SENTENZA TAL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla)
18 ta’ Diċembru 2025 ( *1 )
“Rinviju għal deċiżjoni preliminari – Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja –Politika tal-ażil – Direttiva 2013/33/UE – Applikanti għall-protezzjoni internazzjonali– Artikolu 7 – Post ta’ residenza – Artikolu 18 – Kundizzjonijiet materjali ta’ akkoljenza – Akkomodazzjoni – Ċentri ta’ akkomodazzjoni – Trasferiment – Rifjut tal-applikant – Artikolu 20(1)(a) – Limitazzjoni tal-benefiċċju tal-kundizzjonijiet materjali ta’ akkoljenza f’irtirar ta’ dan il-benefiċċju f’każijiet eċċezzjonali u debitament iġġustifikati – Abbandun tal-post ta’ residenza mingħajr informazzjoni jew mingħajr awtorizzazzjoni– Artikolu 20(4) – Ksur gravi tar-regoli taċ-ċentru ta’ akkomodazzjoni – Artikolu 20(5) – Proporzjonalità – Livell tal-għajxien dinjituż – Artikolu 21 – Applikanti li jaqgħu taħt il-kategorija ta’ persuni vulnerabbli –Artikolu 23 – Minuri – Fakultà, għal Stat Membru, li jirtira l-kundizzjonijiet materjali ta’ akkoljenza, fil-każ ta’ rifjut tal-applikant li jiġi ttrasferit lejn ċentru ta’ akkomodazzjoni ieħor”
Fil-Kawża C‑184/24 [Sidi Bouzid] ( i ),
li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mit-Tribunale amministrativo regionale per la Lombardia (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali tal-Lombardia, l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tal‑5 ta’ Marzu 2024, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis‑7 ta’ Marzu 2024, fil-proċedura
AF, li jaġixxi f’ismu stess u fil-kwalità tiegħu ta’ rappreżentant legali tal-wild minuri tiegħu BF,
vs
Ministero dell’Interno – U.T.G. – Prefettura di Milano,
IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (Il-Ħames Awla),
komposta minn M. L. Arastey Sahún, Presidenta tal-Awla, J. Passer, E. Regan, D. Gratsias (rapporteur) u B. Smulders, Imħallfin,
Avukat Ġenerali: J. Richard de la Tour,
Reġistratur: A. Calot Escobar,
wara li rat il-proċedura bil-miktub,
wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:
|
– |
għal AF, li qed jaġixxi f’ismu stess u fil-kwalità tiegħu ta’ rappreżentant legali tal-wild minuri tagħha BF, minn M. Gonzo, avvocata, |
|
– |
għall-Gvern Taljan, minn S. Fiorentino u G. Palmieri, bħala aġenti, assistiti minn L. D’Ascia u D. G. Pintus, avvocati dello Stato, |
|
– |
għall-Gvern Belġjan, minn M. Jacobs u M. Van Regemorter, bħala aġenti, assistiti minn A. Deteux, avocat, |
|
– |
għall-Gvern Ċiprijott, minn I. Neophytou u F. Sotiriou, bħala aġenti, |
|
– |
għall-Gvern Pollakk, minn B. Majczyna u D. Lutostańska, bħala aġenti, |
|
– |
għall-Kummissjoni Ewropea, minn F. Blanc, M. Debieuvre u F. Tomat, bħala aġenti, |
wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali, ippreżentati fis-seduta tad‑19 ta’ Ġunju 2025,
tagħti l-preżenti
Sentenza
|
1 |
It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 20 tad-Direttiva 2013/33/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑26 ta’ Ġunju 2013 li tistabbilixxi l-istandards dwar l-akkoljenza ta’ applikanti għall-protezzjoni internazzjonali (ĠU 2013, L 180, p. 96). |
|
2 |
Din it-talba ġiet tressqet fil-kuntest ta’ kawża bejn applikant għal protezzjoni internazzjonali AF, li jaġixxi f’ismu stess u fil-kwalità tiegħu ta’ rappreżentant legali tal-wild minuri tagħha tiegħu BF, lill-Ministero dell’Interno – U.T.G. – Prefettura di Milano (Ministeru tal-Intern – U.T.G. – Prefettura ta’ Milano, l-Italja) dwar id-deċiżjoni tal-Prefettura ta’ Milano (l-Italja) li tneħħi lil AF u lill-wild minuri tiegħu, BF, il-benefiċċju tal-kundizzjonijiet materjali ta’ akkoljenza kollha wara r-rifjut ripetut ta’ AF li jikkonforma ruħu mat-trasferiment tiegħu u għal dak ta’ BF f’ċentru ta’ akkomodazzjoni differenti minn dak li jinsabu fih. |
Il-kuntest ġuridiku
Id-dritt tal-Unjoni
Id-Direttiva 2013/32/KE
|
3 |
L-Artikolu 13 tad-Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill 2013/32/UE tas‑26 ta’ Ġunju 2013 dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali (ĠU 2013, L 180, p. 60). “1. L-applikanti għall-protezzjoni internazzjonali għandhom jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti bl-għan li jistabbilixxu l-identità tagħhom u elementi oħra li ssir referenza għalihom fl-Artikolu 4 (2) tad-Direttiva 2011/95/UE [tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat‑13 ta’ Diċembru 2011 dwar standards għall-kwalifika ta’ ċittadini nazzjonali ta’ pajjiżi terzi jew persuni mingħajr stat bħala benefiċjarji ta’ protezzjoni internazzjonali, għal stat uniformi għar-refuġjati jew għal persuni eliġibbli għal protezzjoni sussidjarja, u għall-kontenut tal-protezzjoni mogħtija (ĠU 2011, L 337, p. 9)]. L-Istati Membri jistgħu jimponu lill-applikant obbligi oħra biex jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti sa fejn tali obbligi huma meħtieġa għall-ipproċessar tal-applikazzjoni. 2. B’mod partikolari, l-Istati Membri jistgħu jipprovdu li
[…]
[…]” |
|
4 |
L-Artikolu 28 tad-Direttiva 2013/32 intitolat “Proċedura f’każ ta’ rtirar impliċitu jew ta’ abbandun tal-applikazzjoni”, jipprevedi: “1. Fejn ikun hemm kawża raġonevoli sabiex jitqies li applikant ikun irtira jew abbanduna l-applikazzjoni tiegħu/tagħha b’mod impliċitu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtorità determinanti tieħu deċiżjoni jew li twaqqaf l-eżami jew, sakemm l-awtorità determinanti tqis li l-applikazzjoni ma tkunx isserraħ fuq il-bażi ta’ eżami xieraq tas-sustanza tagħha f’konformità mal-Artikolu 4 tad-Direttiva [2011/95], li tirrifjuta l-applikazzjoni. L-Istati Membri jistgħu jassumu li l-applikant ikun impliċitament irtira jew abbanduna l-applikazzjoni tiegħu/tagħha għall- protezzjoni internazzjonali partikolarment meta jiġi aċċertat li:
[…]” |
Id-Direttiva 2013/33
|
5 |
Il-premessi 22, 25, 26 u 35 tad-Direttiva 2013/33 jipprevedu:
[…]
[…]
|
|
6 |
L-Artikolu 2 ta’ din id-direttiva, intitolat “Definizzjonijiet”, jipprevedi: “Għall-għanijiet ta’ din id-Direttiva: […]
[…]
[…]” |
|
7 |
L-Artikolu 3(1) tal-imsemmija direttiva huwa fformulat kif ġej: “Din id-Direttiva għandha tapplika għaċ-ċittadini kollha minn pajjiżi terzi u dawk apolidi li jagħmlu applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali fit-territorju, inkluż fil-fruntiera fl-ibħra territorjali jew fiż-żoni ta’ transitu, ta’ Stat Membru, sakemm jitħallew joqogħdu fit-territorju bħala applikanti, kif ukoll għal membri tal-familja, jekk huma koperti minn applikazzjoni għall- protezzjoni internazzjonali skont il-liġi nazzjonali.” |
|
8 |
L-Artikolu 7 tal-istess direttiva, intitolat “Residenza u libertà ta’ moviment”, jipprevedi fil-paragrafi 2 u 5 tiegħu: “2. L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu dwar ir-residenza lill-applikantminħabba raġunijiet ta’ interess pubbliku, l-ordni pubblika jew, meta meħtieġ, għall-ipproċessar rapidu u l-monitoraġġ effettiv tal-applikazzjoni tiegħu jew tagħha għall-protezzjoni internazzjonali. 3. L-Istati Membri jistgħu jipprovdu l-kondizzjonijiet materjali ta’ akkoljenza suġġetti għal residenza reali mill-applikanti f’post speċifiku, li għandu jkun determinat mill-Istati Membri. Tali deċiżjoni, li tista’ tkun ta’ natura ġenerali, għandha tittieħed fuq livell individwali u stabbilita mil-liġi nazzjonali. 4. L-Istati Membri għandhom jipprovdu għall-possibbiltà li jagħtu lill-applikanti permess temporanju li jħallu l-post ta’ residenza msemmi fil-paragrafi 2 u 3 […] Deċiżjonijiet għandhom jittieħdu fuq livell individwali, oġġettivament u imparzjalment u jingħataw raġunijiet jekk dawn ikunu negattivi. […] 5. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li applikanti jinformaw lill-awtoritajiet kompetenti bl-indirizz attwali tagħhom u jinnotifikaw kull tibdil fl-indirizz lil tali awtoritajiet mill-aktar fis possibbli.” |
|
9 |
Skont l-Artikolu 12 tal-istess direttiva, intitolat “Familji”: “L-Istati Membri għandhom jieħdu miżuri xierqa biex iżommu kemm jista’ jkun possibbli l-unità tal-familja kif hija preżenti fit-territorju tagħhom, jekk applikanti jkunu pprovduti b’akkomodazzjoni mill-Istat Membru kkonċernat. Tali miżuri għandhom ikunu implimentati bi qbil mal-applikant.” |
|
10 |
L-Artikolu 14 ta’ din id-direttiva, intitolat “Tagħlim u edukazzjoni tal-minorenni”, jipprevedi, fil-paragrafu 1 tiegħu: “L-Istati Membri għandhom jagħtu lill-ulied minorenni tal-applikanti u lil applikanti minorenni aċċess għas-sistema ta’ edukazzjoni taħt l-istess kondizzjonijiet bħaċ-ċittadini tiegħu sakemm ma tkunx tabilħaqq infurzata miżura ta’ tkeċċija kontra tagħhom jew il-ġenituri tagħhom. […] […]” |
|
11 |
L-Artikolu 17 tal-imsemmija direttiva, intitolat “Regoli ġenerali dwar kondizzjonijiet materjali ta’ akkoljenza u kura tas-saħħa”, jipprevedi, fil-paragrafi 1 sa 2 tiegħu: “1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li kondizzjonijiet materjali ta’ akkoljenza jkunu disponibbli lill-applikanti meta jissottomettu l-applikazzjoni tagħhom għall- protezzjoni internazzjonali. 2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-kondizzjonijiet ta’ akkoljenza materjali jipprovdu standard xieraq ta’ ħajja għall-applikanti għal protezzjoni internazzjonali, li jiggarantixxi s-sussistenza tagħhom kif ukoll jipproteġilhom is-saħħa fiżika u mentali L-Istati Membri għandhom jiżguraw li dak l-istandard ta’ ħajja jkun issodisfat fis-sitwazzjoni speċifika ta’ persuni vulnerabbli, skont l-Artikolu 21 […]” |
|
12 |
L-Artikolu 18 tal-istess direttiva huwa intitolat “Modalitajiet għal kondizzjonijiet materjali ta’ akkoljenza” u jipprevedi, fil-paragrafu 1 sa 3 u 6 tiegħu: “1. Fejn akkomodazzjoni tkun ipprovduta fi djar, din għandha tieħu waħda jew għaqda tal-forom li ġejjin: […]
[…] 2. […] rigward l-akkomodazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 (a), (b) u (c) ta’ dan l-Artikolu, L-Istati Membri għandhom jiżguraw li:
[…] 3. L-Istati Membri għandhom jikkunsidraw […] s-sitwazzjoni tal-persuni vulnerabbli fir-rigward ta’ applikanti fil-binijiet u ċ-ċentri ta’ akkomodazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 (a) u (b). […] 6. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li trasferimenti ta’ applikanti minn faċilità ta’ akkomodazzjoni għal oħra jsiru biss meta meħtieġa. […]” |
|
13 |
L-Artikolu 20 tad-Direttiva 2013/33, intitolat “Tnaqqis jew irtirar ta’ kondizzjonijiet materjali ta’ akkoljenza”, jiddisponi, fil-paragrafi 1 sa 5 tiegħu: “1. L-Istati Membri jistgħu jnaqqsu jew, f’każijiet eċċezzjonali u debitament iġġustifikati, jirtiraw kondizzjonijiet materjali ta’ akkoljenza fejn applikant:
Rigward il-każijiet (a) u (b), meta l-applikant jinstab jew jirrapporta volontarjament lill-awtorità kompetenti, għandha tittieħed deċiżjoni mmotivata kif xieraq, ibbażata fuq ir-raġunijiet tal-għajbien, dwar installazzjoni mill-ġdid tal-għotja ta’ xi wħud minn jew tal-kondizzjonijiet materjali ta’ akkoljenza irtirati jew imnaqqsa kollha. 2. L-Istati Membri jistgħu wkoll inaqqsu l-kondizzjonijiet materjali ta’ akkoljenza meta jkunu jistgħu jistabbilixxu li l-applikant, għall-ebda raġuni ġustifikabbli, ma jkunx iddepożita applikazzjoni għall-protezzjoni internazzjonali malajr kemm jista’ jkun raġonevolment prattiku wara l-wasla f’dak l-Istat Membru. 3. L-Istati Membri jistgħu jnaqqsu jew jirtiraw il-kondizzjonijiet materjali ta’ akkoljenza fejn applikant ikun ħeba riżorsi finanzjarji u għalhekk ikun ibbenefika minn kondizzjonijiet materjali ta’ akkoljenza indebitament. 4. L-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw sanzjonijiet applikabbli għal ksur serju tar-regoli taċ-ċentri ta’ akkomodazzjoni kif ukoll għal imġiba serjament vjolenti. 5. Deċiżjonijiet għal tnaqqis jew irtirar ta’ kondizzjonijiet materjali ta’ akkoljenza jew sanzjonijiet li jirreferu għalihom il-paragrafi 1, 2, 3 u 4 ta’ dan l-Artikolu għandhom jittieħdu b’mod individwali, oġġettiv u imparzjali u għandhom jingħataw raġunijiet. Deċiżjonijiet għandhom ikunu bbażati fuq is-sitwazzjoni partikolari tal-persuna kkonċernata, b’mod speċjali fir-rigward ta’ persuni koperti bl-Artikolu 21, filwaqt li jitqies il-prinċipju ta’ proporzjonalità. L-Istati Membri għandhom fiċ-ċirkostanzi kollha jiżguraw aċċess għal kura tas-saħħa skont l-Artikolu 19 u għandhom jiżguraw standard tal-ħajja dinjituż għall-applikanti kollha.” |
|
14 |
L-Artikolu 21 tad-Direttiva 2013/33, intitolat “Il-prinċipju ġenerali”, jipprevedi li, fid-dritt nazzjonali tagħhom li jittrasponi din id-direttiva, l-Istati Membri għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni partikolari tal-persuni vulnerabbli, b’mod partikolari tal-minuri u tal-minuri mhux akkumpanjati. Skont l-Artikolu 22(1) tal-imsemmija direttiva, intitolat “Evalwazzjoni tal-bżonnijiet speċjali ta’ akkoljenza ta’ persuni vulnerabbli”, l-Istati Membri, għall-finijiet tal-implimentazzjoni effettiva tal-Artikolu 21, għandhom jevalwaw jekk l-applikant huwiex applikant li għandu bżonnijiet speċjali ta’ akkoljenza. L-Istati Membri għandhom jindikaw ukoll in-natura ta’ tali bżonnijiet. |
|
15 |
L-Artikolu 23 tal-imsemmija direttiva, intitolat “Minorenni”, jipprevedi, fil-paragrafu 1, 2 5 tiegħu: “1. L-aħjar interessi tat-tfal għandhom ikunu l-konsiderazzjoni primarja għall-Istati Membri meta jimplimentaw id-dispożizzjonijiet ta’ din id-Direttiva li jinvolvu minorenni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw standard ta’ ħajja xieraq għall-iżvilupp fiżiku, mentali, spiritwali, morali u soċjali tat-tfal. 2. Meta jivvalutaw l-aħjar interessi tat-tfal, l-Istati Membri għandhom iqisu b’mod partikolari dawn il-fatturi li ġejjin: […]
[…] 5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw, li tfal minorenni ta’ applikanti jew applikanti li huma minorenni jkunu joqogħdu mal-ġenituri tagħhom […]” |
|
16 |
L-Artikolu 26 tal-istess direttiva, intitolat “Appelli”, jipprevedu: “L-Istati Membri għandhom jiżguraw li deċiżjonijiet konnessi mal-għotja, l-irtirar jew it-tnaqqis ta’ benefiċċji taħt din id-Direttiva jew deċiżjonijiet meħuda taħt l-Artikolu 7 li jolqtu lill-applikanti individwalment jistgħu jkunu suġġetti għal appell fi ħdan il-proċedura stipulata fil-liġi nazzjonali. Għall-inqas fl-aħħar istanza għandha tingħata l-possibilità ta’ appell jew ri-eżami, fil-fatt u bi dritt, quddiem awtorità ġudizzjarja.” |
Id-dritt Taljan
|
17 |
L-Artikolu 17 tad-decreto legislativo n. 142 – Attuazione della direttiva 2013/33/UE recante norme all’ accoglienza dei richiedenti protezione internazionale, nonché della direttiva 2013/32/UE, recante procedure comuni ai fini del riconoscimento e della revoca dello status di protezione internazionale (id-Digriet Leġiżlattiv Nru 142 li Jimplimenta d-Direttiva 2013/33/UE, li tistabbilixxi l-istandards dwar l-akkoljenza ta’ applikanti għall-protezzjoni internazzjonali, kif ukoll id-Direttiva 2013/32/UE dwar proċeduri komuni għall-għoti u l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali), tat‑18 ta’ Awwissu 2015 (GURI Nru 214, tal‑15 ta’ Settembru 2015), kif emendat bid-decreto-legge n. 20- Disposizioni urgenti in materia di flussi di ingresso legale dei lavoratori stranieri e di prevenzione e contrasto all’ immigrazione irregolare (id-Digriet Liġi Nru 20, dwar Dispożizzjonijiet Urġenti fil-Qasam ta’ Fluss ta’ Dħul Legali ta’ Ħaddiema Barranin u ta’ Prevenzjoni u Ġlieda Kontra l-Immigrazzjoni Irregolar), tal‑10 ta’ Marzu 2023 (GURI Nru 59, tal‑10 ta’ Marzu 2023), li ġie kkonvertit f’liġi, b’emendi, permezz tal-legge n. 50 (il-Liġi Nru 50), tal‑5 ta’ Mejju 2023 (GURI Nru 104, tal‑5 ta’ Mejju 2023) (iktar ’il quddiem id-“Digriet Leġiżlattiv Nru 142”), intitolat “Akkomodazzjoni ta’ persuni li għandhom bżonnijiet partikolari”, jipprevedi fil-paragrafu 1 tiegħu: “Il-miżuri ta’ akkoljenza previsti minn dan id-digriet għandhom jieħdu inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni speċifika tal-persuni vulnerabbli, bħall-ulied minuri […]” |
|
18 |
L-Artikolu 12 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 142 intitolat “Tnaqqis jew irtirar tal-benefiċċju tal-kundizzjonijiet materjali ta’ akkoljenza”, jipprevedi, fil-paragrafu 1 sa 4: “1. Il-Prefett tal-provinċja fejn jinsabu l-istrutturi msemmija fl-Artikoli 9 u 11 jadotta deċiżjoni mmotivata ta’ rtirar tal-miżuri ta’ akkoljenza fil-każijiet fejn:
2. Fil-każ ta’ ksur gravi u repetut, mill-applikant għal protezzjoni internazzjonali, tar-regoli tal-istruttura li fiha huwa akkomodat, inkluż dannu intenzjonat kkawżat lill-beni mobbli jew immobbli, jew aġir vjolenti serju, anki barra miċ-ċentru ta’ akkoljenza, il-Prefett, mingħajr ħsara għad-dritt li jordna t-trasferiment tal-applikant lejn ċentru ieħor, jadotta waħda jew iktar mill-miżuri li ġejjin:
2-bis. Il-miżuri previsti f’dan l-artikolu għandhom jiġu adottati fuq bażi individwali, fl-osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u billi tittieħed inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni tal-applikant, b’mod partikolari fid-dawl tal-kundizzjonijiet elenkati fl-Artikolu 17, u għandhom ikunu mmotivati. Il-miżuri adottati mill-Prefett kontra l-applikant għandhom jiġu kkomunikati lill-kummissjoni territorjali kompetenti responsabbli mill-eżami tal-applikazzjoni għal protezzjoni internazzjonali. 3. Fil-każ previst fil-punt (a) tal-paragrafu 1, il-persuna responsabbli miċ-ċentru għandha tinforma immedjatament lill-Prefettura – Uffiċċju Territorjali tal-Gvern bin-nuqqas ta’ preżentazzjoni tal-applikant jew tal-abbandun tal-istruttura mill-applikant. Jekk l-applikant għal ażil jinstab jew jippreżenta ruħu volontarjament lill-forzi tal-ordni jew liċ-ċentru li fih huwa kien assenjat, il-prefett responsabbli miż-żona għandu jordna, permezz ta’ deċiżjoni mmotivata, l-istabbiliment mill-ġdid eventwali tal-benefiċċju minn miżuri ta’ akkoljenza abbażi ta’ informazzjoni pprovduta mill-applikant. L-istabbiliment mill-ġdid jiġi ordnat biss jekk in-nuqqas ta’ preżentazzjoni jew l-abbandun ikunu dovuti għal każ ta’ forza maġġuri, jew għal każ fortuwitu jew għal raġunijiet personali serji oħra. 4. Fil-każ ta’ ksur tar-regoli taċ-ċentru, il-persuna responsabbli miċ-ċentru għandu jwissi formalment lill-applikant, u meta l-kundizzjonijiet ta’ applikazzjoni tal-miżuri previsti fil-paragrafu 2 jiġu ssodisfatti, tibgħat mingħajr dewmien lill-prefettura rapport dwar il-fatti.” |
Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari
|
19 |
AF u l-wild tiegħu, BF, li kien minuri fid-data tal-fatti fil-kawża prinċipali, huma applikanti għal protezzjoni internazzjonali li jirrisjedu f’ċentru ta’ akkomodazzjoni f’Milano. |
|
20 |
Fl‑1 ta’ Ġunju 2023, il-Prefettura ta’ Milano adottat deċiżjoni li tirtira l-kundizzjonijiet materjali ta’ akkoljenza fir-rigward ta’ AF u ta’ BF (iktar ’il quddiem id-“deċiżjoni kontenzjuża fil-kawża prinċipali”). Il-qorti tar-rinviju tosserva li, għalkemm il-motivi ta’ din id-deċiżjoni jirreferu għal diversi fatti li jikkostitwixxu ksur tar-regoli taċ-ċentru ta’ akkoljenza, aġir serjament vjolenti jew fatti li għandhom effett fuq il-kundizzjonijiet ta’ ammissjoni għall-benefiċċju tal-kundizzjonijiet materjali ta’ akkoljenza, l-imsemmija deċiżjoni għandha, madankollu, bħala bażi legali d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 23(1)(a) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 142/2015, li jirrigwardaw l-abbandun taċ-ċentru ta’ akkomodazzjoni. Minn dan il-qorti tar-rinviju tiddeduċi li l-irtirar tal-imsemmija kundizzjonijiet materjali ta’ akkoljenza huwa bbażat fuq ir-rifjut ripetut ta’ AF li jiġu ttrasferiti, flimkien mal-wild tiegħu, f’ċentru ta’ akkomodazzjoni ieħor, li jinsab ukoll f’Milano, liema trasferiment huwa essenzjalment motivat mill-fatt li dawn l-applikanti attwalment jokkupaw akkomodazzjoni intiża għal erba’ persuni. |
|
21 |
AF ippreżenta rikors għal annullament kif ukoll talba għal miżuri provviżorji, intiża għall-għoti ta’ miżuri provviżorji, quddiem it-Tribunale amministrativo regionale per la Lombardia (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali tal-Lombardia, l-Italja), li hija l-qorti tar-rinviju, billi sostna li r-rifjut tiegħu li jiġi ttrasferit lejn ċentru ta’ akkomodazzjoni ieħor huwa ġġustifikat mill-fatt li BF qed isegwi studji qrib iċ-ċentru ta’ akkomodazzjoni fejn jinsabu. |
|
22 |
AF jallega li, minħabba l-irtirar tal-benefiċċju tal-imsemmija kundizzjonijiet materjali ta’ akkoljenza, huwa ma huwiex ser ikun f’pożizzjoni li jissodisfa l-bżonnijiet elementari tiegħu u lanqas dawk tal-wild minuri tiegħu. F’dan ir-rigward, huwa jinvoka, b’mod partikolari, il-ksur tal-Artikolu 21 tad-Direttiva 2013/33 u tal-Artikolu 17 tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 142/2015, sa fejn id-deċiżjoni kontenzjuża ma tiħux inkunsiderazzjoni l-fatt li huwa stess u BF jappartjenu għall-kategorija ta’ “persuni vulnerabbli”; il-ksur tal-Artikolu 23(1)(a) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 142/2015, sa fejn ir-rifjut li jikkonforma ruħu mat-trasferiment ma huwiex sitwazzjoni riferita f’din id-dispożizzjoni, kif ukoll il-ksur tal-Artikolu 20 tad-Direttiva 2013/33 kif interpretat mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenzi tagħha tat‑12 ta’ Novembru 2019, Haqbin (C‑233/18, EU:C:2019:956), u tal‑1 ta’ Awwissu 2022, Ministero dell’Interno (Irtirar tal-kundizzjonijiet materjali ta’ akkoljenza), C‑422/21, EU:C:2022:616), li minnhom jirriżulta prinċipju ġenerali, applikabbli fil-każijiet kollha ta’ rtirar tal-benefiċċju tal-kundizzjonijiet materjali ta’ akkoljenza, inkluż meta dan l-irtirar ma jkollux in-natura ta’ sanzjoni. |
|
23 |
Fir-rigward tat-talba għal miżuri provviżorji ta’ AF, il-qorti tar-rinviju ċaħditha permezz ta’ digriet tal‑25 ta’ Lulju 2023, għar-raġuni li d-deċiżjoni kontenzjuża fil-kawża prinċipali kienet l-espressjoni tas-setgħa ta’ organizzazzjoni tal-amministrazzjoni fil-qasam tal-ġestjoni taċ-ċentri ta’ akkoljenza. |
|
24 |
AF appella minn dan id-digriet quddiem il-Consiglio di Stato (il-Kunsill tal-Istat, l-Italja), li, permezz ta’ digriet tat‑22 ta’ Settembru 2023, laqa’ dan l-appell minħabba li d-deċiżjoni kontenzjuża fil-kawża prinċipali setgħet tippreġudika d-drittijiet fundamentali ta’ AF, b’mod partikolari d-dritt tiegħu ta’ aċċess għal bżonnijiet bażiċi, bħall-ikel, l-akkomodazzjoni u l-ħwejjeġ. |
|
25 |
Fir-rigward tar-rikors għal annullament, fl-ewwel lok, il-qorti tar-rinviju tesponi li, sabiex il-leġiżlazzjoni nazzjonali tkun konformi mal-Artikolu 20 tad-Direttiva 2013/33, kif interpretat mill-ġurisprudenza msemmija fil-punt 22 ta’ din is-sentenza, l-Artikolu 23(1) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 142 ġie emendat b’mod li s-setgħa tal-awtorità nazzjonali kompetenti fir-rigward tal-irtirar tal-kundizzjonijiet materjali ta’ akkoljenza issa hija l-espressjoni ta’ setgħa diskrezzjonali, li l-eżerċizzju tagħha huwa suġġett għal evalwazzjoni konkreta tal-elementi rilevanti kollha tal-każ inkwistjoni. Għaldaqstant, hija tqis li peress li r-raġuni ta’ kontradizzjoni tal-leġiżlazzjoni nazzjonali mad-dritt tal-Unjoni sparixxiet, l-applikazzjoni ta’ din il-leġiżlazzjoni ma għandhiex tiġi eskluża. B’mod partikolari din tal-aħħar minn issa ’l quddiem tosserva l-prinċipju ta’ proporzjonalità u, b’mod partikolari, in-neċessità li jittieħdu inkunsiderazzjoni l-argumenti tal-persuna kkonċernata. |
|
26 |
Fit-tieni lok, il-qorti tar-rinviju tqis li d-deċiżjoni kontenzjuża fil-kawża prinċipali ma għandhiex titqies li hija sanzjoni. Fil-fatt, f’dan il-każ, l-awtorità nazzjonali kompetenti ma kellhiex l-intenzjoni li teskludi lir-rikorrent fil-kawża prinċipali mis-sistema ta’ akkoljenza, iżda biss li tittrasferixxih f’ċentru ta’ akkomodazzjoni ieħor fejn huwa baqa’ jibbenefika minn protezzjoni sħiħa. L-irtirar tal-benefiċċju tal-kundizzjonijiet materjali ta’ akkoljenza huwa għalhekk konsegwenza diretta tar-rifjut tiegħu li jkompli jibbenefika minn dawn il-kundizzjonijiet f’ċentru ta’ akkomodazzjoni differenti minn dak fejn jirrisjedi attwalment. Barra minn hekk, hija tal-fehma li s-sitwazzjoni inkwistjoni fil-kawża prinċipali taqa’ taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 23(1)(a) tad-Digriet Leġiżlattiv Nru 142, peress li, bħas-sitwazzjoni msemmija espliċitament minn din id-dispożizzjoni, jiġifieri dik li fiha l-applikant għal protezzjoni internazzjonali ma jippreżentax ruħu fiċ-ċentru ta’ akkomodazzjoni maħtur mill-awtorità nazzjonali kompetenti jew jabbandunah, tali rifjut għandu jiġi assimilat ma’ tneħħija volontarja mis-sistema ta’ akkoljenza. B’hekk, skont il-qorti tar-rinviju, iċ-ċaħda tal-imsemmi applikant mill-possibbiltà li jissodisfa l-bżonnijiet bażiċi tiegħu li tirriżulta minn dan ir-rifjut ma tpoġġihx f’sitwazzjoni differenti minn dik li kien ikollu kieku rrifjuta li jiġi inkluż f’din is-sistema ta’ akkoljenza, li l-applikazzjoni tagħha kienet dejjem teħtieġ l-adeżjoni tal-persuna kkonċernata għall-imsemmija sistema ta’ akkoljenza. |
|
27 |
Fit-tielet lok, il-qorti tar-rinviju tirrileva, qabelxejn, li s-setgħa li tiġi adottata deċiżjoni ta’ rtirar tal-kundizzjonijiet materjali ta’ akkoljenza hija prevista fl-Artikolu 20 tad-Direttiva 2013/33, li tista’ tieħu l-forma ta’ sanzjoni, konformement mal-Artikolu 20(4) ta’ din id-direttiva, jew ta’ miżura amministrattiva wara n-nuqqas ta’ osservanza tal-kundizzjonijiet oġġettivi ta’ aċċess għall-kundizzjonijiet materjali ta’ akkoljenza, konformement mal-paragrafi 1 sa 3 tal-Artikolu 20 tagħha. |
|
28 |
Sussegwentement, hija tosserva li, fil-kuntest tal-ammissjoni għall-benefiċċju tal-kundizzjonijiet materjali ta’ akkoljenza, hija l-awtorità nazzjonali kompetenti li għandha taħtar iċ-ċentru ta’ akkomodazzjoni fejn l-applikant ikun ser jirrisjedi u, jekk ikun il-każ, tittrasferixxih f’ċentru ta’ akkomodazzjoni ieħor, fid-dawl ta’ evalwazzjonijiet relatati mal-ġestjoni u mal-organizzazzjoni tal-akkoljenza tal-applikanti għal protezzjoni internazzjonali, u, b’mod partikolari, mad-disponibbiltà tal-postijiet f’kull struttura ta’ akkomodazzjoni. Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li, f’dan il-każ, it-trasferiment ta’ AF u ta’ BF lejn ċentru ta’ akkomodazzjoni differenti minn dak li kienu jinsabu fih huwa ġġustifikat mill-fatt li huma jokkupaw akkomodazzjoni intiża għal erba’ persuni, li għalhekk tissodisfa l-bżonnijiet ta’ ċellula tal-familja ikbar. F’dan ir-rigward, il-qorti tar-rinviju tosserva li, f’dawn iċ-ċirkustanzi, l-awtorità kompetenti kkonformat ruħha mal-punti 49 u 50 tas-sentenza tat‑12 ta’ Novembru 2019, Haqbin (C‑233/18, EU:C:2019:956) u mal-Artikolu 20(5) tad-Direttiva 2013/33 billi ddeċidiet dwar it-trasferiment tagħhom lejn ċentru ta’ akkomodazzjoni ieħor li jinsab fl-istess belt, fejn AF u BF jistgħu jkomplu jibbenefikaw mill-kundizzjonijiet materjali ta’ akkoljenza. Barra minn hekk, ir-rifjut ta’ AF li jiġi ttrasferit f’ċentru ta’ akkomodazzjoni ieħor ma kienx iġġustifikat minn inadegwatezza ppruvata taċ-ċentru ta’ akkomodazzjoni l-ġdid fir-rigward tal-bżonnijiet vitali tiegħu, iżda biss minn qrubija ikbar għal dak li fih huwa ospitat mal-istabbiliment skolastiku ffrekwentat minn BF, li, skont il-qorti tar-rinviju, ma jistax jiġġustifika tali rifjut, ladarba l-edukazzjoni ta’ BF tkun, fi kwalunkwe każ, żgurata. |
|
29 |
Issa, il-qorti tar-rinviju tenfasizza li, kif jirriżulta mill-Artikolu 20(1) sa (3) tad-Direttiva 2013/33, kif interpretat mis-sentenzi tat‑12 ta’ Novembru 2019, Haqbin (C‑233/18, EU:C:2019:956, punt 44), u tal‑1 ta’ Awwissu 2022, Ministero dell’ Interno (Irtirar tal-kundizzjonijiet materjali ta’ akkoljenza) (C‑422/21, EU:C:2022:616, punti 37 u 38), din id-direttiva tipprevedi l-possibbiltà, għall-Istati Membri, li jirreaġixxu għal abbużi possibbli tas-sistema ta’ akkoljenza billi jirtiraw il-benefiċċju tal-kundizzjonijiet materjali ta’ akkoljenza. F’dan il-każ, hija tqis li r-rifjut ta’ AF jikkostitwixxi aġir abbużiv li permezz tiegħu huwa jistrumentalizza l-aċċess għal dawn il-kundizzjonijiet għall-finijiet tiegħu stess u jostakola, fil-prattika, is-setgħa ta’ organizzazzjoni u tal-amministrazzjoni fil-qasam tal-ġestjoni taċ-ċentri ta’ akkomodazzjoni, b’mod partikolari l-allokazzjoni tal-benefiċjarji tal-imsemmija kundizzjonijiet lil ċentru ta’ akkomodazzjoni. |
|
30 |
B’hekk, skont din il-qorti, peress li l-irtirar tal-benefiċċju ta’ tali kundizzjonijiet kien jirrappreżenta, f’dan il-każ, l-unika miżura li kien possibbli li tiġi adottata, fid-dawl tar-raġuni tat-trasferiment lejn ċentru ta’ akkomodazzjoni ieħor f’dan il-każ, jiġifieri d-daqs tal-akkomodazzjoni okkupata minn AF u BF u l-assenza ta’ disponibbiltà ta’ akkomodazzjoni iktar adattata għas-sitwazzjoni tagħhom fiċ-ċentru ta’ akkomodazzjoni fejn jinsabu, l-esklużjoni ta’ tali miżura mill-Artikolu 20 tad-Direttiva 2013/33 twassal sabiex “tiġi pparalizzata” s-setgħa ta’ organizzazzjoni tal-amministrazzjoni fil-qasam tal-ġestjoni taċ-ċentri ta’ akkomodazzjoni u sabiex tiġi stabbilita forma ta’ “dritt għaż-żamma” tal-applikanti għal protezzjoni internazzjonali fiċ-ċentru ta’ akkomodazzjoni inizjalment maħtur, u dan mingħajr la d-dritt tal-Unjoni u lanqas id-dritt nazzjonali ma jipprevedu dan. |
|
31 |
F’dawn iċ-ċirkustanzi, it-Tribunale amministrativo regionale per la Lombardia (il-Qorti Amministrattiva Reġjonali tal-Lombardia) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja: “L-Artikolu 20 tad-Direttiva [2013/33], kif ukoll il-prinċipji stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja fis-sentenzi [Haqbin (C‑233/18, EU:C:2019:956)]] u [tal- 1 ta’ Awwissu 2022, Ministero dell’Interno (Irtirar tal-kundizzjonijiet materjali ta’ akkoljenza), (C‑422/21, EU:C:2022:616)], fil-parti li fiha jeskludu li l-amministrazzjoni tal-Istat Membru tista’ tordna r-revoka, bħala sanzjoni, tal-miżuri ta’ akkoljenza jekk tali determinazzjoni jkollha l-effett li tesponi għal preġudizzju l-eżiġenzi bażiċi tal-ħajja taċ-ċittadin barrani li jitlob il-protezzjoni internazzjonali tiegħu u tal-familja tiegħu, jipprekludu li leġiżlazzjoni nazzjonali li tippermetti, wara deċiżjoni mmotivata individwali, relatata wkoll man-neċessità u mal-proporzjonalità tal-miżura, ir-revoka tal-akkoljenza minħabba raġunijiet mhux ta’ natura ta’ sanzjoni, iżda minħabba li l-kundizzjonijiet għall-akkoljenza fl-istess ċentru u, b’mod partikolari, minħabba r-rifjut minn naħa taċ-ċittadin barrani, abbażi ta’ raġunijiet li ma jikkonċernawx is-sodisfazzjon tal-bżonnijiet fundamentali tal-ħajja u tal-protezzjoni tad-dinjità tal-bniedem, li jaderixxi mat-trasferiment għal ċentru ta’ akkoljenza ieħor, magħżul mill-amministrazzjoni stess abbażi ta’ eżiġenzi oġġettivi ta’ organizzazzjoni u tali li jiggarantixxu, taħt ir-responsabbiltà tal-amministrazzjoni stess, il-konservazzjoni ta’ kundizzjonijiet materjali ta’ akkoljenza ekwivalenti għal dawk li wieħed jibbenefika minnhom fiċ-ċentru ta’ oriġini, fil-każ li r-rifjut għat-trasferiment u s-segwenti provvista ta’ revoka tpoġġi lill-barrani fis-sitwazzjoni fejn ma jistax ilaħħaq mal-eżiġenzi bażiċi tal-ħajja personali u tal-familja?” |
Fuq id-domanda preliminari
|
32 |
Preliminarjament, għandu jiġi rrilevat li jirriżulta mid-deċiżjoni tar-rinviju, minn naħa, li d-deċiżjoni kontenzjuża fil-kawża prinċipali rtirat il-benefiċċju tal-kundizzjonijiet materjali ta’ akkoljenza kollha fir-rigward ta’ applikant għal protezzjoni internazzjonali u tal-wild minuri tiegħu minħabba li dan l-applikant irrifjuta, b’mod repetut, li jiġi ttrasferit ma’ dan il-wild f’ċentru ta’ akkomodazzjoni differenti minn dak li fih jirrisjedu u, min-naħa l-oħra, din id-deċiżjoni hija bbażata fuq dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li timplimenta l-Artikolu 20(1)(a) tad-Direttiva 2013/33. |
|
33 |
Għaldaqstant, għandu jitqies li, permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk l-Artikolu 20(1)(a) tad-Direttiva 2013/33 għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li bis-saħħa tagħha l-awtorità kompetenti tista’ tirtira l-benefiċċju tal-kundizzjonijiet materjali ta’ akkoljenza kollha lil applikant għal protezzjoni internazzjonali li jirrifjuta t-trasferiment tiegħu f’ċentru ta’ akkomodazzjoni differenti minn dak fejn jirrisjedi, u dan anki jekk, wara dan l-irtirar, dan l-applikant ma jkunx għadu f’pożizzjoni li jissodisfa l-eżiġenzi bażiċi tiegħu u dawk tal-familja tiegħu. |
|
34 |
F’dan ir-rigward, hemm lok li jiġi rrilevat li, kif jirriżulta mid-definizzjonijiet li jinsabu fl-Artikolu 2(f) u (g) tad-Direttiva 2013/33, l-espressjoni “kundizzjonijiet materjali ta’ akkoljenza” tfisser il-miżuri kollha meħuda mill-Istati Membri konformement ma’ din id-direttiva favur l-applikanti u li jinkludu l-akkomodazzjoni, l-ikel u l-ħwejjeġ, ipprovduti in natura jew fil-forma ta’ allowance finanzjarja jew ta’ vouchers, jew billi jiġu kkombinati dawn it-tliet formuli, kif ukoll allowance ta’ kuljum (sentenza tat‑12 ta’ Novembru 2019, Haqbin, C‑233/18, EU:C:2019:956, punt 32). |
|
35 |
Bis-saħħa tal-Artikolu 17(1) u (2) tad-Direttiva 2013/33, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti jkollhom aċċess għall-kundizzjonijiet materjali ta’ akkoljenza meta jressqu l-applikazzjoni tagħhom għal protezzjoni internazzjonali u li l-miżuri adottati għal dawn il-finijiet jiżguraw lill-applikanti livell tal-għajxien adegwat li jiżgura l-għajxien tagħhom u jipproteġi s-saħħa kemm fiżika kif ukoll mentali tagħhom. Fil-każ ta’ “persuni vulnerabbli”, fis-sens tal-Artikolu 21 ta’ din id-direttiva, li jinkludu l-minuri u l-ġenituri waħedhom akkumpanjati minn tfal minuri, it-tieni subparagrafu tal-Artikolu 17(2) tal-imsemmija direttiva jipprevedi li l-Istati Membri għandhom l-obbligu li jiżguraw li tali livell ta’ għajxien jiġi “ssodisfatt” (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑12 ta’ Novembru 2019, Haqbin, C‑233/18, EU:C:2019:956, punti 33 u 34). |
|
36 |
Madankollu, l-obbligu tal-Istati Membri li jiżguraw li l-applikanti jkollhom aċċess għall-kundizzjonijiet materjali ta’ akkoljenza ma huwiex assolut. Fil-fatt, il-leġiżlatur tal-Unjoni ppreveda, fl-Artikolu 20 tad-Direttiva 2013/33, li jinsab taħt il-Kapitolu III tagħha, li t-tnejn li huma huma intitolati “Tnaqqis jew irtirar ta’ kondizzjonijiet materjali ta’ akkoljenza”, iċ-ċirkustanzi li fihom il-benefiċċju ta’ tali kundizzjonijiet jista’ jiġi limitat jew irtirat (sentenza tat‑12 ta’ Novembru 2019, Haqbin, C‑233/18, EU:C:2019:956, punt 35). |
|
37 |
Il-possibbiltà għall-Istati Membri li jillimitaw jew li jirtiraw, skont il-każ, il-benefiċċju tal-kundizzjonijiet materjali tal-akkoljenza hija prevista espressament biss fl-Artikolu 1(3) sa (20) tad-Direttiva 2013/33, li essenzjalment jirrigwardaw, kif jirriżulta mill-premessa 25 ta’ din id-direttiva, ipoteżijiet ikkaratterizzati minn riskju ta’ abbuż, min-naħa tal-applikanti, tas-sistema ta’ akkoljenza stabbilita mill-imsemmija direttiva (sentenza tat‑12 ta’ Novembru 2019, Haqbin, C‑233/18, EU:C:2019:956, punt 44). |
|
38 |
B’mod partikolari, skont l-Artikolu 20(1)(a) tal-imsemmija direttiva, l-Istati Membri jistgħu jnaqqsu jew, f’każijiet eċċezzjonali u debitament iġġustifikati, jirtiraw il-benefiċċju tal-kundizzjonijiet materjali ta’ akkoljenza fejn applikant għal protezzjoni internazzjonali jabbanduna l-post ta’ residenza ddeterminat mill-awtorità kompetenti mingħajr ma jinforma lill-istess awtorità jew, jekk permess huwa neċessarju għal dan il-għan, mingħajr ma dan jinkiseb. |
|
39 |
Peress li l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni fil-kawża prinċipali timplimenta din id-dispożizzjoni, għandu jiġi ddeterminat jekk din tistax tapplika għas-sitwazzjoni ta’ applikant għal protezzjoni internazzjonali li jirrifjuta t-trasferiment tiegħu f’ċentru ta’ akkomodazzjoni differenti minn dak li fih jirrisjedi. |
|
40 |
Skont ġurisprudenza stabbilita, għall-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, għandhom jittieħdu inkunsiderazzjoni mhux biss il-kliem ta’ din id-dispożizzjoni, iżda wkoll il-kuntest tagħha u l-għanijiet imfittxija mil-leġiżlazzjoni li minnha tagħmel parti (sentenza tal‑1 ta’ Awwissu 2022, Ministero dell’ Interno (C‑422/21, EU:C:2022:616, punt 28 u l-ġurisprudenza ċċitata). |
|
41 |
Fl-ewwel lok, fir-rigward tal-formulazzjoni tal-Artikolu 20(1)(a) tad-Direttiva 2013/33, għandu jiġi rrilevat, minn naħa, li l-użu tal-verb “jabbanduna”, fil-kuntest tal-espressjoni “jabbanduna l-post ta’ residenza ddeterminat mill-awtorità kompetenti”, jirreferi, skont is-sens abitwali fil-lingwaġġ ta’ kuljum ta’ dan il-verb, għall-fatt, għal applikant għal protezzjoni internazzjonali, li jitlaq volontarjament minn dan il-post ta’ residenza għal żmien twil, jew saħansitra definittiv. |
|
42 |
Min-naħa l-oħra, għandu jiġi kkonstatat li din l-espressjoni, moqrija flimkien mal-espressjonijiet “mingħajr ma jinformaha” u “jew, jekk dan ikun mitlub, mingħajr permess”, li tinsab f’din id-dispożizzjoni, tirreferi espressament għan-nuqqas ta’ osservanza tal-obbligi dwar ir-residenza tal-applikanti għal protezzjoni internazzjonali, imposti fuq dawn tal-aħħar mill-Istati Membri skont l-Artikolu 7 tad-Direttiva 2013/33. |
|
43 |
Fil-fatt, skont l-Artikolu 7(2) u (3) ta’ din id-direttiva, l-Istati Membri għandhom il-possibbiltà, minn naħa, li jiddeċiedu dwar il-post ta’ residenza tal-applikanti għal protezzjoni internazzjonali għal raġunijiet ta’ interess pubbliku jew ta’ ordni pubbliku jew, jekk ikun il-każ, għall-finijiet tal-ipproċessar rapidu u tal-monitoraġġ effettiv tal-applikazzjoni tagħhom, u, min-naħa l-oħra, li jipprevedu li, sabiex jibbenefikaw mill-kundizzjonijiet materjali ta’ akkoljenza, dawn l-applikanti għandhom effettivament jirrisjedu f’post partikolari stabbilit minnhom. Skont l-Artikolu 7(4) tal-imsemmija direttiva, l-Istati Membri għandhom jipprevedu l-possibbiltà li tingħata awtorizzazzjoni temporanja sabiex wieħed jitlaq mill-post ta’ residenza msemmi f’dawn il-paragrafi 2 u 7. Fil-każijiet kollha, l-Artikolu 7(5) tal-istess direttiva jimponi fuq l-Istati Membri l-obbligu li jipprevedu l-obbligu, għall-applikanti għal protezzjoni internazzjonali, li jikkomunikaw l-indirizz tagħhom lill-awtoritajiet kompetenti u li jikkomunikawhom kull bidla fl-indirizz fl-iqsar żmien possibbli. |
|
44 |
Konsegwentement, l-Artikolu 20(1)(a) tad-Direttiva 2013/33 ikopri s-sitwazzjonijiet li fihom applikant għal protezzjoni internazzjonali “jabbanduna” il-post ta’ residenza stabbilit mill-awtorità nazzjonali kompetenti abbażi tal-Artikolu 7(3) jew (7) ta’ din id-direttiva, billi jevita l-obbligu tiegħu li jikkomunika l-bidla fl-indirizz tiegħu, prevista fl-Artikolu 7(5) tal-imsemmija direttiva, u/jew, jekk ikun il-każ, l-obbligu tiegħu li jkollu l-awtorizzazzjoni msemmija fl-Artikolu 7(4) tagħha, jekk din l-awtorizzazzjoni tkun neċessarja sabiex jitlaq minn dan il-post. |
|
45 |
Fit-tieni lok, fir-rigward tal-kuntest tal-Artikolu 20(1)(a) tad-Direttiva 2013/33, għandu jiġi kkonstatat li s-sitwazzjonijiet li huwa jsemmi jippreżentaw ċerta analoġija ma’ dawk li jirreferi għalihom l-Artikolu 20(1)(b) ta’ din id-direttiva, jiġifieri l-każijiet fejn l-applikant għal protezzjoni internazzjonali ma jikkonformax ruħu mal-obbligu li jirrapporta lill-awtoritajiet, ma jirrispondix għat-talbiet għal informazzjoni jew ma jmurx għall-intervisti personali dwar il-proċedura ta’ ażil f’terminu raġonevoli stabbilit mid-dritt nazzjonali. |
|
46 |
Din l-analoġija hija enfasizzata mit-tieni paragrafu tal-paragrafu 1 tal-imsemmi Artikolu 20, li jipprevedi li, fil-każijiet imsemmija fl-ewwel paragrafu (a) u (b), meta l-applikant għal protezzjoni internazzjonali jinstab jew volontarjament jirrapporta lill-awtoritajiet kompetenti, għandha tittieħed deċiżjoni mmotivata kif xieraq, ibbażata fuq ir-raġunijiet tal-“għajbien”, dwar installazzjoni mill-ġdid tal-benefiċċju ta’ xi wħud minn jew tal-kundizzjonijiet materjali ta’ akkoljenza irtirati jew imnaqqsa kollha. |
|
47 |
Mill-preċiżazzjonijiet magħmula minn dan it-tieni subparagrafu jirriżulta li, fil-każijiet kollha msemmija fil-punti (a) u b) tal-ewwel subparagrafu tal-Artikolu 20(1) tad-Direttiva 2013/33, l-irtirar jew it-tnaqqis tal-benefiċċju tal-kundizzjonijiet materjali ta’ akkoljenza previsti fih huwa l-konsegwenza ta’ aġir tal-applikant għal protezzjoni internazzjonali li permezz tiegħu, billi jevita l-obbligi previsti mid-dritt nazzjonali għall-finijiet tal-eżami tal-applikazzjoni tiegħu jew tal-implimentazzjoni tad-dritt tiegħu li jibqa’ fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat fil-kwalità tiegħu ta’ applikant, fis-sens tal-Artikolu 3(1) ta’ din id-direttiva, l-imsemmi applikant jieqaf milli jibqa’ għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti b’tali mod li ma jkunx jista’ jiġi llokalizzat iktar minn dawn l-awtoritajiet. Fil-fatt, meta jerġa’ jsir hekk minħabba li jkun “instab” jew ikun “[…]irrapporta volontarjament” għalihom, is-sitwazzjoni tiegħu għandha tiġi eżaminata mill-ġdid, fid-dawl tar-raġunijiet tal-“għajbien” tiegħu, sabiex jiġi ddeterminat jekk il-benefiċċju ta’ dawn il-kundizzjonijiet materjali ta’ akkoljenza għandux jiġi stabbilit mill-ġdid favurih. |
|
48 |
Din l-interpretazzjoni hija kkonfermata mill-Artikoli 13 u 28 tad-Direttiva 2013/32, dwar proċeduri komuni għall-għoti jew l-irtirar tal-protezzjoni internazzjonali. |
|
49 |
Fil-fatt, minn naħa, l-Artikolu 13(1) ta’ din id-direttiva jipprevedi li l-Istati Membri għandhom jimponu fuq l-applikanti għal protezzjoni internazzjonali l-obbligu li jikkooperaw mal-awtoritajiet kompetenti sabiex jistabbilixxu l-identità tagħhom u l-elementi l-oħra msemmija fl-Artikolu 4(2) tad-Direttiva 2011/95, li huma neċessarji sabiex tiġi ssostanzjata l-applikazzjoni tagħhom. Skont dan l-Artikolu 13(1), l-Istati Membri jistgħu jimponu fuq dawn l-applikanti obbligi oħra fil-qasam tal-kooperazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti sa fejn dawn l-obbligi huma neċessarji għall-ipproċessar tal-applikazzjoni, fosthom dak previst fl-Artikolu 13(2)(a) tad-Direttiva 2013/32, li jeżiġi li l-imsemmija applikanti jirrapportaw lill-awtoritajiet kompetenti jew jidhru personalment, jew immedjatament jew f’data speċifika. Dan l-aħħar obbligu jikkorrispondi għal wieħed minn dawk li n-nuqqas ta’ osservanza tagħhom jista’ jwassal għat-tnaqqis jew għall-irtirar tal-benefiċċju tal-kundizzjonijiet materjali ta’ akkoljenza abbażi tal-Artikolu 20(1)(b) tad-Direttiva 2013/33. |
|
50 |
Bl-istess mod, waħda mill-ipoteżijiet imsemmija fl-Artikolu 20(1)(a) ta’ din id-direttiva tikkorrispondi għall-ksur tal-obbligi li jistgħu jiġu imposti fuq l-applikanti għal protezzjoni internazzjonali skont l-Artikolu 13(2)(c) tad-Direttiva 2013/32, jiġifieri dawk li l-awtoritajiet kompetenti jiġu informati bil-post ta’ residenza tagħhom jew bl-indirizz tagħhom kif ukoll b’kull tibdil tagħhom kemm jista’ jkun malajr, kif ukoll dik li jaċċettaw li jirċievu kull komunikazzjoni fl-aħħar post ta’ residenza jew fl-aħħar indirizz li huma indikaw b’dan il-mod. |
|
51 |
Min-naħa l-oħra, konformement mal-punti (a) u (b) tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 28(1) tad-Direttiva 2013/32, l-Istati Membri jistgħu jippreżumu li l-applikant ikun impliċitament irtira jew impliċitament irrinunzja għall-applikazzjoni tiegħu għal protezzjoni internazzjonali, jew meta ma jkunx wieġeb għat-talbiet li jitolbuh jipprovdi informazzjoni essenzjali għall-applikazzjoni tiegħu, fid-dawl tal-Artikolu 4 tad-Direttiva 2011/95, jew ma jkunx deher għal intervista personali konformement mal-Artikoli 14 sa 17 tad-Direttiva 2013/32, jew meta huwa jkun ħarab jew telaq mingħajr awtorizzazzjoni mill-post fejn kien jgħix, mingħajr ma jikkuntattja lill-awtorità kompetenti fi żmien raġonevoli jew meta huwa ma jkunx ikkonforma, fi żmien raġonevoli, mal-obbligu li jirrapporta regolarment lill-awtoritajiet jew ma’ obbligi oħra ta’ komunikazzjoni. |
|
52 |
Issa, għandu jiġi kkonstatat li dawn l-ipoteżijiet jikkorrispondu, essenzjalment, għal dawk li fihom it-tnaqqis jew l-irtirar tal-benefiċċju tal-kundizzjonijiet materjali ta’ akkoljenza jistgħu jiġu deċiżi, skont l-Artikolu 20(1)(a) jew (b) tad-Direttiva 2013/33. |
|
53 |
Fit-tielet lok, fir-rigward tal-għanijiet imfittxija minn din id-direttiva, għandu jitfakkar li, kif jirriżulta mill-punt 43 ta’ din is-sentenza, l-obbligi previsti fl-Artikolu 7 tagħha huma intiżi li jippermettu lill-Istati Membri jadottaw deċiżjonijiet fil-qasam tal-libertà ta’ moviment u ta’ residenza tal-applikanti għal protezzjoni internazzjonali, li jiggarantixxu, fir-rispett tad-drittijiet fundamentali tagħhom, li jibqgħu għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti sakemm huma awtorizzati jibqgħu fit-territorju tagħhom għall-finijiet tal-eżami tal-applikazzjoni tagħhom għal raġunijiet ta’ interess pubbliku jew ta’ ordni pubbliku jew, jekk ikun il-każ, għall-finijiet tal-ipproċessar rapidu u tal-monitoraġġ effettiv tal-applikazzjoni tagħhom. |
|
54 |
Konsegwentement, applikant għal protezzjoni internazzjonali li, bi ksur ta’ dawn l-obbligi, jabbanduna l-post ta’ residenza li ġie stabbilit mill-awtoritajiet nazzjonali kompetenti, mingħajr ma jinformahom jew mingħajr ma jkun awtorizzat jagħmel dan, jevita, fil-fatt, il-kontroll ta’ dawn tal-aħħar u b’hekk jikkomprometti l-għanijiet ta’ interess pubbliku, ta’ ordni pubbliku jew ta’ monitoraġġ effettiv tal-applikazzjoni tiegħu li d-determinazzjoni ta’ dan il-post ta’ residenza tissodisfa. |
|
55 |
Minn dan isegwi li, f’tali sitwazzjoni, il-limitazzjoni tal-benefiċċju tal-kundizzjonijiet materjali ta’ akkoljenza jew, b’mod eċċezzjonali u debitament motivat, l-irtirar tagħhom jikkostitwixxu miżura li permezz tagħha l-Istati Membri jisiltu l-konsegwenzi tan-nuqqas ta’ osservanza tal-obbligi imposti fuq l-applikant għal protezzjoni internazzjonali bis-saħħa tad-dmir ta’ kooperazzjoni tiegħu mal-awtoritajiet kompetenti, fid-dawl tal-eżami tal-applikazzjoni tiegħu, jew b’rabta stretta ma’ dan id-dmir, billi jċaħħdu lil dan l-applikant, parzjalment jew kompletament, mill-vantaġġi li huwa għandu dritt għalihom, abbażi tal-akkoljenza fit-territorju tal-Istat Membru responsabbli mill-applikazzjoni tiegħu, u li l-kisba tagħhom hija suġġetta għall-preżentazzjoni u għall-eżami tagħha. |
|
56 |
Madankollu, applikant għal protezzjoni internazzjonali li jirrisjedi f’ċentru ta’ akkomodazzjoni u li jirrifjuta li jikkonforma ruħu ma’ deċiżjoni ta’ trasferiment f’ċentru ta’ akkomodazzjoni ieħor, filwaqt li jibqa’ fl-ewwel wieħed minn dawn iċ-ċentri, ma jistax jitqies li huwa applikant li “jabbanduna l-post ta’ residenza ddeterminat mill-awtorità kompetenti mingħajr ma jinformaha jew, jekk dan ikun mitlub, mingħajr permess”, fis-sens tal-Artikolu 20(1)(a) tad-Direttiva 2013/33. |
|
57 |
L-ewwel nett, anki jekk jiġi aċċettat li, f’sitwazzjoni bħal dik imsemmija fil-punt 56 ta’ din is-sentenza, l-awtorità nazzjonali kompetenti tissuġġetta lill-applikant għal protezzjoni internazzjonali inkwistjoni għal tali obbligu ta’ residenza fiċ-ċentru ta’ akkomodazzjoni l-ġdid, dan l-applikant ma jistax jitqies, fil-każ ta’ rifjut ta’ trasferiment, li jkun telaq minn dan tal-aħħar mingħajr ma jkun informa lill-awtorità nazzjonali kompetenti jew mingħajr ma jkun kiseb l-awtorizzazzjoni, iżda għandu jitqies bħala li jkompli jirrisjedi, b’mod effettiv, fiċ-ċentru ta’ akkomodazzjoni inizjalment iddeterminat minnha u, għaldaqstant, bħala li jibqa’ għad-dispożizzjoni ta’ din l-awtorità u, jekk ikunu differenti, tal-awtoritajiet kompetenti għall-ipproċessar tal-applikazzjoni tiegħu għal protezzjoni internazzjonali. |
|
58 |
B’hekk, f’tali sitwazzjoni, kuntrarjament għal dik imsemmija fl-Artikolu 20(1)(a) tad-Direttiva 2013/33, l-applikant għal protezzjoni internazzjonali jibqa’ lokalizzabbli, b’tali mod li, f’dan il-każ, l-obbligu, għall-awtoritajiet kompetenti, previst fit-tieni subparagrafu tal-Artikolu 20(1) ta’ din id-direttiva, li jadottaw deċiżjoni debitament motivata, ibbażata fuq ir-raġunijiet tal-“għajbien” ta’ dan l-applikant, fir-rigward tal-istabbiliment mill-ġdid tal-benefiċċju ta’ wħud mill-kundizzjonijiet materjali ta’ akkoljenza jew tal-kundizzjonijiet materjali ta’ akkoljenza kollha li ġew irtirati jew imnaqqsa, jitlef l-iskop tiegħu. |
|
59 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, għandu jitqies li l-leġiżlatur tal-Unjoni ma kellux l-intenzjoni li jipprevedi l-possibbiltà, għall-Istati Membri, li jirtiraw jew inaqqsu l-benefiċċju ta’ dawn il-kundizzjonijiet, abbażi tal-Artikolu 20(1)(a) tad-Direttiva 2013/33, dwar l-abbandun tal-post ta’ residenza, fil-każ ta’ rifjut ta’ konformità ma’ deċiżjoni ta’ trasferiment f’ċentru ta’ akkomodazzjoni ieħor, sa fejn dan ir-rifjut ma għandux bħala konsegwenza l-“għajbien” tal-applikant għal protezzjoni internazzjonali, fis-sens tat-tieni subparagrafu tal-Artikolu 20(1). |
|
60 |
It-tieni nett, kif ġie kkonstatat fil-punti 51 u 52 ta’ din is-sentenza, l-ipoteżijiet imsemmija fl-Artikolu 20(1)(a) tad-Direttiva 2013/33 jikkorrispondu, essenzjalment, għal uħud minn dawk li fihom l-Istati Membri jistgħu jippreżumu li l-applikant għal protezzjoni internazzjonali rtira b’mod impliċitu l-applikazzjoni tiegħu jew irrinunzja għaliha b’mod impliċitu. Issa, kif irrileva, essenzjalment, l-Avukat Ġenerali fil-punt 41 tal-konklużjonijiet tiegħu, ir-rifjut ta’ dan l-applikant li jikkonforma ruħu ma’ ċerti modalitajiet tat-teħid ta’ responsabbiltà tiegħu ma jistax, waħdu, jixhed irtirar impliċitu tal-applikazzjoni tiegħu jew rinunzja impliċita għaliha. |
|
61 |
It-tielet nett, kif iddikjarat fil-premessa 25 tad-Direttiva 2013/33 u mfakkra fil-punti 36 u 37 ta’ din is-sentenza, l-Artikolu 20(1) sa (3) ta’ din id-direttiva huwa intiż li “jkunu speċifikati ċ-ċirkustanzj” li fihom il-benefiċċju tal-kundizzjonijiet materjali ta’ akkoljenza jista’ jiġi limitat jew irtirat. B’hekk, kif, barra minn hekk, tirrifletti l-formulazzjoni tal-paragrafu 1(a) tal-imsemmi Artikolu 20, is-sitwazzjonijiet li għalihom jirreferu l-imsemmija paragrafi 1 sa 3 huma elenkati b’mod eżawrjenti, b’tali mod li l-Istati Membri ma jistgħux jestendu l-applikazzjoni tagħhom għal sitwazzjonijiet li ma jikkorrispondux mal-każijiet imsemmija minn dawn l-istess paragrafi. |
|
62 |
Madankollu, meta, bħal f’dan il-każ, applikant għal protezzjoni internazzjonali jirrifjuta, b’mod repetut, li jikkonforma ruħu għat-trasferiment tiegħu u għal dak tal-wild minuri tiegħu f’ċentru ta’ akkomodazzjoni differenti minn dak li jinsabu fih, u, konsegwentement, jinżamm, ma’ dan il-wild, f’dan iċ-ċentru, ma jistax jiġi eskluż li, fid-dawl taċ-ċirkustanzi rilevanti kollha, dan l-aġir jiġġustifika l-adozzjoni, mill-awtorità nazzjonali kompetenti, ta’ sanzjoni, abbażi tal-Artikolu 20(4) tad-Direttiva 2013/33. |
|
63 |
F’dan ir-rigward, fl-ewwel lok, skont l-Artikolu 18(6) ta’ din id-direttiva, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-applikanti jiġu ttrasferiti biss minn akkomodazzjoni għal oħra “meta meħtieġa”. Minn dan isegwi li, kif irrileva, essenzjalment, l-Avukat Ġenerali fil-punt 49 tal-konklużjonijiet tiegħu, it-trasferiment ta’ applikant għal protezzjoni internazzjonali jista’ jintalab, b’mod partikolari meta l-kapaċità tal-istrutturi ta’ akkoljenza tirrikjedi dan, fil-każ fejn l-adegwatezza tagħhom għall-bżonnijiet speċifiċi ta’ dan l-applikant teżiġi dan jew ukoll meta l-imsemmi applikant jiltaqa’ ma’ diffikultajiet ta’ adattament fiċ-ċentru ta’ akkomodazzjoni fejn ikun jinsab. Barra minn hekk, għandu jiġi rrilevat li, kif iddeċidiet il-Qorti tal-Ġustizzja, fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 20(4) tal-imsemmija direttiva, it-trasferiment ta’ applikant għal protezzjoni internazzjonali f’ċentru ta’ akkomodazzjoni differenti minn dak li jinsab fih jista’ jiġi deċiż bħala sanzjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑12 ta’ Novembru 2019, Haqbin, C‑233/18, EU:C:2019:956, punt 52, u tal‑1 ta’ Awwissu 2022, Ministero dell’Interno (Irtirar tal-kundizzjonijiet materjali ta’ akkoljenza), (C‑422/21, EU:C:2022:616, punt 43). |
|
64 |
Ċertament, għandu jiġi rrilevat li deċiżjoni li tiddikjara t-trasferiment ta’ applikant għal protezzjoni internazzjonali minn akkomodazzjoni għal oħra, abbażi tal-Artikolu 18(6) tad-Direttiva 2013/33, tikkostitwixxi deċiżjoni dwar l-għoti tal-benefiċċji previsti minn din id-direttiva, fis-sens tal-Artikolu 26 tagħha, li, konformement ma’ din l-aħħar dispożizzjoni, għandha tkun tista’ tiġi appellata fil-kuntest tal-proċeduri previsti mid-dritt nazzjonali u, tal-inqas, fl-aħħar istanza, ta’ appell jew riezami quddiem awtorità ġudizzjarja. Konsegwentement, minn dan l-Artikolu 26 jirriżulta li, jekk l-applikanti għal protezzjoni internazzjonali jqisu li l-akkomodazzjoni li lejha għandhom jiġu ttrasferiti ma tissodisfax ir-rekwiżiti tad-Direttiva 2013/33, huma jistgħu jinvokaw quddiem il-qorti kompetenti d-dritt tagħhom għall-akkomodazzjoni b’osservanza tal-kundizzjonijiet previsti għal dan l-għan minn din id-direttiva (ara, b’analoġija, is-sentenza tal‑14 ta’ Mejju 2020, Országos Idegenrendészeti Fġigazgatóság Dél-alföldi Regionális Igazgatóság, C‑924/19 PPU u C‑925/19 PPU, EU:C:2020:367, punti 296 u 298). |
|
65 |
Madankollu, ħlief fil-każ ta’ annullament tad-deċiżjoni ta’ trasferiment inkwistjoni, ta’ sospensjoni tal-effetti tagħha jew tal-irtirar tagħha, l-imsemmi applikant huwa obbligat jikkonforma ruħu ma’ din id-deċiżjoni. Fil-fatt, għalkemm mill-Artikolu 12 ta’ din id-direttiva jirriżulta li l-kunsens tal-applikant għal protezzjoni internazzjonali huwa meħtieġ għall-adozzjoni tal-miżuri meħuda sabiex tinżamm l-unità tal-familja, ma jirriżultax, b’mod partikolari, mid-dispożizzjonijiet l-oħra tal-imsemmija direttiva u, b’mod partikolari, mill-Artikolu 18 tagħha, li deċiżjoni ta’ trasferiment lejn ċentru ta’ akkomodazzjoni ieħor teħtieġ, barra minn dan l-aspett speċifiku, il-kunsens ta’ dan l-applikant. |
|
66 |
Fit-tieni lok, l-Artikolu 20(4) tad-Direttiva 2013/33 jipprevedi li l-Istati Membri jistgħu jiddeterminaw sanzjonijiet applikabbli “għal ksur serju tar-regoli taċ-ċentri ta’ akkomodazzjoni kif ukoll għal imġiba serjament vjolenti” min-naħa tal-applikant għal protezzjoni internazzjonali. |
|
67 |
Fir-rigward, b’mod partikolari, tal-kunċett ta’ “ksur serju tar-regoli taċ-ċentri ta’ akkomodazzjoni”, għandu jiġi rrilevat, minn naħa, li, fl-assenza ta’ preċiżazzjoni fid-Direttiva 2013/33 dwar il-portata ta’ dan il-kunċett, l-Artikolu 20(4) ta’ din id-direttiva jħalli f’idejn l-Istati Membri sabiex jiddeterminaw l-obbligi li jinsabu f’dan ir-regolament li n-nuqqas ta’ osservanza tagħhom jikkostitwixxi “ksur” tiegħu u jista’ jwassal għall-applikazzjoni ta’ sanzjoni, peress li dan in-“ksur” għandu jkollu ċertu livell ta’ gravità. |
|
68 |
Min-naħa l-oħra, fin-nuqqas ta’ limitazzjoni espressa fil-formulazzjoni tal-imsemmija dispożizzjoni u fid-dawl tan-neċessità li d-dispożizzjonijiet tad-dritt tal-Unjoni jiġu interpretati b’mod li jippreżerva l-effett utli tagħhom (ara, b’analoġija, is-sentenza tal‑1 ta’ Awwissu 2022, Ministero dell’ Interno (Irtirar tal-kundizzjonijiet materjali ta’ akkoljenza), C‑422/21, EU:C:2022:616, punt 30 u l-ġurisprudenza ċċitata), il-kunċett ta’ “regoli taċ-ċentri ta’ akkomodazzjoni”, fis-sens tal-Artikolu 20(4) tad-Direttiva 2013/33 għandu jiġi interpretat b’mod wiesgħa, li jinkludi r-regoli kollha applikabbli għal dawn iċ-ċentri li għandhom jiġu osservati mill-applikanti għal protezzjoni internazzjonali matul ir-residenza tagħhom fihom. |
|
69 |
Minn dan isegwi li l-okkupazzjoni ta’ akkomodazzjoni f’ċentru ta’ akkomodazzjoni minn applikant għal protezzjoni internazzjonali, li hija s-suġġett ta’ deċiżjoni ta’ trasferiment f’ċentru ta’ akkomodazzjoni ieħor, tista’ tikkostitwixxi ksur tar-regoli applikabbli għall-ewwel ċentru ta’ akkomodazzjoni, peress li, minħabba din id-deċiżjoni, din l-akkomodazzjoni ma għadhiex attribwita lilu u li, konsegwentement, konformement ma’ dawn ir-regoli, ma jistax jibqa’ fiha. |
|
70 |
Fir-rigward tal-gravità tan-nuqqas ta’ twettiq ta’ obbligu msemmi fl-Artikolu 20(4) tad-Direttiva 2013/33, din għandha tiġi evalwata fid-dawl taċ-ċirkustanzi kollha tal-każ u, b’mod partikolari, tat-tul taż-żamma illegali fl-akkomodazzjoni inkwistjoni, tan-natura persistenti tagħha, tal-miżuri li diġà ttieħdu fir-rigward tal-applikant għal protezzjoni internazzjonali mill-amministratur taċ-ċentru ta’ akkomodazzjoni u mill-awtorità nazzjonali kompetenti fid-dawl tat-tluq tiegħu mill-akkomodazzjoni kkonċernata, tan-natura leġittima jew le tar-raġunijiet għal din iż-żamma u tal-konsegwenzi negattivi li dan iwassal għalihom għas-sistema nazzjonali ta’ akkoljenza tal-applikanti għal protezzjoni internazzjonali. |
|
71 |
F’dan ir-rigward, kif jenfasizza, essenzjalment, l-Avukat Ġenerali fil-punt 50 tal-konklużjonijiet tiegħu, applikant għal protezzjoni internazzjonali li jokkupa akkomodazzjoni li tissodisfa l-bżonnijiet ta’ ċellola tal-familja ikbar minn tiegħu, iżda li jirrifjuta li jirrilaxxaha u li jopponi, b’mod kategoriku u persistenti, mingħajr raġuni leġittima, it-trasferiment lejn akkomodazzjoni adattata għas-sitwazzjoni tal-familja tiegħu, iċaħħad lill-amministratur taċ-ċentru ta’ akkomodazzjoni inkwistjoni mill-possibbiltà li jagħti l-akkomodazzjoni okkupata lil familja jew lil applikanti iżolati li jissodisfa l-bżonnijiet tagħhom. B’hekk, tali rifjut huwa ta’ natura li jikkomprometti l-ġestjoni effikaċi tal-kapaċitajiet ta’ akkomodazzjoni tal-Istat Membru kkonċernat u, fl-aħħar mill-aħħar, it-tfittxija tal-għan stabbilit fl-Artikolu 18 tad-Direttiva 2013/33 li jikkonsisti f’li jiġi ggarantit lill-applikanti għal protezzjoni internazzjonali li jinżammu f’ċentri ta’ akkomodazzjoni li joffru livell ta’ għajxien adegwat. Minn dan isegwi li, kif irrileva l-Avukat Ġenerali fil-punt 51 tal-konklużjonijiet tiegħu, tali aġir jista’ jikkostitwixxi “ksur serju tar-regoli taċ-ċentri ta’ akkomodazzjoni”, fis-sens tal-Artikolu 20(4) ta’ din id-direttiva, ta’ natura li jwassal għal sanzjoni. |
|
72 |
Fit-tielet lok, fir-rigward tan-natura tas-sanzjonijiet li jistgħu jiġu applikati skont din id-dispożizzjoni, għandu jitfakkar li, kif iddeċidiet il-Qorti tal-Ġustizzja, l-imsemmija dispożizzjoni ma teskludix espressament li sanzjoni tista’ tirrigwarda l-kundizzjonijiet materjali ta’ akkoljenza (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑12 ta’ Novembru 2019, Haqbin, C‑233/18, EU:C:2019:956, punt 44, u tal‑1 ta’ Awwissu 2022, Ministero dell’Interno (Irtirar tal-kundizzjonijiet materjali ta’ akkoljenza), C‑422/21, EU:C:2022:616, punt 43). |
|
73 |
Madankollu, il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet ukoll li l-impożizzjoni ta’ sanzjoni li tikkonsisti, abbażi biss ta’ motiv imsemmi fl-Artikolu 20(4) tad-Direttiva 2013/33, fl-irtirar, anki jekk b’mod temporanju, tal-benefiċċju tal-kundizzjonijiet materjali ta’ akkoljenza kollha jew tal-kundizzjonijiet materjali ta’ akkoljenza relatati mal-akkomodazzjoni, mal-ikel jew mal-ħwejjeġ ma tistax tiġi rrikonċiljata mal-obbligu, li jirriżulta mit-tielet sentenza tal-Artikolu 20(5) ta’ din id-direttiva, li jiġi żgurat livell tal-għajxien dinjituż għall-applikant għal protezzjoni internazzjonali, peress li din iċċaħħad lil dan tal-aħħar mill-possibbiltà li jissodisfa l-bżonnijiet l-iktar bażiċi tiegħu, bħalma huma dawk li jkollu fejn jgħix, li jiekol, li jkollu x’jilbes u li jinħasel (sentenza tat‑12 ta’ Novembru 2019, Haqbin, C‑233/18, EU:C:2019:956, punt 47, u tal‑1 ta’ Awwissu 2022, Ministero dell’Interno (Irtirar tal-kundizzjonijiet materjali ta’ akkoljenza), C‑422/21, EU:C:2022:616, punt 39). |
|
74 |
Barra minn hekk, tali sanzjoni twassal sabiex jiġi injorat ir-rekwiżit ta’ proporzjonalità stabbilit fit-tieni sentenza tal-Artikolu 20(5) tad-Direttiva 2013/33, peress li s-sanzjonijiet l-iktar severi intiżi sabiex jissanzjonaw, fil-qasam kriminali, il-ksur jew l-aġir imsemmija fl-Artikolu 20(4) ta’ din id-direttiva ma jistgħux iċaħħdu lill-applikant għal protezzjoni internazzjonali mill-possibbiltà li jissodisfa l-bżonnijiet l-iktar bażiċi tiegħu (sentenza tat-12 ta’ Novembru 2019, Haqbin, C‑233/18, EU:C:2019:956, punt 48, u tal‑1 ta’ Awwissu 2022, Ministero dell’Interno (Irtirar tal-kundizzjonijiet materjali ta’ akkoljenza), C‑422/21, EU:C:2022:616, punt 40). |
|
75 |
Fir-rigward ta’ sanzjoni li tikkonsisti, abbażi ta’ motiv imsemmi fl-Artikolu 20(4) tad-Direttiva 2013/33, fil-limitazzjoni tal-benefiċċju tal-kundizzjonijiet materjali ta’ akkoljenza, inkluż li jiġi rtirat jew li jitnaqqas il-benefiċċju tal-allowance ta’ kuljum, huma l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti li għandhom jiżguraw f’kull ċirkustanza li, konformement mal-Artikolu 20(5) ta’ din id-direttiva, tali sanzjoni tkun, fid-dawl tas-sitwazzjoni partikolari tal-applikant għal protezzjoni internazzjonali kif ukoll taċ-ċirkustanzi kollha tal-każ, konformi mal-prinċipju ta’ proporzjonalità u ma tippreġudikax id-dinjità ta’ dan l-applikant (sentenza tat‑12 ta’ Novembru 2019, Haqbin, C‑233/18, EU:C:2019:956, punt 51). |
|
76 |
Barra minn hekk, l-Istati Membri jistgħu, fil-każijiet imsemmija fl-Artikolu 20(4) tad-Direttiva 2013/33, jimponu, skont iċ-ċirkustanzi tal-każ u bla ħsara għall-osservanza tar-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikolu 20(5) ta’ din id-direttiva, sanzjonijiet li ma għandhomx l-effett li jċaħħdu lill-applikant għal protezzjoni internazzjonali mill-benefiċċju tal-kundizzjonijiet materjali ta’ akkoljenza (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tat‑12 ta’ Novembru 2019, Haqbin, C‑233/18, EU:C:2019:956, punt 52). |
|
77 |
Fl-aħħar nett, għandu jiġi ppreċiżat li, meta l-applikanti għal protezzjoni prinċipali huma, bħal fil-kawża prinċipali, ġenitur waħdu u l-wild minuri tiegħu, jiġifieri “persuna vulnerabbli”, fis-sens tal-Artikolu 21 tad-Direttiva 2013/33, l-awtoritajiet tal-Istati Membri għandhom, meta jadottaw sanzjonijiet skont l-Artikolu 20(4) ta’ din id-direttiva, jieħdu iktar inkunsiderazzjoni, kif jirriżulta mit-tieni sentenza tal-Artikolu 20(5) tal-imsemmija direttiva, is-sitwazzjoni partikolari ta’ dawn il-persuni kif ukoll il-prinċipju ta’ proporzjonalità (sentenza tat‑12 ta’ Novembru 2019, Haqbin, C‑233/18, EU:C:2019:956, punt 53). |
|
78 |
F’dan ir-rigward, mill-Artikolu 23(1) tad-Direttiva 2013/33 jirriżulta li l-aħjar interess tat-tfal jikkostitwixxi kunsiderazzjoni fundamentali għall-Istati Membri meta jittrasponu d-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva. Skont il-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu 23, l-Istati Membri għandhom, meta jevalwaw dan l-aħjar interess, jieħdu debitament inkunsiderazzjoni, b’mod partikolari, fatturi bħalma huma l-benesseri u l-iżvilupp soċjali tal-minuri, filwaqt li jagħtu attenzjoni partikolari għas-sitwazzjoni personali tiegħu, kif ukoll il-kunsiderazzjonijiet dwar is-sigurtà u s-sikurezza tiegħu (sentenza tat‑12 ta’ Novembru 2019, Haqbin, C‑233/18, EU:C:2019:956, punt 54). |
|
79 |
Għandu jiġi ppreċiżat ukoll li, kif jirriżulta mill-punt 63 ta’ din is-sentenza, din l-interpretazzjoni tal-Artikolu 20(1)(a) u (4) tad-Direttiva 2013/33 hija bla ħsara għall-possibbiltà, għall-awtoritajiet kompetenti, li jadottaw, b’mod partikolari sabiex jiżguraw ġestjoni effikaċi tal-kapaċitajiet ta’ akkoljenza, deċiżjoni ta’ trasferiment ta’ applikant għal protezzjoni internazzjonali f’ċentru ta’ akkomodazzjoni ieħor li jikkostitwixxi l-post ta’ residenza l-ġdid tiegħu, li fih huwa ser ikompli jibbenefika minn kundizzjonijiet materjali ta’ akkoljenza xierqa, sakemm din id-deċiżjoni tkun konformi mar-rekwiżiti stabbiliti minn din id-direttiva. Konsegwentement, f’sitwazzjoni bħal dik imsemmija fil-punt 71 ta’ din is-sentenza, id-Direttiva 2013/33 ma tipprekludix li, jekk ikun il-każ, fl-osservanza tal-prinċipju ta’ proporzjonalità u sakemm ma tkun tista’ tiġi adottata ebda miżura oħra inqas restrittiva, l-awtoritajiet kompetenti jużaw is-setgħat vinkolanti mogħtija lilhom mid-dritt nazzjonali sabiex jipproċedu għall-eżekuzzjoni tat-trasferiment ta’ dan l-applikant, filwaqt li jiżguraw ir-rispett tad-drittijiet fundamentali tal-imsemmi applikant u tad-dinjità tiegħu, konformement mal-premessa 35 ta’ din id-direttiva. |
|
80 |
Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet kollha preċedenti, ir-risposta għad-domanda magħmula għandha tkun li l-Artikolu 20(1)(a) tad-Direttiva 2013/33 għandu jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li bis-saħħa tagħha l-awtorità kompetenti tista’ tirtira l-benefiċċju tal-kundizzjonijiet materjali ta’ akkoljenza kollha mingħand applikant għal protezzjoni internazzjonali li jirrifjuta t-trasferiment tiegħu f’ċentru ta’ akkomodazzjoni differenti minn dak fejn jirrisjedi, bla ħsara għall-possibbiltà li timponi fuqu sanzjoni, bħal, b’mod partikolari, il-limitazzjoni tal-benefiċċju tal-kundizzjonijiet materjali ta’ akkoljenza, meta dan ir-rifjut repetut jikkostitwixxi ksur gravi tar-regoli taċ-ċentri ta’ akkomodazzjoni, fis-sens tal-Artikolu 20(4) ta’ din id-direttiva, u sakemm il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 20(5) tagħha jkunu ssodisfatti. |
Fuq l-ispejjeż
|
81 |
Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija dik il-qorti li għandha tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, barra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura. |
|
Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (Il-Ħames Awla) taqta’ u tiddeċiedi: |
|
L-Artikolu 20 tad-Direttiva 2013/33/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas‑26 ta’ Ġunju 2013 li tistabbilixxi l-istandards dwar l-akkoljenza ta’ applikanti għall-protezzjoni internazzjonali, |
|
għandu jiġi interpretat fis-sens li: |
|
jipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li bis-saħħa tagħha l-awtorità kompetenti tista’ tirtira l-benefiċċju tal-kundizzjonijiet materjali ta’ akkoljenza kollha mingħand applikant għal protezzjoni internazzjonali li jirrifjuta t-trasferiment tiegħu f’ċentru ta’ akkomodazzjoni differenti minn dak fejn jirrisjedi, bla ħsara għall-possibbiltà li timponi fuqu sanzjoni, bħal, b’mod partikolari, il-limitazzjoni tal-benefiċċju tal-kundizzjonijiet materjali ta’ akkoljenza, meta dan ir-rifjut repetut jikkostitwixxi ksur gravi tar-regoli taċ-ċentri ta’ akkomodazzjoni, fis-sens tal-Artikolu 20(4) ta’ din id-direttiva, u sakemm il-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 20(5) tagħha jkunu ssodisfatti. |
|
Firem |
( *1 ) Lingwa tal-kawża: it-Taljan.
( i ) L-isem ta’ din il-kawża huwa fittizju. Dan l-isem ma jikkorrispondi għall-isem reali ta’ ebda waħda mill-partijiet fil-proċedura.