ħażin tal-għajnuna mill-Istat jikkostitwixxi kunċett fih innifsu sa fejn jikkonċerna l-użu tal-għajnuna bi ksur tad-deċiżjoni li tawtorizzaha, u mhux l-għoti illegali tagħha. |
|
(104) |
Fid-deċiżjoni tagħha tal-2020, il-Kummissjoni kienet approvat l-għajnuna għar-ristrutturar lil Corsair bil-kundizzjoni li ċerti miżuri jillimitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni, b’mod partikolari l-limitazzjoni tal-flotta għal disa’ inġenji tal-ajru għad-durata kollha tal-pjan (sa Settembru 2023). Dik ir-restrizzjoni kienet tifforma parti mill-impenji essenzjali li jiżguraw il-kompatibbiltà tal-għajnuna. |
|
(105) |
Fid-deċiżjoni ta’ estensjoni tagħha, il-Kummissjoni indikat li l-kummenti mill-kompetituri u l-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Franċiżi wrew li, fl-2023 u fl-2024, Corsair kienet operat mill-inqas għaxar inġenji tal-ajru permezz ta’ noleġġi estiżi. L-awtoritajiet Franċiżi rrikonoxxew ukoll li dan il-limitu kien inqabeż, kif muri mill-pjanijiet tat-titjiriet ta’ Corsair għall-istaġuni tas-sajf tal-Assoċjazzjoni Internazzjonali tat-Trasport bl-Ajru (IATA) tal-2023 u l-2024. |
|
(106) |
Il-Kummissjoni indikat ukoll li l-awtoritajiet Franċiżi ma setgħux ma kinux konxji ta’ din is-sitwazzjoni u li kienu ttolleraw il-qbiż tal-limitu mingħajr ma nnotifikaw emenda għall-pjan ta’ ristrutturar jew talbu awtorizzazzjoni espliċita mill-Kummissjoni. |
|
(107) |
L-awtoritajiet Franċiżi ddikjaraw li dawn il-noleġġi kienu okkorrenzi ta’ darba, motivati minn restrizzjonijiet esterni, u pprovdew lil Corsair b’vantaġġ marġinali biss. |
|
(108) |
Il-Kummissjoni ċaħdet dawk l-argumenti fid-deċiżjoni tagħha ta’ April 2025 għall-estensjoni tal-proċedura, filwaqt li fakkret li l-miżura ta’ kumpens għal-limitazzjoni tal-flotta kienet maħsuba biex tillimita l-għadd ta’ inġenji tal-ajru, u mhux il-kapaċità tagħhom, f’konformità mal-prattika konsistenti f’deċiżjonijiet oħra (dwar l-għajnuna għar-ristrutturar għal TAP, għal Condor u għal SAS). L-għan kien li tiġi ffriżata l-flotta wara l-integrazzjoni tal-inġenji tal-ajru l-ġodda Airbus ordnati qabel il-kriżi, mingħajr ma tiġi pperikolata l-vijabbiltà tal-pjan ta’ ristrutturar kif approvat. |
|
(109) |
Kif spjegat il-Kummissjoni, in-noleġġi tal-2023 u l-2024 ma setgħux jiġu deskritti bħala okkorrenzi ta’ darba minħabba li dawn kienu damu għaddejjin għal diversi xhur matul l-eqqel staġun u kienu jikkonċernaw rotot skedati (Pariġi-Bamako fl-2023 u Pariġi–Montreal fl-2024). Barra minn hekk, Corsair kompliet tuża għaxar inġenji tal-ajru wara Settembru 2023, [...]. |
|
(110) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkunsidrat li din is-sitwazzjoni tammonta għal użu ħażin tal-għajnuna, peress li l-pjan ta’ ristrutturar rivedut innotifikat fl-2023 ma kkanċellax l-impenji inizjali. Sakemm il-Kummissjoni ma adottatx deċiżjoni ġdida, il-limitu ta’ disa’ inġenji tal-ajru baqa’ applikabbli. |
|
(111) |
Barra minn hekk, skont il-Linji Gwida S&R, kwalunkwe żieda fl-ammont tal-għajnuna kienet tinvolvi żieda fil-miżuri ta’ kumpens. Għall-kuntrarju, Corsair żiedet id-daqs tal-flotta tagħha, u b’hekk iggravat id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni. |
|
(112) |
Il-ġustifikazzjonijiet tal-awtoritajiet Franċiżi (restrizzjonijiet operazzjonali, urġenza, dewmien fil-konsenja, is-sitwazzjoni tas-sigurtà f’Mali) ma kkonvinċewx lill-Kummissjoni sa fejn in-noleġġi rriżultaw minn deċiżjonijiet intenzjonati, ippjanati minn qabel, u mhux minn avvenimenti urġenti. |
|
(113) |
Fl-aħħar nett, il-kompetituri ta’ Corsair argumentaw li dawn in-noleġġi ppermettew lil Corsair tadotta politika ta’ pprezzar aggressiva, li fixklet il-kompetizzjoni matul l-eqqel staġun. |
|
(114) |
Għalhekk, il-Kummissjoni kkunsidrat li kien hemm dubju serju dwar jekk Corsair u Franza kinux ikkonformaw mal-impenn li jillimitaw il-flotta, li kienet kundizzjoni essenzjali għall-kompatibbiltà tal-għajnuna tal-2020. |
|
(115) |
Konsegwentement, skont l-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) 2015/1589, il-Kummissjoni ddeċidiet li testendi l-investigazzjoni formali li nfetħet fi Frar 2024 sabiex tiddetermina jekk dak il-ksur kienx jikkostitwixxi użu ħażin mill-għajnuna għar-ristrutturar u indikat li hija se tanalizza d-daqs reali tal-flotta matul ir-ristrutturar estiż innotifikat fl-2023 fid-dawl tad-dubji diġà espressi fid-deċiżjoni tal-ftuħ. |
4.2.2 Għajnuna addizzjonali mogħtija matul il-perjodu ta’ ristrutturar
|
(116) |
Fid-deċiżjoni tal-ftuħ tagħha, mingħajr ma esprimiet xi dubju speċifiku f’dak ir-rigward, il-Kummissjoni osservat li Corsair kienet irċeviet diversi miżuri addizzjonali ta’ għajnuna pubblika matul il-perjodu ta’ ristrutturar tagħha, mingħajr ma l-awtoritajiet Franċiżi wrew il-legalità jew il-kompatibbiltà tagħhom. Fid-deċiżjoni ta’ estensjoni tagħha, il-Kummissjoni ddikjarat li bejn l-2021 u l-2022, Corsair kienet ibbenefikat minn EUR 32,4 miljun f’għotjiet mogħtija skont skemi approvati mill-Kummissjoni skont il-Qafas Temporanju tal-COVID-19 (23) (“il-Qafas Temporanju”). Wara li kklassifikat dawk l-għotjiet bħala għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE, il-Kummissjoni ddikjarat li l-Qafas Temporanju tal-COVID-19 espliċitament eskluda impriżi li kienu diġà f’diffikultà fil-31 ta’ Diċembru 2019 milli jibbenefikaw mill-miżuri tiegħu. F’dik id-data, Corsair diġà kienet impriża f’diffikultà |
|
(117) |
Il-Kummissjoni nnotat li l-awtoritajiet Franċiżi kienu naqsu milli jinnotifikaw l-għoti ta’ din l-għajnuna, bi ksur tal-punt 129 tal-Linji Gwida S&R. Hija nnotat ukoll li d-dipendenza rikorrenti u kontinwa ta’ Corsair fuq il-finanzjament pubbliku wriet li d-diffikultajiet ta’ qabel il-pandemija tagħha ma kinux ġew solvuti. Għalhekk, l-għajnuna addizzjonali mogħtija fl-2021 u fl-2022 dehret li tikser il-prinċipju “tal-ewwel u l-aħħar darba” stabbilit fil-punt 70 tal-Linji Gwida S&R, li pprojbixxa lil impriża li diġà kienet qed tirċievi għajnuna għar-ristrutturar milli tirċievi għajnuna ġdida qabel ma tlesti r-ristrutturar tagħha. Il-Kummissjoni kkonkludiet li, fin-nuqqas ta’ kwalunkwe bażi legali oħra mressqa mill-awtoritajiet Franċiżi, ma setax jiġi stabbilit li l-għajnuna addizzjonali kienet kompatibbli mas-suq intern, u li kien għad hemm dubji serji dwar il-konformità tagħha mal-Linji Gwida S&R. |
|
(118) |
Il-Kummissjoni sabet ukoll li jekk it-EUR 32,4 miljun kellhom jiġu kkunsidrati bħala għajnuna addizzjonali għar-ristrutturar, dan jaggrava d-dubji diġà espressi fid-deċiżjoni tal-ftuħ ta’ Frar 2024. Dawk id-dubji kienu relatati mal-vijabbiltà fit-tul ta’ Corsair (appoġġati b’mod artifiċjali minn għajnuna illegali), il-proporzjonalità tal-appoġġ pubbliku l-ġdid, in-nuqqas ta’ remunerazzjoni adegwata għall-Istat u l-inadegwatezza tal-miżuri li jillimitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni. |
4.2.3 Impatt tal-għajnuna addizzjonali fuq il-kompatibbiltà tal-għajnuna li tiffinanzja l-emenda tal-pjan ta’ ristrutturar
|
(119) |
Fl-aħħar nett, fid-dawl tal-għoti ta’ EUR 32,4 miljun f’għajnuna illegali lil Corsair matul il-perjodu ta’ ristrutturar, il-Kummissjoni qajmet dubji dwar l-impatt ta’ dik l-għajnuna fuq il-kompatibbiltà tal-għajnuna addizzjonali nnotifikata fl-2023 għall-finijiet tal-finanzjament tal-pjan ta’ ristrutturar rivedut. |
4.3. Kummenti ta’ Franza
4.3.1 Id-deċiżjoni tal-ftuħ
|
(120) |
Fis-7 ta’ Marzu 2024, l-awtoritajiet Franċiżi pprovdew lill-Kummissjoni l-kummenti tagħhom dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ. |
|
(121) |
F’dawn il-kummenti, huma ddikjaraw li l-pjan ta’ ristrutturar rivedut ta’ Corsair, sottomess lill-Kummissjoni Ewropea wara d-deċiżjoni ta’ għajnuna inizjali tal-11 ta’ Diċembru 2020 (EUR 106,7 miljun), kien perfettament allinjat mal-pjan inizjali. |
|
(122) |
F’dan ir-rigward, l-awtoritajiet Franċiżi kkonfermaw l-implimentazzjoni sħiħa tal-miżuri operazzjonali u soċjali ppjanati, b’mod partikolari l-iffokar mill-ġdid fuq l-Antilli u l-Oċean Indjan, l-iżvilupp tal-operazzjonijiet ta’ Corsair fl-Afrika, il-modernizzazzjoni tal-flotta bl-integrazzjoni tal-inġenji tal-ajru Airbus A330-NEO, u n-negozjar mill-ġdid ta’ ftehimiet kollettivi. L-awtoritajiet Franċiżi sostnew li, f’dak iż-żmien, Corsair kienet qed tikkonforma wkoll mal-impenji inizjali tagħha li tillimita l-flotta għal disa’ inġenji tal-ajru sabiex tillimita d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni. |
|
(123) |
L-awtoritajiet Franċiżi spjegaw li dan il-pjan ta’ ristrutturar rivedut kien sar neċessarju minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali u imprevedibbli mhux attribwibbli lill-kumpanija, li rriżulta f’devjazzjoni mit-trajettorja finanzjarja tagħha u fi tnaqqis ta’ EUR [200-400] miljun fl-introjtu operatorju matul il-perjodu mill-2020 sal-2023. Dawn iċ-ċirkostanzi kienu jinkludu l-kontinwazzjoni tal-kriżi tas-saħħa, il-movimenti ta’ protesti fl-Antilli, l-impatt tal-aggressjoni militari tar-Russja kontra l-Ukrajna, li rriżultaw f’żieda sinifikanti fil-prezzijiet tal-fjuwil u ż-żieda fil-valur tad-dollaru Amerikan, u l-inflazzjoni mifruxa tal-kostijiet fl-euro. Għalhekk, l-awtoritajiet Franċiżi sostnew li l-emenda, mitluba f’Settembru 2023 fuq il-bażi tat-Taqsima 7.2.2 tal-Linji Gwida S&R, kienet maħsuba biex tkompli l-isforzi ta’ ristrutturar għal perjodu limitat, li dak iż-żmien kien għadu stabbilit mill-awtoritajiet Franċiżi għat-30 ta’ Settembru 2025. |
|
(124) |
Franza kkunsidrat li Corsair ikkontribwiet biex tingħata spinta lill-attività fir-reġjuni ultraperiferiċi tal-Unjoni li kienet taqdi u, bħala tali, jenħtieġ li jiġi konkluż li Corsair waħedha kellha rwol importanti fl-ekonomija ta’ reġjun ultraperiferiku partikolari (jew settur ekstra-Ewropew speċifiku), kif muri aktar matul id-diżastri naturali riċenti li kienu affettwaw lil Mayotte. Għalhekk, Franza kkunsidrat li dan il-kontribut kien tali li jiġġustifika għajnuna addizzjonali għar-ristrutturar, bħal fil-każ ta’ Air Austral (fl-2022) f’Réunion jew il-grupp SATA (ukoll fl-2022) fl-Azores. |
|
(125) |
B’appoġġ ta’ dawn l-argumenti, Franza ssottomettiet studju (24) li kkonkluda li (i) il-kollass ta’ Corsair kien jirriżulta fi tranżizzjoni minn duwopolju għal monopolju fuq is-servizzi bejn Pariġi u Mayotte b’żidiet possibbli ta’ 41 % fil-prezzijiet (u żieda mistennija ta’ 15 % fil-prezzijiet fl-Antilli u ta’ 8 % f’Réunion), u (ii) kompetituri ta’ sostituzzjoni ma jkunux jistgħu jidħlu fis-suq jekk Corsair twaqqaf l-attivitajiet tagħha minħabba l-ostakli l-kbar għad-dħul. Id-distanza u l-insularità tar-reġjuni Franċiżi ekstra-Ewropej skoraġġew lill-operaturi l-ġodda milli jiftħu rotot għal dawk ir-reġjuni, xi ħaġa li kienet ġiet ikkonfermata billi ġew eżaminati d-dħul fis-swieq ikkonċernati u l-ħruġ minnhom matul it-8 snin preċedenti. L-uniku dħul permanenti kienet dik ta’ French Bee, li kienet fetħet rotta lejn Réunion. Madankollu, French Bee kienet sussidjarja ta’ Air Caraïbes, li kienet hija stess diġà stabbilita sew fit-territorji Franċiżi ekstra-Ewropej. Tliet impriżi oħra li kienu ppruvaw jistabbilixxu ruħhom fuq dawn ir-rotot malajr kienu waqqfu l-attivitajiet tagħhom. Skont l-istudju, ma kien hemm l-ebda inċentiv ekonomiku għall-kumpaniji li ma kellhomx bażi fit-territorji Franċiżi ekstra-Ewropej biex jistabbilixxu ruħhom hemmhekk. L-operaturi storiċi ma kellhomx bażi suffiċjenti fl-ajruport Charles de Gaulle u l-operaturi Ewropej tan-networks minn punt għal punt ma kellhomx il-flotot meħtieġa biex joperaw titjiriet b’distanzi fit-tul; barra minn hekk, l-operazzjoni ta’ tali titjiriet ma kinitx konformi mal-istrateġija kummerċjali tagħhom, li kienet ibbażata fuq titjiriet fuq distanzi medji. Fl-aħħar nett, l-ajruport Orly, minn fejn kienu jitilqu l-biċċa l-kbira tat-titjiriet lejn it-territorji Franċiżi ekstra-Ewropej, kien saturat, u b’hekk ma kinux probabbli daħliet ġodda. L-istudju enfasizza wkoll riskju għoli ta’ kollużjoni taċita bejn l-operaturi li jifdal fis-suq inkwistjoni fil-każ tal-ħruġ ta’ Corsair u l-impatt soċjali u ekonomiku negattiv li tali ħruġ jista’ jkollu fuq ir-reġjuni moqdija minn Corsair. Fl-aħħar nett, Franza spjegat ukoll li kwalunkwe żieda ipotetika fil-prezzijiet minħabba l-ħruġ sħiħ ta’ Corsair ma setgħetx tiġi indirizzata billi jiġu imposti obbligi ta’ servizz pubbliku li temporanjament jipprojbixxu lit-trasportaturi eżistenti milli jżidu t-tariffi u/jew billi jagħtu sussidji diretti lir-residenti, sakemm tali interventi jkunu jikkostitwixxu regolamentazzjoni intervenzjonista tas-suq u jkunu ħafna aktar għaljin għall-baġit tal-Istat, u għalhekk għaċ-ċittadini Franċiżi, mill-għajnuna mogħtija minbarra l-kontribuzzjonijiet proprji tal-benefiċjarju. |
|
(126) |
L-awtoritajiet Franċiżi kkunsidraw li l-pjan ta’ ristrutturar rivedut kien jippreżenta prospetti kredibbli ta’ ritorn għall-vijabbiltà għal Corsair, anke f’xenarju pessimist. Barra minn hekk, huma ddikjaraw li x-xenarju bażi, ivvalidat minn awditur indipendenti, kien jipprevedi injezzjoni ta’ EUR [20–50] miljun f’ekwità, rinunzja ta’ EUR 103 miljun f’obbligazzjonijiet pubbliċi u l-għoti ta’ EUR 38,1 miljun fi krediti tat-taxxa ekstra-Ewropej, u li l-introjtu operatorju kien mistenni li jkun [...], u laħaq EUR [...] miljun fl-2026/2027. F’dik l-istess data, l-awtoritajiet Franċiżi ddikjaraw li, mil-lat operazzjonali, il-pjan kien jiddependi fuq it-tiġdid kontinwu tal-flotta bl-inġenji tal-ajru Airbus A330-NEO u l-operat tal-għaxar inġenju tal-ajru (F-HSKY) biex jiġu ottimizzati l-kostijiet, jissaħħu s-servizzi ekstra-Ewropej u tkun tista’ ssir diversifikazzjoni akbar tar-rotot lejn l-Afrika ([...]) biex jikkumpensaw għall-irtirar mir-rotot tal-Amerka ta’ Fuq ([...]). Għalhekk, l-awtoritajiet Franċiżi kkonkludew li, fir-rigward tar-ritorn għall-vijabbiltà, il-pjan ta’ ristrutturar rivedut kien jikkonforma mal-Linji Gwida S&R, li juri redditu pożittiv fuq il-kapital użat mill-2023–2024 u proporzjon ta’ profittabbiltà (EBITDAR) allinjat ma’ dak tal-linji tal-ajru Ewropej fl-2019 (madwar 15 %) mill-2025–2026, bi fluss tal-flus projettat pożittiv. |
|
(127) |
L-awtoritajiet Franċiżi ikkunsidraw ukoll li l-kontribuzzjonijiet proprji kienu suffiċjenti, effettivi u proporzjonati. F’konformità mal-prattika tat-teħid ta’ deċiżjonijiet għall-emendar ta’ pjan, huma sostnew li jenħtieġ li jitqiesu l-isforzi kollha li saru mill-2020, inkluż il-bejgħ tal-Boeing 747s, in-negozjar mill-ġdid tal-lokazzjonijiet, il-pjan għall-protezzjoni tal-impjiegi u l-ftehim reċiproku kollettiv ta’ terminazzjoni. Huma kkonfermaw li [...] kien konkret iżda soġġett għal awtorizzazzjoni mill-Kummissjoni, li l-finanzjament ta’ [...], u li l-moratorju fuq il-kontribuzzjonijiet kien eliġibbli minħabba li kien ġej minn korp privat. B’kollox, il-kombinament tal-kontribuzzjonijiet proprji (EUR 293,9 miljun) kopra 60,14 % tal-kost totali tar-ristrutturar (bl-esklużjoni tal-bilanċ kopert mill-attività tan-negozju), filwaqt li kien jirrispetta mingħajr problema l-livell limitu ta’ 50 % meħtieġ mil-Linji Gwida S&R, anke għall-kostijiet addizzjonali (59,9 %). |
|
(128) |
Fir-rigward tal-intervent mill-Istat (EUR 83,1 miljun), l-awtoritajiet Franċiżi kkunsidraw li kien xieraq li jitnaqqas l-ispariġġ tal-likwidità u jiġi ristrutturat id-dejn mhux sostenibbli. Huma żiedu li l-Istat kien debitament remunerat bi klawżola ta’ żminijiet aħjar (sa EUR [...] miljun), li kienet tieħu preċedenza fuq id-distribuzzjoni tad-dividendi, kif ukoll bil-projbizzjoni fuq il-ħlas ta’ dividendi lill-azzjonisti għal 6 snin. |
|
(129) |
Fl-aħħar nett, l-awtoritajiet Franċiżi kkunsidraw li l-miżuri biex jillimitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni kienu kkalibrati b’mod korrett u kienu aktar estensivi minn dawk fil-pjan ta’ ristrutturar inizjali sa fejn kienet impenjat ruħha Corsair, fil-qafas tal-kummenti magħmula minn Franza f’dik id-data, biex b’mod permanenti u irrevokabbli ċċedi sa 365 slot f’Paris-Orly, biex tagħlaq b’mod permanenti [...] ir-rotot tal-Amerka ta’ Fuq u tabbanduna l-ftuħ ta’ rotot oħra, u biex tillimita l-kapaċità totali tal-flotta tagħha għal [...] inġenju tal-ajru (tnaqqis ta’ aktar minn [...] % meta mqabbel mal-kapaċità ta’ qabel ir-ristrutturar tagħha). Dawn il-miżuri kienu kkunsidrati mill-awtoritajiet Franċiżi bħala suffiċjenti u xierqa fid-dawl tad-daqs ta’ Corsair u tal-attività tagħha fiż-żoni assistiti, filwaqt li l-manutenzjoni tal-għaxar inġenju tal-ajru ġiet ikkunsidrata bħala kruċjali għall-iżvilupp tal-operazzjonijiet ta’ Corsair fl-Afrika u għar-ritorn tagħha għall-profittabbiltà mingħajr ma ssir ħsara lin-negozju ewlieni tradizzjonali tal-kumpanija, jiġifieri l-attivitajiet tagħha fit-territorji ekstra-Ewropej. |
4.3.2 Ksur tal-obbligu li tiġi limitata l-flotta tal-inġenji tal-ajru
|
(130) |
Fil-kummenti tagħhom tat-30 ta’ Mejju 2025 b’reazzjoni għad-deċiżjoni ta’ estensjoni, l-awtoritajiet Franċiżi sostnew, essenzjalment, li Corsair kienet konformi mal-impenji magħmula fil-kuntest tal-pjan ta’ ristrutturar inizjali u li n-noleġġi ta’ darba kienu r-riżultat ta’ ċirkostanzi li kienu jirrikjedu li l-impriża tirrikorri għal tali azzjoni, u ma kinux jikkostitwixxu nonkonformità mal-pjan ta’ ristrutturar jew użu ħażin tal-għajnuna. L-argument prinċipali tal-awtoritajiet Franċiżi kien li kien ċar mit-termini tad-deċiżjoni tal-2020 li kien biss bl-għan li tiġi limitata l-kapaċità ta’ Corsair f’termini ta’ għadd ta’ sits li l-Kummissjoni, għal raġunijiet ta’ sempliċità u filwaqt li kienet konxja tal-għadd ta’ sits disponibbli għal Corsair b’disa’ inġenji tal-ajru, għażlet li tesprimi lilha nnifisha f’termini tal-għadd ta’ inġenji tal-ajru. Mill-formola għan-notifika minn qabel tal-għajnuna għar-ristrutturar mibgħuta fl-2020 kien jidher li l-limitazzjoni tal-flotta kellha tinftiehem f’termini tal-għadd ta’ sits fir-rigward tal-kapaċità li Corsair kienet ippjanat li tilħaq, qabel ir-ristrutturar, fil-perjodu mill-2020 sal-2024. L-awtoritajiet Franċiżi kkunsidraw li interpretazzjoni differenti mill-Kummissjoni tal-miżura biex tiġi limitata l-flotta, mhux relatata mal-kapaċità f’termini ta’ għadd ta’ sits, tikser il-prinċipji ġenerali tad-dritt tal-UE, bħall-prinċipju taċ-ċertezza legali u ta’ amministrazzjoni tajba. Tali ksur ikun aktar u aktar evidenti peress li l-ambigwità persistenti fil-formulazzjoni u fl-interpretazzjoni tal-obbligi ta’ Corsair tkun tali li twassal għal konsegwenzi legali serji. Fil-perjodu mill-2020 sal-2024, Corsair kienet naqqset b’mod sinifikanti l-kapaċità tagħha ta’ postijiet fir-rigward tal-kapaċità li kienet ippjanat li tilħaq, qabel ir-ristrutturar, u b’hekk kienet issodisfat kemm l-objettiv li tnaqqas il-kapaċità tagħha kif ukoll il-preżenza tagħha fis-suq, kif imsemmi fil-punt 78 tal-Linji Gwida S&R, u l-obbligi tagħha skont id-deċiżjoni tal-2020. L-awtoritajiet Franċiżi wrew (it-Tabella 5) l-evoluzzjoni tal-kapaċità reali ta’ Corsair mill-adozzjoni tad-deċiżjoni tal-2020 (inklużi n-noleġġi) meta mqabbla mal-kapaċità li Corsair kienet ippjanat li tilħaq qabel ir-ristrutturar. Tabella 5 Evoluzzjoni tal-kapaċità reali ta’ Corsair vs il-kapaċità projettata (sits)
|
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
(131) |
Alternattivament, l-awtoritajiet Franċiżi kkunsidraw li n-noleġġi ma kellhom l-ebda impatt fuq il-kompatibbiltà tat-talba biex jiġi emendat il-pjan ta’ ristrutturar tal-2020. F’dak ir-rigward, Franza nnotat li l-għadd medju ta’ inġenji tal-ajru operati kuljum fi staġun tal-IATA dejjem kien inqas minn disgħa, sa fejn in-noleġġi verament ta’ darba kienu faċilment paċuti b’jiem meta Corsair kienet topera inqas minn disa’ inġenji tal-ajru. L-awtoritajiet Franċiżi talbu lill-Kummissjoni teżamina b’mod konkret l-implimentazzjoni ta’ Corsair tal-obbligi li jirriżultaw mid-deċiżjoni tal-2020, filwaqt li jqisu, minbarra t-termini tal-kundizzjonijiet jew tal-impenji, il-kuntest u l-objettivi tagħhom. F’dan ir-rigward, huma indikaw li n-noleġġi kienu saru neċessarji minħabba raġunijiet urġenti barra mill-kontroll ta’ Corsair bħal, għar-rotta Pariġi-Bamako, ir-rifjut tal-ekwipaġġ tal-ajru li jopera r-rotta minħabba s-sitwazzjoni ġeopolitika u ta’ sigurtà lokali. Fir-rigward tar-rotta Pariġi-Montreal, id-dewmien fil-konsenja aċċellerata ta’ inġenji tal-ajru ġodda bħala parti mit-tiġdid tal-flotta kien ipperikola l-iskedi tat-titjiriet ta’ disa’ inġenji tal-ajru ta’ Corsair matul l-eqqel perjodu ta’ attività. L-awtoritajiet Franċiżi indikaw li, fid-dawl tal-bejgħ tal-inġenju tal-ajru [...], f’Settembru tal-2023, Corsair kienet innoleġġat inġenju tal-ajru biex jopera r-rotta Pariġi-Montreal għal xahrejn fis-sajf tal-2024, perjodu wara l-konsenja mill-ġdid bikrija li matulu l-F-HSKY ma kienx disponibbli u l-inġenju tal-ajru ta’ sostituzzjoni A330-NEO kien għadu ma ġiex ikkonsenjat. Minħabba [...] tal-Istat, Corsair kienet imġiegħla żżomm l-inġenju tal-ajru [...]. Kwalunkwe deċiżjoni oħra kienet tkun ta’ detriment kbir għan-negozju tal-kumpanija. L-awtoritajiet Franċiżi saħqu li jenħtieġ li d-deċiżjonijiet li ttieħdu b’rabta ma’ dan in-noleġġar jitqiesu fid-dawl tal-informazzjoni industrijali magħrufa minn Corsair fl-aħħar tas-sajf tal-2023. Filwaqt li d-diskussjonijiet ma’ xerrej potenzjali għal [...], li kellu jħalli l-flotta fis-sajf tal-2024, kienu avvanzati sew, tħabbar li l-konsenja tal-Airbus, li kellu jissostitwih, ġiet ittardjata. |
4.3.3 Għajnuna addizzjonali mogħtija matul il-perjodu ta’ ristrutturar
|
(132) |
Fir-rigward tat-EUR 32,4 miljun addizzjonali f’għajnuna mogħtija lil Corsair bejn l-2021 u l-2022, f’ittra tas-16 ta’ Diċembru 2024, l-awtoritajiet Franċiżi rrikonoxxew li Corsair, li hija impriża li kienet diġà tinsab f’diffikultà fil-31 ta’ Diċembru 2019, ma kinitx eliġibbli għall-iskemi ta’ għajnuna approvati skont il-Qafas Temporanju tal-COVID-19 u, għalhekk, ma misshiex ibbenefikat minnhom. Madankollu, l-awtoritajiet Franċiżi argumentaw li l-amministrazzjoni tagħhom kienet aġixxiet bona fide fil-kuntest ta’ emerġenza tas-saħħa pubblika. |
|
(133) |
Fil-kummenti tagħhom tat-30 ta’ Mejju 2025 bi tweġiba għall-estensjoni tal-investigazzjoni formali, l-awtoritajiet Franċiżi sostnew li l-għajnuna addizzjonali ma kinitx ingħatat bi ksur tal-prinċipju “tal-ewwel u l-aħħar darba”. |
|
(134) |
L-ewwel nett, f’dak ir-rigward, huma ċaħdu li d-diffikultajiet ta’ Corsair kienu rikorrenti, u asserew li kienu r-riżultat ta’ ċirkostanzi esterni u imprevedibbli, li fosthom, qabel kollox, kienet l-estensjoni tal-effetti tal-kriżi tal-COVID-19, li ma setgħux jiġu antiċipati meta ġie kkalibrat il-pjan ta’ ristrutturar ta’ Corsair. Madankollu, ir-riżultati tal-aktar sena finanzjarja sħiħa riċenti (li ntemmet fit-30 ta’ Settembru 2024) jivvalidaw il-perkors għal ritorn għall-vijabbiltà. It-tieni, l-awtoritajiet Franċiżi sostnew li l-prinċipju “tal-ewwel u l-aħħar darba” kien japplika biss għal każijiet li fihom ingħatat għajnuna ġdida għas-salvataġġ jew għar-ristrutturar, filwaqt li l-għajnuna inkwistjoni ma kinitx parti minn operazzjoni ta’ salvataġġ jew ta’ ristrutturar għal Corsair iżda kienet ingħatat biex jiġu mmitigati l-effetti tal-COVID-19. It-tielet, huma osservaw li, jekk il-Kummissjoni kellha tikkunsidra l-għajnuna tal-COVID bħala għajnuna għar-ristrutturar (li, l-awtoritajiet Franċiżi argumentaw, ma kienx il-każ), il-Linji Gwida S&R ipprevedew eċċezzjonijiet għall-prinċipju “tal-ewwel u l-aħħar darba”, b’mod partikolari “f’ċirkostanzi eċċezzjonali u imprevedibbli li għalihom ma jkunx responsabbli l-benefiċjarju”, bħall-estensjoni tal-effetti tal-kriżi tal-COVID-19. |
|
(135) |
Fl-aħħar nett, l-awtoritajiet Franċiżi impenjaw ruħhom li volontarjament jirkupraw mit-EUR 32,4 miljun f’għajnuna addizzjonali bl-imgħax mingħand Corsair qabel l-approvazzjoni potenzjali tal-għajnuna addizzjonali għar-ristrutturar, sabiex jannullaw kwalunkwe vantaġġ ekonomiku li Corsair setgħet kisbet mill-għajnuna illegali u sabiex jinnewtralizzaw kwalunkwe impatt li tali għajnuna seta’ jkollha fuq il-proporzjonalità tal-għajnuna addizzjonali għar-ristrutturar. |
4.4. Kummenti mill-partijiet interessati
|
(136) |
Kif stabbilit fil-parti operattiva tad-deċiżjoni tal-ftuħ tagħha, il-Kummissjoni informat lill-partijiet interessati billi ppubblikat id-deċiżjoni, flimkien ma’ sommarju sinifikanti, f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea. |
|
(137) |
Wara dik il-pubblikazzjoni, diversi partijiet interessati ssottomettew kummenti dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ. Il-kummenti li huma l-aktar pertinenti għall-valutazzjoni tal-Kummissjoni huma miġbura fil-qosor fil-paragrafi li ġejjin. |
4.4.1 Groupe Dubreuil Aéro
|
(138) |
Il-GDA, li huwa l-fergħa tat-trasport bl-ajru tal-Groupe Dubreuil, iddikjara li kien attur ewlieni fit-trasport Franċiż bl-ajru tad-distanzi fit-tul, li jopera prinċipalment permezz taż-żewġ kumpaniji tiegħu, Air Caraïbes u s-sussidjarja low-cost French Bee. Dawn il-linji tal-ajru kienu qed jippożizzjonaw lilhom infushom bħala kompetitur dirett u sinifikanti għal Corsair, peress li hemm trikkib sostanzjali bejn in-networks u l-bażijiet operazzjonali tagħhom: ir-rotot moqdija mill-GDA, b’mod partikolari l-konnessjonijiet kruċjali mal-Antilli (Martinique, Guadeloupe u l-Guyana Franċiża) u l-Oċean Indjan (Réunion), kienu rotot strateġiċi kondiviżi ma’ Corsair. |
|
(139) |
Din il-kompetizzjoni kienet aktar u aktar intensa peress li ż-żewġ gruppi kienu prinċipalment qed joperaw mill-istess ajruport ċentrali essenzjali, Paris-Orly. Barra minn hekk, il-preżenza ta’ French Bee fuq l-istess rotot kienet introduċiet pressjoni kompetittiva intensa fuq il-prezzijiet, peress li l-mudelli tradizzjonali tat-trasportaturi taż-żewġ gruppi kienu f’kompetizzjoni diretta mal-offerta ta’ low-cost għad-distanzi fit-tul. Għalhekk, il-GDA kien is-sors ewlieni ta’ kompetizzjoni fis-swieq ġeografiċi li huma essenzjali għall-vijabbiltà futura ta’ Corsair. |
|
(140) |
Bħala kompetitur dirett affettwat mid-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni, fl-24 ta’ Mejju 2024, il-GDA inizjalment talab lill-Kummissjoni tirrevoka l-għajnuna inizjali tal-2020 u tirrifjuta l-pjan ta’ ristrutturar rivedut ta’ Corsair. Din it-talba kienet ibbażata fuq tliet ilmenti ewlenin: (i) in-nonkonformità pprovata mal-kundizzjonijiet tal-għajnuna tal-2020, (ii) l-għoti ta’ għajnuna illegali addizzjonali, u (iii) l-inkompatibbiltà tal-pjan ta’ ristrutturar rivedut mas-suq intern. |
|
(141) |
L-ewwel nett, il-GDA ddenunzja n-nonkonformità mal-kundizzjonijiet obbligatorji tad-deċiżjoni tal-2020. F’dak ir-rigward, il-GDA indika nonkonformità mal-obbligi ta’ trasparenza u ta’ kooperazzjoni sinċiera, b’mod partikolari minħabba n-nuqqas ta’ rapporti ta’ kull 6 xhur u n-nuqqas ta’ pubblikazzjoni tal-informazzjoni fuq is-sit web tat-Teżor Franċiż. B’mod aktar serju, il-GDA ddikjara li l-miżuri kumpensatorji ewlenin ma ġewx implimentati: (i) il-flotta kienet żdiedet għal mill-inqas għaxar inġenji tal-ajru, bi ksur tal-impenn li tiġi limitata għal disgħa, u (ii) Corsair kienet fetħet rotot ġodda għall-Afrika (Antananarivo, Cotonou u Bamako) mingħajr awtorizzazzjoni minn qabel mill-Kummissjoni, u dan ikkontradixxa l-istrateġija ta’ ffokar mill-ġdid li inizjalment kienet ġiet mandata. Barra minn hekk, il-GDA kellu riżervi serji dwar il-ħlas lura taż-żewġ selfiet mill-Istat (total ta’ EUR 80 miljun), minħabba li l-fatt li l-Istat Franċiż issa xtaq jirrinunzja dan id-dejn kien jimplika li Corsair qatt ma bdiet il-ħlas lura, li kien ksur sfaċċat tal-kundizzjonijiet inizjali. |
|
(142) |
It-tieni, il-GDA allega l-ħlas ta’ għajnuna illegali u ġdida mill-Istat wara l-2020. Minbarra l-għajnuna mhux ikkwantifikata (stmata li hija ta’ mill-inqas EUR 32 miljun, b’mod partikolari fil-forma ta’ ħelsien mit-taxxa u mis-sigurtà soċjali), il-GDA sostna li l-pagament spazjat tal-kontribuzzjonijiet tas-CRPN mogħtija f’Settembru 2023 kien fih innifsu għajnuna illegali ġdida li ma setgħetx titqies bħala kontribuzzjoni proprja. |
|
(143) |
It-tielet, il-GDA sostna li l-pjan ta’ ristrutturar rivedut kien jikkostitwixxi għajnuna ġdida għar-ristrutturar li kellha tiġi ddikjarata inkompatibbli skont il-prinċipju “tal-ewwel u l-aħħar darba”. Il-GDA ġġustifika din il-klassifikazzjoni skont l-iskala tal-bidliet (żieda sinifikanti fl-għajnuna totali), in-nonkonformità mal-iskadenza formali tan-notifika u, fuq kollox, skont il-bidla radikali fl-istrateġija (mir-razzjonalizzazzjoni sal-espansjoni fl-Afrika). Skont il-GDA, anke bħala emenda, l-għajnuna ma kinitx tissodisfa l-kundizzjonijiet ta’ kompatibbiltà minħabba li r-rinunzja tad-dejn ta’ EUR 80 miljun, miżjuda mal-għajnuna addizzjonali ta’ EUR 83,1 miljun, għamlet l-għajnuna totali (EUR 163,1 miljun) sproporzjonata għall-kontribuzzjoni proprja tal-azzjonisti, li l-GDA qies bħala insuffiċjenti. |
|
(144) |
Fl-aħħar nett, il-GDA kkontesta l-kredibbiltà tar-restawr tal-vijabbiltà u ddikjara li l-pjan ma baqax jissodisfa l-interess komuni (kontinwità territorjali). F’dak ir-rigward, il-GDA spjega li Corsair, li kienet qed takkumula telf storiku (kważi EUR 500 miljun bejn l-2000 u l-2018), ma kienet toffri l-ebda prospett kredibbli ta’ vijabbiltà fit-tul, speċjalment peress li l-pjan kien ġie estiż, u li, għalhekk, din l-għajnuna ma kinitx tissodisfa l-kundizzjonijiet fundamentali tal-Linji Gwida S&R. |
|
(145) |
Bħala konklużjoni, il-GDA talab lill-Kummissjoni ssib li l-għajnuna kienet intużat ħażin u li l-miżuri l-ġodda kienu inkompatibbli. Huwa talab ir-revoka immedjata tad-deċiżjoni dwar l-għajnuna tal-2020 u ordni għall-irkupru immedjat tal-għajnuna kollha (inizjali u illegali) bl-imgħax. Madankollu, jekk il-Kummissjoni tapprova l-għajnuna, il-GDA saħaq fuq miżuri ta’ kumpens imtejba b’mod sinifikanti (żvestiment drastiku tal-flotta u tas-slots fuq ir-rotot kurrenti) kif ukoll fuq l-istabbiliment ta’ trustee indipendenti għal monitoraġġ strett, u l-ħlas tal-għajnuna f’pagamenti parzjali kundizzjonali. |
|
(146) |
Fil-11 ta’ Ottubru 2024, il-GDA tenna u ssupplimenta l-oġġezzjonijiet tiegħu, u kkonkluda li Corsair ma kinitx ikkonformat mal-kundizzjonijiet tal-għajnuna tal-2020, kienet irċeviet għajnuna illegali addizzjonali, u kienet ipproponiet pjan ta’ ristrutturar rivedut li kien strutturalment inkompatibbli mad-dritt tal-UE, b’mod partikolari mal-prinċipju “tal-ewwel u l-aħħar darba”. |
|
(147) |
B’mod partikolari, il-GDA saħaq li l-awtoritajiet Franċiżi u Corsair kienu naqsu milli jikkonformaw mal-obbligi tad-deċiżjoni tal-2020 billi, l-ewwel nett, il-projbizzjoni li l-flotta tiġi limitata għal disa’ inġenji tal-ajru ma kinitx ġiet irrispettata u l-analiżi tal-iskedi tas-sajf u tax-xitwa tal-2024 tal-IATA kienet wasslet lill-GDA biex jikkonkludi li Corsair kienet operat jew kellha tinnoleġġa mill-inqas għaxar inġenji tal-ajru jew saħansitra 11, u b’hekk kisret il-“miżura strutturali ewlenija” imposta fid-deċiżjoni tal-2020. It-tieni, il-GDA tenna li Corsair kienet ibbenefikat minn għajnuna illegali addizzjonali sa fejn is-self dirett mill-Istat miksub fl-2020 kien ibbenefika minn differiment ta’ ħlas ta’ sena, li jikkostitwixxi għajnuna ġdida mhux notifikata. Skont il-GDA, din l-għajnuna kienet minbarra l-ammonti illegali diġà msemmija. Il-GDA ddenunzja wkoll il-kunflitt ta’ interess ċar marbut mal-ispazjar tal-kontribuzzjonijiet tas-CRPN (għajnuna illegali allegata oħra), fejn id-Direttur kurrenti tar-Riżorsi Umani ta’ Corsair huwa wkoll l-amministratur tas-CRPN. |
|
(148) |
Imbagħad, il-GDA kkontesta l-istrateġija ta’ ffokar mill-ġdid fuq ir-rotot ekstra-Ewropej li kienet intużat biex tiġġustifika l-għajnuna tal-2020, filwaqt li sostna li l-istrateġija reali ta’ Corsair issa kienet iffokata fuq l-Afrika. Corsair kienet tissejjaħ “linja tal-ajru Afrikana” abbażi tar-rotot il-ġodda jew ippjanati lejn Brazzaville, is-Senegal (Dakar) u l-Gabon (Libreville). Skont il-GDA, dawk l-inizjattivi, motivati mill-impjiegi u mill-kompetizzjoni lokali, kienu jikkontradixxu l-objettiv tal-kontinwità territorjali u qajmu dubji dwar il-ġustifikazzjoni mogħtija għall-għajnuna pubblika. Barra minn hekk, il-GDA sostna li l-unika attività profittabbli ta’ Corsair fl-2023 kienet it-trasport tal-merkanzija, li kienet prinċipalment diretta lejn l-Afrika. |
|
(149) |
F’dik l-istess data, il-GDA kkritika wkoll l-instabbiltà tal-azzjonisti abbażi tal-irtirar tar-Repubblika tal-Kongo u l-istorja ta’ fallimenti tal-azzjonist “business angel” il-ġdid, is-Sur Abbas Jaber, li, il-GDA ddikjara, ma kienx ippubblika l-kontijiet tiegħu għal diversi snin. |
|
(150) |
Il-GDA kkritika wkoll b’mod sever in-nuqqas ta’ serjetà tas-suppożizzjonijiet ekonomiċi fil-pjan ta’ ristrutturar rivedut ta’ Corsair. L-istima ta’ tnaqqis gradwali fil-prezz tal-fjuwil tal-ġettijiet għal USD 900/tunnellata minn Settembru 2023 intweriet li kienet skorretta, u l-prezzijiet baqgħu ogħla; dan kien jirrappreżenta nuqqas ta’ realiżmu aggravat minn nuqqas ta’ kopertura għall-prezzijiet tal-fjuwil. Barra minn hekk, il-GDA kkunsidra li s-suppożizzjoni ta’ żieda fil-prezzijiet medji fuq it-titjiriet bejn Franza metropolitana u t-territorji ekstra-Ewropej kienet f’kontradizzjoni ma’ dak iddikjarat mid-Direttorat Ġenerali għall-Avjazzjoni Ċivili, li kien irrapporta tnaqqis fil-prezzijiet fl-2024. |
|
(151) |
Barra minn hekk, il-GDA ddenunzja nuqqas ta’ trasparenza finanzjarja min-naħa ta’ Corsair, li kienet ippubblikat il-kontijiet tagħha tal-2022 u tal-2023 biss wara azzjoni legali. F’dak ir-rigward, il-GDA ddikjara li l-awdituri kienu esprimew riżervi dwar is-sinċerità tal-perjodi ta’ ħlas, u dan jissuġġerixxi li Corsair kienet tixtieq taħbi l-verità dwar is-sitwazzjoni tagħha. Il-GDA stima li s-sitwazzjoni finanzjarja ta’ Corsair kienet katastrofika, b’introjtu operatorju ta’ –EUR 37,1 miljun fl-2023. Skont il-GDA, dak il-livell ta’ telf, minkejja l-għajnuna mill-Istat riċevuta, kien evidenza li l-kumpanija kienet strutturalment qed tagħmel it-telf u ma kinitx sostenibbli. |
|
(152) |
F’dik id-data, il-GDA tenna l-konklużjoni tiegħu li l-appoġġ kontinwu ta’ Franza kien jikkostitwixxi pagament abbużiv ta’ għajnuna illegali li kienet wasslet għal distorsjonijiet ċari tal-kompetizzjoni fis-suq. Għalhekk, fuq dik il-bażi, il-GDA tenna t-talbiet tiegħu lill-Kummissjoni biex tirrevoka d-deċiżjoni tal-2020, tiddikjara l-għajnuna kollha mħallsa (inkluża għajnuna ġdida u mhux notifikata) bħala inkompatibbli u illegali u tordna l-irkupru immedjat tagħha. Il-GDA stima li l-likwidazzjoni ta’ Corsair tkun konformi mal-Linji Gwida S&R billi tippermetti li jikbru kompetituri aktar effiċjenti. |
|
(153) |
Fit-8 ta’ Novembru 2024, il-GDA ssottometta kummenti ulterjuri biex jikkonferma li Corsair kienet kisret, b’mod sistematiku u dejjiemi, il-kundizzjoni imposta mid-deċiżjoni tal-2020 li kienet tobbligaha tillimita l-flotta tagħha għal disa’ inġenji tal-ajru, u li ċ-ċirkomvenzjoni ta’ dak l-obbligu kienet għal żmien twil, u b’hekk ippermettiet lil Corsair iżżid il-mezzi ta’ produzzjoni tagħha u d-daqs reali tal-flotta tagħha. |
|
(154) |
Skont il-GDA, l-istorja tal-flotta ta’ Corsair kienet turi li kienet operat għaxar inġenji tal-ajru b’mod regolari, inkluż bejn Novembru 2021 u Ottubru 2022. |
|
(155) |
Il-GDA spjega li, għall-istaġun tas-sajf tal-IATA tal-2024, l-iskeda tat-titjiriet kienet kibret b’mod sinifikanti matul l-eqqel perjodi, u kienet tirrikjedi minimu ta’ 11-il inġenju tal-ajru. Għal darba oħra, il-GDA stima li Corsair kienet użat in-noleġġar fit-tul (122 titjira ma’ Iberojet fuq ir-rotta Pariġi-Montreal, 26 titjira ma’ Gallistair fuq ir-rotta Pariġi-Bamako). Fuq dik il-bażi, il-GDA ddikjara li Corsair kienet evitat sistematikament ir-restrizzjoni tal-flotta, probabbilment b’mod kontinwu għal kważi 4 snin, b’rikors regolari għan-noleġġar, li juri xewqa li taħbi ċ-ċirkomvenzjoni tagħha tar-restrizzjonijiet imposti mill-Kummissjoni. |
|
(156) |
Fis-6 ta’ Jannar, il-GDA rreaġixxa għat-tħabbiriet ta’ Corsair ta’ introjtu operatorju pożittiv u riżultat nett fl-aħħar ta’ Settembru 2024, filwaqt li sostna li dawn it-tħabbiriet saru sempliċiment għall-apparenza, u li jenħtieġ li ma jqarrqux bil-Kummissjoni. Il-GDA indika li dan ir-riżultat kien xprunat b’mod partikolari minn tkabbir qawwi fit-trasport tal-merkanzija fl-Afrika u f’introjtu anċillari, li jikkontradixxi l-objettiv inizjali tal-għajnuna tal-2020, li kien li jittejjeb l-aċċess għat-territorji ekstra-Ewropej u li jiġu protetti l-konsumaturi b’“riżorsi limitati”. F’dak ir-rigward, il-GDA kkummenta li l-ġestjoni ta’ Corsair kienet ikkonfermat l-ambizzjonijiet tagħha relatati mal-operazzjonijiet fl-Afrika u l-aspettattiva tal-għaxar inġenju tal-ajru fil-pjan strateġiku, żieda fil-flotta li aggravat id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u kkonfermat li dan fil-fatt huwa pjan ta’ ristrutturar ġdid li jenħtieġ li jiġi rrifjutat mill-Kummissjoni. Fuq kollox, il-GDA ġibed l-attenzjoni tal-Kummissjoni għal dikjarazzjoni mill-maniġment ta’ Corsair li rreferiet għal “ftehimiet mal-Istat” li kienu jippermettu li l-pjan jimxi ’l quddiem “fiċ-ċirkostanzi kollha”, anke mingħajr vot fuq l-emendi baġitarji. Il-GDA ra dan bħala indikazzjoni ta’ għajnuna illegali ġdida (differimenti ta’ pagamenti jew moratorji fuq l-obbligazzjonijiet pubbliċi) u ksur ulterjuri tal-għajnuna għar-ristrutturar approvata fl-2020, fejn Corsair tuża dan l-appoġġ mill-Istat bħala vantaġġ kompetittiv. Fl-aħħar nett, il-GDA kkunsidra li t-tħabbira tal-għeluq tar-rotta ta’ Montreal favur il-ftuħ ta’ rotta lejn Brazzaville (mhux awtorizzata mill-Kummissjoni) ikkonfermat il-bidla fl-istrateġija minn Corsair u l-indifferenza għall-impenji tagħha, filwaqt li ssaħħaħ l-argument li l-pjan kien pjan ta’ ristrutturar ġdid soġġett għall-prinċipju “tal-ewwel u l-aħħar darba”. Il-GDA kkonkluda billi tenna t-talba tiegħu biex l-għajnuna approvata fl-2020 tiġi rrevokata u jiġi ordnat l-irkupru immedjat tal-għajnuna kollha mħallsa. |
|
(157) |
Fl-aħħar nett, fit-23 ta’ Mejju 2025, il-GDA laqa’ d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li testendi l-investigazzjoni permezz tad-deċiżjoni ta’ estensjoni tagħha tal-11 ta’ April 2025, filwaqt li indika li dik id-deċiżjoni kkonfermat id-dubji tiegħu dwar il-ksur tal-obbligu li tiġi limitata l-flotta ta’ Corsair għal disa’ inġenji tal-ajru u l-għoti ta’ għajnuna illegali mhux notifikata ta’ EUR 32,4 miljun. F’dak ir-rigward, il-GDA saħaq li Corsair kienet kisret kontinwament u b’mod miftuħ ir-restrizzjoni tal-flotta billi użat 10 sa 11-il inġenju tal-ajru biex issegwi strateġija aggressiva xprunata mill-volum, li kienet fixklet il-kompetizzjoni billi kkawżat tnaqqis fil-prezzijiet li ma kienx sostenibbli mingħajr appoġġ pubbliku illegali. Il-GDA indika li l-awtoritajiet Franċiżi issa ammettew li kienu taw illegalment it-EUR 32,4 miljun skont skema li ma kinitx applikabbli, u b’hekk kisru l-prinċipju “tal-ewwel u l-aħħar darba”. Skont il-GDA, dawk il-fallimenti ripetuti u l-użu ħażin tal-għajnuna inizjali, flimkien mal-fatt li l-pjan emendat kien jikkostitwixxi pjan ta’ ristrutturar ġdid u inkompatibbli, kienu jiġġustifikaw azzjoni immedjata. Għalhekk, f’dik id-data, il-GDA reġa’ talab li l-Kummissjoni tibda proċedimenti għall-użu ħażin tal-għajnuna, tirrevoka d-deċiżjoni tal-2020, tiddikjara l-għajnuna kollha illegali u inkompatibbli mas-suq intern u tordna l-irkupru immedjat tagħha. |
4.4.2 Air Austral
|
(158) |
Air Austral, kumpanija Franċiża bbażata f’Réunion u attur ewlieni fl-Oċean Indjan, taqdi prinċipalment lil Franza metropolitana (titjiriet ta’ kuljum lejn Pariġi CDG u bliet oħra permezz ta’ sħubijiet “Train Plus Air”), il-gżejjer ta’ Réunion, Mayotte, Mauritius, Comoros, Madagascar u s-Seychelles, u l-Afrika t’Isfel, it-Tajlandja u l-Indja. |
|
(159) |
Air Austral hija kompetitur dirett ta’ Corsair minħabba li ż-żewġ kumpaniji joperaw fuq rotot ewlenin u strateġiċi b’distanzi fit-tul, b’mod partikolari r-rotot bejn Franza metropolitana u t-territorji ekstra-Ewropej, b’mod speċifiku Réunion, Mayotte u l-Antilli. Din il-kompetizzjoni tfisser li dawn jikkoinċidu fuq rotot ewlenin u jikkompetu fuq il-prezzijiet u fuq il-kapaċità. |
|
(160) |
Fl-24 ta’ Mejju 2024, Air Austral issottomettiet il-kummenti tagħha dwar id-deċiżjoni tal-ftuħ lill-Kummissjoni. Air Austral sabet li l-emenda jew l-estensjoni tal-pjan ta’ ristrutturar ta’ Corsair kienet inaċċettabbli u inkonċepibbli. Din il-pożizzjoni kienet ibbażata fuq l-asserzjoni li Corsair kienet sostanzjalment u kontinwament injorat il-kundizzjonijiet tal-għajnuna inizjali mill-2020 u li, minkejja li ġie rrivedut, il-pjan ta’ ristrutturar il-ġdid ma jiżgurax il-vijabbiltà fit-tul tal-kumpanija filwaqt li jaggrava b’mod sinifikanti d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni fis-suq. |
|
(161) |
Fil-kummenti tagħha, Air Austral iddenunzjat diversi nuqqasijiet serji minn Corsair, u kkwalifikathom bħala użu ħażin tal-għajnuna riċevuta. L-aktar nuqqas serju kien il-ksur tagħha tal-obbligu li tillimita l-flotta tagħha għal disa’ inġenji tal-ajru. Skont Air Austral, l-analiżi tal-iskedi tat-titjiriet għall-istaġuni tas-sajf tal-2023 u tal-2024 kienet uriet l-użu ta’ noleġġar kontinwu, li wassal biex il-flotta reali tiżdied għal għaxar inġenji tal-ajru fl-eqqel perjodi. Dan tqies bħala manuvra purament kummerċjali u espansjonarja, u l-argument ta’ Corsair li din ir-restrizzjoni tista’ tiġi ssostitwita b’limitu tal-kapaċità tal-postijiet ġie miċħud minn Air Austral bħala li jmur kontra l-ġurisprudenza u l-prattika konsistenti tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-Kummissjoni. Barra minn hekk, Air Austral spjegat li Corsair kienet qabżet il-limitu ta’ 50 % tas-sehem tal-kapaċità impost għal kwalunkwe servizz skedat ġdid meta fetħet ir-rotta Reunion-Antananarivo (Madagascar) fl-2023. Fl-aħħar nett, Air Austral enfasizzat in-nuqqas li jiġu sottomessi rapporti ta’ kull 6 xhur u li jiġu ppubblikati l-kontijiet mill-2022, li hija kkunsidrat li fixklu l-monitoraġġ tal-Kummissjoni u qajmu suspetti serji li l-għajnuna setgħet marret lil hinn minn dak li kien “strettament neċessarju”. |
|
(162) |
Barra minn hekk, Air Austral ikkunsidrat li l-pjan ta’ ristrutturar rivedut ma kienx kapaċi jiżgura ritorn għall-vijabbiltà fit-tul sa fejn Corsair kienet qed issegwi politika ta’ pprezzar aggressiva u mhux sostenibbli, bi prezzijiet ferm aktar baxxi minn dawk tal-kompetituri tagħha fir-rotta Pariġi-Réunion. Air Austral ikkunsidrat li din il-politika ta’ prezzijiet baxxi, miżmuma minkejja l-inflazzjoni ġenerali, kienet ħolqot disparità ċara bejn il-bidliet fil-kostijiet u l-bidliet fit-tariffi. |
|
(163) |
Fl-istess ħin, Air Austral ikkunsidrat li l-effetti negattivi fuq il-kompetizzjoni kienu aggravati serjament. Is-sehem tal-kapaċità ta’ Corsair żdied drastikament bejn l-2019 u l-2024, b’żieda ta’ 20,6 % fuq ir-rotta Pariġi-Réunion u sehem dominanti ta’ 56 % tal-kapaċità ta’ Réunion-Madagascar. Din il-kapaċità żejda u d-dumping tal-prezzijiet kienu wasslu għal tnaqqis qawwi fil-profittabbiltà ta’ Air Austral bejn Franza metropolitana u Réunion u fuq ir-rotta Réunion-Mayotte. Il-politika ta’ Corsair tal-kapaċità żejda kienet qed toħnoq ir-rotta Pariġi-Mayotte u tipparalizza l-kapaċità tal-kompetituri tagħha li jiżviluppaw. F’dan ir-rigward, Air Austral irrifjutat l-argument ta’ Franza relatat ma’ “kompetizzjoni estrema”, filwaqt li indikat bil-qawwa li Corsair kienet l-attur propju li kien qed jiġġenera din il-kompetizzjoni inġusta permezz tal-istrateġija bla trażżin tagħha. |
|
(164) |
Air Austral ikkonkludiet li l-miżuri inizjali ta’ kontra d-distorsjoni kienu fallew minħabba n-nonkonformità ta’ Corsair u li l-pjan ta’ ristrutturar rivedut, minkejja ż-żieda sinifikanti fl-ammont tal-għajnuna, ma kien jipproponi l-ebda miżura ta’ kumpens serja addizzjonali. |
|
(165) |
Air Austral ikkonkludiet billi talbet formalment lill-Kummissjoni tirrifjuta l-pjan ta’ ristrutturar rivedut u tiftaħ proċedimenti għall-użu ħażin tal-għajnuna inizjali, peress li l-effetti negattivi jegħlbu b’mod ċar l-effetti pożittivi. |
4.4.3 Diamondale Limited
|
(166) |
Fit-23 ta’ Mejju 2024, Diamondale Limited (“Diamondale”), li hija l-azzjonist maġġoritarju preċedenti ta’ Corsair u li kellha 75,03 % tal-kapital u 100 % tad-drittijiet tal-vot sal-2021, issottomettiet il-kummenti tagħha lill-Kummissjoni. Fuq il-bażi ta’ din l-esperjenza u tal-għarfien tal-kumpanija, Diamondale esprimiet tħassib serju dwar il-fattibbiltà tal-pjan ta’ ristrutturar rivedut ta’ Corsair u opponiet bil-qawwa ż-żieda fl-għajnuna pubblika. |
|
(167) |
Fil-kummenti tagħha, Diamondale kkunsidrat il-pjan ta’ ristrutturar rivedut bħala mhux realistiku u talbet lill-Kummissjoni titlob ħlas lura sħiħ ta’ EUR 139,6 miljun f’għajnuna li diġà ngħatat lil Corsair minflok ma żżidha, li jkun jikser l-Artikolu 108(2) tat-TFUE. Barra minn hekk, Diamondale kkondividiet id-dubji tal-Kummissjoni dwar l-għajnuna addizzjonali possibbli mill-Istat li rċeviet Corsair matul il-perjodu ta’ ristrutturar, meta wieħed jikkunsidra li din l-għajnuna kienet ħolqot distorsjoni tal-kompetizzjoni. |
|
(168) |
L-analiżi ta’ Diamondale żvelat deterjorament strutturali fil-kontijiet ta’ Corsair mill-2018, b’telf ta’ EUR 48 miljun fl-2021. Diamondale kkunsidrat li l-kumpanija sofriet minn żbilanċ finanzjarju kroniku, b’kapital operatorju insuffiċjenti mill-2018 bħala riżultat tal-erożjoni tal-ekwità tagħha. Diamondale kkunsidrat li Corsair kienet qed tiffinanzja l-investimenti fit-tul tagħha b’riżorsi fuq terminu qasir, li kienu rriżultaw fi fluss nett negattiv tal-flus mill-2018 u kienet qiegħdet lill-kumpanija f’riskju ta’ inadempjenza. Diamondale kkunsidrat li d-dejn kien eċċessiv u li n-nuqqas ta’ profittabbiltà suffiċjenti għamel is-sopravivenza impossibbli, anke bl-għajnuna addizzjonali ta’ EUR 200 miljun. |
|
(169) |
Barra minn hekk, Diamondale kellha dubji serji dwar il-kontribuzzjoni proprja reali ta’ Corsair u jekk din kinitx suffiċjenti, kif ukoll dwar il-kapaċità ta’ Corsair li tirrestawra l-vijabbiltà fit-tul tagħha, u kkunsidrat li xi wħud mill-kontribuzzjonijiet imressqa kienu inizjattivi antiki u “riċiklati”. |
|
(170) |
Għalhekk, Diamondale kkontestat l-intervent tal-Istat għal kumpanija privata li diġà kellha dejn kbir, meta wieħed jikkunsidra li l-uniku mod biex jiġi evitat falliment ġdid kien permezz ta’ finanzjament privat. |
4.4.4 Parti interessata anonima
|
(171) |
Il-parti interessata li tixtieq tibqa’ anonima kkritikat l-għajnuna addizzjonali fil-forma ta’ għotjiet diretti u ta’ rinunzji tal-pretensjonijiet mingħajr miżuri ta’ kumpens tanġibbli, jiġifieri impenji meħuda minn Corsair biex jiġu pprevenuti r-riskji ta’ distorsjoni tal-kompetizzjoni, li b’hekk qajmu tħassib ta’ żbilanċ sinifikanti għad-detriment tal-kompetizzjoni. |
4.5. Kummenti mill-awtoritajiet Franċiżi dwar il-kummenti mill-partijiet interessati
|
(172) |
Fis-26 ta’ Lulju 2024, l-awtoritajiet Franċiżi ssottomettew kummenti lill-Kummissjoni bi tweġiba għall-kummenti minn partijiet terzi (il-GDA, Air Austral u Diamondale) bl-għan li juru l-ammissibbiltà u l-kompatibbiltà tal-pjan ta’ ristrutturar rivedut mas-suq intern. |
|
(173) |
F’dawk il-kummenti, l-awtoritajiet Franċiżi affermaw mill-ġdid il-konformità sħiħa mal-obbligi tal-pjan ta’ ristrutturar tal-2020, u ċaħdu l-pretensjonijiet magħmula mill-partijiet terzi. L-akkuża ta’ nuqqas ta’ trasparenza ġiet miċħuda, peress li l-awtoritajiet Franċiżi ddikjaraw li kienu saru skambji regolari mal-Kummissjoni u li l-kontijiet tal-kumpanija għall-2021/2022 u għall-2022/2023 kienu ġew ippubblikati. |
|
(174) |
Fir-rigward tal-limitazzjoni tal-flotta, il-noleġġar ta’ darba tal-inġenji tal-ajru, b’mod partikolari għal Bamako u għal Montreal, ġew ippreżentati bħala neċessità marbuta ma’ fatturi esterni (riskji ġeopolitiċi, dewmien fil-konsenji) u mhux bħala li jikkostitwixxu politika espansjonista, peress li l-kapaċità tal-postijiet offruta, anke mal-inġenji tal-ajru noleġġati, qatt ma qabżet il-livelli ta’ qabel ir-ristrutturar. F’dan ir-rigward, l-awtoritajiet Franċiżi żiedu li l-varar mill-ġdid tas-servizzi fl-Afrika (Cotonou, Bamako, Antananarivo) ukoll kien ġie awtorizzat b’mod espliċitu mill-Kummissjoni. Fir-rigward tad-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni, Corsair kienet ikkonformat mal-impenn tagħha billi għamlet disponibbli għal-linji tal-ajru terzi aktar minn 365 slot f’Paris-Orly, bħala medja. Fl-aħħar nett, it-talba għal emenda kienet ikkunsidrata li tikkonforma mal-prinċipju “tal-ewwel u l-aħħar darba” fil-Linji Gwida S&R, peress li, skont l-awtoritajiet Franċiżi, kienet tiżgura kontinwità sħiħa mal-isforz ta’ ristrutturar inizjali, li l-objettivi tiegħu (territorji ekstra-Ewropej bħala negozju ewlieni, l-iżvilupp fl-Afrika) ma ġewx ikkontestati, u d-durata estiża tiegħu għal [...] (id-data tat-tmiem tal-perjodu ta’ ristrutturar fiż-żmien li ġew sottomessi dawn il-kummenti) kienet strettament limitata għal dik li kienet neċessarja. |
|
(175) |
L-awtoritajiet Franċiżi kkunsidraw ukoll li t-talba għal emenda kienet kompatibbli mas-suq intern minħabba l-fatt li kienet tissodisfa l-kriterji tal-punt 124 tal-Linji Gwida S&R. |
|
(176) |
Fuq il-bażi ta’ analiżijiet dettaljati mill-konsulent estern tal-impriża, l-awtoritajiet Franċiżi kkonfermaw il-progress pożittiv ta’ Corsair, b’introjtu operatorju pożittiv ta’ EUR [...] miljun fuq perjodu ta’ 12-il xahar kontinwu (minn Ġunju 2023 sa Mejju 2024) u r-riżultati fl-aħħar ta’ Mejju 2024 kienu ogħla mill-baġit u ferm ogħla mix-xenarju pessimist. Din il-prestazzjoni pożittiva, marbuta mal-ottimizzazzjoni tal-kostijiet u tal-provvista, kienet tappoġġa l-prospett ta’ introjtu operatorju ta’ EUR [...] miljun sal-2026–2027. L-awtoritajiet Franċiżi ddikjaraw ukoll li r-Rapport Supplimentari prodott mid-ditta ta’ konsulenza Analysis Group kien ikkonferma li l-politika tal-ipprezzar ta’ Corsair kienet kompatibbli mal-vijabbiltà tal-kumpanija, mingħajr kapaċità eċċessiva jew tnaqqis fil-prezzijiet. |
|
(177) |
L-awtoritajiet Franċiżi, għal darba oħra spjegaw li Corsair kellha rwol ewlieni fil-kontinwità territorjali, u dan jiġġustifika l-intervent pubbliku biex jikkoreġi falliment tas-suq. Huma spjegaw li l-analiżi kontrofattwali wriet li l-kollass tagħha jkun iwassal għal żieda sinifikanti ħafna fil-prezzijiet fuq ir-rotot ekstra-Ewropej (b’mod partikolari, + 15,6 % għall-Antilli u + 41,5 % għal Mayotte), għal riskju ta’ kollużjoni taċita u għal deterjorament sinifikanti fix-xenarju kompetittiv (b’bidla għal monopolju fuq ir-rotta Pariġi-Mayotte). |
|
(178) |
Fir-rigward tal-proporzjonalità tal-isforzi pubbliċi u privati, l-awtoritajiet Franċiżi ddikjaraw li huma ċaħdu l-oġġezzjonijiet tal-partijiet terzi dwar il-kontribuzzjonijiet proprji. L-ispazjar tal-kontribuzzjonijiet mogħtija mis-CRPN ġie kkunsidrat bħala kontribuzzjoni privata, peress li s-CRPN kien, skont l-awtoritajiet Franċiżi, persuna ġuridika rregolata bid-dritt privat li l-fondi tagħha ma kinux riżorsi tal-Istat. L-awtoritajiet Franċiżi kkunsidraw ukoll li r-rinunzja tad-djun pubbliċi li jirriżultaw minn self skont il-pjan ta’ ristrutturar tal-2020 ma setgħetx titqies bħala għajnuna addizzjonali ġdida, peress li dan imur kontra l-prattika tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-Kummissjoni. Għalhekk, skont l-awtoritajiet Franċiżi, il-kontribuzzjonijiet proprji ta’ Corsair baqgħu ogħla mil-livell limitu ta’ 50 % tal-kostijiet totali tar-ristrutturar. |
|
(179) |
Fl-aħħar nett, l-awtoritajiet Franċiżi kkunsidraw li l-miżuri proposti għal kontra d-distorsjoni kienu suffiċjenti u aktar restrittivi minn dawk tal-pjan ta’ ristrutturar tal-2020 billi, skont l-awtoritajiet Franċiżi, Corsair kienet impenjat ruħha li ċċedi b’mod irrevokabbli 365 slot f’Paris-Orly, tagħlaq b’mod permanenti r-rotot tal-Amerka ta’ Fuq ([...]) biex tiffoka fuq l-Afrika, u tillimita l-kapaċità tagħha. L-għajnuna tal-COVID-19 li rċeviet Corsair (EUR 32 miljun) kienet ikkunsidrata bħala legali, peress li ngħatat abbażi tal-liġi ordinarja u kienet aċċessibbli għall-kompetituri. |
|
(180) |
Għalhekk, l-awtoritajiet Franċiżi kkonkludew li, mingħajr ma tħallset għajnuna qabel id-deċiżjoni tal-Kummissjoni, it-talba għal emenda kienet konformi mal-kriterji kollha u jenħtieġ li tingħata. |
|
(181) |
Bi tweġiba għall-argumenti mressqa mill-partijiet interessati fil-kummenti tagħhom dwar id-deċiżjoni ta’ estensjoni tal-11 ta’ April 2025, l-awtoritajiet Franċiżi essenzjalment tennew il-kummenti tagħhom dwar in-natura limitata u ġustifikata tan-noleġġi ta’ darba tal-għaxar inġenju tal-ajru. L-awtoritajiet Franċiżi indikaw ukoll li, għall-kuntrarju tal-allegazzjonijiet tal-GDA, l-iskedi tat-titjiriet ta’ Corsair kienu nbnew fuq il-bażi ta’ disa’ inġenji tal-ajru u li hija qatt ma kienet operat 11-il inġenju tal-ajru. L-awtoritajiet Franċiżi nnotaw ukoll li l-allegazzjonijiet tal-GDA li n-noleġġi kellhom impatt fuq is-suq ma kinux appoġġati minn evidenza. L-awtoritajiet Franċiżi kkunsidraw li t-tnaqqis fil-prezzijiet għad-destinazzjonijiet fit-territorji ekstra-Ewropej ma kienx ir-riżultat ta’ strateġija xprunata mill-volum u tal-politika ta’ pprezzar ta’ Corsair implimentata abbażi tal-appoġġ mill-Istat, iżda pjuttost kien jirrifletti xejra ġenerali viżibbli mhux biss fi Guadeloupe u f’Martinique, id-destinazzjonijiet operati minn Corsair, iżda wkoll f’destinazzjonijiet oħra mhux operati minn Corsair, bħall-Guyana Franċiża u destinazzjonijiet oħra b’distanzi medji u fit-tul mhux operati minn Corsair. Fl-aħħar nett, l-awtoritajiet Franċiżi sostnew li, fid-dawl taċ-ċirkostanzi, il-kunsiderazzjoni li n-noleġġar tal-għaxar inġenju tal-ajru qajjem dubji dwar il-kompatibbiltà tat-talba biex jiġi emendat il-pjan ta’ ristrutturar jew kien jikkostitwixxi użu ħażin tal-għajnuna għar-ristrutturar tal-2020 tmur kontra l-prinċipju tal-proporzjonalità u l-prattika tat-teħid ta’ deċiżjonijiet tal-Kummissjoni. |
5. VALUTAZZJONI
5.1. Eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE
|
(182) |
Skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE, “[ħ]lief għad-derogi previsti fit-Trattati, kull għajnuna, ta’ kwalunkwe forma, mogħtija minn Stat Membru jew permezz ta’ riżorsi tal-Istat, li twassal għal distorsjoni jew theddida ta’ distorsjoni għall-kompetizzjoni billi tiffavorixxi ċerti impriżi jew ċerti produtturi għandha, sa fejn tolqot il-kummerċ bejn l-Istati Membri, tkun inkompatibbli mas-suq intern”. |
|
(183) |
Għalhekk, il-kwalifika ta’ miżura bħala għajnuna skont it-tifsira ta’ din id-dispożizzjoni teħtieġ li jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kumulattivi li ġejjin: i) il-miżura trid tkun imputabbli lill-Istat u ffinanzjata permezz ta’ riżorsi tal-Istat; ii) trid tagħti vantaġġ lill-benefiċjarju; iii) dak il-vantaġġ irid ikun selettiv; u (iv) il-miżura trid tkun waħda li tfixkel jew thedded li tfixkel il-kompetizzjoni u trid taffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
5.1.1 Miżuri inklużi fil-pjan ta’ ristrutturar tal-2020
|
(184) |
Fin-notifika tagħhom tal-emenda tal-pjan ta’ ristrutturar, l-awtoritajiet Franċiżi ddikjaraw li parti mill-injezzjoni ta’ kapital mill-konsorzju tal-investituri ta’ OMRP fl-2020, fl-ammont ta’ EUR 6 miljun, fil-fatt ġiet minn riżorsi tal-awtoritajiet lokali fid-dipartimenti ekstra-Ewropej (il-premessa 42). L-awtoritajiet Franċiżi jikkunsidraw li dan is-sehem tal-finanzjament irid jitqies li jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont l-Artikolu 107(1) tat-TFUE. |
|
(185) |
Bħal fil-każ tal-finanzjament l-ieħor kollu mir-riżorsi baġitarji jew tat-taxxa tal-Istat li ngħata lil Corsair fl-2020 bis-saħħa tal-protokoll ta’ konċiljazzjoni konkluż bħala parti mill-proċedura ta’ prevenzjoni tal-insolvenza li tinvolvi lil Corsair, il-finanzjament inkwistjoni ġej minn riżorsi tal-awtoritajiet lokali u, għalhekk, irid jitqies li jimpenja riżorsi tal-Istat Franċiż u li huwa imputabbli lilu, peress li l-protokoll ġie ffirmat mis-CIRI (Comité Interministériel de Restructuration Industrielle – il-Kumitat Inter-Ministerjali tar-Ristrutturar Industrijali) f’isem l-Istat Franċiż. Din il-miżura ta’ finanzjament individwali tat vantaġġ selettiv lil Corsair, peress li, meta ngħatat, il-kumpanija kienet f’diffikultà, li kompliet taggrava minħabba l-pandemija tal-COVID-19, u b’hekk kienet teskludi kwalunkwe għoti ta’ finanzjament skont il-kundizzjonijiet tas-suq. Il-miżura saħħet il-pożizzjoni kompetittiva ta’ Corsair meta mqabbla ma’ linji tal-ajru oħrajn li joperaw fiż-Żona Ekonomika Ewropea, u għalhekk fixklet, jew heddet li tfixkel, il-kompetizzjoni u l-kummerċ bejn l-Istati Membri (ara t-Taqsima 3.1.1 tad-Deċiżjoni tal-2020). |
|
(186) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-injezzjoni ta’ kapital minn ORMP, mogħtija bħala parti mill-pjan ta’ ristrutturar tal-2020, titqies li tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. |
5.1.2 Miżuri inklużi fil-pjan ta’ ristrutturar rivedut
|
(187) |
L-ewwel nett, il-pjan ta’ ristrutturar rivedut jipprevedi l-miżuri li ġejjin, li ġew innotifikati minn Franza bħala għajnuna mill-Istat: (i) injezzjoni ġdida ta’ EUR 3 miljun mill-Conseil Départemental de la Guadeloupe, (ii) kreditu tat-taxxa ekstra-Ewropew (crédit d’impôt outre-mer – “CIOM”) ta’ EUR 38,1 miljun skont il-programm ta’ investiment ta’ Corsair għax-xiri ta’ ajruplan, (iii) skedar mill-ġdid ta’ EUR 19-il miljun li jikkorrispondi għal dejn pubbliku mhux remessibbli fuq perjodu ta’ 6 snin ([...]), (iv) rinunzja ta’ pretensjoni fl-ammont ta’ EUR 23 miljun li jikkorrispondi għad-dejn pubbliku remessibbli li jista’ jiġi abbandunat, u wkoll (v) rinunzja ta’ EUR 80 miljun fi djun pubbliċi li jikkorrispondu għas-self mill-Istat mogħti bħala parti mill-pjan ta’ ristrutturar inizjali (self tal-FDES u tal-PP), kif ukoll EUR 4,7 miljun f’imgħax fuq dan is-self (il-premessa 39). |
|
(188) |
Permezz tal-intermedjarju tas-CIRI, l-Istat Franċiż huwa kofirmatarju, flimkien mar-rappreżentanti tal-kumpanija benefiċjarja, l-azzjonisti li jkunu se joħorġu u l-investituri l-ġodda, tad-Dokument dwar il-kundizzjonijiet, li ġie ffirmat fis-7 ta’ Novembru 2025 u sottomess lill-Kummissjoni mill-awtoritajiet Franċiżi (il-premessa 31). Il-Parti D tad-Dokument dwar il-kundizzjonijiet tipprevedi l-għoti tal-finanzjament elenkat fil-punti (i) sa (v) tal-Premessa 187 bl-użu tar-riżorsi baġitarji jew tat-taxxa tal-Istat ċentrali jew tar-reġjun ta’ Guadeloupe. Minn dan isegwi li dawn il-miżuri jingħataw mill-Istat Franċiż permezz tar-riżorsi tiegħu u li huma imputabbli lilu. |
|
(189) |
Corsair tinsab f’diffikultà serja ħafna, u għalhekk inħolqot proċedura ta’ prevenzjoni tal-insolvenza fir-rigward tagħha (“mandat ad hoc” segwita minn konċiljazzjoni) u nħatru trustee ad hoc u mbagħad konċiljaturi (30). Kif stabbilit fil-premessi 18 sa 29 aktar ’il fuq, is-sitwazzjoni ta’ Corsair, li kienet diġà diffiċli ħafna fl-2020 meta tfassal u ġie adottat il-pjan ta’ ristrutturar tal-2020, kompliet tmur għall-agħar, u b’hekk ġiet eskluża kwalunkwe possibbiltà li jinkiseb finanzjament skont il-kundizzjonijiet tas-suq. Anke jekk ikun previst finanzjament privat fil-forma ta’ injezzjonijiet ta’ kapital ġdid fid-Dokument dwar il-kundizzjonijiet, dan jibqa’ kundizzjonali għall-appoġġ mill-Istat. Konsegwentement, il-finanzjament pubbliku, fil-forma tat-tħassir tad-djun jew tas-self pubbliku remessibbli, tal-krediti tat-taxxa, tal-injezzjonijiet ta’ kapital jew tal-iskedar mill-ġdid tal-parti mhux remessibbli tad-dejn pubbliku jagħti vantaġġ definit lil Corsair li ma tkunx tista’ tikseb f’kundizzjonijiet normali tas-suq. |
|
(190) |
Il-vantaġġ imsemmi fil-premessa 189 huwa selettiv peress li l-miżuri ta’ finanzjament pubbliku huma miżuri ta’ għajnuna individwali li jibbenefikaw biss lil Corsair (31). |
|
(191) |
Il-miżuri elenkati fil-premessa 187(i) sa (v) isaħħu l-pożizzjoni kompetittiva ta’ Corsair fil-konfront ta’ linji tal-ajru oħra li joperaw fiż-Żona Ekonomika Ewropea, b’mod partikolari dawk li joperaw l-istess rotot minn Pariġi jew lejn destinazzjonijiet fit-territorju Franċiż jew lejn pajjiżi terzi. Konsegwentement, il-miżuri jfixklu jew jheddu li jfixklu l-kompetizzjoni bejn il-linji tal-ajru u x’aktarx li jaffettwaw il-kummerċ bejn l-Istati Membri. |
|
(192) |
Mill-premessi preċedenti jirriżulta li l-miżuri elenkati fil-premessa 187(i) sa (v) jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. |
|
(193) |
It-tieni, il-pjan ta’ ristrutturar rivedut jipprevedi moratorju miksub bl-ispazjar tal-kontribuzzjonijiet tal-pensjoni mogħtija lil Corsair f’Settembru 2023 mis-CRPN (Caisse de Retraite des Personnels Navigants – skema tal-irtirar tal-ekwipaġġ tal-ajru) (il-premessa 43). Fid-deċiżjoni tal-ftuħ tagħha, il-Kummissjoni inizjalment kienet irriżervat il-pożizzjoni tagħha fir-rigward tal-eliġibbiltà ta’ dan il-finanzjament biex jitqies bħala parti mill-kontribuzzjoni proprja, billi sabet li dan seta’ jikkostitwixxi għajnuna mill-Istat (il-premessa 86). |
|
(194) |
L-awtoritajiet Franċiżi huma tal-fehma li dan il-moratorju jrid jiġi kkunsidrat bħala kontribuzzjoni proprja, minħabba li jikkostitwixxi vantaġġ mogħti minn entità privata, u ma jinvolvix riżorsi tal-Istat. Il-Groupe Dubreuil Aéro jikkontesta l-opinjoni tal-awtoritajiet Franċiżi, filwaqt li jinnota li s-sħubija tas-CRPN hija obbligatorja, ir-rata u l-metodu ta’ kalkolu tal-kontribuzzjonijiet huma stabbiliti mill-Istat, is-CRPN iwettaq servizz ta’ interess ġenerali, u huwa taħt superviżjoni ministerjali. |
|
(195) |
Ir-riżorsi tal-Istat jinkludu r-riżorsi kollha tas-settur pubbliku inklużi riżorsi tal-entitajiet intrastatali (deċentralizzati, federati, reġjonali jew oħrajn) (32). Ir-riżorsi tal-impriżi pubbliċi jikkostitwixxu wkoll riżorsi tal-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE (33). Barra minn hekk, il-fatt li l-ammonti li jikkorrispondu għall-miżura inkwistjoni jibqgħu kontinwament taħt kontroll pubbliku, u għalhekk disponibbli għall-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, huwa biżżejjed biex jiġu kkategorizzati bħala riżorsi tal-Istat (34). Barra minn hekk, meta miżura tiġi pprovduta minn entità privata, irid ikun hemm biżżejjed evidenza li kapaċi tistabbilixxi li l-miżura ta’ għajnuna taħt kunsiderazzjoni ġiet adottata taħt l-influwenza jew il-kontroll reali tal-awtoritajiet pubbliċi u li, kif xieraq, dik il-miżura hija attribwibbli lill-Istat (35). |
|
(196) |
Skont il-Kodiċi tat-Trasport Franċiż, l-ekwipaġġ tal-ajru professjonali tal-avjazzjoni ċivili jgawdi minn skema ta’ pensjoni supplimentari, li s-sħubija fiha hija obbligatorja. Il-kontribuzzjonijiet jitħallsu parzjalment mill-impjegatur u parzjalment mill-impjegat. Is-CRPN jimmaniġġja din l-iskema; is-CRPN huwa persuna ġuridika mingħajr skop ta’ qligħ skont id-dritt privat li twettaq servizz ta’ interess ġenerali taħt is-superviżjoni tal-Ministru inkarigat mis-sigurtà soċjali. Il-bord tal-ġestjoni tiegħu huwa magħmul minn 22 membru: 11 minnhom huma rappreżentanti tal-impjegaturi maħtura mill-awtorità amministrattiva, u l-11 li jifdal huma rappreżentanti tal-membri eletti f’konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti mid-Digriet tal-Kunsill tal-Istat. Ir-rappreżentanti tal-impjegaturi jitressqu minn organizzazzjonijiet professjonali (tmien membri), minn korpi tal-industrija tal-ajrunawtika (membru wieħed), u mill-ministeri li jimpjegaw l-ekwipaġġ tal-ajru (żewġ membri). Barra minn hekk, id-deliberazzjonijiet isiru kemm ma’ Kummissarju tal-Gvern kif ukoll mal-Ministru inkarigat mill-avjazzjoni ċivili li jkun preżenti; it-tnejn jistgħu jinstemgħu kemm-il darba jitolbu. Ir-rata tal-kontribuzzjonijiet u l-metodu għall-kalkolu tagħhom huma stabbiliti minn regolamenti. Is-CRPN jiżgura l-ekwilibriju finanzjarju tal-iskema billi juża r-riżorsi proprji tiegħu biss; meta r-riżorsi ma jkunux biżżejjed, il-pagamenti jitnaqqsu b’mod proporzjonali (36). |
|
(197) |
Ir-riżorsi tas-CRPN jirriżultaw mill-kontribuzzjonijiet mill-membri tiegħu u mill-impjegaturi affiljati. Ma hemm l-ebda evidenza li turi li dawn ir-riżorsi privati ġew sottomessi għal rieżami mill-Istat sabiex iservu bħala finanzjament mogħti lil Corsair. B’mod partikolari, il-kompożizzjoni tal-bord tal-ġestjoni tas-CRPN, li tinkludi rappreżentanti tal-membri tas-CRPN – u għalhekk, il-kompetituri ta’ Corsair – u li fiha r-rappreżentanti tal-Istat jinsabu fil-minoranza (2:22), tikkontesta konklużjoni li l-Istat seta’ influwenza b’mod deċiżiv l-użu tar-riżorsi derivati mill-kontribuzzjonijiet u ddeċidiet li tużahom prinċipalment biex tappoġġa lil ċerti impriżi. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ma għandha l-ebda indikazzjoni li l-awtoritajiet Franċiżi jistgħu jeżerċitaw influwenza deċiżiva fuq l-użu tar-riżorsi tas-CRPN permezz tad-dritt li wieħed jinstema’ li jgawdi minnu l-Kummissarju tal-Gvern u l-Ministru inkarigat mill-avjazzjoni ċivili matul id-deliberazzjonijiet tal-bord tal-ġestjoni tas-CRPN. Bl-istess mod, is-superviżjoni ministerjali li s-CRPN huwa soġġett għaliha hija limitata u tinvolvi prinċipalment il-kalkolu tal-pensjonijiet, aktar milli arranġamenti għall-ġbir tal-kontribuzzjonijiet. Għalhekk, il-moratorju mogħti lil Corsair mis-CRPN ma jistax jitqies li ngħata permezz tar-riżorsi tal-Istat. |
|
(198) |
Barra minn hekk, l-evidenza relatata mas-superviżjoni tal-Istat, il-ħatra ta’ membri tal-bord tal-ġestjoni u l-istabbiliment tar-rata u tal-metodu ta’ kalkolu tal-kontribuzzjonijiet ma humiex biżżejjed biex jiġi stabbilit li l-finanzjament interim mogħti mis-CRPN ġie adottat taħt l-influwenza tal-awtoritajiet pubbliċi, speċjalment minħabba r-rappreżentanza ugwali fil-bord tal-ġestjoni u l-fatt li r-rappreżentanti tal-impjegaturi, għalkemm maħtura mill-awtorità amministrattiva, huma fil-fatt inkarigati biex jirrappreżentaw lill-impjegaturi (37). Barra minn hekk, il-Kodiċi tat-Trasport jipprovdi konferma li s-CRPN jimmaniġġja r-riżorsi tiegħu b’mod awtonomu, sa fejn huwa stess huwa meħtieġ li jiżgura l-ekwilibriju finanzjarju tiegħu u peress li ma jistax jiddependi fuq l-appoġġ mill-Istat f’każ li r-riżorsi ma jkunux biżżejjed. Għaldaqstant, huwa impossibbli li jiġi konkluż li d-deċiżjoni li jingħata moratorju lil Corsair fil-forma ta’ differiment tal-ħlas tal-kontribuzzjonijiet għall-2023 ittieħdet taħt l-influwenza effettiva tal-awtoritajiet pubbliċi. Konsegwentement, il-miżura ma hijiex imputabbli lill-Istat. |
|
(199) |
Dan ma għandu l-ebda effett fuq ir-raġunament ekonomiku tad-deċiżjoni tas-CRPN li jiddiferixxi l-ħlas tal-kontribuzzjonijiet dovuti minn Corsair għal perjodu mill-2020 sal-2023, wara li kien kiseb assigurazzjoni li kredituri oħra kienu għamlu wkoll konċessjonijiet (38), sabiex jiksbu rimborż tat-talba tagħha billi jiġi ffaċilitat ir-ritorn tad-debitur għall-vijabbiltà, minflok ma jikkawżawlu l-falliment. |
|
(200) |
Konsegwentement, peress li ma huwiex imputabbli lill-Istat u ma ġiex iffinanzjat permezz ta’ riżorsi tal-Istat, l-ispazjar tal-pagamenti tal-kontribuzzjonijiet mogħtija lil Corsair f’Settembru 2023 mis-CRPN ma jikkostitwixxix għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE u jista’ b’mod leġittimu jitqies bħala komponent tal-kontribuzzjoni proprja għall-kost addizzjonali tar-ristrutturar ta’ Corsair. |
|
(201) |
Fid-dawl ta’ din il-valutazzjoni tal-kundizzjonijiet kumulattivi għall-eżistenza ta’ għajnuna mill-Istat, il-Kummissjoni ssib li l-miżuri li jiffinanzjaw l-emenda tal-pjan ta’ ristrutturar elenkat fil-premessa 187, u l-injezzjoni ta’ kapital imsemmija fil-premessi 184 sa 186 jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. |
5.1.3 Għajnuna addizzjonali mogħtija matul il-perjodu ta’ ristrutturar
|
(202) |
Ma huwiex ikkontestat li bejn it-12 ta’ April 2021 u l-31 ta’ Mejju 2022, u ma huwiex konness mal-għajnuna għar-ristrutturar tal-2020 awtorizzata mill-Kummissjoni, li Corsair irċeviet EUR 32,4 miljun, maqsuma kif ġej: (i) EUR 1,8 miljun skont il-Fond ta’ Solidarjetà, (ii) EUR 10 miljun bħala appoġġ għall-kostijiet fissi, u (iii) EUR 20,6 miljun permezz ta’ għajnuna għall-“għeluq”, maħsuba biex tiffinanzja s-surplus operatorju gross negattiv ta’ impriżi affettwati mill-għeluq tal-fruntieri minn Jannar sa Settembru 2021. |
|
(203) |
Il-miżuri elenkati fil-premessa 202 jikkostitwixxu miżuri individwali meħuda taħt l-iskemi ta’ għajnuna adottati minn Franza bħala parti mill-Qafas Temporanju, u approvati mid-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni bħala għajnuna mill-Istat (39). Għalhekk, dawn il-miżuri individwali jridu jitqiesu li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat għar-raġunijiet stabbiliti f’dawk id-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni. |
|
(204) |
Fi kwalunkwe każ, dawn il-miżuri ngħataw permezz ta’ deċiżjonijiet individwali meħuda mill-awtoritajiet kompetenti (il-Ministeru tal-Ekonomija, id-Direttorat Ġenerali tal-Finanzi Pubbliċi) permezz ta’ ordnijiet u digrieti. Dawn ġew iffinanzjati mill-baġit tal-Istat Franċiż. Għaldaqstant, huma ffinanzjati minn riżorsi tal-Istat u huma imputabbli lill-Istat. |
|
(205) |
Dawn il-miżuri individwali jiffavorixxu lil Corsair fis-sens li jiffinanzjaw l-attività tagħha jew jippermettulha tkopri ċerti kostijiet li ġarrbet matul il-pandemija tal-COVID-19 fl-ammont ta’ EUR 32,4 miljun, u li, f’ċirkostanzi normali, kellhom jitħallsu minnha. Is-sitwazzjoni finanzjarja tal-kumpanija fl-2021 u fl-2022, meta ngħata l-finanzjament pubbliku, eskludiet il-possibbiltà li Corsair issib faċilment finanzjament għal dan l-ammont taħt il-kundizzjonijiet tas-suq. Li kieku dan il-finanzjament ġie pprovdut fil-forma ta’ self mogħti minn istituzzjoni finanzjarja, li ma huwiex probabbli peress li l-pożizzjoni tal-likwidità ta’ Corsair f’dak iż-żmien x’aktarx li kienet aktar baxxa minn EUR 32,4 miljun, dan kien ikollu kost finanzjarju ekwivalenti għal dak ta’ emittent fi kważi falliment. Barra minn hekk, il-finanzjament pubbliku ngħata fil-forma ta’ sussidji, xi ħaġa li l-ebda operatur tas-suq ma kien jaqbel magħha. Għalhekk, il-miżuri individwali inkwistjoni jagħtu vantaġġ ekonomiku lil Corsair li ma huwiex disponibbli skont il-kundizzjonijiet tas-suq. |
|
(206) |
Dan il-vantaġġ huwa selettiv sa fejn ingħata lil Corsair, meqjusa bħala impriża partikolarment affettwata mill-konsegwenzi tat-tixrid tal-epidemija tal-COVID-19, fost benefiċjarji oħra tal-għajnuna individwali inkwistjoni. |
|
(207) |
Il-finanzjament pubbliku mogħti lil Corsair jirriskja li jfixkel il-kompetizzjoni u jaffettwa l-kummerċ bejn l-Istati Membri peress li jsaħħaħ is-sitwazzjoni finanzjarja ta’ Corsair, u Corsair hija attiva fis-settur tat-trasport bl-ajru li huwa miftuħ għall-kompetizzjoni u għall-investimenti minn Stati Membri oħra. Corsair kisbet vantaġġ kompetittiv dirett fis-sens li ma kellhiex għalfejn tapplika prezzijiet li koprew il-kostijiet tas-servizzi li wettqet f’kompetizzjoni ma’ linji tal-ajru oħra li jaqdu l-istess destinazzjonijiet. Għalhekk, il-miżuri individwali elenkati fil-premessa 202 iridu jitqiesu li jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat skont it-tifsira tal-Artikolu 107(1) tat-TFUE. |
5.2. Legalità tal-għajnuna
|
(208) |
Skont l-Artikolu 108(3) tat-TFUE, il-Kummissjoni trid tiġi informata, fi żmien suffiċjenti biex tkun tista’ tissottometti l-kummenti tagħha, dwar kwalunkwe pjan biex tbiddel l-għajnuna. Jekk hija tikkunsidra li tali pjan ma jkunx kompatibbli mas-suq intern wara li tikkunsidra l-Artikolu 107, hija trid, mingħajr dewmien, tibda l-proċedura prevista fl-Arrtikolu 108(2). L-Istat Membru kkonċernat ma jistax jimplimenta l-miżuri proposti tiegħu qabel ma din il-proċedura tirriżulta f’deċiżjoni finali. |
|
(209) |
Barra minn hekk, skont l-Artikolu 1(c) tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 (40), it-tibdil fl-għajnuna eżistenti jikkostitwixxi “għajnuna ġdida” li hija notifikabbli skont l-Artikolu 2(1) ta’ dak ir-Regolament. L-Artikolu 108(3) tat-TFUE u l-Artikolu 3 tar-Regolament 2015/1589 fihom klawżola standstill fis-sens li l-għajnuna notifikabbli ma tridx tidħol fis-seħħ qabel ma l-Kummissjoni tkun ħadet, jew titqies li tkun ħadet, deċiżjoni li tawtorizza tali għajnuna. |
|
(210) |
L-ewwel nett, fir-rigward tal-legalità tas-sehem tal-injezzjoni ta’ kapital mill-konsorzju ta’ OMRP, li fl-aħħar mill-aħħar huwa ffinanzjat mill-awtoritajiet lokali fid-dipartimenti ekstra-Ewropej (il-premessa 186), l-awtoritajiet Franċiżi ddikjaraw b’mod volontarju li l-kunsiderazzjoni ta’ din l-injezzjoni bħala finanzjament privat ma kinitx korretta. Madankollu, din id-dikjarazzjoni saret wara li l-miżura ġiet fil-fatt implimentata bħala parti mill-pjan ta’ ristrutturar tal-2020, li jfisser li l-miżura trid titqies bħala għajnuna illegali. |
|
(211) |
It-tieni, fir-rigward tal-legalità tal-għajnuna li fuqha huwa bbażat il-pjan ta’ ristrutturar rivedut, stabbilita fil-premessa 187, jenħtieġ li jiġi speċifikat mill-bidu li s-self tal-FDES u tal-PP, li l-għoti tiegħu kien awtorizzat mid-deċiżjoni tal-2020, irid jitqies bħala għajnuna eżistenti. Madankollu, ir-rinunzja tal-pretensjoni pubblika li tirriżulta minn dan is-self, inkluż l-imgħax, tikkostitwixxi bidla fl-għajnuna eżistenti, li jfisser li hija notifikabbli. L-awtoritajiet Franċiżi nnotifikaw lill-Kummissjoni l-miżuri kollha li jiffinanzjaw it-talba tagħhom biex jinbidel il-pjan ta’ ristrutturar tal-2020 ta’ Corsair, jiġifieri, kemm il-miżuri stabbiliti fil-premessa 187(i) sa (iv) kif ukoll ir-rinunzja tal-pretensjonijiet pubbliċi li jirriżultaw mis-self tal-FDES u tal-PP (il-premessa 187(v)). Peress li l-miżuri ġew innotifikati qabel l-implimentazzjoni tagħhom, li għadha sospiża sakemm tittieħed id-deċiżjoni tal-Kummissjoni, il-Kummissjoni tikkunsidra li dawn jikkostitwixxu għajnuna mill-Istat legali. Dan huwa mingħajr preġudizzju għall-valutazzjoni tal-proporzjonalità tal-għajnuna, b’mod partikolari, il-proporzjon bejn is-sehem pubbliku u privat tal-finanzjament tal-kostijiet tar-ristrutturar (il-premessi 40, 282 u 293). |
|
(212) |
Fl-aħħar nett, fir-rigward tat-EUR 32,4 miljun f’għajnuna addizzjonali mogħtija matul il-perjodu ta’ ristrutturar (il-premessi 202 sa 207), ta’ min jinnota li l-punt 129 tal-Linji Gwida S&R jiddikjara li kwalunkwe għajnuna realment mogħtija matul il-perjodu ta’ ristrutturar, inkluża l-għajnuna mogħtija f’konformità ma’ skema approvata, trid tiġi nnotifikata individwalment lill-Kummissjoni sal-punt li din tal-aħħar ma kinitx informata dwarha fiż-żmien tad-deċiżjoni tagħha dwar l-għajnuna għar-ristrutturar. Ma huwiex ikkontestat li f’dan il-każ l-awtoritajiet Franċiżi naqsu milli jinnotifikaw l-għajnuna individwali inkwistjoni lill-Kummissjoni, jew meta nnotifikaw l-għajnuna għar-ristrutturar jew sussegwentement. Barra minn hekk, l-għoti tal-għajnuna lil Corsair ma jistax jitqies bħala approvat abbażi tad-deċiżjonijiet tal-Kummissjoni dwar l-iskemi ta’ għajnuna kkonċernati peress li d-ditti f’diffikultà – bħal Corsair – kienu espressament esklużi milli jibbenefikaw minn dawn l-iskemi. Għalhekk, din l-għajnuna hija illegali. |
5.3. Kompatibbiltà tal-għajnuna u bażi legali għall-valutazzjoni tal-bidla fil-pjan ta’ ristrutturar
|
(213) |
L-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE jistipula li l-għajnuna maħsuba biex tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet ekonomiċi tista’ titqies bħala kompatibbli mas-suq intern meta tali għajnuna ma taffettwax b’mod negattiv il-kundizzjonijiet tal-kummerċ sa punt li jmur kontra l-interess komuni. |
|
(214) |
Għalhekk, sabiex l-għajnuna tiġi ddikjarata kompatibbli, din trid tkun intiża biex tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet ekonomiċi jew ta’ ċerti żoni ekonomiċi u, barra minn hekk, ma tridx taffettwa b’mod negattiv il-kundizzjonijiet tal-kummerċ sa punt li jmur kontra l-interess komuni. |
|
(215) |
Fir-rigward tal-ewwel kundizzjoni, il-Kummissjoni trid teżamina l-għajnuna biex tara jekk hijiex intiża biex tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet ekonomiċi. Fir-rigward tat-tieni waħda, il-Kummissjoni trid tiżen l-effetti pożittivi li l-għajnuna proposta għandha fuq l-iżvilupp tal-attivitajiet li l-għajnuna hija maħsuba li tappoġġa kontra l-effetti negattivi li jista’ jkollha fuq is-suq intern, f’termini ta’ distorsjonijiet tal-kompetizzjoni u effetti negattivi fuq il-kummerċ ikkawżati mill-għajnuna (41). |
|
(216) |
Fil-Linji Gwida S&R tagħha, il-Kummissjoni stabbiliet il-kriterji li tuża meta tivvaluta jekk l-għajnuna għar-ristrutturar ta’ impriża tkunx kompatibbli mas-suq intern. F’konformità mal-punt 7.2.2 tal-Linji Gwida, meta għajnuna għar-ristrutturar tkun ġiet approvata, l-Istat Membru kkonċernat jista’, matul il-perjodu ta’ ristrutturar, jitlob lill-Kummissjoni taċċetta l-bidliet li jkunu saru fil-pjan ta’ ristrutturar u l-ammont tal-għajnuna. |
|
(217) |
F’dan ir-rigward, l-ewwel komunikazzjoni relatata mat-talba biex jinbidel il-pjan ta’ ristrutturar ta’ Corsair ġiet sottomessa lill-Kummissjoni minn Franza fis-27 ta’ Settembru 2023, jiġifieri 3 ijiem qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ ristrutturar ta’ Corsair. Informazzjoni supplimentari relatata mal-bidliet addizzjonali li għandhom isiru fil-pjan ta’ ristrutturar tal-2020 ġiet sottomessa lill-Kummissjoni minn Franza fil-15 ta’ Diċembru 2023. |
|
(218) |
Fir-rigward tan-natura tal-bidliet fil-pjan ta’ ristrutturar, il-Kummissjoni tinnota li l-aġġustamenti li saru fil-pjan ta’ ristrutturar ta’ Corsair ma jbiddlux l-għan u r-raġunament ekonomiku tagħha, jew l-objettivi strutturali approvati fid-deċiżjoni tal-2020. Il-pjan ta’ ristrutturar rivedut għandu l-istess objettiv, jiġifieri r-restawr tal-vijabbiltà fit-tul tal-kumpanija u l-preservazzjoni tal-kontinwità territorjali bejn Franza metropolitana u d-dipartimenti u r-reġjuni ekstra-Ewropej tagħha. L-emendi ppreżentati huma r-riżultat ta’ adattament operazzjonali għall-iżviluppi fis-suq ta’ wara l-pandemija u ma jikkostitwux bidla strateġika. |
|
(219) |
Il-Kummissjoni tinnota b’mod partikolari li l-ambitu tal-operazzjonijiet ta’ Corsair jibqa’ mhux mibdul; l-impriża la ddiversifikat l-attivitajiet tagħha barra mit-trasport bl-ajru, la biddlet il-mudell ta’ negozju tagħha, u lanqas ma għamlet xi trasformazzjoni strutturali li tbiddel l-identità ekonomika tagħha. Is-swieq ikkonċernati għadhom fil-biċċa l-kbira komparabbli u l-impriża tkompli prinċipalment topera konnessjonijiet bejn it-territorji ekstra-Ewropej u Franza metropolitana, f’konformità mal-mandat ta’ interess ekonomiku ġenerali li kien il-bażi tal-pjan inizjali. |
|
(220) |
F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni tinnota li, abbażi tar-rieżami fil-fond tagħha tal-pjan ta’ ristrutturar rivedut u l-argumenti mressqa minn Franza, l-impriża qed tkompli tissodisfa l-mandat tagħha li tiżgura l-kontinwità territorjali bejn Franza metropolitana u t-territorji u r-reġjuni ekstra-Ewropej, filwaqt li tiggarantixxi d-diversifikazzjoni tal-prezzijiet tal-provvista u dawk kompetittivi, li huma partikolarment importanti għall-klijenti soġġetti għar-restrizzjonijiet rikonoxxuti mill-Artikolu 349 tat-TFUE (42). Hija qed tagħmel dan minkejja l-varar mill-ġdid ta’ parti mill-kapaċità tagħha għall-Afrika, li ma jitfax dubju fuq ir-rabtiet reġjonali tagħha iżda pjuttost jikkostitwixxi aġġustament kummerċjali intiż biex jottimizza l-użu tal-flotta (ara l-premessa 231). |
|
(221) |
L-analiżi finanzjarja mwettqa mill-Kummissjoni turi li l-parametri essenzjali tal-pjan ta’ ristrutturar rivedut għadhom konsistenti ma’ dawk tal-pjan approvat fl-2020. It-trajettorji għat-tnaqqis tal-kostijiet u tad-dejn u għat-titjib tal-produttività u tal-effiċjenza operazzjonali għadhom l-istess. Il-bidliet li saru fit-tbassir tad-dħul u fl-allokazzjoni tal-kapaċità jirriflettu l-evoluzzjoni naturali tas-suq u l-kundizzjonijiet makroekonomiċi osservati mill-2021. Din ir-reviżjoni, minħabba l-firxa limitata tagħha, ma tbiddilx l-istruttura ekonomika tal-pjan, iżda pjuttost iżżid il-kredibbiltà tiegħu. |
|
(222) |
Il-Kummissjoni tindika li l-pjanijiet ta’ ristrutturar jistgħu jiġu aġġustati meta l-evoluzzjoni tas-suq jew il-kundizzjonijiet operazzjonali jirrikjedu hekk, sakemm dawn l-aġġustamenti jkunu konsistenti mal-objettivi inizjali. Il-bidliet proposti minn Franza jagħmlu eżattament dan: huma mfassla biex jiggarantixxu l-implimentazzjoni tal-pjan inizjali f’ambjent tas-suq instabbli, filwaqt li jżommu d-direzzjoni strateġika identifikata fl-2020. Il-mandat ta’ kontinwità territorjali, li huwa komponent essenzjali tal-pjan approvat, jinżamm kompletament. |
|
(223) |
Minħabba dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-bidliet li saru fil-pjan ta’ ristrutturar approvat fl-2020 ma jikkostitwixxux pjan ġdid iżda pjuttost adattament tiegħu, li saru neċessarji minn żviluppi ċikliċi fis-suq. Il-pjan rivedut jikkonforma mal-ispirtu u l-ittra tad-deċiżjoni inizjali, u ma jaffettwax l-ambitu tal-għajnuna awtorizzata jew l-objettivi ta’ vijabbiltà segwiti; dan huwa wkoll kompletament konformi mar-raġunament tal-Linji Gwida S&R. Għalhekk, dan il-pjan irid jitqies bħala bidla fil-pjan eżistenti. |
|
(224) |
Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni ssib li l-pjan ta’ ristrutturar rivedut huwa konformi mal-pjan ta’ ristrutturar approvat mill-Kummissjoni fl-2020 u jikkostitwixxi tibdil tiegħu, mhux pjan ġdid. |
|
(225) |
Fil-prinċipju, f’konformità mal-punt 124 tal-Linji Gwida S&R, il-Kummissjoni tista’ tawtorizza tali bidliet meta jissodisfaw il-kundizzjonijiet li ġejjin:
|
|
(226) |
Ta’ min jinnota wkoll li t-Taqsima 7.2.2 tal-Linji Gwida S&R tapplika biss għal emendi tal-pjanijiet ta’ ristrutturar u mhux għal pjanijiet li jikkonċernaw operazzjonijiet ta’ ristrutturar ġodda. |
5.3.1. Kontribut għall-iżvilupp ta’ attività jew żona ekonomika
5.3.1.1. Kontribut biex jiġi indirizzat falliment tas-suq jew biex tiġi pprevenuta t-tbatija soċjali
|
(227) |
Skont il-punt 38(b) tal-Linji Gwida S&R, l-intervent tal-Istat irid ikun immirat lejn sitwazzjoni fejn l-għajnuna tista’ twassal għal titjib materjali li s-suq ma jistax iwettaq huwa nnifsu. Il-punt 44 tal-Linji Gwida jispeċifika li l-għajnuna għar-ristrutturar ma tistax tingħata biss biex tippermetti lill-benefiċjarju jkompli bl-attivitajiet tiegħu iżda minflok tista’ tiġi permessa biss jekk tkun iġġustifikata għal raġunijiet ta’ prevenzjoni ta’ tbatija soċjali jew ta’ indirizzar tal-falliment tas-suq. Dan jista’ jkun il-każ pereżempju meta servizz essenzjali tat-trasport bl-ajru, li jkun diffiċli li jiġi rreplikat, jirriskja li jiġi mfixkel u jkun diffiċli għal kompetitur biex jaqbad u jidħol għalih (44). |
|
(228) |
Fid-deċiżjoni tal-ftuħ tagħha, il-Kummissjoni nnotat li Corsair kellha l-ħsieb li testendi n-network tar-rotot minn punt għal punt tagħha għall-Afrika u għall-Oċean Indjan (45). F’dan il-kuntest, id-deċiżjoni tal-ftuħ qajmet dubji dwar jekk iż-żamma tal-kontinwità territorjali u tal-konnettività ma’ reġjuni ekstra-Ewropej tistax tibqa’ tiġi argumentata bħala raġunijiet għal għajnuna addizzjonali għar-ristrutturar, speċjalment minħabba (i) il-preżenza ta’ żewġ sa tliet linji tal-ajru skedati rivali fuq l-istess rotot intra-UE operati minn Corsair, u (ii) il-fatt li l-pjan rivedut ta’ Corsair kien jiffoka l-aktar fuq il-ftuħ ta’ rotot ġodda lejn destinazzjonijiet barra mill-UE (ara l-premessi 80 sa 82 tad-deċiżjoni tal-ftuħ). |
|
(229) |
Il-Kummissjoni ssostanzjat id-dubji tagħha dwar jekk il-kundizzjoni stabbilita fil-punt 44 tal-Linji Gwida S&R ġietx issodisfata billi nnotat li mit-tliet rotot li kellha tkompli topera Corsair (jiġifieri Pointe-à-Pitre, Fort-de-France u Réunion), mill-inqas żewġ linji tal-ajru rivali oħrajn (Air Austral, Air France, Air Caraïbes/French Bee) ipprovdew servizzi komparabbli ma’ dawk ta’ Corsair bħala parti mill-obbligi tas-servizz pubbliku relatati mal-frekwenza, mal-kwalità u mal-kontinwità tal-operat. Għalhekk, il-Kummissjoni sabet li s-servizzi tat-trasport tal-passiġġieri pprovduti minn Corsair ma kinux jidhru li huma speċifikament jew intrinsikament vitali minħabba li t-tliet linji tal-ajru l-oħra dehru li setgħu jikkumpensaw għall-ħruġ ta’ Corsair mis-suq billi jżidu l-kapaċità, il-frekwenza jew id-destinazzjonijiet tagħhom. |
|
(230) |
Madankollu, l-ewwel nett, is-sejbiet tal-istudju sottomessi mill-awtoritajiet Franċiżi (ara l-premessa 125) dwar l-ostakli għad-dħul fis-swieq moqdija minn Corsair u l-konsegwenzi tan-nuqqas tagħha fuq il-konċentrazzjoni tal-provvista u ż-żidiet fil-prezzijiet f’ċerti swieq fraġli (Mayotte) huma kredibbli. Għalhekk, huwa possibbli li l-falliment ta’ Corsair jirriżulta fi tbatija soċjali serja, jiġifieri deterjorament tas-sitwazzjoni tal-popolazzjonijiet vulnerabbli fir-reġjuni msemmija fl-Artikolu 349 tat-TFUE. |
|
(231) |
It-tieni, Corsair se tkompli taqdi lit-territorji Franċiżi ekstra-Ewropej billi tiddiversifika l-offerta tagħha u tipprovdi rotot minn ajruporti reġjonali, bħal Lyon u Marsilja, lil hinn minn Paris-Orly. Il-ftuħ u ż-żamma ta’ konnessjonijiet diretti mill-ajruporti reġjonali jservu biex jespandu l-grupp ta’ klijenti u jsaħħu l-konnettività nazzjonali, mingħajr ma jqajmu dubji dwar ir-rwol ċentrali ta’ Corsair fl-għoti ta’ servizz lir-reġjuni ekstra-Ewropej l-aktar imbiegħda. Barra minn hekk, f’dan ir-rigward, il-falliment ta’ Corsair x’aktarx li jirriżulta fi tbatija soċjali serja għall-popolazzjonijiet vulnerabbli ta’ dawn ir-reġjuni. |
|
(232) |
Huwa rilevanti wkoll li f’dan il-kuntest jiġi nnotat li l-finanzjament ippjanat fil-forma ta’ kreditu tat-taxxa ekstra-Ewropew (CIOM) jirrikjedi lil Corsair talloka inġenji tal-ajru ffinanzjati minn din il-miżura għal attivitajiet imwettqa f’territorji ekstra-Ewropej (46). |
|
(233) |
Fir-rigward tal-ftuħ tar-rotot Afrikani matul il-perjodu ta’ ristrutturar ([...]), dan sar soġġett għal awtorizzazzjoni minn qabel mill-Kummissjoni, maħruġa wara talba motivata sottomessa minn Corsair (ara l-premessa 88(d) tad-deċiżjoni tal-2020). Għalhekk, dawn kienu mezz użat mill-impriża biex tilħaq l-objettiv tagħha ta’ vijabbiltà fit-tul, f’konformità mal-obbligi tagħha skont id-deċiżjoni tal-2020. Għalhekk, il-ftuħ ta’ dawn il-linji kien mekkaniżmu speċifiku biex jiġi diversifikat id-dħul u jiġi ottimizzat l-użu tal-flotta, mingħajr ma jwassal għal xi diżimpenn mir-rotot ekstra-Ewropej eżistenti. Għall-kuntrarju, l-informazzjoni sottomessa turi li l-istrateġija ta’ diversifikazzjoni ġeografika ssegwi objettiv ta’ stabbilizzazzjoni finanzjarja tal-kumpanija, li huwa kundizzjoni neċessarja biex tiġi ggarantita l-kontinwità tal-mandat tagħha biex tgħaqqad ir-reġjuni ultraperiferiċi ta’ Franza. Dan ifisser li, minkejja r-riallokazzjoni ta’ ftit mill-kapaċità tagħha, Corsair iżżomm preżenza qawwija fit-territorji Franċiżi ekstra-Ewropej, bid-destinazzjonijiet Franċiżi ekstra-Ewropej jibqgħu ċentrali għall-attivitajiet tagħha (madwar [...] % tal-attivitajiet ta’ Corsair, f’termini ta’ sits offruti, huma diretti lejn it-territorji Franċiżi ekstra-Ewropej). |
|
(234) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni ssib li, minkejja l-adattament tan-network tagħha u l-introduzzjoni mmirata tar-rotot Afrikani, Corsair għadha impenjata bis-sħiħ li taqdi lir-reġjuni Franċiżi ekstra-Ewropej u tkompli tipprovdi konnettività essenzjali lil dawn it-territorji, u b’hekk tindirizza l-ħtiġijiet strutturali f’termini ta’ mobbiltà u kontinwità territorjali identifikati bħala parti mill-valutazzjoni tal-miżura. |
|
(235) |
Minn dan isegwi li, l-ewwel nett, l-abbozz ta’ emenda tal-pjan ta’ ristrutturar ta’ Corsair jista’ jiġi eżaminat kontra t-Taqsima 7.2.2 tal-Linji Gwida S&R, u t-tieni, li l-bidliet previsti fil-pjan ma jitfgħux dubju fuq il-valutazzjoni tal-Kummissjoni tal-kontribuzzjoni tal-għajnuna biex tindirizza l-falliment tas-suq jew it-tbatija soċjali fid-deċiżjoni tagħha tal-2020 (47). |
5.3.1.2. Restawr tal-vijabbiltà fit-tul
|
(236) |
Skont il-punt 124(a) tal-Linji Gwida S&R, meta jiġi emendat pjan ta’ ristrutturar, il-Kummissjoni se tirrekjedi li l-Istat Membru kkonċernat jippreżenta pjan ta’ ristrutturar li se jagħmel possibbli ritorn għall-vijabbiltà fi skeda taż-żmien raġonevoli meta mqabbel mal-pjan ta’ ristrutturar sottomess inizjalment. |
|
(237) |
Barra minn hekk, il-pjan ta’ ristrutturar irid jirrestawra l-vijabbiltà fit-tul tal-benefiċjarju fuq il-bażi ta’ suppożizzjonijiet realistiċi fir-rigward tal-kundizzjonijiet operazzjonali futuri; il-vijabbiltà fit-tul tintlaħaq biss meta impriża tkun tista’ tipprovdi redditu adegwat previst fuq il-kapital wara li tkun kopriet il-kostijiet kollha tagħha inklużi d-deprezzament u l-imposti finanzjarji. |
|
(238) |
Fid-deċiżjoni tal-ftuħ tagħha, il-Kummissjoni sabet li l-pjan ta’ ristrutturar ippreżentat mill-awtoritajiet Franċiżi ppreżenta ċerti nuqqasijiet, li wasslu għal dubji dwar ir-ritorn ta’ Corsair għal vijabbiltà fit-tul. |
|
(239) |
L-ewwel nett, is-suppożizzjonijiet ekonomiċi u operazzjonali adottati mill-awtoritajiet Franċiżi ma kinux appoġġati minn raġunament dettaljat li jagħmilha possibbli li jiġi vvalutat kemm kienu realistiċi, u dan xeħet inċertezza fuq il-karattru prudenti jew kredibbli tagħhom. |
|
(240) |
It-tieni, il-projezzjonijiet finanzjarji bażiċi wrew marġni limitati ħafna fir-rigward ta’ indikaturi standard ta’ profittabbiltà u solvenza, li esponew lill-kumpanija għal fraġilità possibbli jekk ċerti suppożizzjonijiet ewlenin jipprogressaw b’mod mhux favorevoli, pereżempju l-prezzijiet tal-fjuwil. |
|
(241) |
It-tielet, il-Kummissjoni osservat li l-kontribuzzjonijiet ta’ ekwità identifikati bħala “flus ġodda”, jiġifieri l-EUR [5–25] miljun mill-investituri storiċi u l-EUR [5–25] miljun mir-Repubblika tal-Kongo (Brazzaville) bħala investitur ġdid, baqgħu modesti fid-dawl tar-rekwiżiti tal-flus ta’ Corsair. Barra minn hekk, diversi miżuri oħra ppreżentati bħala inizjattivi ġodda fil-fatt urew li huma miżuri preċedenti li kienu diġà tqiesu bħala parti mill-pjan tal-2020, jew li kienu ppjanati f’dak iż-żmien, sabiex ma jkunux jistgħu jitqiesu bħala kontribuzzjonijiet effettivi għar-restawr tal-vijabbiltà. F’dawn il-kundizzjonijiet, il-Kummissjoni sabet li l-kontribuzzjonijiet identifikati ma wrewx il-fattibbiltà tal-pjan. |
|
(242) |
Ir-raba’, l-awtoritajiet Franċiżi ma ssottomettewx xenarju pessimist kif meħtieġ mill-punt 50 tal-Linji Gwida S&R, li pprevjena kwalunkwe valutazzjoni adegwata tas-sensittività tal-pjan għal żviluppi mhux favorevoli. |
|
(243) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni osservat li l-previżjonijiet finanzjarji sottomessi ma kinux kompluti, u kienu ristretti għal rapport tal-profitt u t-telf konċiż. Dawn urew ukoll li l-ekwità qed tevolvi b’mod negattiv matul il-perjodu ta’ ristrutturar u lil hinn minnu, għall-kuntrarju tar-rekwiżiti tal-punt 50 tal-Linji Gwida S&R. F’dawn il-kundizzjonijiet, jidher li Corsair x’aktarx li xorta waħda kienet għadha “impriża f’diffikultà” fi tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar. |
|
(244) |
Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni esprimiet dubji serji dwar il-konformità tal-pjan ta’ ristrutturar rivedut mal-kriterji stabbiliti fil-Linji Gwida S&R, u konsegwentement, dwar il-kapaċità ta’ Corsair li tirritorna għall-vijabbiltà fit-tul u li tagħti prestazzjoni b’mod kompetittiv fuq il-merti tagħha stess mingħajr għajnuna supplimentari. |
5.3.1.2.1. Valutazzjoni tas-suppożizzjonijiet li jappoġġaw ir-ritorn għall-vijabbiltà
|
(245) |
Rieżami tas-suppożizzjonijiet adottati mill-awtoritajiet Franċiżi juri li r-ritorn ta’ Corsair għal vijabbiltà fit-tul, kif stabbilit fix-xenarju bażi, huwa bbażat fuq tbassir operazzjonali u finanzjarju li huwa realistiku, konsistenti u debitament sostanzjat, f’konformità mar-rekwiżiti fil-punti 45 sa 52 tal-Linji Gwida S&R. |
|
(246) |
Is-suppożizzjonijiet joħolqu bilanċ bejn il-miżuri għat-titjib tar-rendiment tal-passiġġieri u l-miżuri strutturali biex jiġu limitati l-kostijiet. L-effetti ta’ dawn il-miżuri diġà jistgħu jidhru fil-prestazzjoni riċenti ta’ Corsair. |
|
(247) |
B’mod partikolari, il-Kummissjoni tinnota li s-suppożizzjonijiet rigward it-titjib tal-RASK issa juru l-impatt reali tal-miżuri implimentati minn Corsair. Ir-riżultat huwa RASK ogħla meta mqabbel mas-suppożizzjonijiet użati inizjalment fil-pjan ta’ ristrutturar rivedut abbażi ta’ approċċ konservattiv peress li dak iż-żmien ma kienx possibbli li jsir tbassir affidabbli; dan ma kienx għadu l-każ fil-verżjoni tal-pjan ippreżentata fil-15 ta’ Diċembru 2025. Għalhekk, l-awtoritajiet Franċiżi jindikaw titjib tal-RASK b’[...] % minn [...], kontra [...] % inizjalment previst, f’konformità mal-prestazzjoni pendenti rreġistrata matul is-sena finanzjarja 2024/2025 wara l-implimentazzjoni reali tal-miżuri kummerċjali u operazzjonali. Il-Kummissjoni ssib li din ir-reviżjoni ’l fuq hija bbażata fuq informazzjoni fattwali riċenti u ma tirriżultax minn suppożizzjonijiet ottimistiċi żżejjed. |
|
(248) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li s-suppożizzjonijiet tar-rendiment tal-passiġġieri huma bbażati fuq prezz medju tal-kupuni li huwa ogħla minn dak inizjalment imbassar, li jirrifletti l-istabbilizzazzjoni, u saħansitra ż-żieda żgħira, osservata minn Corsair fuq diversi xhur u matul is-sena finanzjarja 2025 kollha, fl-ammont ta’ +[…] % meta mqabbel mal-verżjoni preċedenti tal-pjan ta’ ristrutturar sottomess f’Mejju 2025. Din ix-xejra favorevoli seħħet f’kuntest ta’ tnaqqis sinifikanti fil-prezzijiet tal-fjuwil (-[...] % meta mqabbla mas-suppożizzjonijiet tal-pjan), li saħħaħ il-kredibbiltà tat-tbassir futur f’termini ta’ marġni operazzjonali. Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-kombinament tat-titjib u t-tnaqqis tal-prezz medju tal-kupuni fil-kostijiet tal-fjuwil jikkostitwixxi xprunatur robust tal-profittabbiltà. |
|
(249) |
Il-Kummissjoni tosserva wkoll li t-titjib fil-prezz medju tal-kupuni huwa dovut l-aktar għall-bejgħ ta’ prodotti u ta’ servizzi ogħla ta’ Corsair b’rabta mat-tiġdid tal-flotta tagħha, li għamel l-offerta kummerċjali tagħha aktar attraenti u stimula r-rendiment tal-passiġġieri lil hinn minn dak li kien mistenni inizjalment. Ir-riżultati osservati għas-sena finanzjarja 2025, kif ukoll it-tbassir għall-2026, jikkonfermaw li dawn l-effetti la huma ta’ darba u lanqas ċikliċi iżda pjuttost, ir-riżultat ta’ għażliet strutturali li huma konsistenti mal-istrateġija tal-markar mill-ġdid tal-kumpanija. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-livell ta’ żieda fil-prezz tal-biljetti previst minn Corsair jibqa’ kompatibbli mal-objettiv tal-għajnuna għar-ristrutturar, sa fejn jirrifletti titjib kwalitattiv fis-servizzi offruti u normalizzazzjoni gradwali tar-rendiment tal-passiġġieri, aktar milli strateġija ta’ żieda artifiċjali fil-prezzijiet bis-saħħa tal-għajnuna mill-Istat. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li f’xenarju kontrofattwali mingħajr l-għajnuna, kienu jkunu neċessarji wkoll aġġustamenti ’l fuq tal-prezz tal-biljetti sabiex jiġu indirizzati ż-żidiet fil-kostijiet (inflazzjoni) u d-deterjorament tal-istruttura finanzjarja, jew saħansitra kienu jkunu aktar immarkati jew akkumpanjati minn tnaqqis fil-kapaċità u fil-kwalità tas-servizz. F’dawn il-kundizzjonijiet, ix-xejra prevista tal-prezz medju tal-kupuni fix-xenarju bl-għajnuna ma tagħtix vantaġġ kompetittiv mhux xieraq lil Corsair meta mqabbla ma’ dan ix-xenarju kontrofattwali, iżda pjuttost, hija konformi ma’ trajettorja ekonomikament ġustifikata u proporzjonata fid-dawl tal-objettivi tal-Linji Gwida S&R. |
|
(250) |
Fl-aħħar nett, il-Kummissjoni tieħu nota tas-suppożizzjonijiet relatati mat-tnaqqis fil-kostijiet tad-distribuzzjoni, abbażi tal-prestazzjoni riċenti tal-kanal tal-bejgħ dirett, u b’mod partikolari l-kanal online, osservat matul is-sena finanzjarja 2025. Għal diversi xhur issa, l-implimentazzjoni ta’ politika kummerċjali dinamika mfassla biex iżżid is-sehem tal-bejgħ dirett diġà ssarrfet fi tnaqqis li jista’ jitkejjel fl-użu ta’ networks tad-distribuzzjoni ta’ partijiet terzi, li huma strutturalment aktar għaljin. Il-Kummissjoni tikkunsidra li dan l-iżvilupp, li diġà għadu għaddej u huwa rreġistrat, isaħħaħ il-kredibbiltà tat-tbassir dwar l-iffrankar tal-kostijiet fix-xenarju bażi. |
|
(251) |
Minħabba dawn il-fatturi kollha, il-Kummissjoni tikkunsidra li s-suppożizzjonijiet li fuqhom huwa bbażat ix-xenarju bażi huma prudenti, abbażi tar-riżultati li fil-fatt ġew osservati, u konsistenti mal-miżura operazzjonali implimentata. Fuq il-bażi ta’ dawn il-miżuri, jista’ jiġi konkluż b’mod raġonevoli li l-pjan ta’ ristrutturar jista’ jirrestawra l-vijabbiltà fit-tul ta’ Corsair, f’konformità mar-rekwiżiti tal-Linji Gwida S&R. |
|
(252) |
Fir-rigward tal-analiżi tax-xenarju pessimist ippreżentat mill-awtoritajiet Franċiżi, din turi li dan ix-xenarju jikkostitwixxi eżerċizzju b’sensittività prudenti u kredibbli, f’konformità mar-rekwiżiti tal-Linji Gwida S&R, fis-sens li huwa mfassal biex jittestja r-robustezza tal-pjan ta’ ristrutturar rivedut fid-dawl ta’ xokkijiet mhux favorevoli plawżibbli li jaffettwaw l-ixprunaturi ewlenin tal-prestazzjoni ekonomika ta’ Corsair. |
|
(253) |
Il-Kummissjoni ssib li x-xenarju pessimist huwa bbażat fuq analiżi dettaljata tal-valuri kritiċi ta’ tliet indikaturi ewlenin, jiġifieri l-prezzijiet tal-fjuwil, il-prezz medju tal-kupuni u r-rata ta’ okkupanza. L-analiżijiet jidentifikaw il-varjazzjonijiet li jwasslu għal riżultat nett żero għal kull wieħed minn dawn il-parametri meħudin waħedhom. L-analiżi tas-sensittività mwettqa mill-konsulenti finanzjarji tal-kumpanija (48) wriet li, jekk kollox jibqa’ l-istess, tkun neċessarja żieda fil-prezz tal-fjuwil ta’ [...] % sa [...] % meta mqabbla mas-suppożizzjonijiet tax-xenarju bażi biex jiġi nnewtralizzat ir-riżultat nett, li jikkorrispondi għal prezz tal-fjuwil ta’ bejn USD [1 000–1 500] u [1 000–1 500] għal kull tunnellata, sinifikament ogħla kemm mis-suppożizzjonijiet użati fil-pjan ta’ ristrutturar rivedut kif ukoll mill-prezz medju realment osservat matul is-sena finanzjarja 2024/2025 (USD [500–800]/tunnellata). Il-Kummissjoni ssib li dawn il-livelli limitu juru marġni sinifikanti ta’ sikurezza f’termini tar-riskju tal-fjuwil. |
|
(254) |
Bl-istess mod, f’termini ta’ rendiment tal-passiġġieri, il-Kummissjoni tinnota li r-riżultat nett ikun żero biss jekk il-prezz medju tal-kupuni jonqos bi [...] % meta mqabbel max-xenarju bażi, jiġifieri tnaqqis ta’ bejn EUR [...] u [...] għal kull passiġġier skont is-snin finanzjarji taħt kunsiderazzjoni. F’termini tar-rata ta’ okkupanza, ikun neċessarju deterjorament fl-ammont ta’ [...] punti perċentwali meta mqabbel max-xenarju bażi, li jirriżulta f’rati ta’ bejn [...] % u [...] %, biex jinkiseb riżultat nett żero. Il-Kummissjoni tikkunsidra li dawn il-varjazzjonijiet, analizzati weħidhom, jaqbżu l-fluttwazzjonijiet tas-soltu osservati fis-swieq moqdija minn Corsair u jikkonfermaw il-karattru prudenti tas-suppożizzjonijiet użati. |
|
(255) |
Fuq il-bażi ta’ dawn l-analiżijiet tas-sensittività, l-awtoritajiet Franċiżi fasslu xenarju pessimist li kkombina x-xokkijiet simultanji mhux favorevoli, jiġifieri (i) żieda fil-prezzijiet tal-fjuwil ta’ USD [...] għal kull tunnellata meta mqabbla mal-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju (jiġifieri +[...] % meta mqabbel max-xenarju bażi u +[...] % meta mqabbel mal-medja osservata fl-2024/2025, (ii) tnaqqis ta’ [...] % fil-prezz medju tal-kupuni, u (iii) tnaqqis ta’ [...] punti perċentwali fir-rata ta’ okkupanza. Il-Kummissjoni tinnota li dawn is-suppożizzjonijiet ikkombinati huma aktar severi mill-varjazzjonijiet li normalment jiġu osservati fuq perjodu qasir u, għalhekk, jikkostitwixxu test tal-istress kredibbli tal-mudell ta’ negozju ta’ Corsair. |
|
(256) |
Il-Kummissjoni tosserva li, f’dan ix-xenarju pessimist, l-impatt akkumulat fuq l-introjtu operatorju għadu sinifikanti iżda huwa kkontrollat ukoll, b’effett negattiv ta’ EUR [...] miljun fuq is-sena finanzjarja 2025/2026, u jiżdiedu b’mod kumulattiv għal EUR [...] miljun fl-2026/2027 u għal EUR [...] miljun fl-2027/2028. Jistgħu jiġu osservati skali komparabbli f’termini ta’ fluss tal-flus. Madankollu, minkejja dawn ix-xokkijiet kombinati, Corsair jirnexxilha żżomm introjtu operatorju pożittiv fuq it-terminu qasir tal-pjan, li juri l-kapaċità tal-kumpanija li tiflaħ għal deterjorament raġonevolment mhux favorevoli fl-ambjent ekonomiku tagħha mingħajr ma tikkomprometti immedjatament il-vijabbiltà operazzjonali tagħha. |
|
(257) |
Fid-dawl ta’ din l-informazzjoni kollha, il-Kummissjoni tikkunsidra li x-xenarju pessimist ma jitfax dubju fuq il-kredibbiltà tar-ritorn ta’ Corsair għall-vijabbiltà fit-tul. Għall-kuntrarju, dan juri li l-pjan ta’ ristrutturar huwa robust biżżejjed biex jiflaħ għar-riskji ewlenin identifikati, b’mod partikolari dawk relatati mal-volatilità tal-prezzijiet tal-fjuwil u ma’ deterjorament moderat tal-kundizzjonijiet kummerċjali, f’konformità mal-Linji Gwida S&R. Din il-konklużjoni hija aktar u aktar valida minħabba li t-tmiem tal-perjodu ta’ ristrutturar huwa stabbilit għat-30 ta’ Settembru 2026, jiġifieri fi ftit xhur biss, u li, minkejja li ma jistax jiġi eskluż kompletament, huwa improbabbli ħafna li tali xenarju jimmaterjalizza fil-komponenti kollha tiegħu, u jiddeterjora għal tali livell fuq perjodu ta’ żmien daqshekk qasir. |
|
(258) |
Fir-rigward tal-analiżi konġunta tax-xenarju bażi u x-xenarju pessimist, il-Kummissjoni tikkunsidra li s-suppożizzjonijiet użati minn Corsair biex turi r-ritorn tagħha għall-vijabbiltà huma kredibbli, prudenti u sostanzjati biżżejjed. Ix-xenarju bażi huwa bbażat fuq suppożizzjonijiet operazzjonali u kummerċjali sostnuti minn xejriet diġà osservati u ddokumentati, b’mod partikolari f’termini ta’ titjib fir-rendiment tal-passiġġieri, ta’ upselling u ta’ ottimizzazzjoni tal-kanali tal-bejgħ, mingħajr ma jibbaża fuq tfixkil ottimist wisq. Min-naħa l-oħra, ix-xenarju pessimist jikkostitwixxi test tal-istress rigoruż, ibbażat fuq xokkijiet plawżibbli mhux favorevoli li jaffettwaw l-ixprunaturi ewlenin tal-prestazzjoni ekonomika fl-istess ħin, u jenfasizza marġni sinifikanti ta’ sikurezza meta mqabbel mal-livelli limitu kritiċi li jirriżultaw f’riżultat nett żero. Il-fatt li, anke fix-xenarju pessimist, Corsair xorta jirnexxilha tikseb introjtu operatorju pożittiv fit-terminu qasir huwa prova tar-robustezza intrinsika tal-pjan ta’ ristrutturar. Għaldaqstant, il-Kummissjoni ssib li s-suppożizzjonijiet kollha li fuqhom huma bbażati ż-żewġ xenarji jissodisfaw ir-rekwiżiti tal-Linji Gwida S&R u jappoġġaw konklużjoni pożittiva rigward il-kredibbiltà tar-ritorn għall-vijabbiltà fit-tul ta’ Corsair. |
5.3.1.2.2. Valutazzjoni tal-prestazzjoni finanzjarja mistennija
|
(259) |
Bil-kummenti l-aktar riċenti tagħhom, l-awtoritajiet Franċiżi bagħtu diversi reviżjonijiet tad-data u tat-tbassiriet finanzjarji ta’ Corsair, l-aħħar waħda datata l-15 ta’ Diċembru 2025. Dan it-tbassir aġġornat (ara l-premessi 49 sa 65 hawn fuq) jindika titjib konsistenti u strutturali fil-prestazzjoni operazzjonali u finanzjarja tal-kumpanija matul il-perjodu ta’ ristrutturar, li ġie estiż sat-30 ta’ Settembru 2026. Ix-xenarju bażi jara lil Corsair tirreġistra riżultat nett pożittiv ta’ EUR [...] miljun (jew EUR [...] miljun jekk jiġi eskluż ir-riżultat eċċezzjonali ta’ EUR [...] miljun minħabba l-għajnuna mill-Istat) u redditu fuq il-kapital użat (ROCE) ta’ [10,6–13,4] % fi tmiem il-perjodu, li jikkonfermaw ix-xejra ’l fuq osservata mill-2023 u jindikaw li jenħtieġ li l-kumpanija tkun f’pożizzjoni li tipprovdi redditu fuq il-kapital projettat xieraq wara li tkun kopriet il-kostijiet kollha tagħha inklużi d-deprezzament u l-imposti finanzjarji, f’konformità mal-punt 52 tal-Linji Gwida S&R. Il-projezzjonijiet fuq terminu medju juru kontinwazzjoni ta’ din ix-xejra, b’riżultat nett ta’ EUR […] miljun u b’ROCE ta’ [11,4–15,2] % projettati għat-tmiem tas-sena finanzjarja li se tagħlaq f’Settembru 2027. |
|
(260) |
Il-Kummissjoni tinnota li r-rata ta’ ROCE projettata għat-tmiem tal-pjan ta’ ristrutturar rivedut hija ogħla mid-WACC stmat mill-awtoritajiet Franċiżi għal [8,6–10,5] %. Dan il-livell ta’ WACC huwa minnu nnifsu sostanzjalment ogħla mir-rati medji użati mill-Kummissjoni fid-deċiżjonijiet riċenti tagħha relatati mas-settur tal-avjazzjoni, li huma ta’ madwar [...] (49). Il-Kummissjoni tikkunsidra li din id-differenza hija ġustifikata mis-sitwazzjoni speċifika ta’ Corsair, jiġifieri profil ta’ riskju ogħla u nuqqas ta’ riżultati konklużivi mill-ewwel pjan ta’ ristrutturar approvat, li ma kienx il-każ għal linji tal-ajru oħra li kienu s-suġġett ta’ deċiżjonijiet ta’ ristrutturar komparabbli. B’mod partikolari, Corsair ma hijiex elenkata fis-suq tal-istokks, hija iżgħar fid-daqs u topera f’għadd limitat ta’ swieq ta’ distanzi fit-tul; il-vijabbiltà fit-tul tagħha tibqa’ kundizzjonali ħafna fuq l-implimentazzjoni effettiva tal-pjan ta’ ristrutturar rivedut u fuq il-kisba ta’ suppożizzjonijiet ta’ traffiku u ta’ profittabbiltà eżiġenti. F’dan il-kuntest, l-użu ta’ WACC ogħla milli f’każijiet oħra fis-settur jidher xieraq sabiex jiġi rifless il-livell ta’ riskju residwu mġarrab mill-investituri wara r-ristrutturar u biex tiġi pprevenuta kwalunkwe stima eċċessiva tal-profittabbiltà ekonomika mistennija. |
|
(261) |
F’dan ir-rigward, fuq il-bażi tal-informazzjoni pprovduta mill-awtoritajiet Franċiżi, u b’mod partikolari, tal-analiżi dettaljata fl-istudju intitolat “Méthodologie pour calculer le WACC de Corsair” (Metodu għall-kalkolu tad-WACC ta’Corsair), il-Kummissjoni ssib li l-metodu użat għall-kalkolu tad-WACC huwa ġġustifikat (50). |
|
(262) |
B’mod aktar speċifiku, il-Kummissjoni ssib ukoll li huwa xieraq li jintuża ingranaġġ finanzjarju fil-mira ta’ [...] % peress li ma huwiex ibbażat fuq is-sitwazzjoni finanzjarja proprja ta’ Corsair matul il-perjodu ta’ diffikultà iżda pjuttost, fuq il-medja osservata għal-linji tal-ajru Ewropej. Dan l-approċċ huwa konformi mal-metodu rakkomandat għall-impriżi mhux elenkati, bħal Corsair (51). Bl-istess mod, il-beta tal-ekwità użata, stabbilita għal [...], hija derivata minn beta tal-assi settorjali stmata fuq il-bażi ta’ kampjun wiesa’ ta’ linji tal-ajru Ewropej, u mbagħad tiġi diżingranata u terġa’ tiġi ingranata fuq il-bażi tal-ingranaġġ tal-kampjun. Dan il-metodu huwa rikonoxxut b’mod wiesa’ fit-teorija finanzjarja u mill-awtoritajiet regolatorji ċċitati fl-istudju tal-awtoritajiet Franċiżi (52). |
|
(263) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li l-kost tal-ekwità jinkludi premium speċifiku ta’ illikwidità, li huwa ġġustifikat mill-fatt li Corsair ma hijiex elenkata, filwaqt li ma jiġi applikat l-ebda premium ta’ diffikultà finanzjarja peress li d-WACC huwa kkalkolat f’punt ta’ żmien fejn l-impriża hija mbassra li tkun irritornat għall-vijabbiltà. Fl-aħħar nett, il-kost tad-dejn użat huwa bbażat fuq parametri referenzjarji oġġettivi tas-suq li jikkombinaw id-data settorjali u makroekonomika Franċiża u jirriflettu l-kost ta’ finanzjament ta’ impriża vijabbli ta’ daqs medju li topera fit-trasport bl-ajru u mhux il-kost imġarrab issa jew fil-futur minn Corsair. |
|
(264) |
Għaldaqstant, il-Kummissjoni ssib li d-WACC ta’ [8,6–10,5] % jikkostitwixxi rata ta’ referenza prudenti u kredibbli biex tiġi vvalutata l-vijabbiltà fit-tul ta’ Corsair u biex jiġi vverifikat li l-projezzjonijiet finanzjarji tal-pjan ta’ ristrutturar rivedut jippermettu li l-kost tal-kapital jiġi kopert fit-tul, f’konformità mal-Linji Gwida S&R u mal-prattika konsistenti tal-Kummissjoni f’każijiet komparabbli fis-settur tal-avjazzjoni. |
|
(265) |
Barra minn hekk, is-sitwazzjoni tal-ekwità tal-kumpanija [...], li b’hekk timmarka l-ħruġ definittiv ta’ Corsair mill-istatus ta’ impriża f’diffikultà skont it-tifsira tal-Linji Gwida S&R. |
|
(266) |
Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni ssib li anke jekk ir-rikostituzzjoni sħiħa tal-ekwità ta’ Corsair kellha sseħħ wara t-tmiem tal-perjodu ta’ ristrutturar, il-pjan sottomess jippreżenta prospetti solidi u sodi ta’ ritorn għall-vijabbiltà. L-aktar projezzjonijiet riċenti jqisu l-miżuri addizzjonali ta’ simplifikazzjoni u kompetittività adottati mill-kumpanija, b’mod partikolari l-kontroll tal-kostijiet operatorji, il-modernizzazzjoni tal-flotta, it-titjib tal-fattur tat-tagħbija u politika tal-ipprezzar aktar effiċjenti. Huma jqisu wkoll il-miżuri maħsuba biex jillimitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni kif propost mill-awtoritajiet Franċiżi. Il-livell mistenni ta’ profittabbiltà (ROCE ta’ [10,6–13,4] % fl-2026 u [11,4–15,2] % fl-2027) huwa xhieda ta’ rkupru ġenwin u sostenibbli, aktar u aktar notevoli fis-sens li nkiseb f’kuntest li għadu mmarkat mill-effetti tal-aggressjoni militari tar-Russja kontra l-Ukrajna. |
|
(267) |
F’dan ir-rigward, u fuq il-bażi tat-Tabella 4 ikkomunikata mill-awtoritajiet Franċiżi, il-Kummissjoni tesprimi l-osservazzjonijiet addizzjonali li ġejjin, li jsaħħu l-analiżi tar-ritorn ta’ Corsair għall-vijabbiltà:
|
|
(268) |
Il-Kummissjoni ssib li din it-trajettorja hija konsistenti mal-Linji Gwida S&R, fis-sens li turi l-kapaċità tal-benefiċjarju li jiġġenera, fuq terminu medju, redditu fuq il-kapital li huwa pożittiv maż-żmien u kompatibbli mal-kost tal-kapital, li jippermettilu jopera f’kundizzjonijiet normali tas-suq mingħajr ma jiddependi kontinwament fuq l-għajnuna mill-Istat. F’dan ir-rigward, ix-xejra projettata tal-ROCE tikkostitwixxi indikatur rilevanti u kredibbli tar-ritorn għall-vijabbiltà fit-tul ta’ Corsair. |
|
(269) |
Barra minn hekk, anke jekk l-ekwità tibqa’ negattiva fi tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar, il-Kummissjoni tikkunsidra li din is-sitwazzjoni fiha nnifisha ma hijiex biżżejjed biex teskludi sejba ta’ ritorn għall-vijabbiltà fit-tul. Il-kunċett ta’ “vijabbiltà”, kif interpretat mill-Kummissjoni f’każijiet simili ta’ ristrutturar estensiv, ma huwiex ibbażat biss fuq is-solvenza tal-karta tal-bilanċ iżda fuq il-kapaċità strutturali u permanenti tal-kumpanija li tiġġenera flussi tal-flus pożittivi, u għalhekk, li tiffinanzja lilha nnifisha mingħajr aktar għajnuna mill-Istat. F’dan ir-rigward, il-pjan ta’ ristrutturar rivedut juri trajettorja ta’ profittabbiltà operatorja pożittiva, li tiżgura li l-irkupru ekonomiku ta’ Corsair ikun irriversibbli u li Corsair eventwalment tkun tista’ tiffinanzja l-investimenti tagħha u tħallas lura d-djun tagħha, anke jekk tkun tirrikjedi perjodu (ftit) estiż biex telimina t-telf storiku (nuqqas ta’ ekwità). Għalhekk, il-persistenza temporanja ta’ ekwità negattiva trid tiġi aċċettata bħala konsegwenza inerenti tat-telf storiku, mingħajr preġudizzju għall-vijabbiltà ekonomika futura. |
|
(270) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li x-xejra riċenti u antiċipata tal-parametri makroekonomiċi ewlenin tappoġġa wkoll it-trajettorja ta’ rkupru ppreżentata. L-ewwel nett, l-istabbilizzazzjoni u ż-żieda żgħira mistennija fl-euro kontra d-dollaru matul l-2025/2027 (53) inaqqsu awtomatikament il-kost tax-xiri denominat, b’mod partikolari għall-kuntratti tal-fjuwil tal-avjazzjoni u ta’ lokazzjoni tal-inġenji tal-ajru denominati f’dollari. It-tieni, wara ż-żidiet kbar fil-volatilità osservati fl-2022 u fl-2023, is-swieq tal-futuri tal-kerosin juru tendenza ta’ moderazzjoni tal-prezzijiet (54) matul il-perjodu tal-pjan ta’ ristrutturar, li timmitiga b’mod konsiderevoli l-ponderazzjoni tar-riskju fuq il-marġini operazzjonali. Dawn iż-żewġ fatturi kombinati, ix-xejra favorevoli tar-rata tal-kambju u r-rilassament tal-prezzijiet tal-fjuwil, jikkostitwixxu lievi esterni li jappoġġaw il-profittabbiltà ta’ Corsair u jsaħħu l-kredibbiltà tar-ritorn tagħha għall-vijabbiltà fit-tul. |
|
(271) |
Il-Kummissjoni tinnota wkoll li, meta jintemm il-pjan, Corsair tgawdi minn struttura finanzjarja aktar b’saħħitha u fluss suffiċjenti tal-flus biex tkompli l-iżvilupp tagħha mingħajr ma jkollha tiddependi fuq għajnuna pubblika ulterjuri; dan huwa l-każ kemm fix-xenarju bażi kif ukoll fix-xenarju pessimist. |
|
(272) |
Fir-rigward tax-xenarju pessimist, il-Kummissjoni tinnota li r-riżultat nett mistenni fi tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar huwa pożittiv fl-ammont ta’ EUR [...] meta jiġu esklużi l-effetti tal-għajnuna mill-Istat. L-istess japplika għall-fluss tal-flus tal-kumpanija, li huwa mistenni li jkun minn EUR [...] miljun sa [...]. |
|
(273) |
Is-suppożizzjonijiet użati mill-awtoritajiet Franċiżi, għalkemm huma prudenti, jidhru plawżibbli fid-dawl tax-xejriet li jidhru fis-settur tal-avjazzjoni u fil-prestazzjoni riċenti ta’ Corsair, b’mod partikolari tar-rotot b’distanzi fit-tul tagħa lejn id-dipartimenti ekstra-Ewropej u l-Afrika. Filwaqt li x-xenarju pessimist jenfasizza sensittività residwa għall-varjazzjonijiet fil-kostijiet u fid-domanda, il-Kummissjoni tikkunsidra madankollu li l-kombinament ta’ kostijiet aktar baxxi b’mod persistenti, pożizzjonament kummerċjali mmirat aħjar, ambjent ekonomiku estern aktar favorevoli u t-tkomplija sostnuta tat-traffiku internazzjonali jagħmel kredibbli r-ritorn tal-kumpanija għall-vijabbiltà sa tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar, li diġà se jiġi konkluż sal-aħħar ta’ Settembru 2026. |
|
(274) |
Skont il-punt 52 tal-Linji Gwida S&R, il-Kummissjoni ttenni li r-ritorn għall-vijabbiltà jinvolvi kemm il-kapaċità fit-tul tal-impriża li tkopri l-kostijiet kollha tagħha, inklużi d-deprezzament u l-imposti finanzjarji, filwaqt li tipprovdi redditu xieraq projettat fuq il-kapital, kif ukoll, bħala kriterju distint, il-kapaċità tal-impriża ristrutturata li tikkompeti fis-suq fuq il-merti tagħha stess, mingħajr ma tkompli tibbaża fuq appoġġ pubbliku. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tispeċifika li dan il-kriterju ma huwiex limitat għall-pożizzjoni ta’ ekwità f’termini kontabilistiċi matul il-fażi ta’ ristrutturar, li tista’ tibqa’ negattiva b’mod provviżorju, iżda minflok trid tiġi vvalutata b’mod li jħares ’il quddiem, fil-perjodu tal-konklużjoni tal-pjan, permezz ta’ serje ta’ indikaturi ekonomiċi u finanzjarji rilevanti. |
|
(275) |
F’dan il-każ, il-Kummissjoni ssib li meta jintemm il-pjan ta’ ristrutturar, Corsair hija prevista li tiġġenera introjtu operatorju pożittiv u rikorrenti, flussi tal-flus disponibbli pożittivi, u redditu fuq il-kapital użat li huwa ogħla b’mod persistenti mill-kost medju ponderat tal-kapital. Dawn il-fatturi huma prova tal-kapaċità tal-impriża li tiffinanzja l-attività tagħha u l-investimenti futuri tagħha f’kundizzjonijiet normali tas-suq, mingħajr ma tiddependi fuq għajnuna ulterjuri mill-Istat. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li l-istruttura finanzjarja projettata tippermetti lil Corsair tissodisfa r-rekwiżiti standard tas-suq f’termini tal-kopertura tas-solvenza u tas-servizzjar tad-dejn, li se tagħtiha aċċess normali għas-sorsi ta’ finanzjament tas-suq meta jintemm ir-ristrutturar. |
|
(276) |
F’dawn il-kundizzjonijiet, u f’konformità mal-approċċ meħud mill-Kummissjoni f’każijiet preċedenti, b’mod partikolari TAP kif approvata mill-Qorti (Ryanair DAC vs Il-Kummissjoni Ewropea, T-458/22, ECLI:EU:T:2025:1094, il-punti 104 et seq.), il-Kummissjoni tikkunsidra li Corsair se tkun tista’ tikkompeti fis-suq fuq il-merti tagħha stess sa tmiem il-pjan ta’ ristrutturar, u sa mhux aktar tard minn Settembru 2026. Konsegwentement, il-miżuri implimentati bħala parti mill-pjan ta’ ristrutturar rivedut jistgħu jirrestawraw il-vijabbiltà fit-tul ta’ Corsair u jiżguraw l-awtonomija finanzjarja tagħha mingħajr għajnuna ulterjuri mill-Istat. |
5.3.2. Effett fuq il-kummerċ u l-kompetizzjoni
5.3.2.1. Adegwatezza tal-għajnuna, proporzjonalità, kontribuzzjoni proprja u kondiviżjoni tal-piżijiet
|
(277) |
F’konformità mal-punt 62 tal-Linji Gwida S&R, hija meħtieġa kontribuzzjoni sinifikanti għall-kostijiet tar-ristrutturar mir-riżorsi proprji tal-benefiċjarju tal-għajnuna, mill-azzjonisti jew mill-kredituri tiegħu, jew mill-grupp kummerċjali li minnu jagħmel parti, jew minn investituri ġodda. Normalment jenħtieġ li kontribuzzjoni proprja bħal din tkun komparabbli mal-għajnuna mogħtija f’termini tal-effetti fuq il-pożizzjoni ta’ solvenza jew ta’ likwidità tal-benefiċjarju; barra minn hekk, l-għajnuna trid tiġi rremunerata kif xieraq (il-punt 54 tal-Linji Gwida). F’konformità mal-punt 63 tal-Linji Gwida S&R, din il-kontribuzzjoni trid tkun reali, jiġifieri attwali, bl-esklużjoni tal-profitti mistennija futuri bħall-fluss tal-flus. Barra minn hekk, skont il-punt 124(b) tal-Linji Gwida, jekk, bħala parti mill-bidliet fil-pjan ta’ ristrutturar, jiżdiedu l-kostijiet ta’ ristrutturar, il-kontribuzzjoni proprja trid tiżdied b’mod korrispondenti. |
|
(278) |
Fid-deċiżjoni tal-ftuħ tagħha, il-Kummissjoni ddikjarat li l-awtoritajiet Franċiżi kienu qed jikkunsidraw miżuri ta’ appoġġ ġodda għal Corsair, fl-ammont ta’ EUR 83,1 miljun (55), inkluża injezzjoni ġdida ta’ EUR 3 miljun mill-Conseil Départemental de Guadeloupe, l-iskedar mill-ġdid tad-dejn pubbliku fl-ammont ta’ EUR 19-il miljun, ir-rinunzja ta’ pretensjonijiet fl-ammont ta’ EUR 23 miljun, tnaqqis ġdid fit-taxxa fir-rigward tat-tiġdid tal-flotta għal madwar EUR 38,1 miljun, kif ukoll ir-rinunzja tad-djun pubbliċi li jikkorrispondu għall-ammonti tas-self tal-FDES u tal-PP mogħtija bħala parti mir-ristrutturar inizjali (total ta’ EUR 80 miljun). |
|
(279) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni nnotat li l-klawżola ta’ żminijiet aħjar prevista baqgħet limitata għal EUR [...] miljun, filwaqt li l-ammont akkumulat ta’ għajnuna pubblika mogħtija mill-2020 kien ta’ kważi EUR 200 miljun. F’din il-konfigurazzjoni, il-Kummissjoni kkunsidrat li, anke jekk ir-ristrutturar kellu jkun ta’ suċċess, il-biċċa l-kbira tal-profitt imur għand azzjonisti privati filwaqt li l-Istat iġarrab l-impatt ewlieni minħabba t-tħassir tad-djun u l-għoti ta’ vantaġġi tat-taxxa ekwivalenti għal sussidji mhux rimborsabbli. Għalhekk, hija nnotat li r-remunerazzjoni tal-Istat ma kinitx tidher li hija adegwata u li konverżjoni parzjali tal-pretensjonijiet pubbliċi f’kapital setgħet żgurat simetrija aħjar mal-investituri l-oħra. |
|
(280) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-pjan ta’ ristrutturar rivedut kien għadu ma weriex l-eżistenza ta’ kontribuzzjoni proprja suffiċjenti, reali u effettiva skont it-tifsira tal-punti 64 u 124(b) tal-Linji Gwida S&R. B’mod partikolari, ċerti sorsi ta’ finanzjament imsemmija – bħall-operazzjoni ta’ bejgħ b’lokazzjoni lura prevista għal madwar EUR 21,7 miljun, jew il-finanzjament ta’ erba’ Airbus A33-NEOs li għad iridu jiġu kkonsenjati – f’dan l-istadju dehru li ma kinux dokumentati biżżejjed jew li kienu sempliċiment ipotetiċi. |
|
(281) |
Konsegwentement, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-kontribuzzjoni proprja kienet limitata u inċerta fir-rigward tal-volum ġenerali tal-għajnuna pubblika, u li l-awtoritajiet Franċiżi ma kinux urew li s-sitwazzjoni ġeografika speċifika ta’ Corsair kienet tiġġustifika kontribuzzjoni daqstant baxxa. Għalhekk, hija esprimiet dubji serji dwar il-proporzjonalità u r-remunerazzjoni tal-għajnuna prevista fid-dawl tar-rekwiżiti tal-Linji Gwida S&R. |
|
(282) |
Madankollu, abbażi ta’ analiżi fil-fond tal-aktar kummenti riċenti minn Franza u l-kjarifiki u l-bidliet sottomessi mill-awtoritajiet Franċiżi, b’mod partikolari dwar il-komponenti differenti tal-kontribuzzjoni proprja tal-benefiċjarju (ara l-premessi 36 sa 43 u t-Tabella 1 fil-premessa 44), il-pjan ta’ ristrutturar rivedut juri kost totali ta’ EUR 233 miljun, iffinanzjat minn EUR 145,4 miljun f’kontribuzzjoni proprja (62,3 %) u EUR 87,8 miljun f’għajnuna mill-Istat (37,7 %), u EUR 519,4 miljun, iffinanzjati minn EUR 319,1 miljun f’kontribuzzjoni proprja (61,4 %) u EUR 200,5 miljun f’għajnuna (38,6 %) meta jiġi inkluż il-pjan ta’ ristrutturar inizjali (mill-2020), u meta s-EUR 6 miljun mid-dipartimenti ekstra-Ewropej permezz ta’ OMRP li appoġġawh jiżdiedu bħala għajnuna u mhux bħala kontribuzzjoni proprja. |
|
(283) |
F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni trid tiżgura li l-kontribuzzjonijiet ikunu reali, ħielsa mill-għajnuna mill-Istat u suffiċjenti. Il-kontribuzzjoni proprja ta’ EUR 145,4 miljun hija ferm ogħla mil-livell limitu minimu ta’ 50 % meħtieġ, u b’hekk jiġi żgurat li l-benefiċjarju u l-kredituri u/jew l-azzjonisti tiegħu jġarrbu l-biċċa l-kbira tal-kost tar-ristrutturar. F’dan ir-rigward, l-analiżi dettaljata ta’ dawn il-kontribuzzjonijiet turi li kull waħda minn dawn il-miżuri hija konformi. |
|
(284) |
L-injezzjonijiet ta’ kapital mill-investituri privati Blue Sky Holding u Advens-Geocoton għal total ta’ EUR [10–50] miljun jirrappreżentaw flus ġodda li se jiġu injettati direttament abbażi ta’ ftehim bejn l-azzjonisti, li għandu jiġi ffirmat f’konformità mal-impenn tagħhom stabbilit fid-Dokument dwar il-kundizzjonijiet. L-istess jista’ jingħad għall-impenn addizzjonali li jiġu injettati EUR [5–30] miljun miftiehem mit-tliet azzjonisti (Blue Sky Holding, Advens-Geocoton u SEMPAT), jekk ir-riżervi tal-flus ta’ Corsair jaqgħu taħt EUR [...] miljun. F’dan ir-rigward, filwaqt li l-awtoritajiet Franċiżi jargumentaw li ż-żieda fil-kapital ta’ Corsair ta’ EUR 3 miljun permezz ta’ riżorsi mir-reġjun ta’ Guadeloupe tikkostitwixxi għajnuna mill-Istat (ara l-premessa 39(i)), dawn ma jipprovdux informazzjoni dwar kif tiġi kklassifikata jew ikkwantifikata l-parteċipazzjoni ta’ SEMPAT f’dan il-finanzjament addizzjonali. Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li, minħabba s-sehem tar-reġjun ta’ Guadeloupe fil-kapital futur ta’ Corsair, anke jekk il-parti tal-finanzjament addizzjonali minn SEMPAT kellha titqies bħala għajnuna mill-Istat minflok komponent tal-kontribuzzjoni proprja, dan ikollu biss impatt żgħir fuq il-proporzjon ta’ finanzjament pubbliku għal privat fil-finanzjament tal-pjan ta’ ristrutturar rivedut u, konsegwentement, ma jibdilx il-valutazzjoni kontabilistika, inkluż fir-rigward tal-proporzjonalità, f’din id-Deċiżjoni. Għalhekk, dawn il-kontribuzzjonijiet jistgħu jiġu kkunsidrati bħala ċerti, reali u ħielsa mill-għajnuna mill-Istat għall-finijiet tal-Linji Gwida S&R. |
|
(285) |
Fir-rigward tal-finanzjament ta’ erba’ inġenji tal-ajru Airbus A330-NEO mikrija għal ammont ta’ EUR [20–80] miljun, għalkemm marbuta ma’ pagamenti ta’ lokazzjoni, dan xorta jitqies bħala sforz ta’ finanzjament privat skont il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju mill-fornitur tal-kuntratt ta’ lokazzjoni. Il-kuntratti ta’ lokazzjoni relatati mat-tiġdid tal-flotta ta’ Corsair ġew iffirmati u diġà saru konsenji. B’mod partikolari, AerCap, waħda mill-akbar kumpaniji tal-lokazzjoni tal-inġenji tal-ajru fid-dinja, ipprovdiet u kkonsenjat l-ewwel wieħed mill-erba’ inġenji tal-ajru Airbus A330-900-NEO mikrija lil Corsair bħala parti mit-tiġdid tal-flotta. Il-konsenja saret fi [...], bit-tliet inġenji tal-ajru l-oħra skedati li ngħaddew lil Corsair matul l-2024 skont l-istess kuntratt ta’ lokazzjoni. Għalhekk, din il-kontribuzzjoni tista’ titqies bħala reali u ħielsa mill-għajnuna mill-Istat. |
|
(286) |
Barra minn hekk, l-ammont ta’ EUR [25–45] miljun għall-bejgħ tal-H-SKY fis-sajf tal-2025 huwa ammissibbli bħala rikavat minn bejgħ li diġà sar ma’ kontroparti privata (ara l-premessa 31(f)), u li ġie allokat b’mod irrevokabbli għall-pjan ta’ ristrutturar rivedut. |
|
(287) |
Fir-rigward tal-moratorju fuq il-kontribuzzjonijiet mogħtija mis-CRPN fl-ammont ta’ EUR [10–40] miljun, il-premessi 193 sa 200 juru li din il-miżura ma tikkostitwixxix għajnuna mill-Istat. Peress li hija bbażata fuq ftehim kummerċjali awtonomu bejn Corsair u s-CRPN, aktar milli fuq deċiżjoni attribwibbli lill-Istat, tista’ tiġi aċċettata bħala ħielsa mill-għajnuna mill-Istat. Dan il-moratorju ġie deċiż permezz ta’ riżoluzzjoni tal-Bord tal-ġestjoni speċjali tas-CRPN tas-7 ta’ Novembru 2023, sottomessa mill-awtoritajiet Franċiżi lill-Kummissjoni u, għalhekk, tista’ titqies bħala komponent reali, effettiv u verifikabbli tal-kontribuzzjoni proprja skont it-tifsira tal-punt 64 tal-Linji Gwida S&R, li jirrikjedi li l-kontribuzzjoni proprja tkun mill-inqas 50 % tal-kostijiet tar-ristrutturar għal impriżi kbar. |
|
(288) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni ssib li porzjon sinifikanti tal-kontribuzzjoni proprja jagħti spinta diretta lill-ekwità ta’ Corsair, permezz ta’ injezzjonijiet ta’ kapital ġdid (ara l-premessa 283). Il-miżuri li jifdal, għalkemm ma jżidux direttament l-ekwità, xorta waħda jipprovdu kontribut sinifikanti għar-restawr tas-solvenza ta’ Corsair billi jsaħħu l-kapaċità tagħha li tiffaċċja l-obbligi finanzjarji tagħha u billi jappoġġaw il-vijabbiltà fit-tul tal-mudell ta’ negozju tagħha. |
|
(289) |
Is-solvenza ta’ impriża tikkorrispondi għall-kapaċità tagħha li tissodisfa l-impenji finanzjarji kollha tagħha fuq terminu medju u fit-tul permezz tar-riżorsi proprji tagħha u l-flussi futuri tal-flus. Din għandha tiġi vvalutata mhux biss b’mod statiku, billi jitqabblu l-assi u l-obbligazzjonijiet fuq il-karta tal-bilanċ, iżda wkoll b’mod dinamiku, abbażi tal-kapaċità tal-impriża li tiġġenera riżultati u flussi tal-flus suffiċjenti biex issalda d-djun tagħha malli jimmaturaw. Għalhekk, is-solvenza tista’ tittejjeb billi tingħata spinta diretta lill-ekwità, jew billi jitnaqqsu b’mod sostenibbli l-impenji, jitnaqqas is-servizzjar tad-dejn jew jitnaqqsu l-kostijiet tal-finanzjament b’mod strutturali. |
|
(290) |
Għalhekk, fir-rigward tal-miżuri ta’ kontribuzzjoni proprja implimentati bħala parti mill-pjan ta’ ristrutturar rivedut, il-Kummissjoni tinnota li dawn jikkontribwixxu, kull wieħed b’modi differenti, għat-titjib tas-solvenza ta’ Corsair, anke jekk l-effett tagħhom mhux dejjem jista’ jidher immedjatament fl-ekwità fuq il-karta tal-bilanċ. Il-moratorju mogħti mis-CRPN ifisser li d-dati ta’ skadenza tal-ħlas ġew differiti u l-piż finanzjarju tnaqqas b’mod provviżorju, li jtaffi l-ħruġ ta’ flus fuq terminu qasir u medju, u jtejjeb il-kapaċità tal-kumpanija li tissodisfa l-impenji finanzjarji l-oħra tagħha, u b’hekk jgħin biex tiġi stabbilizzata l-istruttura finanzjarja ġenerali tagħha. Il-finanzjament ta’ inġenji tal-ajru ġodda, billi jippermetti t-tiġdid tal-flotta mingħajr ma jimmobilizza b’mod eċċessiv l-ekwità, inaqqas il-kostijiet operatorji tal-unità u jtejjeb l-effiċjenza operazzjonali; min-naħa tiegħu, dan iżid il-kapaċità tal-ġenerazzjoni tal-fluss tal-flus, u b’hekk isaħħaħ is-solvenza matul il-perjodu tal-pjan ta’ ristrutturar. Fl-aħħar nett, il-bejgħ ta’ inġenju tal-ajru jiġġenera l-likwidità u jnaqqas il-kostijiet tal-operazzjoni u taż-żamma tal-assi kkonċernat, li min-naħa tiegħu jnaqqas il-ħtiġijiet ta’ finanzjament futuri u jtejjeb kemm is-solvenza kif ukoll il-profil tar-riskju finanzjarju tal-kumpanija. |
|
(291) |
Fir-rigward tal-għajnuna mill-Istat ta’ EUR 87,8 miljun ([...] % tal-kost totali assoċjat mal-bidliet fil-pjan ta’ ristrutturar ta’ Corsair), din hija limitata għall-minimu neċessarju biex tiġi żgurata l-vijabbiltà ta’ Corsair, prinċipju fundamentali tal-Linji Gwida S&R billi dan l-ammont huwa maħsub biex jikkumpensa d-diskrepanza fil-finanzjament ikkawżata miċ-ċirkostanzi mhux previsti li ma tistax taħti għalihom l-impriża. Minbarra l-għajnuna ta’ valur ta’ EUR 3 miljun fil-forma ta’ injezzjoni ta’ kapital mill-Conseil Départemental de la Guadeloupe, l-għajnuna hija magħmula prinċipalment mir-rinunzja tad-dejn pubbliku remessibbli (EUR 23 miljun), ir-rinunzja tal-imgħax akkumulat u kkapitalizzat fuq is-self tal-PP (b’valur ta’ EUR 4,7 miljun), il-kreditu tat-taxxa ekstra-Ewropew (b’valur ta’ EUR 38,1 miljun), u l-iskedar mill-ġdid tad-dejn pubbliku mhux remessibbli (b’valur ta’ EUR 19-il miljun), fejn l-ammont ta’ għajnuna jiġi vvalutat f’termini tal-vantaġġ mogħti. |
|
(292) |
L-ewwel nett, fir-rigward tal-għajnuna b’valur ta’ EUR 3 miljun fil-forma ta’ injezzjoni ta’ kapital mill-Conseil Départemental de la Guadeloupe, il-Kummissjoni ssib li din il-miżura tikkostitwixxi strument li huwa mmirat u neċessarju għar-ristrutturar, f’konformità mal-punti rilevanti fil-Linji Gwida S&R sa fejn l-istrument magħżul – l-injezzjoni ta’ kapital – huwa l-aktar għodda diretta biex jiġu rrimedjati l-obbligazzjonijiet ta’ Corsair u tissaħħaħ immedjatament is-solvenza tagħha, u b’hekk jiġi eliminat ir-riskju imminenti ta’ falliment. Barra minn hekk, l-oriġini tal-għajnuna, li tirriżulta direttament minn awtorità lokali f’reġjun ekstra-Ewropew, tenfasizza kemm id-dimensjoni ta’ koeżjoni reġjonali kif ukoll id-dimensjoni essenzjali ta’ interess pubbliku assoċjati mad-destinazzjoni. Il-parteċipazzjoni diretta tal-Conseil Départemental de la Guadeloupe fil-kapital tipprovdi validazzjoni tal-kredibbiltà tal-pjan ta’ ristrutturar rivedut u tinjetta fondi li huma strutturalment deċiżivi għall-vijabbiltà futura tal-kumpanija. Din il-miżura titqies ukoll bħala proporzjonata minħabba li tikkontribwixxi biex tillimita l-effetti ta’ ħruġ mis-suq, u għalhekk id-distorsjoni tiegħu, filwaqt li tiggarantixxi li l-benefiċċji li jirriżultaw mill-għajnuna jservu biss biex jiġu rrestawrati l-kompetittività u l-awtonomija finanzjarja ta’ Corsair. |
|
(293) |
Fir-rigward tas-self miftiehem u mħallas fl-2020 bħala parti mill-ewwel deċiżjoni ta’ ristrutturar (li għaddet il-kapital sħiħ), ir-rinunzja tal-pretensjoni b’appoġġ għall-pjan emendat tabilħaqq tikkostitwixxi għajnuna ġdida minbarra l-għajnuna l-oħra (il-premessa 211). Madankollu, għall-finijiet tal-eżami tal-proporzjonalità tal-għajnuna addizzjonali għar-ristrutturar, jenħtieġ li r-rinunzja tal-kapital ma tibqax tiġi kkunsidrata, minħabba li inkella tirriżulta fl-għadd tal-istess riżorsi pubbliċi darbtejn b’appoġġ għal pjan ta’ ristrutturar wieħed. Għalhekk, peress li l-kapital diġà tqies bis-sħiħ meta ġiet ivvalutata l-għajnuna inizjali għar-ristrutturar ta’ Corsair, jitqies biss l-imgħax dovut biex tiġi rrieżaminata l-proporzjonalità tal-għajnuna l-ġdida u tal-passat (it-Tabella 1), u b’hekk jiġu żgurati t-trasparenza u t-traċċabbiltà sħiħa tal-miżura, f’konformità mal-punt 58 tal-Linji Gwida S&R. |
|
(294) |
Il-Kummissjoni tikkunsidra li l-għajnuna addizzjonali prevista, prinċipalment fil-forma ta’ rinunzja ta’ pretensjonijiet kif iddikjarat hawn fuq, fil-fatt tikkostitwixxi strument xieraq u proporzjonat skont it-tifsira tal-punti 60 et seq. tal-Linji Gwida S&R, billi hija maħsuba biex tirrestawra l-vijabbiltà fit-tul ta’ Corsair filwaqt li jiġu limitati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni. Din ir-rinunzja tad-dejn, li fil-fatt hija ekwivalenti għal injezzjoni ta’ kapital, se ttejjeb b’mod deċiżiv is-solvenza tal-kumpanija u se ssaħħaħ il-kapaċità tagħha li tissodisfa l-obbligi finanzjarji tagħha mingħajr għajnuna ulterjuri. |
|
(295) |
Barra minn hekk, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-għajnuna addizzjonali ta’ EUR 38,1 miljun prevista, prinċipalment fil-forma ta’ kreditu tat-taxxa (CIOM), tikkostitwixxi wkoll strument xieraq u proporzjonat skont it-tifsira tal-punti 60 et seq. tal-Linji Gwida S&R, billi hija maħsuba biex tirrestawra l-vijabbiltà fit-tul ta’ Corsair filwaqt li tillimita d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni. Peress li dan l-appoġġ finanzjarju huwa l-ekwivalenti funzjonali ta’ injezzjoni ta’ kapital, huwa jtejjeb b’mod sinifikanti l-istruttura ta’ ekwità u s-solvenza tal-benefiċjarju. Is-salvagwardja tal-likwidità li tirriżulta hija essenzjali biex tippermetti lil Corsair tassorbi l-kostijiet assoċjati mar-ristrutturar u biex tiffinanzja l-ispejjeż neċessarji għall-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar rivedut. Dan it-tisħiħ tal-karta tal-bilanċ u tal-kapaċità ta’ awtofinanzjament jitqies bħala parti mir-rekwiżit minimu biex il-kumpanija tkun tista’ tissodisfa l-obbligi finanzjarji futuri tagħha, u b’hekk tiġi żgurata l-vijabbiltà tagħha mingħajr ma tiddependi fuq għajnuna ġdida. |
|
(296) |
Fuq din il-bażi, il-kontribuzzjoni proprja ta’ Corsair hija ta’ 61,4 % tal-kostijiet totali tar-ristrutturar meta jiġu kkunsidrati ż-żewġ perjodi ta’ ristrutturar (2020–2026), u tilħaq livell ogħla ta’ 62,3 % għall-perjodu supplimentari (2023–2026). |
|
(297) |
Dawn il-proporzjonijiet jaqbżu bil-kbir il-livell limitu minimu ta’ 50 % stabbilit fil-punt 64 tal-Linji Gwida S&R, u b’hekk jiggarantixxu li l-għajnuna pubblika tibqa’ strettament proporzjonata għall-ħtieġa residwa għall-finanzjament u li l-biċċa l-kbira tar-riskju ekonomiku jiġġarrab mill-azzjonisti u mill-investituri privati. Dan jgħodd kemm għall-finanzjament fil-pjan inizjali kif ukoll għall-finanzjament tal-pjan rivedut, f’konformità mal-punt 124(b) tal-Linji Gwida S&R, fir-rigward tal-emenda tal-pjan ikkunsidrata f’iżolament. |
|
(298) |
Barra minn hekk, il-kombinament ta’ miżuri previsti kif stabbilit hawn fuq jissodisfa bis-sħiħ ir-rekwiżiti fil-punti 61 u 65 tal-Linji Gwida S&R peress li jiżgura li l-għajnuna tkun limitata għall-minimu neċessarju u li l-piż tar-ristrutturar jiġi kondiviż b’mod ugwali bejn il-partijiet ikkonċernati. |
|
(299) |
Il-kontribuzzjoni proprja għolja (62,3 %) hija l-aħjar indikatur li l-għajnuna pubblika hija limitata għall-minimu strett meħtieġ biex tippermetti r-ritorn tal-kumpanija għal vijabbiltà fit-tul, u b’hekk tikkonforma bis-sħiħ mal-kriterju ta’ proporzjonalità għall-għajnuna għar-ristrutturar. |
|
(300) |
Barra minn hekk, anke jekk il-punt 124 tal-Linji Gwida S&R ma jirrikjedix skrutinju ta’ dan l-aspett tal-pjan ta’ ristrutturar rivedut, il-Kummissjoni ssib li dawn il-miżuri ta’ ristrutturar iseħħu wara l-assorbiment sħiħ tat-telf akkumulat ta’ Corsair, li qered il-valur tal-ishma miżmuma mill-azzjonisti eżistenti li appoġġaw ir-ristrutturar preċedenti (il-premessa 47). |
|
(301) |
Fl-aħħar nett, fir-rigward tar-remunerazzjoni tal-Istat, il-Kummissjoni kienet esprimiet riżervi fid-deċiżjoni tal-ftuħ tagħha dwar il-fatt li l-awtoritajiet Franċiżi ma kinux ippjanaw għal xi konverżjoni ta’ dejn f’kapital, peress li sabet li s-sempliċi rinunzja tal-pretensjoni x’aktarx kienet tfisser li l-qligħ futur kollu tar-ristrutturar ikun ta’ benefiċċju għall-azzjonisti privati l-ġodda. |
|
(302) |
Barra minn hekk, skont il-punt 67 tal-Linji Gwida S&R, jenħtieġ li kwalunkwe għajnuna mill-istat li ssaħħaħ il-pożizzjoni ta’ ekwità tal-benefiċjarju tingħata b’termini li jagħtu lill-Istat proporzjon raġonevoli ta’ qligħ futur fil-valur tal-benefiċjarju, fid-dawl tal-ammont ta’ ekwità tal-Istat injettat meta mqabbel mal-ekwità li jifdal tal-kumpanija wara li jkun ittieħed kont tat-telf. F’dan ir-rigward, ta’ min jinnota li l-kunċett ta’ “proporzjon raġonevoli ta’ qligħ futur” għal kwalunkwe għajnuna inklużi komponenti li jsaħħu l-ekwità jiddependi fuq “[l-]ekwità li jifdal tal-kumpanija wara li t-telf ikun ġie kontabbilizzat”, u li dawn iż-żewġ termini jridu jiġu applikati flimkien ma’ xulxin. |
|
(303) |
Fir-rigward ta’ Corsair, wara li ġew implimentati l-miżuri ta’ ristrutturar, l-azzjonisti kurrenti (OMRP) u l-kredituri garantiti (l-Istat Franċiż) raw l-ishma tagħhom kompletament eliminati u l-pretensjonijiet tagħhom kważi kompletament ikkanċellati (il-premessa (47)). Għalhekk, ma hemm l-ebda ekwità oħra li tista’ tibbenefika minn qligħ futur li jirriżulta mill-injezzjoni ta’ fondi pubbliċi jew mit-tħassir tad-dejn. |
|
(304) |
F’dawn iċ-ċirkostanzi, il-Kummissjoni ssib li, fir-rigward tar-rekwiżiti tal-punt 67 tal-Linji Gwida S&R, in-nuqqas ta’ remunerazzjoni speċifika għat-tħassir tad-djun ta’ Corsair huwa kompletament ġustifikat. L-azzjonisti u l-kredituri garantiti ġew (kważi) sagrifikati kompletament, u għalhekk ma jistgħux jibqgħu jġarrbu l-piż tar-ristrutturar ta’ Corsair. |
|
(305) |
Madankollu, minkejja dan, il-Kummissjoni tinnota li l-awtoritajiet Franċiżi wrew b’mod konvinċenti li r-remunerazzjoni ekonomika impliċita tar-rinunzja tal-pretensjonijiet tkun direttament korrelatata mas-suċċess tal-pjan ta’ ristrutturar, u għalhekk mal-prospetti ta’ ritorn għal żminijiet aħjar għal Corsair. Bl-istess mod, l-ammont ta’ remunerazzjoni espress bħala perċentwal tat-talbiet imħassrin huwa sostanzjali, li jitħallas bħala prijorità qabel ir-remunerazzjoni ta’ azzjonisti ġodda, inkluż il-Conseil départemental. Madankollu, dawn tal-aħħar jaqblu li jġorru r-riskji tal-injezzjonijiet li l-Istat ma jkunx qed jieħu billi jħassru dawk il-pretensjonijiet li x’aktarx ma jiġux rimborżati. Għalhekk, il-profil tar-riskju asimetriku u aktar baxx tal-Istat jiġġustifika r-remunerazzjoni permezz tal-klawżola ta’ żminijiet aħjar, li tneħħi d-dubji mqajma. |
|
(306) |
Fuq din il-bażi, il-Kummissjoni eżaminat ir-remunerazzjoni tal-għajnuna miftiehma mill-Istat Franċiż, b’mod partikolari t-tħassir tal-pretensjonijiet, kontra r-rekwiżiti stabbiliti fil-punti 54 u 67 tal-Linji Gwida S&R dwar ir-remunerazzjoni tal-għajnuna u l-kondiviżjoni tal-piżijiet. |
|
(307) |
L-ewwel nett, fir-rigward tar-remunerazzjoni tal-għajnuna, il-Kummissjoni ssib li l-istruttura magħżula mill-awtoritajiet Franċiżi tissodisfa r-rekwiżit ta’ remunerazzjoni xierqa li tqis is-sitwazzjoni finanzjarja kritika u l-profil tar-riskju meħud mill-Istat fiċ-ċirkostanzi tas-sitwazzjoni ta’ Corsair. L-awtoritajiet Franċiżi rrikorrew għal klawżola ta’ żminijiet aħjar, aktar milli remunerazzjoni fissa u immedjata (li setgħet tipperikola l-vijabbiltà ta’ Corsair) jew ishma b’valur u b’remunerazzjoni inċerti. Il-klawżola tagħmel ir-remunerazzjoni tal-Istat kundizzjonali fuq il-prestazzjoni futura u t-tiswija effettiva tal-karta tal-bilanċ, billi l-klawżola tiġi skattata biss meta tinkiseb sitwazzjoni pożittiva netta. Għalhekk, il-mekkaniżmu ta’ rimborż, ibbażat fuq [...] % ta’ ammont marbut mal-introjtu operatorju, jiggarantixxi li l-Istat jiġi rremunerat mill-ġenerazzjoni tal-kumpanija ta’ flussi finanzjarji operazzjonali, aktar milli mill-akkumulazzjoni ta’ djun ġodda. Din ir-remunerazzjoni potenzjali – limitata għal EUR [...] miljun – timita l-imġiba ta’ kreditur li jaqbel li jikkonverti t-talba tiegħu (li l-valur preżenti tiegħu huwa żero peress li Corsair ma tistax tirrimborżah) fi strument parteċipattiv kundizzjonali, u b’hekk tiggarantixxi li l-għajnuna tiġi kkumpensata biss mill-qligħ tar-ristrutturar. |
|
(308) |
It-tieni, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-punt 67 tal-Linji Gwida S&R ma jeħtieġ l-ebda kondiviżjoni addizzjonali tal-piżijiet ladarba l-azzjonisti kurrenti ta’ Corsair (li ħadu sehem fil-finanzjament tal-pjan inizjali) ikunu raw l-ishma tagħhom jiġu totalment deprezzati sabiex jassorbu t-telf biex ma jkun hemm l-ebda “ekwità li jifdal”, li d-detenturi tagħhom ikollhom jikkondividu l-piż tar-ristrutturar, flimkien mal-Istat (ara l-premessi 302 sa 304), kemm jekk għall-azzjonisti qabel il-pjan approvat f’Diċembru 2020 jew għall-azzjonisti li ffinanzjaw il-pjan inizjalment approvat. Minkejja dan, anke jekk il-punt rilevanti tal-Linji Gwida S&R kien jirrikjedi kondiviżjoni tal-piżijiet lil hinn mit-tħassir sħiħ tal-istrumenti kapitali eżistenti, li ma huwiex il-każ għall-azzjonisti tal-pjan approvat f’Diċembru 2020, il-klawżola ta’ żminijiet aħjar tiżgura wkoll il-konformità mal-prinċipju tal-kondiviżjoni ġusta tal-piżijiet sa fejn tiggarantixxi simetrija bejn ir-riskju mġarrab u l-qligħ kondiviż. Billi qabel li jirrinunzja t-talba, l-Istat inizjalment jerfa’ r-riskju u, billi jillimita l-ammont massimu ta’ rimborż għal EUR [...] miljun, huwa jirrinunzja l-irkupru tal-ammont sħiħ, li jista’ jiskoraġġixxi lil azzjonisti ġodda u kredituri privati minn investiment fit-tul fil-kumpanija. Għalhekk, dan il-limitu jippermetti lill-investituri privati jibbenefikaw bis-sħiħ minn prestazzjoni futura li taqbeż dak il-limitu massimu, li huwa riżervat għall-Istat. |
|
(309) |
Huwa fuq il-bażi ta’ dawn l-ispjegazzjonijiet u l-ġustifikazzjonijiet kif ippreżentati mill-awtoritajiet Franċiżi li l-Kummissjoni ssib li din l-istruttura tiggarantixxi li l-Istat ikollu sehem adegwat fil-qligħ fil-valur futur ta’ Corsair. Għalhekk, l-għajnuna mill-Istat mogħtija fil-forma ta’ rinunzja ta’ pretensjonijiet, li għandha l-effett li ttejjeb il-pożizzjoni ta’ ekwità tal-kumpanija, hija kkumpensata mill-klawżola ta’ żminijiet aħjar. Dan il-mekkaniżmu jiżgura li l-Istat jirċievi sehem raġonevoli mill-qligħ futur tar-ristrutturar, fi proporzjon mal-isforz li sar biex tiġi salvata l-kumpanija. Billi jorbot ir-rimborż lill-Istat mal-prestazzjoni operazzjonali u mal-kisba ta’ sitwazzjoni pożittiva netta, dan l-approċċ jistabbilixxi kondiviżjoni bilanċjata tar-riskji u tal-gwadanji mal-investituri privati, li jikkostitwixxi sinjal pożittiv u kredibbli fir-rigward tas-sostenibbiltà tal-mudell ta’ negozju ta’ Corsair. |
|
(310) |
B’mod aktar speċifiku, il-klawżola tipprevedi li fejn jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet stabbiliti, Corsair se tipproċedi biex kull sena tirrimborża ammont li jikkorrispondi għal [...] % tad-differenza pożittiva bejn l-introjtu operatorju tagħha, inklużi l-provvedimenti għall-manutenzjoni, u l-amortizzament tad-dejn rikostitwit (56). L-iskattar effettiv ta’ din il-klawżola huwa kundizzjonali fuq il-konformità kumulattiva ma’ kundizzjonijiet finanzjarji stretti, jiġifieri l-eżistenza ta’ ekwità pożittiva u ż-żamma ta’ pożizzjoni ta’ fluss tal-flus suffiċjenti, u b’hekk jiġi żgurat li l-pagamenti li jsiru skont ir-ritorn għal żminijiet aħjar ma jipperikolawx is-solvenza jew il-likwidità tal-kumpanija. |
|
(311) |
Barra minn hekk, il-mekkaniżmu jinkludi klawżola ta’ “flus żejda”, li hija maħsuba biex tieħu sehem akbar ta’ ħolqien ta’ valur fil-każ li l-fluss tal-flus ta’ Corsair jaqbeż il-75 % tal-ammont tar-rekwiżiti operazzjonali regolatorji. F’dan il-każ, u soġġett għaż-żamma tal-ekwità pożittiva u tal-fluss tal-flus li jkunu ogħla b’mod persistenti minn dan il-livell limitu, il-kontribuzzjoni annwali ta’ Corsair tiżdied għal 75 % tal-introjtu operatorju annwali tagħha, soġġetta għal-limitu massimu akkumulat ta’ EUR [...] miljun. Dan l-arranġament jiżgura li r-ritorn għal żminijiet aħjar jadatta b’mod dinamiku għall-kapaċità reali tal-impriża li tħallas, mingħajr ma jqiegħed piż żejjed fuq l-istruttura finanzjarja tagħha. |
|
(312) |
Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-klawżola tipprevedi mekkaniżmu ta’ maturità bikrija jekk tiġi ċeduta Corsair, li bis-saħħa tiegħu l-bilanċ dovut jiġi rimborżat f’dan iż-żmien, fil-limitu massimu ġenerali stabbilit. Din id-dispożizzjoni tagħmilha possibbli li jiġi żgurat li l-Istat jibbenefika b’mod ġust minn kwalunkwe avveniment ta’ likwidità pożittiv. |
|
(313) |
Fuq il-bażi tal-projezzjonijiet finanzjarji kkomunikati mill-awtoritajiet Franċiżi, il-Kummissjoni ssib li, fix-xenarju bażi, il-kundizzjonijiet skattaturi għar-ritorn għal żminijiet aħjar ikunu ssodisfati biss mis-sena finanzjarja [...], meta l-ekwità ta’ Corsair terġa’ ssir pożittiva b’mod persistenti u l-pożizzjoni tal-fluss tal-flus tilħaq livell suffiċjenti. Imbagħad, l-iskattar tal-klawżola sal-limitu massimu ta’ EUR [...] miljun iseħħ mingħajr ma jiġi pperikolat it-tisħiħ progressiv tal-ekwità, li jibqa’ pożittiv matul il-perjodu kollu taħt kunsiderazzjoni, jew il-kapaċità ta’ Corsair li tiffinanzja l-operazzjonijiet u l-investimenti futuri tagħha. |
|
(314) |
F’dawn il-kundizzjonijiet, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-mekkaniżmu ta’ ritorn għal żminijiet aħjar kif previst huwa proporzjonat, strettament kundizzjonali fuq ir-ritorn reali ta’ Corsair għall-vijabbiltà u f’konformità mal-objettivi tal-Linji Gwida S&R fis-sens li jagħmilha possibbli li jiġu limitati l-kostijiet netti tal-intervent tal-Istat filwaqt li jiġi evitat kwalunkwe ostaklu għall-irkupru fit-tul tal-impriża. |
|
(315) |
Għaldaqstant, id-dubji inizjali tal-Kummissjoni dwar il-proporzjonalità tal-għajnuna ppjanata issa ġew eliminati u l-pakkett ġenerali ta’ interventi mill-Istat u privati għal Corsair jista’ jitqies kompatibbli mas-suq intern skont il-Linji Gwida S&R. |
5.3.2.2. Miżuri sabiex jillimitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni
|
(316) |
F’konformità mal-punti 76 et seq. tal-Linji Gwida S&R, meta tingħata l-għajnuna għar-ristrutturar, iridu jittieħdu miżuri biex jillimitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni, sabiex l-effetti negattivi fuq il-kundizzjonijiet tal-kummerċ jiġu mminimizzati kemm jista’ jkun u l-effetti pożittivi jegħlbu kwalunkwe effett negattiv. |
|
(317) |
Dawn il-miżuri għandhom jindirizzaw kemm it-tħassib dwar il-periklu morali kif ukoll id-distorsjonijiet possibbli fis-swieq fejn jopera l-benefiċjarju. Il-firxa ta’ tali miżuri hija ddeterminata minn analiżi ta’ każ b’każ, li tinkludi kriterji bħad-daqs u n-natura tal-għajnuna, il-kundizzjonijiet u ċ-ċirkostanzi li fihom ingħatat, id-daqs u l-importanza relattiva tal-benefiċjarju fis-suq, u l-firxa tal-kontribuzzjoni proprja u l-miżuri ta’ kondiviżjoni tal-piżijiet. |
|
(318) |
B’mod partikolari, jenħtieġ li, ġeneralment, il-miżuri biex tiġi limitata d-distorsjoni tal-kompetizzjoni jieħdu l-forma ta’ miżuri strutturali, jiġifieri żvestimenti ċari ta’ attivitajiet vijabbli, u jeskludu l-iżvestimenti ta’ attivitajiet li jagħmlu t-telf li xorta waħda jkollhom jiġu abbandunati biex tiġi ppreservata l-vijabbiltà. Prinċipju fundamentali huwa li l-miżuri ma jridux jikkompromettu l-prospetti tar-ritorn għall-vijabbiltà tal-benefiċjarju jew jittieħdu għad-detriment tal-konsumaturi u tal-kompetizzjoni. |
|
(319) |
F’konformità mal-punt 124(c) u (d) tal-Linji Gwida S&R, meta jkun ġie emendat pjan ta’ ristrutturar, jekk jiżdied l-ammont tal-għajnuna, il-Kummissjoni se tirrikjedi mill-Istat Membru kkonċernat miżuri biex jiġu limitati d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni li huma aktar estensivi minn dawk imposti inizjalment, u, jekk il-miżuri proposti biex jillimitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni jkunu aktar limitati minn dawk imposti inizjalment, tnaqqis korrispondenti fl-ammont tal-għajnuna. Barra minn hekk, f’konformità mal-punti 127 sa 129 tal-Linji Gwida S&R, meta tiġi eżaminata l-għajnuna għar-ristrutturar skont il-linji gwida, l-għoti ta’ kwalunkwe għajnuna oħra matul il-perjodu ta’ ristrutturar, anke f’konformità ma’ skema li diġà ġiet awtorizzata, jista’ jinfluwenza l-valutazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-firxa neċessarja tal-miżuri biex jillimitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni. Għaldaqstant, il-Kummissjoni tivvaluta l-firxa tal-miżuri maħsuba biex jillimitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni filwaqt li tqis għajnuna oħra ta’ kwalunkwe tip mogħtija lill-benefiċjarju matul il-perjodu ta’ ristrutturar. |
|
(320) |
Fid-deċiżjoni tal-ftuħ tagħha, il-Kummissjoni kienet iddikjarat li Franza kellha l-ħsieb, fil-pjan ta’ ristrutturar rivedut ta’ Corsair, li taġġusta l-miżuri aċċettati inizjalment. Fil-prattika, Franza pprevediet li (i) Corsair timpenja ruħha li ċċedi sa 365 slot tal-qtugħ u tal-inżul l-art billi tittrasferihom lill-assoċjazzjoni COHOR, u (ii) iż-żieda tal-flotta tkun limitata għal għaxar ajruplani minn Awwissu 2024. Barra minn hekk, ma saret l-ebda referenza għat-tiġdid jew għat-tisħiħ tal-miżuri preċedenti. |
|
(321) |
Fuq din il-bażi, u filwaqt li qieset l-għajnuna supplimentari mill-Istat (inklużi EUR 32,4 miljun) riċevuta u li għandha tiġi riċevuta matul il-perjodu ta’ ristrutturar, il-Kummissjoni esprimiet xi dubji serji dwar l-adegwatezza tal-miżuri maħsuba għal-limitazzjoni tad-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni. Skont il-punt 124(c) tal-Linji Gwida S&R, jekk jiżdied l-ammont tal-għajnuna, il-miżuri biex jillimitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni jridu jkunu aktar estensivi minn dawk imposti inizjalment. Madankollu, il-miżuri baqgħu sostanzjalment l-istess minkejja żieda sinifikanti fl-għajnuna. Iż-żieda tal-flotta għal għaxar ajruplani kienet tikser il-prinċipju tat-tnaqqis tad-daqs tal-flotta biż-żieda fl-għajnuna, u li, anke meta tiġi kkalkolata f’termini ta’ sits, il-kapaċità baqgħet kemxejn ogħla minn dik stabbilita fil-pjan tal-2020. |
|
(322) |
Barra minn hekk, ir-rinunzja tas-slots ta’ ħin ma kinitx tidher li hija kwalitattivament jew kwantitattivament aktar sinifikanti mill-miżura inizjali li tagħmel disponibbli kwota annwali lil kumpanija terza, li għaliha, barra minn hekk, ma kinitx ġiet irrispettata l-proċedura biex tiġi approvata l-ispeċifikazzjoni. Konsegwentement, l-għajnuna għar-ristrutturar riveduta qajmet dubji serji dwar il-kompatibbiltà tagħha mal-Linji Gwida S&R. |
|
(323) |
Fir-rigward taż-żieda fid-daqs tal-flotta ta’ Corsair, wara skambji mal-awtoritajiet Franċiżi, il-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju fid-Dokument dwar il-Kundizzjonijiet relatat mal-adattament tal-pjan ta’ ristrutturar ta’ Corsair, iffirmat minn Corsair, l-azzjonisti tagħha u l-Istat Franċiż, issa jipprevedi, għall-kuntrarju tal-verżjonijiet preċedenti [...] (57). Bl-istess mod, in-numru ta’ slots li jistgħu jiġu ttrasferiti temporanjament lil kompetituri li talbuhom żdied b’aktar mid-doppju. Flimkien mal-iżviluppi fid-daqs tal-flotta, dan l-irdoppjar indirizza b’mod adegwat id-dubji mqajma mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni tal-ftuħ tagħha. |
|
(324) |
Minbarra l-miżuri stabbiliti fil-pjan inizjali, il-pakkett ta’ miżuri issa jinkludi: (i) tnaqqis sostanzjali tat-titjiriet fuq ir-rotot tad-dipartimenti ekstra-Ewropej – l-awtoritajiet Franċiżi qablu li jabolixxu 97 mir-rotazzjonijiet ta’ Corsair minn Franza metropolitana għal Fort de France, Pointe à Pitre u Réunion għas-sena finanzjarja 2025/2026, sabiex jinkiseb volum annwali ekwivalenti għar-rotazzjonijiet imwettqa bħala medja minn inġenju tal-ajru wieħed ta’ Corsair –, (ii) ir-rinunzja permanenti minn Corsair ta’ 700 slot ta’ ħin fl-ajruport Paris-Orly, u (iii) ir-rilaxx temporanju minn Corsair ta’ 800 slot ta’ ħin fl-ajruport ta’ Paris-Orly sa tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar. |
|
(325) |
Fir-rigward tal-valutazzjoni tal-miżuri, l-ewwel nett, l-attivitajiet ta’ Corsair iseħħu fiż-żoni assistiti msemmija fl-Artikolu 107(3)(a) tat-TFUE (territorji ekstra-Ewropej), li jiġġustifikaw applikazzjoni aktar flessibbli tal-prinċipji stabbiliti fil-Linji Gwida S&R, kif iddikjarat fil-punt 98 tal-Linji Gwida. Dan jiġġustifika rekwiżiti anqas stretti f’termini ta’ tnaqqis tal-kapaċità jew tal-preżenza fis-suq. F’dan ir-rigward, il-miżura ta’ mġiba li tnaqqas ir-rotazzjonijiet lejn id-destinazzjonijiet ekstra-Ewropej tnaqqas l-użu ta’ inġenji tal-ajru u servizzi tat-trasport ipprovduti għall-ekwivalenti ta’ [...] għall-perjodu ta’ ristrutturar li jifdal. Hija mmirata lejn it-tnaqqis tad-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni fuq destinazzjonijiet fi ħdan is-suq intern li jaqdu biss linji tal-ajru rivali rreġistrati fl-UE, li ma huwiex il-każ għad-destinazzjonijiet Afrikani ta’ Corsair. |
|
(326) |
Bl-istess mod, is-slots ta’ ħin ikkonċernati mill-miżura jikkostitwixxu sehem sinifikanti ta’ [...] % tas-slots ta’ ħin disponibbli għal Corsair fl-ajruport Paris-Orly. Minħabba l-limitazzjonijiet tal-konġestjoni u tat-traffiku tal-ajru f’dak l-ajruport, id-domanda għas-slots ta’ ħin taqbeż il-provvista, li toħloq ostaklu għad-dħul għall-kompetituri li jixtiequ joffru titjiriet. Għalhekk, din il-miżura hija mmirata wkoll lejn rotot operati minn Corsair. |
|
(327) |
Fl-aħħar nett, il-ftuħ għal ftehimiet ma’ kumpaniji oħra li jitolbu dan x’aktarx jiftaħ parti mis-suq u min-network ta’ Corsair għall-kompetizzjoni u jrawwem estensjoni tal-ftehimiet, li, peress li se jżid is-servizzi offruti, jistgħu jkunu ta’ benefiċċju biss għall-kompetizzjoni u għall-konsumaturi. Impenn minn Corsair biex tinnegozja ftehimiet ta’ kondiviżjoni tal-kodiċi bona fide jkun jikkontribwixxi għat-tisħiħ tal-interkonnessjoni tan-networks u għat-titjib tal-aċċess għas-suq għal linji tal-ajru oħra. Dan jikkonċerna, b’mod partikolari, il-linji tal-ajru ta’ daqs żgħir, li, minħabba d-daqs limitat tan-network tagħhom, ma jistgħux joffru lill-klijenti servizz u esperjenza simili għal dawk ta’ linji tal-ajru kbar li jistgħu jipprovdu tali servizzi bil-flotta tagħhom stess fin-networks tagħhom. |
|
(328) |
Jenħtieġ li l-miżuri kollha jiġu vvalutati wkoll fid-dawl tad-daqs u tal-importanza relattivi ta’ Corsair fis-suq, u l-karatteristiċi tas-suq inkwistjoni. Id-data disponibbli turi li s-suq tal-avjazzjoni fl-Ewropa qed jikber u, fl-2025, kompla bil-livelli ta’ attività tal-2019; dawn juru wkoll li bis-saħħa tal-aġġustamenti li saru ma hemm l-ebda kapaċità żejda. B’mod aktar speċifiku għal Franza u għall-benefiċjarju, b’medja ta’ 16-il titjira kuljum fl-2024, l-aħħar sena sħiħa li għaliha hija disponibbli d-data, Corsair kienet tirrappreżenta volum ta’ [...] % tat-total ta’ 4 086 titjira kuljum li jitilqu minn Franza jew jaslu Franza, ċifra li rat tkabbir ta’ 2 % meta mqabbla mas-sena ta’ qabel (58). Bl-istess mod, bħala valur, EUR [...] miljun mid-dħul ta’ Corsair kien jammonta biss għal ([...] %) mit-EUR 8,5 biljun li ġew ittrasferiti mil-linji tal-ajru rreġistrati fi Franza għall-2023, l-aħħar sena sħiħa li għaliha hija disponibbli d-data (59). |
|
(329) |
Għalhekk, id-distorsjonijiet għall-kompetizzjoni kkawżati mill-għajnuna huma limitati ħafna u l-miżuri biex tiġi rrimedjata s-sitwazzjoni jridu jqisu dan. Dan huwa aktar u aktar il-każ peress li Corsair ma għandhiex assi proprji bħall-inġenji tal-ajru li jistgħu jinbiegħu sabiex jitrawwem id-dħul fis-suq minn kompetituri ġodda, l-espansjoni tal-kompetituri eżistenti jew l-attività transfruntiera. |
|
(330) |
Fir-rigward taċ-ċirkostanzi li fihom ingħatat l-għajnuna, ta’ min jinnota li l-emenda tal-pjan ta’ ristrutturar seħħet wara avvenimenti inevitabbli lil hinn mill-kontroll ta’ Corsair, primarjament l-estensjoni tal-kriżi tal-COVID-19 u l-aggressjoni militari tar-Russja kontra l-Ukrajna, li wassluha biex tiddevja mill-pjan ta’ direzzjoni tan-negozju inizjali, kemm f’termini tat-trajettorja finanzjarja (il-premessa 346) kif ukoll tad-destinazzjonijiet, b’riorjentazzjoni lejn l-Afrika, u b’hekk barra mis-suq intern. Barra minn hekk, il-maġġoranza l-kbira tal-għajnuna mitluba bħala parti mill-pjan ta’ ristrutturar rivedut tikkonsisti f’rinunzja tal-għajnuna mogħtija fl-2020 fil-forma ta’ self, mhux f’injezzjonijiet ġodda. Dawn iċ-ċirkostanzi jridu jitqiesu wkoll meta tiġi analizzata l-adegwatezza tal-miżuri maħsuba biex jillimitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni. |
|
(331) |
Barra minn hekk, jenħtieġ li jitqies ukoll l-ammont tal-kontribuzzjoni proprja, li huwa relattivament għoli meta mqabbel mal-ammont tal-għajnuna. Anke wara li żdiedu s-EUR 6 miljun f’appoġġ mill-awtoritajiet lokali fir-reġjuni ekstra-Ewropej permezz ta’ OMRP (li kien il-bażi tal-pjan ta’ ristrutturar inizjali), kemm l-għajnuna preċedenti kif ukoll l-għajnuna li issa hija notifikata jiffinanzjaw perċentwal li huwa ferm inqas minn nofs il-kostijiet tar-ristrutturar. Bl-istess mod bħall-miżuri ta’ għajnuna, il-kontribuzzjonijiet proprji magħmula minn Corsair bħala parti mir-ristrutturar jindirizzaw kemm il-ħtiġijiet ta’ solvenza kif ukoll dawk ta’ likwidità ta’ Corsair , u b’hekk inaqqsu l-firxa tal-intervent tal-Istat. Bl-istess mod, għandha titqies il-parteċipazzjoni tal-azzjonisti kurrenti, bħal fil-każ tal-azzjonisti preċedenti bid-deċiżjoni tal-2020, li raw il-parteċipazzjoni tagħhom imnaqqsa għal żero bħala parti miż-żieda fil-kapital li jmiss. Gradi akbar ta’ kontribuzzjoni proprja u kondiviżjoni tal-piżijiet, billi jiġi limitat l-ammont ta’ għajnuna u l-periklu morali, fil-każ ta’ Corsair inaqqsu l-firxa neċessarja tal-miżuri biex jillimitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni, kif stabbilit fil-punt 90 tal-Linji Gwida S&R. |
|
(332) |
Fl-aħħar nett, f’termini tal-impatt tal-impenji proposti fuq il-vijabbiltà fit-tul tal-impriża, kriterju essenzjali huwa li jenħtieġ li l-miżuri li jillimitaw id-distorsjonijiet ma jnaqqsux l-attività sa tali punt li jiġi kompromess ir-ritorn tagħha għall-vijabbiltà. F’dan ir-rigward, kif muri fl-aħħar verżjoni tal-pjan ta’ ristrutturar rivedut, Corsair tinsab fit-triq it-tajba għar-ritorn tagħha għall-vijabbiltà, anke f’xenarju pessimist li jinkorpora l-miżuri proposti kontra d-distorsjonijiet. |
|
(333) |
Il-Kummissjoni ssib li, wara li jitqiesu ċ-ċirkostanzi u l-fatturi li ġew ikkunsidrati fil-kalibrazzjoni tal-miżuri, minħabba l-firxa ta’ slots ta’ ħin addizzjonali rilaxxati temporanjament, minbarra l-miżuri fil-pjan inizjali, dan il-pakkett ta’ miżuri mtejjeb b’mod ċar jissodisfa bis-sħiħ ir-rekwiżiti tal-Linji Gwida S&R, b’mod partikolari l-punt 124(c) tiegħu, billi jiżgura li kwalunkwe effett negattiv fuq il-kompetizzjoni kkawżat mill-għajnuna addizzjonali jiġi miġġieled b’mod adegwat. Barra minn hekk, Corsair se ċċedi b’mod permanenti 700 slot ta’ ħin fl-ajruport Paris-Orly u se twaqqaf 97 rotazzjoni minn Franza metropolitana għal Fort de France, Pointe à Pitre u Réunion matul is-sena finanzjarja 2025/2026. |
5.3.2.3. Evalwazzjoni tal-effetti pożittivi tal-għajnuna mal-effett negattiv fuq is-suq intern
|
(334) |
Miżura ta’ għajnuna mill-Istat hija kompatibbli mas-suq intern skont l-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE fejn l-effetti pożittivi tagħha jegħlbu l-effetti negattivi tagħha. Il-Linji Gwida S&R jistabbilixxu l-kriterji li skont dawn il-Kummissjoni tivvaluta l-kompatibbiltà tal-għajnuna għar-ristrutturar ta’ impriża f’diffikultà mas-suq intern, filwaqt li jiżguraw li l-iżvilupp tal-attività ekonomika inkwistjoni ma jaffettwax b’mod negattiv il-kundizzjonijiet tal-kummerċ sa punt li jmur kontra l-interess komuni. |
|
(335) |
Fil-Linji Gwida S&R, il-Kummissjoni stabbiliet il-kriterji li hija teżamina meta tivvaluta l-kompatibbiltà tal-għajnuna għar-ristrutturar ta’ impriża mas-suq intern, filwaqt li tiżgura li l-iżvilupp tal-attività ekonomika inkwistjoni ma jaffettwax ħażin il-kundizzjonijiet tal-kummerċ sa punt li jmur kontra l-interess komuni. Il-Kummissjoni pprevediet ukoll il-possibbiltà li tinbidel l-għajnuna għar-ristrutturar diġà approvata billi jiġu stabbiliti kundizzjonijiet ta’ kompatibbiltà għal dawn il-bidliet fil-punt 124 tal-Linji Gwida. |
|
(336) |
F’dan il-każ, il-valutazzjoni stabbilita fit-Taqsimiet 5.3.1 u 5.3.2 (kif ukoll fit-Taqsima 5.3.3 fir-rigward tal-prinċipju “tal-ewwel u l-aħħar darba”) turi li l-kundizzjonijiet stabbiliti fil-Linji Gwida huma ssodisfati u li t-tħassib kollu mqajjem mill-Kummissjoni fid-deċiżjoni tal-ftuħ tagħha ġie eliminat. Il-pjan ta’ ristrutturar ta’ Corsair jipprevedi ritorn għall-vijabbiltà; iż-żieda fil-kostijiet tar-ristrutturar u l-ammont tal-għajnuna huma paċuti b’żieda fil-kontribuzzjoni proprja u bit-tisħiħ ta’ miżuri maħsuba biex jillimitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni. |
|
(337) |
Fl-aħħar nett, filwaqt li ż-żieda tal-għajnuna u l-estensjoni tal-pjan ta’ ristrutturar għandhom effetti mhux negliġibbli fuq is-settur tat-trasport bl-ajru, jenħtieġ li jiġi enfasizzat li din l-għajnuna emendata tagħmilha possibbli li jiġi indirizzat l-falliment tas-suq u tiġi evitata t-tbatija soċjali li tista’ taffettwa żoni ristretti mill-insularità u mill-pożizzjoni remota tagħhom. Il-Kummissjoni tqis ukoll il-fatt li r-rotot moqdija minn Corsair ma jgħaqqdux flimkien żewġ Stati Membri differenti tal-UE iżda pjuttost territorji Franċiżi jew ma’ pajjiżi terzi jew, b’mod aktar deċiżiv, mar-reġjuni ultraperiferiċi affettwati mir-restrizzjonijiet speċifiċi identifikati fl-Artikolu 349 tat-TFUE (Guadeloupe, Martinique, Réunion, Saint Barthélemy u Saint-Martin) fejn dan jikkontribwixxi għall-kontinwità territorjali ma’ Franza metropolitana. Għalhekk, l-għajnuna għar-ristrutturar ta’ Corsair ma taffettwax b’mod mhux xieraq il-kummerċ bejn l-Istati Membri minħabba l-interess limitat li l-operaturi fi Stati Membri oħra għandhom fl-għoti ta’ servizz lil dawn ir-rotot, għal diversi raġunijiet tagħhom stess (ara l-premessa 16). |
|
(338) |
Konsegwentement, l-impatt pożittiv tal-għajnuna emendata għar-ristrutturar fuq l-iżvilupp tal-attività ekonomika inkwistjoni jegħleb l-effetti negattivi potenzjali fuq il-kompetizzjoni u l-kummerċ, li għalhekk ma humiex affettwati b’mod negattiv sa punt li jmur kontra l-interess komuni. |
5.3.2.4. Konklużjoni dwar il-kompatibbiltà
|
(339) |
Fid-dawl tas-sejbiet tal-valutazzjoni stabbilita hawn fuq, il-Kummissjoni hija tal-fehma li l-għajnuna l-ġdida għar-ristrutturar tikkonforma mar-rekwiżiti ewlenin tal-Linji Gwida S&R, u, konsegwentement, li l-kundizzjonijiet tal-kummerċ fis-suq intern ma humiex affettwati b’mod negattiv sa punt li jmur kontra l-interess komuni, sabiex l-għajnuna għar-ristrutturar tkun kompatibbli mas-suq intern f’konformità mal-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE. |
5.3.3. Kompatibbiltà tal-għajnuna addizzjonali mogħtija lil Corsair matul il-perjodu ta’ ristrutturar
|
(340) |
Fid-deċiżjoni tal-ftuħ tagħha (ara l-premessi 116 sa 118), il-Kummissjoni sabet li l-għajnuna addizzjonali li rċeviet Corsair matul il-perjodu ta’ ristrutturar ma kinitx ġiet innotifikata individwalment, għall-kuntrarju tar-rekwiżiti stabbiliti fil-punt 129 tal-Linji Gwida S&R. L-awtoritajiet Franċiżi rrikonoxxew li, peress li Corsair kienet impriża f’diffikultà fil-31 ta’ Diċembru 2019, ma kellhiex tibbenefika mill-arranġamenti implimentati bħala parti mill-Qafas Temporanju, u ammettew li seta’ sar żball fil-kuntest eċċezzjonali tal-kriżi tal-COVID-19 (ara l-premessi 18 sa 21). Madankollu, huma esprimew it-tama tagħhom li tista’ tinstab soluzzjoni biex tiġi rregolarizzata s-sitwazzjoni. |
|
(341) |
Il-Kummissjoni tenniet li, f’konformità mal-prinċipju “tal-ewwel u l-aħħar darba” stabbilit fil-punt 70 tal-Linji Gwida S&R, impriża li kienet diġà bbenefikat minn għajnuna għar-ristrutturar ma setgħetx tirċievi għajnuna ġdida ta’ dan it-tip matul l-implimentazzjoni tal-pjan. F’dan il-każ, Corsair kompliet titlob u tirċievi diversi każijiet ta’ għajnuna pubblika bejn Marzu 2021 u April 2022, meta kienet diġà għaddejja minn ristrutturar. |
|
(342) |
Minkejja li l-pandemija tal-COVID-19 tista’ tiġġustifika xi kumpens għal telf marbut mar-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar, il-Kummissjoni nnotat li l-interventi tal-Istat Franċiż (li jammontaw għal EUR 32,4 miljun f’għajnuna addizzjonali) ġew minbarra l-EUR 136,9 miljun diġà approvati fl-2020. Dan il-karattru rikorrenti tal-għajnuna qajjem dubju serju dwar il-konformità mal-prinċipju “tal-ewwel u l-aħħar darba” u l-adegwatezza tal-ewwel operazzjoni ta’ ristrutturar. |
|
(343) |
Konsegwentement, u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe bażi legali alternattiva biex tiġi vvalutata l-kompatibbiltà tal-għajnuna mas-suq intern, il-Kummissjoni sabet li kien għad hemm dubji dwar il-kompatibbiltà tagħha skont l-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE, b’mod partikolari fir-rigward tar-restawr tal-vijabbiltà fit-tul ta’ Corsair, il-proporzjonalità tal-għajnuna u l-adegwatezza tal-miżuri maħsuba biex jillimitaw id-distorsjonijiet għall-kompetizzjoni. |
|
(344) |
F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni nnotat li, fid-19 ta’ Diċembru 2025, Corsair imxiet biex tħallas lura b’mod volontarju l-ammont sħiħ ta’ EUR 32,4 miljun li jikkorrispondi għall-għajnuna addizzjonali mogħtija fl-2021 u fl-2022, inkluż l-imgħax assoċjat. L-irkupru reali tal-għajnuna illegali jċaħħad lil Corsair mill-vantaġġ mogħti lilha mill-għajnuna u jneħħi kwalunkwe riskju ta’ intervent doppju mill-Istat jew ta’ akkumulazzjoni mhux awtorizzata ta’ għajnuna. Sussegwentement, in-nonkonformità identifikata ġiet irregolarizzat kompletament u d-dubji ġew eliminati, b’mod partikolari fir-rigward tal-proporzjonalità tal-għajnuna u l-adegwatezza tal-miżuri maħsuba biex jillimitaw id-distorsjonijiet għall-kompetizzjoni. |
|
(345) |
Fid-dawl tal-prinċipju “tal-ewwel u l-aħħar darba” stabbilit fil-punt 70 tal-Linji Gwida S&R, il-valutazzjoni tar-riċevuta ta’ għajnuna illegali addizzjonali trid tqis iċ-ċirkostanzi matul il-perjodu li fih tkun ingħatat l-għajnuna (jiġifieri bejn April 2021 u Mejju 2022); dawn iċ-ċirkostanzi kienu kkaratterizzati mill-effetti kontinwi madwar id-dinja tal-akbar kriżi li t-trasport bl-ajru qatt affaċċja sa mill-bidu tiegħu. Dawn l-effetti ġew aggravati fil-każ ta’ Corsair minħabba li l-linja tal-ajru kienet taqdi kważi hija biss territorji fejn l-ivvjaġġar bl-ajru kien ristrett serjament għal raġunijiet ta’ saħħa pubblika u ċirkostanzi inevitabbli (il-premessi 19 u 20). |
|
(346) |
Dawn iċ-ċirkostanzi u l-effetti kkombinati kkontribwew għaż-żieda fit-telf ta’ Corsair lil hinn minn dak li kien ikkontabilizza l-pjan ta’ ristrutturar. Meta l-Kummissjoni approvat l-għajnuna għar-ristrutturar f’Diċembru 2020, it-telf akkumulat mistenni bejn l-2020 u l-2022 ammonta għal EUR [...] miljun. It-telf reali għal dak il-perjodu ammonta għal EUR [...] miljun (60). Din id-differenza ma setgħetx tiġi kkumpensata mill-għajnuna l-oħra kompatibbli skont l-Artikolu 107(2)(b) tat-TFUE approvata dak iż-żmien (61). |
|
(347) |
Fl-aħħar nett, jirriżulta li l-għajnuna illegali ngħatat matul l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar. Anke jekk kellha tiġi analizzata bħala għajnuna addizzjonali (minkejja li ġiet irkuprata) li tkopri l-kostijiet imġarrba fl-2021 (62), din l-għajnuna tibqa’ ferm taħt il-kontribuzzjoni proprja addizzjonali biex tkopri l-kostijiet tar-ristrutturar fir-rigward tal-ammont totali, u ferm taħt l-għajnuna għar-ristrutturar approvata f’Diċembru 2020 flimkien mal-miżuri koperti minn din id-Deċiżjoni (it-Tabella 1). Barra minn hekk, id-diskrepanza bejn il-kostijiet tar-ristrutturar stmati f’Diċembru 2020 u l-kostijiet realment imġarrba fl-2021 bir-regoli ta’ Corsair teskludi l-possibbiltà li l-istess kostijiet ikunu koperti mill-għajnuna għar-ristrutturar u minn kwalunkwe għajnuna illegali. |
|
(348) |
F’dawn il-kundizzjonijiet, ir-riċevuta ta’ għajnuna illegali fl-ammont ta’ EUR 32,4 miljun minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali u imprevedibbli mhux imputabbli lil Corsair jippermetti li ssir eċċezzjoni għall-prinċipju “tal-ewwel u l-aħħar darba” stabbilit fil-punt 72(c) tal-Linji Gwida S&R. Konsegwentement, u filwaqt li jitqies il-ħlas lura sħiħ ta’ din l-għajnuna u l-imgħax assoċjat tagħha, l-għoti ta’ din l-għajnuna ma huwiex ostaklu għall-għoti ta’ għajnuna addizzjonali maħsuba biex tiffinanzja l-pjan ta’ ristrutturar rivedut u ma għandu l-ebda impatt fuq il-mod kif tingħadd din tal-aħħar (ara l-premessa 119). |
|
(349) |
Eċċezzjoni bħal dik imsemmija fil-premessa 348 ma hijiex meħtieġa għas-EUR 6 miljun f’appoġġ mill-awtoritajiet lokali fir-reġjuni ekstra-Ewropej permezz ta’ OMRP li fuqu kien ibbażat il-pjan ta’ ristrutturar inizjali li kien is-suġġett tad-deċiżjoni tal-2020. Għalkemm dan l-appoġġ irriżulta li jikkostitwixxi għajnuna illegali, diġà kien ppjanat fil-pjan ta’ ristrutturar inizjali u tħallas flimkien mal-każijiet l-oħra ta’ għajnuna għar-ristrutturar u għall-istess skop, bħala parti mill-istess operazzjoni, sabiex ma jikkostitwixxix każijiet ripetuti ta’ għajnuna li jistgħu jkunu qed jiksru l-prinċipju “tal-ewwel u l-aħħar darba” stabbilit fil-punti 70 u 71 tal-Linji Gwida S&R. Huwa komponent tal-operazzjoni ta’ ristrutturar, li l-finanzjament ġenerali tagħha huwa speċifikat fit-Tabella 1, li jrid jitqies bħala għajnuna kompatibbli mas-suq intern għall-istess raġunijiet li kienu japplikaw għall-għajnuna approvata fid-deċiżjoni tal-2020, filwaqt li titqies ukoll il-maturità kuntrattwali tal-premessa 331. |
|
(350) |
Konsegwentement, il-Kummissjoni ssib li d-dubji espressi qabel dwar l-għoti tal-każijiet addizzjonali ta’ għajnuna ġew eliminati. Għalhekk, dawn il-każijiet ta’ għajnuna illegali rkuprati sadanittant ma jqajmux dubji dwar il-kompatibbiltà mas-suq intern, skont it-tifsira tal-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE, tal-għajnuna li tirfed il-pjan ta’ ristrutturar rivedut. |
5.4. Użu ħażin tal-għajnuna għar-ristrutturar
|
(351) |
Fid-deċiżjoni ta’ estensjoni tagħha, il-Kummissjoni tenniet li, f’konformità mal-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE, l-għajnuna maħsuba biex tiffaċilita l-iżvilupp ta’ ċerti attivitajiet ekonomiċi tista’ titqies kompatibbli mas-suq intern meta tali għajnuna ma taffettwax b’mod negattiv il-kundizzjonijiet tal-kummerċ sa punt li jmur kontra l-interess komuni. |
|
(352) |
Il-Kummissjoni tenniet ukoll id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 108(2) tat-TFUE u tal-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) 2015/1589, li jiddikjaraw li kwalunkwe użu ħażin tal-għajnuna jista’ jwassal sabiex l-Istat Membru kkonċernat ikollu jibdilha jew jirrevokaha. |
|
(353) |
Fid-deċiżjoni tagħha tal-2020, il-Kummissjoni sabet li l-għajnuna għar-ristrutturar ta’ Corsair kienet kompatibbli mal-Artikolu 107(3)(c) tat-TFUE soġġetta għal konformità sħiħa mal-pjan ta’ ristrutturar u mal-miżuri li jillimitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni li ġew inklużi fih (il-premessa 101 tad-deċiżjoni tal-ftuħ). Barra minn hekk, l-awtoritajiet Franċiżi kienu impenjaw ruħhom li jissottomettu rapporti biannwali lill-Kummissjoni sabiex jiżguraw monitoraġġ regolari tal-implimentazzjoni tal-pjan, tal-iżborżi tal-għajnuna u ta’ kwalunkwe devjazzjoni mit-trajettorji finanzjarji approvati inizjalment (il-premessa 102 tad-Deċiżjoni tal-2020). |
|
(354) |
F’konformità mal-punti 122, 126 u 129 tal-Linji Gwida S&R, kwalunkwe nuqqas fl-implimentazzjoni tal-pjan jew kwalunkwe għajnuna addizzjonali mogħtija barra mid-deċiżjoni inizjali trid tiġi nnotifikata lill-Kummissjoni u trid titqies bħala użu ħażin tal-għajnuna inizjali. |
5.4.1. Ir-rekwiżit li l-flotta tiġi limitata għal disa’ inġenji tal-ajru
|
(355) |
Fid-deċiżjoni tal-ftuħ tagħha, il-Kummissjoni sabet li l-użu tal-għajnuna għar-ristrutturar ta’ Corsair li kien qed jikser l-impenji meħuda skont id-deċiżjoni tal-2020, b’mod partikolari l-limitazzjoni tal-flotta għal disa’ inġenji tal-ajru kif stabbilit fil-premessa 88(b) ta’ dik id-deċiżjoni, jista’ jikkostitwixxi użu ħażin tal-għajnuna skont it-tifsira tal-Artikolu 108(2) tat-TFUE (il-premessa 65 tad-deċiżjoni ta’ estensjoni). Imbagħad, jekk dan ikun il-każ, jenħtieġ li l-Kummissjoni tiddeċiedi jekk jenħtieġx li Franza tabolixxi l-għajnuna approvata jew le billi tirkupraha jew billi temendaha sa skadenza li għandha tiġi ddeterminata. |
|
(356) |
Fuq il-bażi tal-osservazzjonijiet magħmula mill-kompetituri u l-informazzjoni kkomunikata mill-awtoritajiet Franċiżi, il-Kummissjoni sabet li, matul l-istaġuni tas-sajf tal-IATA tal-2023 u l-2024, Corsair kienet operat flotta magħmula minn mill-inqas għaxar inġenji tal-ajru billi nnoleġġat b’mod ripetut inġenji tal-ajru għal perjodi ta’ żmien estiżi (il-premessi 48 sa 62 tad-deċiżjoni ta’ estensjoni). L-awtoritajiet Franċiżi rrikonoxxew li l-limiti kienu nqabżu filwaqt li ddikjaraw li dawn kienu każijiet ta’ darba li kienu ġġustifikati minħabba ċirkostanzi eċċezzjonali lil hinn mill-kontroll ta’ Corsair (ara l-premessa 49 tad-deċiżjoni ta’ estensjoni). |
|
(357) |
Madankollu, fir-rigward tad-daqs tal-flotta ta’ Corsair għall-2021 u għall-2022, l-informazzjoni mogħtija mill-awtoritajiet Franċiżi turi li kwalunkwe qbiż tal-limitu stabbilit fid-deċiżjoni tal-2020 jista’ jiġi spjegat mil-latenza inerenti għall-proċess ta’ reġistrazzjoni għall-inġenji tal-ajru u mhux min-noleġġar tal-għaxar ajruplan (ara l-premessa 62 tad-deċiżjoni ta’ estensjoni). |
|
(358) |
F’dan il-kuntest, il-Kummissjoni sostniet li l-qbiż tal-flotta massima approvata jista’ jikkostitwixxi użu ħażin tal-għajnuna skont it-tifsira tal-Artikolu 20 tar-Regolament (UE) 2015/1589 (ara l-premessa 65 tad-deċiżjoni ta’ estensjoni). Għalhekk, hija ddeċidiet li tespandi l-proċedura ta’ skrutinju formali biex tivvaluta jekk dan il-ksur tal-limitu tal-flotta kienx jixħet dubju fuq il-kompatibbiltà tal-għajnuna għar-ristrutturar approvata fid-deċiżjoni tal-2020, u fejn applikabbli, biex tivverifika d-daqs reali tal-flotta ta’ Corsair matul il-perjodu ta’ ristrutturar estiż. |
5.4.2. Valutazzjoni tal-bidliet li għandhom isiru fl-għajnuna għar-ristrutturar
|
(359) |
Madankollu, l-informazzjoni sottomessa minn Franza turi l-karattru de minimis tat-tluq identifikat mid-deċiżjoni tal-2020; dan ma jikkontradixxuhx l-osservazzjonijiet tal-partijiet terzi. |
|
(360) |
B’mod partikolari, il-Kummissjoni tinnota li l-użu minn Corsair ta’ inġenji tal-ajru addizzjonali mill-2020 baqa’ strettament eċċezzjonali, iġġustifikat minn ċirkostanzi esterni lil hinn mill-kontroll tal-kumpanija (bħad-dewmien fil-konsenji, imperattivi tas-sikurezza jew l-operazzjonijiet ta’ manutenzjoni) u fil-prattika qatt ma wassal sabiex fil-fatt jinqabeż il-limitu massimu ta’ disa’ inġenji tal-ajru kif stabbilit fid-deċiżjoni tal-2020. Dawn il-każijiet ta’ darba, li jirrappreżentaw inqas minn [...] % tal-attività koperta mill-pjan ta’ ristrutturar, urew li kienu limitati fid-durata u ma kellhom ebda impatt sinifikanti fuq il-kompetizzjoni, kif ikkonfermat mill-istudju sottomess mill-awtoritajiet Franċiżi (ara l-premessa (xx)). Barra minn hekk, il-Kummissjoni tinnota li l-proċedura ta’ investigazzjoni formali estiża ma ddeterminatx li Corsair kienet qabżet il-limitu massimu tal-flotta la fl-2021 u lanqas fl-2022. Il-partijiet interessati ma pprovdew l-ebda evidenza li tikkontradixxi l-ispjegazzjonijiet mogħtija mill-awtoritajiet Franċiżi kif stabbilit fil-premessa 357. L-uniċi każijiet li fihom instab li Corsair qabżet il-limiti massimi jikkonċernaw l-avvenimenti tal-2023 u tal-2024. |
|
(361) |
Għalhekk, il-Kummissjoni ssostni li anke jekk tiġi nnotata irregolarità formali, din hija strettament negliġibbli. Għalhekk, il-Kummissjoni tikkunsidra li, minflok ma timponi xi rkupru tal-għajnuna għar-ristrutturar ikkonċernata, emenda tal-għajnuna tikkostitwixxi miżura suffiċjenti biex jiġu indirizzati l-irregolaritajiet identifikati, f’konformità mal-Artikolu 108(2) tat-TFUE. |
|
(362) |
F’dan il-każ, il-Kummissjoni tikkunsidra li peress li l-użu ħażin jikkonċerna miżura li tillimita d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni, trid issir ukoll emenda xierqa tal-għajnuna għall-pjan tal-miżuri ta’ kompetizzjoni. Għalhekk, huma neċessarji kundizzjonijiet jew miżuri addizzjonali sabiex jitnaqqsu d-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni meta mqabbla mal-miżuri ppjanati għall-għajnuna inizjali u li jmorru lil hinn mill-miżuri kkalibrati fir-rigward tal-għajnuna l-ġdida. Ir-rinunzja permanenti ta’ 700 slot ta’ ħin fl-ajruport Paris-Orly u t-tnaqqis tar-rotazzjonijiet minn Franza metropolitana għal Fort de France, Pointe à Pitre u Réunion se jissodisfaw dan ir-rekwiżit. Dawn huma miżuri li jnaqqsu l-ostakli għad-dħul jew jiffaċilitaw l-espansjoni tal-kompetituri bbażati f’Paris-Orly, fl-ewwel każ, u li għandhom fil-mira rotot speċifiċi fejn in-noleġġ temporanju tal-għaxar ajruplan seta’ kellu effetti diretti jew indiretti, fit-tieni każ. |
|
(363) |
Għaż-żewġ miżuri, peress li l-ebda waħda minnhom ma kienet tapplika għall-għajnuna għar-ristrutturar inizjali, l-istabbiliment tagħhom bħala kundizzjonijiet jirriżulta f’bidliet fl-għajnuna diġà approvata. Madankollu, ma hemmx bżonn li ssir distinzjoni formali bejn il-miżuri li għandhom jittieħdu jew l-impenji proposti minn Franza mill-kundizzjonijiet speċifiċi li jemendaw l-għajnuna approvata inizjalment. Għalhekk, it-termini kollha li għandhom jiġu rrispettati minn Franza – minn Corsair jekk ikun hemm bżonn – iridu jiġu riflessi fil-kundizzjonijiet mehmuża mal-approvazzjoni tal-għajnuna. |
5.5. Monitoraġġ tal-konformità mad-deċiżjoni
|
(364) |
Barra minn hekk, minħabba l-każijiet fejn ingħatat għajnuna addizzjonali lil Corsair fl-2021 u fl-2022, u n-nonkonformità mal-limitazzjonijiet fuq id-daqs tal-flotta tal-inġenji tal-ajru fl-2023 u fl-2024, jenħtieġ li tiġi żgurata konformità stretta mal-kundizzjonijiet kollha stabbiliti f’din id-Deċiżjoni, u hekk ukoll il-kapaċità li jiġi vverifikat li dan ikun il-każ. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni tqis li huwa neċessarju li tintroduċi obbligu biex tkun tista’ tivverifika l-konformità mad-deċiżjoni tagħha, li Franza se jkollha tirrispetta, permezz tal-intermedjarju ta’ trustee indipendenti kemm tal-awtoritajiet Franċiżi kif ukoll ta’ Corsair. Din it-trustee, li se jkollha tiġi approvata mill-Kummissjoni, tkun responsabbli għall-monitoraġġ mill-qrib tal-konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fid-deċiżjoni, inkluża l-implimentazzjoni preċiża tal-pjan ta’ ristrutturar rivedut u l-verifika tar-riżultati miksuba meta mqabbla ma’ dawk mistennija fit-trajettorji finanzjarji korrispondenti. L-awtoritajiet Franċiżi, f’kooperazzjoni ma’ Corsair, se jgħaddu kwalunkwe informazzjoni u jieħdu l-miżuri neċessarji kollha sabiex it-trustee tkun tista’ twettaq dmirijietha kif xieraq. It-trustee tissottometti rapporti regolari lill-Kummissjoni, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. L-għajnuna għar-ristrutturar fl-ammont ta’ EUR 167,8 miljun, li minnhom EUR 80 miljun permezz tal-kanċellazzjoni ta’ djun pubbliċi li jikkorrispondu għall-ammont ta’ self mill-Istat mogħti bħala parti mill-pjan ta’ ristrutturar tal-2020, u EUR 87,8 miljun permezz ta’ għajnuna addizzjonali, li r-Repubblika Franċiża qed tippjana li timplimenta għall-benefiċċju tal-entità ekonomika li tinkludi lil Corsair SAS u s-sussidjarji kollha taħt il-kontroll tagħha, kif ukoll is-EUR 6 miljun diġà mogħtija lil Corsair SAS fl-2020 bħala parti mill-investiment li sar mill-kumpanija Outre-Mer R-Plane f’Corsair, huma kompatibbli mas-suq intern, soġġetti għall-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2.
Artikolu 2
1. Ir-Repubblika Franċiża għandha tiżgura li Corsair SAS, jew is-sussidjarji tagħha fejn applikabbli, jimplimentaw bis-sħiħ u immedjatament il-miżuri inklużi fil-pjan ta’ ristrutturar rivedut kif deskritt f’din id-Deċiżjoni.
2. Ir-Repubblika Franċiża għandha tiżgura li Corsair SAS, jew is-sussidjarji tagħha fejn applikabbli, jimplimentaw bis-sħiħ u immedjatament il-miżuri li jillimitaw id-distorsjonijiet tal-kompetizzjoni kif deskritti f’din id-Deċiżjoni, jiġifieri:
|
(a) |
il-limitazzjoni tal-flotta ta’ Corsair SAS għal disa’ inġenji tal-ajru sa tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar rivedut; |
|
(b) |
it-tnaqqis b’97 rotazzjoni tal-għadd ta’ rotazzjonijiet imwettqa minn Corsair SAS bejn l-ajruport ta’ Paris-Orly u l-ajruporti tat-tliet destinazzjonijiet, Pointe-à-Pitre, Fort-de-France u Réunion, sa tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar rivedut; |
|
(c) |
iċ-ċediment b’mod irrevokabbli ta’ 700 slot ta’ ħin fl-ajruport Paris-Orly mill-aktar fis possibbli u mhux aktar tard minn qabel it-tmiem tal-perjodu ta’ ristrutturar rivedut; |
|
(d) |
it-tqegħid għad-dispożizzjoni għal parti terza waħda jew aktar mill-aktar fis possibbli ta’ 800 slot ta’ ħin fl-ajruport Paris-Orly sa tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar rivedut; |
|
(e) |
l-offerta u n-negozjar bona fide ta’ ftehimiet kummerċjali mal-linji tal-ajru li jixtiequ hekk, sa tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar rivedut; |
|
(f) |
iż-żamma lura mill-akkwist ta’ ishma fi kwalunkwe kumpanija, ħlief fejn ikun essenzjali li tiġi żgurata l-vijabbiltà fit-tul ta’ Corsair SAS, jew tas-sussidjarji tagħha fejn applikabbli, u f’dak il-każ, soġġetti għall-approvazzjoni mill-Kummissjoni tax-xiri, matul il-perjodu ta’ ristrutturar rivedut kollu; u |
|
(g) |
iż-żamma lura milli jiġi ppreżentat appoġġ mill-Istat bħala vantaġġ kompetittiv meta jiġu kkummerċjalizzati l-prodotti u s-servizzi tagħhom, matul il-perjodu ta’ ristrutturar rivedut kollu. |
Artikolu 3
1. Ir-Repubblika Franċiża għandha tissottometti rapporti regolari dwar l-implimentazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar u l-konformità mal-kundizzjonijiet ta’ din id-Deċiżjoni, kull 3 xhur mid-data tal-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni u sa tmiem il-perjodu ta’ ristrutturar rivedut.
2. Ir-rapporti għandhom jiġu sottomessi permezz ta’ trustee indipendenti mill-benefiċjarju; l-għażla tat-trustee għandha tiġi vvalidata mill-Kummissjoni fi żmien 30 jum mill-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni.
3. Ir-rapporti għandhom jispeċifikaw id-dati tal-iżborż jew tal-għoti reali tal-għajnuna u l-kontribuzzjoni proprja tal-benefiċjarju, l-iżviluppi tan-network, il-pożizzjoni tas-suq, il-flotta tal-inġenji tal-ajru u l-użu tagħha minn Corsair SAS. Ir-rapporti għandhom jinvestigaw kwalunkwe devjazzjoni mit-trajettorji finanzjarji jew operazzjonali fil-pjan ta’ ristrutturar rivedut f’termini ta’ dħul, kontroll u tnaqqis tal-kostijiet, u r-riżultati miksuba permezz tar-ristrutturar; fejn applikabbli, dawn għandhom juru l-miżuri korrettivi implimentati jew li għandhom jiġu implimentati biex jinkisbu r-riżultati stabbiliti fil-pjan. Il-konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 2 ta’ din id-Deċiżjoni għandha tiġi vvalutata b’mod komprensiv mit-trustee f’kull rapport sabiex jimmarka mingħajr dewmien kwalunkwe devjazzjoni identifikata jew prevedibbli.
Artikolu 4
Din il-proċedura ta’ investigazzjoni formali stabbilita fl-Artikolu 108(2) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, sa fejn tikkonċerna l-għajnuna mill-Istat fl-ammont ta’ EUR 32,4 miljun mogħtija mir-Repubblika Franċiża bejn l-2021 u l-2022 lil Corsair SAS bi ksur tal-Artikolu 108(3) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u minn meta ġie stabbilit li Corsair SAS ħallset lura l-għajnuna bl-imgħax, ma għandhiex skop.
Artikolu 5
Ir-Repubblika Franċiża għandha tinforma lill-Kummissjoni, fi żmien xahar min-notifika ta’ din id-Deċiżjoni, dwar il-miżuri li hija ħadet u li beħsiebha tieħu sabiex tikkonforma magħha.
Artikolu 6
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika Franċiża.
Magħmul fi Brussell, it-23 ta’ Diċembru 2025.
Għall-Kummissjoni
Teresa RIBERA
Viċi President Eżekuttiv
(1) ĠU C, C/2024/2822, 24.4.2024 u ĠU C, C/2025/2490, 2.5.2025.
(2) ĠU C 249, 31.7.2014, p. 1.
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Diċembru 2020 fil-kawża SA.58463 (2020/N) – Franza – Għajnuna għar-ristrutturar għal Corsair SA (ĠU C 41, 5.2.2021, p. 8).
(4) F’konformità mal-Artikolu 107(2)(b) tat-TFUE, fl-istess jum il-Kummissjoni approvat EUR 30,2 miljun f’għajnuna lil Corsair fil-forma ta’ kreditu tat-taxxa ekstra-Ewropew (kreditu tat-taxxa għal kumpaniji bbażati fid-dipartimenti, fir-reġjuni u fil-kollettivitajiet Franċiżi ekstra-Ewropej). Dik l-għajnuna kkumpensat lil Corsair għad-dannu mġarrab mis-17 ta’ Marzu sat-30 ta’ Ġunju 2020 bħala riżultat tal-miżuri ta’ konteniment u r-restrizzjonijiet fuq l-ivvjaġġar introdotti minn Franza u minn pajjiżi oħra tad-destinazzjoni biex jillimitaw it-tixrid tal-virus tal-COVID-19. Ara d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-11 ta’ Diċembru 2020 fil-kawża SA.58125, (2020/N) – Franza – Corsair – Kumpens għall-ħsara kkawżata mit-tifqigħa tal-COVID-19 (ĠU C 242, 24.6.2022, p. 1).
(5) Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2024) 8537 final tal-5 ta’ Frar 2024 fil-Każ SA.109662 – Franza – Emenda tal-għajnuna u tal-pjan ta’ ristrutturar għal Corsair (ĠU/C/2024/2822, 24.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/2822/oj).
(6) ĠU C, C/2025/2490, 2.5.2025.
(7) OMRP hija kumpanija azzjonarja stabbilita fl-24 ta’ Awwissu 2020 bħala parti mill-irkupru u r-ristrutturar ta’ Corsair fil-kuntest tal-kriżi tal-COVID-19. L-uniku għan ta’ OMRP huwa li żżomm u timmaniġġja s-sehem f’Corsair, u tgħaqqad flimkien l-azzjonisti involuti fis-salvataġġ tal-kumpanija, inklużi investituri privati u atturi pubbliċi. OMRP ma twettaqx operazzjonijiet hija stess, u hija l-veikolu tal-kapital li permezz tiegħu l-azzjonisti jeżerċitaw id-drittijiet tagħhom u jassumu r-riskju ekonomiku assoċjat mar-ristrutturar ta’ Corsair. Xi wħud mill-azzjonisti privati ta’ OMRP li jixtiequ jinvestu mill-ġdid f’Corsair raggruppati fi ħdan il-kumpanija azzjonarja Blue Sky, li akkwistat kapital f’Corsair bħala parti mill-emenda tal-pjan ta’ ristrutturar tagħha (ara d-dokument “Firm Offer”, l-Anness 2, mibgħut lill-Kummissjoni fil-15 ta’ Diċembru 2023).
(8) Blue Sky Holding, SAS, bl-uffiċċju reġistrat tagħha fl-Aéroport Guadeloupe Pôle Caraïbes, hija konsorzju privat li jinkludi xi wħud mill-eks azzjonisti ta’ Corsair.
(9) Groupe Advens-Geocoton huwa grupp privat industrijali u ta’ servizz ta’ oriġini Franċiża, attiv b’mod partikolari fis-setturi tat-tessuti, tal-agroindustrija, tal-loġistika u tas-servizzi diġitali bi preżenza storika fl-Afrika u fit-territorji ekstra-Ewropej. Dan ġie fformat mill-fużjoni ta’ Advens u ta’ Geocoton u għandu esperjenza rikonoxxuta fil-ġestjoni tal-attivitajiet f’ambjenti kumplessi u intensivi fil-kapital.
(10) SEMPAT (Société d’Économie Mixte Patrimoniale région Guadeloupe) hija kumpanija semipubblika li l-missjoni tagħha hija li tinvesti fi proġetti ekonomiċi ta’ interess strateġiku għat-territorji ta’ Guadeloupe, u li tappoġġahom, https://www.sempatrimoniale.com/a-propos. Fil-kuntest tar-ristrutturar ta’ Corsair, SEMPAT taġixxi bħala investitur pubbliku minoritarju, u tipprovdi finanzjament mogħti mir-Reġjun ta’ Guadeloupe.
(11) Blue Sky Holding, Groupe Advens-Geocoton u SEMPAT impenjaw ruħhom ukoll li jinvestu, f’kapital, is-somma addizzjonali ta’ EUR [5–20] miljun jekk il-fluss tal-flus fl-aħħar tax-xahar ta’ Corsair jaqa’ taħt il-livell limitu ta’ EUR [20–60] miljun. Dan l-impenn iservi biex jipprovdi sigurtà addizzjonali jekk il-parametri tal-pjan ta’ ristrutturar rivedut ta’ Corsair jiddeterjoraw, u biex tiżdied il-kontribuzzjoni proprja tal-investituri privati.
(12) Ir-“RASK” jirrappreżenta d-dħul kollu ġġenerat minn linja tal-ajru meta mqabbel mal-għadd totali ta’ kilometri ta’ sits disponibbli (ASK) matul perjodu partikolari.
(13) Wara li l-azzjonist storiku OMRP tneħħa kompletament billi ġew ikkanċellati l-ishma kollha tiegħu.
(14) Li jikkorrispondi għall-ammont tal-lokazzjoni ta’ kull xahar tal-inġenju tal-ajru sat-30 ta’ Settembru 2025, jiġifieri għat-terminu tal-pjan ta’ ristrutturar rivedut.
(15) Il-kreditu tat-taxxa ekstra-Ewropew, irregolat mill-Artikolu 244 quater W tal-Kodiċi Ġenerali Franċiż tat-Taxxa, huwa benefiċċju tat-taxxa għall-investimenti fid-dipartimenti ekstra-Ewropej. Din il-miżura normalment ma tkunx disponibbli għal impriżi f’diffikultà. Madankollu, l-Istat Franċiż jimpenja ruħu li jagħmel l-aħjar sforzi tiegħu biex jagħtihom lil Corsair, permezz ta’ deroga, minkejja l-istatus tagħha bħala impriża f’diffikultà.
(16) L-awtoritajiet Franċiżi jindikaw li l-bilanċ tad-dejn pubbliku mhux remessibbli, jiġifieri 5,5 miljun, se jitħallas lura fl-istess ħin li jitħallas il-kreditu tat-taxxa tal-2026 (li jikkorrispondi għall-kreditu tat-taxxa ekstra-Ewropew li għandu jitħallas lil Corsair mill-Istat Franċiż skont l-Artikolu 107(2)(b) tat-TFUE).
(17) Il-finanzjament elenkat fil-Premessa 39(iii) u (iv) huwa pprovdut permezz tal-Commission des chefs des services financiers (CCSF), li hija parti mid-Direttorat Ġenerali għall-Finanzi Pubbliċi tal-Ministeru tal-Ekonomija, https://www.economie.gouv.fr/dgfip/une-mission-de-soutien-aux-entreprises.
(18) Ara l-Anness 5 tad-Dokument dwar il-kundizzjonijiet iffirmat fis-7 ta’ Novembru 2025.
(19) F’dak ir-rigward, l-awtoritajiet Franċiżi jindikaw li, fil-kuntest tad-deċiżjoni tal-2020, l-ammont totali tas-self mogħti mill-Istat (EUR 80 miljun) kien ingħadd bħala għajnuna mill-Istat, mhux biss il-vantaġġ ekonomiku mogħti lil Corsair minn self mogħti mill-Istat meta mqabbel ma’ self simili mogħti minn attur privat.
(22) Għall-finijiet tal-evalwazzjoni tal-pjan ta’ ristrutturar ta’ Corsair u tal-valutazzjoni tal-profittabbiltà futura tal-kumpanija, il-kost tal-kapital medju ponderat (WACC) ta’ Corsair ġie stmat mill-awtoritajiet Franċiżi għal [8,6–10,5] % fi tmiem il-pjan ta’ ristrutturar, jiġifieri sal-2026. Dan id-WACC jiġi kkalkolat fuq il-bażi tal-formula standard li tippondera l-kost tad-dejn (RD) kontra l-kost tal-ekwità. Il-kost tal-ekwità (RE) jiġi kkalkolat għal [...] % abbażi tal-formula CAPM (mudell tal-ipprezzar tal-assi kapitali (RE = RFR + βE × ERP + Premium tar-Riskju), inkluż premium tar-riskju u b’rata mingħajr riskju (RF) projettata għal [...] % għall-2027, premium tar-riskju tal-ekwità (ERP) ta’ [...] % għal Franza u beta tal-ekwità (βE) ta’ 1,09). Żdied premium ta’ illikwidità ta’ [...] % skont il-premium tar-riskju biex jikkumpensa għall-fatt li Corsair ma hijiex elenkata. Il-kost tad-dejn (RD) wara t-tnaqqis tat-taxxa, stmat għal [...] %, huwa bbażat fuq rata ta’ qabel it-taxxa ta’ [...] % u rata tat-taxxa effettiva ta’ [...] %. Dawn iż-żewġ komponenti huma ponderati minn ingranaġġ finanzjarju ta’ [...] %, stmat abbażi tal-medja għas-settur Ewropew tat-trasport bl-ajru. Il-Kummissjoni tinnota wkoll li l-kost medju tal-kapital għas-settur tat-trasport bl-ajru fl-Ewropa, stmat mill-Professur Damodaran, sors rikonoxxut użat fl-evalwazzjoni finanzjarja, kien ta’ madwar 8 % fl-2025 u għalhekk jikkostitwixxi livell inferjuri fir-rigward tal-evalwazzjoni Franċiża (ara: https://pages.stern.nyu.edu/~adamodar/New_Home_Page/datacurrent.html).
(23) ĠU C 91 I, 20.3.2020, p. 1, kif emendat l-aħħar fit-18 ta’ Novembru 2021 (ĠU C 473, 24.11.2021, p. 1).
(24) E. Combe, A. Chapsal, P. Lissot, Analysis of the economic effects of Corsair’s cessation of activity, studju datat is-7 ta’ Marzu 2024, ikkummissjonat minn Corsair.
(30) L-Artikoli L611-3 et seq. tal-Kodiċi Kummerċjali.
(31) Is-sentenza tal-4 ta’ Ġunju 2015, Il-Kummissjoni vs MOL, C-15/14 P, ECLI:EU:C:2015:362, il-punt 60.
(32) L-Avviż tal-Kummissjoni dwar il-kunċett ta’ għajnuna mill-Istat kif imsemmi fl-Artikolu 107(1) tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU C 261, 19.7.2016, p. 1), il-paragrafu 48 u l-ġurisprudenza ċċitata.
(33) Ibid., il-paragrafu 49 u l-ġurisprudenza ċċitata.
(34) Il-Kawża C-482/99, Franza vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:C:2002:294, il-punt 36.
(35) Il-Kawża C-425/19 P, L-Italja vs Il-Kummissjoni, ECLI:EU:C:2021:154, il-punt 67.
(36) L-Artikoli L6527-1 sa L6527-4 u L6527-8 tal-Kodiċi tat-Trasport.
(37) Il-fatt li l-Istat jaħtar ir-rappreżentanti kollha ta’ organizzazzjoni interprofessjonali ma jfissirx li dawn huma rappreżentanti tal-Istat, ara s-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-30 ta’ Jannar 1985, Bureau national interprofessionnel du cognac (BNIC) vs Guy Clair, C-123/83, il-punti 18 u 19.
(38) Ara r-riżoluzzjoni tal-bord tal-ġestjoni speċjali tas-CRNP tas-7 ta’ Novembru 2023, mibgħuta mill-awtoritajiet Franċiżi fl-10 ta’ Frar 2025.
(39) Id-Deċiżjoni C(2020) 2059 tat-30 ta’ Marzu 2020 fil-Każ SA.56823 (2020/N) – Franza – Fonds de solidarité à destination des entreprises particulièrement touchées par les conséquences économiques, financières et sociales de la propagation de l’épidémie COVID-19 et des mesures prises pour limiter cette propagation (ĠU C 144, 30.4.2020, p. 1); Id-Deċiżjoni C(2021) 1706 final tad-9 ta’ Marzu 2021 fil-Każ SA.61330 (2021/N) – Franza COVID-19: Régime d’aides destinées à compenser les coûts fixes non couverts des entreprises (ĠU C 242, 7.7.2023, p. 1) u d-Deċiżjoni C(2021) 8710 final tas-26 ta’ Novembru 2021 fil-Każ SA.64114 (2021/N) – Franza COVID 19 - Compensation partielle des charges fixes des entreprises affectées par la crise COVID-19 en raison des mesures administratives d’interdiction d’accueil du public (ĠU C 500, 10.12.2021, p. 1). Ara wkoll il-premessa 27 tad-deċiżjoni ta’ estensjoni.
(40) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2015/1589 tat-13 ta’ Lulju 2015 li jistabblixxi regoli dettaljati għall-applikazzjoni tal-Artikolu 108 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (ĠU L 248, 24.9.2015, p. 9).
(41) Is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-22 ta’ Settembru 2020, L-Awstrija vs Il-Kummissjoni (Hinkley Point C), C-594/18 P, ECLI:EU:C:2020:742, il-punt 19.
(42) Għal Franza, dan jikkonċerna b’mod partikolari lil Guadeloupe, Martinique, Réunion, Saint-Barthélemy u Saint-Martin.
(43) Il-punt 124 tal-Linji Gwida S&R.
(44) Ara l-applikazzjoni għal linja tal-ajru ta’ daqs medju li taqdi segmenti speċifiċi tad-domanda għat-trasport tal-passiġġieri fil-Każ SA.57026 (2020/N) – Ir-Rumanija COVID-19: Għajnuna għal Blue Air, ĠU C 430, 11.12.2020, kif ikkonfermata mis-Sentenza tal-Qorti Ġenerali tad-29 ta’ Marzu 2023, Wizz Air Hungary Zrt. vs Il-Kummissjoni Ewropea, T-142/21, ECLI:EU:T:2023:164, il-punti 66 sa 74.
(45) [...].
(46) Il-punt 16 tad-Dokument dwar il-kundizzjonijiet, u l-pjan ta’ ristrutturar anness tiegħu, jistabbilixxi li l-inġenji tal-ajru ffinanzjati mis-CIOM se jkollhom bżonn jiġu operati fuq rotot ekstra-Ewropej għal [...] % tal-ħin tat-titjir tagħhom u għal destinazzjonijiet oħra għal [...] %.
(47) Il-premessi 60 sa 65 tad-deċiżjoni tal-2020.
(48) Sors: Il-paġna 7 tal-pjan ta’ ristrutturar aġġornat kif sottomess lill-Kummissjoni fil-15 ta’ Diċembru 2025.
(49) Medja kkalkolata mill-Kummissjoni għal Condor, SAS, TAP, TAROM.
(50) L-istudju jistma d-WACC fi tmiem il-pjan ta’ ristrutturar abbażi tad-data tas-suq u mhux fir-rigward tas-sitwazzjoni preżenti ta’ Corsair u l-kostijiet intrinsiċi ta’ finanzjament u t-tbassir ta’ ingranaġġ finanzjarju tagħha fi tmiem il-perjodu fl-2026. Dan huwa konsistenti ma’ analiżi tal-kapaċità tal-impriża li tkopri l-kostijiet kapitali tagħha fit-tul f’kundizzjonijiet normali tas-suq. L-alternattiva hija li jiġi stmat il-kost tal-opportunità tal-kapital meta l-kapital (jew id-dejn) jiġi investit u analizzat.
(51) L-approċċ jiffavorixxi parametri settorjali standardizzati aktar milli data idjosinkratika dwar il-benefiċjarju li tirrifletti l-għajnuna mill-Istat mogħtija lill-benefiċjarju ta’ għajnuna għar-ristrutturar, bħal, fil-każ ta’ Corsair, it-tħassir ta’ pretensjonijiet pubbliċi.
(52) L-approċċ jagħmilha possibbli li jintwera r-riskju sistemiku li huwa speċifiku għas-settur tat-trasport bl-ajru aktar milli l-profil tar-riskju tranżitorju ta’ Corsair.
(53) Il-previżjonijiet tas-suq u s-suppożizzjonijiet makroekonomiċi t-tnejn jindikaw li l-euro qed tistabbilizza, jew saħansitra qed tiżdied bi ftit, kontra d-dollaru Amerikan matul il-perjodu 2025–2027. L-ewwel nett, il-projezzjonijiet tekniċi tal-Eurosistema jistmaw li r-rata tal-kambju EUR/USD tista’ tipprogressa b’mod modest bejn l-2025 u l-2027, u tiżdied minn madwar 1,08 fl-2025 għal 1,11 imbagħad għal 1,13 fl-2026–2027, u tirrappreżenta żieda fl-euro meta mqabbla ma’ livelli preċedenti, f’kuntest ta’ prezzijiet tal-materja prima li qed jonqsu u titjib fir-rati fit-tul fiż-żona tal-euro. It-tieni, il-previżjonijiet tal-professjonisti tas-suq (l-Istħarriġ tal-Bassara Professjonisti tal-BĊE) juru żieda mistennija fl-euro kontra d-dollaru, b’rati ta’ EUR/USD antiċipati li jkunu ogħla għall-2026 meta mqabbla mal-2025, wara trajettorja ’l fuq, fuq it-terminu medju. Dan huwa appoġġat minn previżjonijiet fuq l-istess nota minn istituzzjonijiet finanzjarji internazzjonali; xi wħud jikkunsidraw li l-euro jista’ jaqbeż il-livell limitu ta’ USD 1,15 sa 1,20 fuq bażi fit-tul matul l-2025/2026 minħabba fatturi strutturali bħad-diverġenzi potenzjali fil-politiki monetarji tal-Bank Ċentrali Ewropew u tar-Riżerva Federali tal-Istati Uniti, kif ukoll ir-reżiljenza relattiva tal-ekonomija taż-żona tal-euro. B’mod ġenerali, dawn il-kunsiderazzjonijiet ibbażati fuq il-fatti jappoġġaw suppożizzjoni li l-euro se tistabbilizza qabel ma tiżdied bi ftit kontra d-dollaru matul il-perjodu inkwistjoni.
(54) Id-data miġbura dwar is-suq tal-prodotti tal-petroleum u s-suq tal-futuri turi xejra ġenerali ta’ moderazzjoni fil-prezz tal-fjuwil distillat, inkluż għall-kerosin, li l-prezz tiegħu kien ra żidiet kbar fil-volatilità fl-2022 u fl-2023. Il-prezzijiet internazzjonali taż-żejt grezz, li huma l-fattur ewlieni fil-kost tal-kerosin, naqsu b’mod sinifikanti mill-ogħla livelli milħuqa f’dawn l-aħħar snin u baqgħu f’livelli storikament aktar baxxi fl-2025, bil-Brent spiss ipprezzat taħt is-USD 70 għal kull barmil, u dan jirrifletti provvista żejda u domanda globali aktar dgħajfa milli mistenni. Previżjoni affidabbli turi li din ix-xejra ’l isfel tista’ testendi għall-2026 u għall-2027, bi stimi li jpoġġu l-prezzijiet tal-Brent għal madwar USD 58–60 għal kull barmil fit-terminu medju, li jikkorrispondi għal livell sinifikament aktar baxx mill-ogħla livelli riċenti u li jeżerċita pressjoni ’l isfel fuq il-prezzijiet tal-kerosin.
Barra minn hekk, is-swieq tal-futuri għall-prodotti distillati juru stabbilizzazzjoni tal-premiums tal-fjuwil tal-ġettijiet (kerosin) meta mqabbla ma’ fjuwils distillati oħrajn, li huwa sinjal li l-aspettattivi tat-tensjonijiet fil-provvista qed jonqsu. Il-premiums Ewropej tal-fjuwil tal-ġettijiet kontra l-futuri taż-żejt tal-gass kważi sparixxew, u dan jirrifletti tnaqqis fil-biża’ ta’ skarsezza u normalizzazzjoni tal-istrutturi tal-prezzijiet fis-swieq tal-futuri (ara: https://www.argusmedia.com/en/news-and-insights/latest-market-news/2707526-european-jet-premiums-collapse-on-ice-gasoil-strength?utm_source=chatgpt.com).
F’dan il-kuntest, il-kombinament ta’ prezzijiet taż-żejt grezz dejjem aktar moderati b’mod persistenti u ta’ tnaqqis fil-premiums tal-prodotti distillati huwa rifless fl-aspettattivi li l-prezz tal-kerosin tal-avjazzjoni se jibqa’ stabbli jew jonqos bi ftit matul il-perjodu ta’ ppjanar 2025–2027, li jnaqqas b’mod sinifikanti l-ponderazzjoni tar-riskju fuq il-marġini operazzjonali tal-linji tal-ajru li huma dipendenti fuq dan il-fjuwil essenzjali, bħal Corsair.
(55) Ara l-premessa 32 tad-deċiżjoni tal-ftuħ li ma tagħmel l-ebda dikjarazzjoni dwar l-imgħax fuq is-self abbandunat tal-FDES u tal-PP.
(56) Ara l-Anness 5 tad-Dokument dwar il-Kundizzjonijiet iffirmat fis-7 ta’ Novembru 2025.
(57) L-Anness II tad-Dokument dwar il-kundizzjonijiet: Il-preżentazzjoni “Gwalior project”, it-23 ta’ Mejju 2025, p. 11.
(58) Eurocontrol, European Aviation Overview, it-23 ta’ Jannar 2025. Data ta’ Corsair estratta mill-proġett Gwailor, it-23 ta’ Mejju 2025, p. 11.
(59) IATA, The Value of Air Transport to France, sors Oxford Economics, 2023.
(60) Id-Deċiżjoni ta’ Diċembru 2020, it-Tabella 1, in-nota f’qiegħ il-paġna, fil-paġna 3 hawn fuq u l-pjan ta’ ristrutturar rivedut.
(61) Id-Deċiżjoni ta’ Diċembru 2020, in-nota f’qiegħ il-paġna, fil-paġna 4 aktar ’il fuq.
(62) F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota li l-għajnuna kkonċernata li rċeviet Corsair fl-2022 ingħatat biex tikkumpensa għall-kostijiet li ġarrbet sa tmiem l-2021 (ara d-deċiżjoni ta’ estensjoni, il-premessa 21(iii) u d-deċiżjoni msemmija fin-nota f’qiegħ il-paġna, fil-paġna 12 tad-deċiżjoni ta’ estensjoni).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/3952/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)