<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑302/16</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62016CJ0302</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:359">EU:C:2017:359</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>6</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>6</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>SENTENZA TAL-<DATE ISO="20170511">11.5.2017</DATE> – KAWŻA C-302/16</P><P>KRIJGSMAN</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (It-Tmien Awla)</P><P><DATE ISO="20170511">11 ta’ Mejju 2017</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l-Olandiż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Trasport bl-ajru</KEYWORD><KEYWORD>Regolament (KE) Nru 261/2004</KEYWORD><KEYWORD>Artikolu 5(1)(c)</KEYWORD><KEYWORD>Kumpens u assistenza lill-passiġġieri fil-każ ta’ kanċellazzjoni ta’ titjira</KEYWORD><KEYWORD>Eżenzjoni mill-obbligu ta’ kumpens</KEYWORD><KEYWORD>Kuntratt ta’ trasport konkluż permezz ta’ aġent tal-ivvjaġġar online</KEYWORD><KEYWORD>Trasportatur bl-ajru li informa fiż-żmien lill-aġent tal-ivvjaġġar dwar bidla fil-ħin tat-titjira</KEYWORD><KEYWORD>Aġent tal-ivvjaġġar li kkomunika l-imsemmija informazzjoni lil passiġġier permezz tal-posta elettronika għaxart ijiem qabel it-titjira</KEYWORD></INDEX><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C-302/16,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari skont l-Artikolu 267 TFUE, imressqa mir-rechtbank Noord-Nederland (qorti tal-Pajjiżi l-Baxxi tat-tramuntana), permezz ta’ deċiżjoni tat‑<DATE ISO="20160518">18 ta’ Mejju 2016</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fis-<DATE ISO="20160527">27 ta’ Mejju 2016</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Bas Jacob Adriaan Krijgsman</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Surinaamse Luchtvaart Maatschappij NV,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (It-Tmien Awla),</P><P>komposta minn M. Vilaras, President tal-Awla, J. Malenovský u D. Šváby (Relatur), Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: H. Saugmandsgaard Øe,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>għal Surinaamse Luchtvaart Maatschappij NV, minn A. J. F. Gonesh, advocaat,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Franċiż, minn D. Colas kif ukoll minn E. de Moustier u M.‑L. Kitamura, bħala aġenti,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Awstrijak, minn G. Eberhard, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Gvern Pollakk, minn B. Majczyna, bħala aġent,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn N. Yerrell u F. Wilman, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><?PAGE NO="2"?><GR.VISA><VISA>wara li rat id-deċiżjoni, meħuda wara li nstema’ l-Avukat Ġenerali, li l-kawża tinqata’ mingħajr konklużjonijiet,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Sentenza</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tal-Artikolu 5(l)(c) tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal‑<DATE ISO="20040211">11 ta’ Frar 2004</DATE>, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91 (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 7, Vol. 8, p. 10).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba ġiet ippreżentata fil-kuntest ta’ tilwima bejn Bas Jacob Adriaan Krijgsman u Surinaamse Luchtvaart Maatschappij NV (iktar ’il quddiem <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>SLM<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), trasportatur bl-ajru, fir-rigward tar-rifjut min-naħa tiegħu li jagħti kumpens lil B. J. A. Krijgsman għall-kanċellazzjoni tat-titjira tiegħu.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Id-dritt tal-Unjoni</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><P><HT TYPE="ITALIC">Ir-Regolament Nru 261/2004</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Il-premessi 1, 7 u 12 tar-Regolament Nru 261/2004 jiddikjaraw:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><CONSID><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>(1)</NO.P><TXT><P>Azzjoni mil-Komunitá fil-qasam ta’ transport permezz ta’ l-ajru għandha jkollha l-iskop, fost affarijiet oħrajn, li tassigura livell ogħli ta’ protezzjoni għall-passiġġieri. ’Il fuq minn dan, konsiderazzjoni sħiħa għandha tiġi meħuda tal-ħtiġijiet ta’ protezzjoni tal-konsumatur b’mod ġenerali.</P></TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(7)</NO.P><TXT>Sabiex tiġi assigurata l-applikazzjoni effettiva ta’ dan ir-Regolament, l-obbligazzjonijiet li joħloq għandhom jibqgħu mal-trasportatur ta’ l-ajru li qed jopera li jwettaq jew li għandu l-ħsieb li jwettaq titjira, kemm jekk b’inġenji ta’ l-ajru li qegħdin fil-proprjetà, taħt kiri dry jew wet, jew fuq kwalunkwe bażi oħra.</TXT></NP></CONSID><P>[…]</P><CONSID><NP><NO.P>(12)</NO.P><TXT>Il-problemi u l-inkonvenjenza għal passiġġieri kkawżati minn kanċellazzjoni ta’ titjiriet għandhom ukoll jiġu mnaqqsin. Dan għandu jiġi miksub permezz tat-tħeġġiġ tat-trasportaturi biex jinfurmaw lill-passiġġieri b’kanċellazzjonijiet qabel il-ħin skedat tat-tluq u minn barra dan biex joffrulhom arranġament għall-vjaġġ raġonevoli, sabiex il-passiġġieri jistgħu jagħmlu arranġamenti oħrajn. Trasportaturi ta’ l-ajru għandhom jikkompensaw passiġġieri jekk jonqsu milli jagħmlu dan, ħlief għal meta l-kanċellazzjoni sseħħ f’ċirkostanzi straordinarji li ma setgħux jiġu evitati anki jekk il-miżuri raġonevoli kollha kienu ttieħdu.<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/></TXT></NP></CONSID></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 ta’ dan ir-regolament jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Għall-iskopijiet ta’ dan ir-Regolament:</P><P>[…]</P><?PAGE NO="3"?><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>trasportatur ta’ l-ajru li jopera<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="2019" ID="QE0004"/> ifisser trasportatur ta’ l-ajru li jwettaq jew li għandu l-ħsieb li jwettaq titjira taħt kuntratt ma’ passiġġier jew f’isem persuna oħra, legali jew naturali, li għandha kuntratt ma’ dak il-passiġġier;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(5) ta’ dan ir-regolament jippreċiża:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Dan ir-Regolament għandu japplika għal kwalunkwe trasportatur ta’ l-ajru li jopera li jipprovdi trasport għall-passiġġieri koperti mil-paragrafi 1 u 2. Fejn trasportatur ta’ l-ajru li jopera li m’għandu l-ebda kuntratt mal-passiġġier iwettaq obbligazzjonijiet taħt dan ir-Regolament, għandu jiġi meqjus li qed jagħmel dan f’isem il-persuna li għandha kuntratt ma’ dak il-passiġġier.<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 5(1) u (4) tal-istess regolament huwa fformulat fit-termini li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="005.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Fil-każ ta’ kanċellazzjoni ta’ titjira, il-passiġġieri in kwistjoni għandhom:</P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>jkollhom id-dritt għal kumpens mit-trasportatur ta’ l-ajru li jopera skond l-Artikolu 7, kemm‑il darba:</TXT><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>i)</NO.P><TXT>huma informati bil-kanċellazzjoni mill-inqas ġimgħatejn qabel il-ħin tat-tluq skedat;</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG><P>[…]</P><PARAG IDENTIFIER="005.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA>L-onus tal-provi fir-rigward tal-kwistjonijiet ta’ jekk u meta l-passiġġier ġie informat bil-kanċellazzjoni tat-titjira għandha tkun ir-responsabbilitá tat-trasportatur ta’ l-ajru li jopera.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>L-Artikolu 7(1) tar-Regolament Nru 261/2004 jippreċiża li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>Fejn referenza hi magħmula għal dan l-Artikolu, passiġġieri għandhom jirċievu kumpens li jammonta għal:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>EUR 250 għat-titjiriet kollha ta’ 1500 kilometru jew inqas;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>EUR 400 għat-titjiriet intra-Komunitarji kollha ta’ aktar minn 1500 kilometru, u għat-titjiriet oħrajn kollha bejn 1500 u 3500 kilomentru;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>EUR 600 għat-titjiriet kollha li ma jaqawx taħt (a) jew (b).</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>L-Artikolu 13 ta’ dan ir-regolament jiddisponi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>F’każijiet fejn trasportatur ta’ l-ajru li jopera jħallas kumpens jew jilħaq l-obbligazzjonijiet oħra li għandu d-dmir iwettaq taħt dan ir-Regolament, l-ebda dispożizzjoni ta’ dan ir-Regolament ma jista’ jiġi interpretat li jirrestrinġi d-dritt tiegħu li jfittex kumpens minn kwalunkwe persuna, inklużi partijiet terzi, skond il-liġi applikabbli. Partikolarment, dan ir-Regolament m’għandu bl-ebda mod jirrestrinġi d-dritt tal-trasportatur ta’ l-ajru li jopera biex ifittex rimbors minn operatur tat-tour jew persuna oħra ma’ liema l-trasportatur ta’ l-ajru li jopera għandu kuntratt. B’mod simili, l-ebda dispożizzjoni ta’ dan ir-Regolament ma tista’ tiġi interpretata li tirrestrinġi d-dritt ta’ operatur tat-tour jew ta’ parti terza, barra minn passiġġier, ma’ liema trasportatur ta’ l-ajru li jopera għandu kuntratt, biex ifittex rimbors jew kumpens mil-trasportatur ta’ l-ajru li jopera skond il-liġijiet applikabbli rilevanti.<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="4"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Fis-sit internet www.gate1.nl (iktar ’il quddiem is-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>sit Gate 1<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/>), B. J. A. Krijgsman għamel riżervazzjoni għal titjira bir-ritorn Amsterdam Schiphol (il-Pajjiżi l-Baxxi)-Paramaribo (is-Suriname), operata minn SLM. It-tluq tal-ewwel titjira kien previst fl-<DATE ISO="20141114">14 ta’ Novembru 2014</DATE> fit-15:15.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Fid-<DATE ISO="20141009">9 ta’ Ottubru 2014</DATE>, SLM informat lis-sit Gate 1 dwar il-kanċellazzjoni ta’ din it-titjira.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20141104">4 ta’ Novembru 2014</DATE>, B. J. A. Krijgsman irċieva posta elettronika mis-sit Gate 1 li kienet tinformah li t-titjira tiegħu issa kienet prevista għall-<DATE ISO="20141115">15 ta’ Novembru 2014</DATE> fit-15:15.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20141220">20 ta’ Diċembru 2014</DATE>, B. J. A. Krijgsman talab kumpens lil SLM f’dan ir-rigward, liema talba ġiet miċħuda, fil-<DATE ISO="20150305">5 ta’ Marzu 2015</DATE>, minħabba li l-informazzjoni dwar il-bidla fid-data tat-tluq kienet ġiet ikkomunikata lis-sit Gate 1, fid-<DATE ISO="20141009">9 ta’ Ottubru 2014</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20150612">12 ta’ Ġunju 2015</DATE>, is-sit Gate 1 informa lil B. J. A. Krijgsman li kien qed jiċħad kull responsabbiltà għad-dannu li għalih intalab iħallas kumpens għar-raġunijiet li, essenzjalment, qabel kollox, il-mandat tiegħu kien limitat għall-konklużjoni ta’ kuntratti bejn passiġġieri u trasportaturi bl-ajru, sussegwentement, li għaldaqstant huwa ma kienx responsabbli għal bidliet fil-ħinijiet imwettqa minn trasportatur bl-ajru u, fl-aħħar nett, li r-responsabbiltà li l-passiġġieri jiġu informati f’sitwazzjoni bħal din kienet taqa’ fuq it-trasportatur bl-ajru, li lilu kien ġie kkomunikat, fil-fajl ta’ riżervazzjoni, l-indirizz elettroniku tal-passiġġier.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20150612">12 ta’ Ġunju 2015</DATE>, B. J. A. Krijgsman, mill-ġdid, talab minn SLM il-ħlas tas-somma f’daqqa ta’ EUR 600 imsemmija fl-Artikolu 7(1)(c) tar-Regolament Nru 261/2004. Din it-talba ġiet miċħuda fit-<DATE ISO="20150903">3 ta’ Settembru 2015</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Sussegwentement, B. J. A. Krijgsman adixxa r-rechtbank Noord-Nederland (qorti tal-Pajjiżi l-Baxxi tat-tramuntana) sabiex jikseb il-kundanna, b’deċiżjoni eżekuttiva għal kull dispożizzjoni, ta’ SLM għall-ħlas tal-imsemmi ammont.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>SLM tikkontesta din it-talba. Hija ssostni, qabel kollox, li B. J. A. Krijgsman kien ikkonkluda kuntratt ta’ vvjaġġar ma’ aġent tal-ivvjaġġar. Sussegwentement, hija tenfasizza li l-aġenti tal-ivvjaġġar kollha li jikkummerċjalizzaw il-biljetti tagħha, inkluż is-sit Gate 1, ġew informati dwar il-kanċellazzjoni tat-titjira tal-<DATE ISO="20141114">14 ta’ Novembru 2014</DATE>. Fl-aħħar nett, hija tosserva li hija użanza li t-trasportaturi bl-ajru jikkomunikaw l-informazzjoni tagħhom relatata mat-titjiriet lill-aġenti tal-ivvjaġġar li kkonkludew il-kuntratt ta’ vvjaġġar u ta’ trasport f’isem il-passiġġieri, fejn dawn l-aġenti għandhom jittrażmettu din l-informazzjoni lill-passiġġieri. Issa, f’dan il-każ, fid-dawl tal-informazzjoni pprovduta minn SLM lis-sit Gate 1, fid-<DATE ISO="20141009">9 ta’ Ottubru 2014</DATE>, B. J. A. Krijgsman għandu jitqies li ġie informat bil-kanċellazzjoni tat-titjira tiegħu iktar minn ġimagħtejn qabel il-ħin tat-tluq previst għaliha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tqis li r-Regolament Nru 261/2004 ma jispeċifikax il-modalitajiet li skonthom it-trasportatur bl-ajru għandu jinforma lill-passiġġieri fil-każ ta’ kanċellazzjoni ta’ titjira fl-ipoteżi ta’ kuntratt ta’ trasport konkluż permezz ta’ aġent tal-ivvjaġġar jew ta’ sit internet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, ir-rechtbank Noord-Nederland (qorti tal-Pajjiżi l-Baxxi tat-tramuntana) iddeċidiet li tissospendi l-proċedimenti quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari segwenti:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Liema rekwiżiti (ta’ forma jew ta’ sostanza) l-eżekuzzjoni tal-obbligu ta’ informazzjoni fis-sens tal-Artikolu 5(1)(c) tar-Regolament Nru 261/2004 għandha tissodisfa meta l-kuntratt ta’ trasport ikun ġie konkluż bl-intermedjazzjoni ta’ aġent tal-ivvjaġġar jew meta r-reservazzjoni tkun saret permezz ta’ sit internet?<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></P></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="5"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq id-domanda preliminari</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Mid-deċiżjoni tar-rinviju jirriżulta li r-rikorrent fil-kawża prinċipali, passiġġier li xtara, permezz ta’ aġenzija tal-ivvjaġġar online, biljett fuq titjira operata minn SLM, jitlob minn dan it-trasportatur bl-ajru l-ħlas tal-kumpens previst fl-Artikolu 5(1)(c) u l-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 261/2004, minħabba li ma kienx ġie informat bil-kanċellazzjoni ta’ din it-titjira mill-inqas ġimagħtejn qabel il-ħin ta’ tluq previst.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Madankollu huwa paċifiku, skont din id-deċiżjoni, li, iktar minn ġimagħtejn qabel il-ħin tat-tluq previst tat-titjira kkonċernata, l-imsemmi trasportatur bl-ajru informa lill-aġenzija tal-ivvjaġġar online dwar il-kanċellazzjoni tat-titjira kkunsidrata, iżda li dan l-aġent informa lir-rikorrent fil-kawża prinċipali biss għaxart ijiem qabel il-ħin tat-tluq previst. F’dan ir-rigward, bl-ebda mod ma jirriżulta mill-imsemmija deċiżjoni li huwa kkontesta l-modalitajiet ta’ din l-informazzjoni u n-natura effettiva tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>B’hekk, permezz tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk l-Artikolu 5(1)(c) u l-Artikolu 7 tal-imsemmi regolament għandhomx jiġu interpretati fis-sens li t-trasportatur bl-ajru effettiv għandux iħallas il-kumpens previst minn dawn id-dispożizzjonijiet fil-każ ta’ kanċellazzjoni ta’ titjira li fir-rigward tagħha ma ngħatatx informazzjoni lill-passiġġier mill-inqas ġimagħtejn qabel il-ħin tat-tluq previst, inkluż meta dan it-trasportatur ikun informa b’din il-kanċellazzjoni, mill-inqas ġimagħtejn qabel dan il-ħin, lill-aġent tal-ivvjaġġar li permezz tiegħu l-kuntratt ta’ trasport ġie konkluż mal-passiġġier ikkonċernat u fejn dan tal-aħħar ma jkunx ġie informat minn dan l-aġent f’dan it-terminu ta’ żmien.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>L-Artikolu 5(1)(c) tar-Regolament Nru 261/2004 jiddikjara li, fil-każ ta’ kanċellazzjoni ta’ titjira, il-passiġġieri kkonċernati għandhom dritt għal kumpens mit-trasportatur bl-ajru effettiv konformement mal-Artikolu 7 ta’ dan ir-regolament, sakemm dawn ma jiġux informati dwar il-kanċellazzjoni tat-titjira mill-inqas ġimagħtejn qabel il-ħin ta’ tluq previst.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Konformement mal-Artikolu 5(4) tar-Regolament Nru 261/2004, it-trasportatur bl-ajru effettiv għandu l-oneru li jipprova li informa lill-passiġġieri bil-kanċellazzjoni tat-titjira kkonċernata kif ukoll it-termini ta’ żmien li fihom huwa għamel dan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Skont ġurisprudenza stabbilita, għall-finijiet tal-interpretazzjoni ta’ dispożizzjoni tad-dritt tal-Unjoni, hemm lok li ma jittiħdux inkunsiderazzjoni biss kliemha, iżda wkoll il-kuntest tagħha u l-għanijiet imfittxija mil-leġiżlazzjoni li tagħha hija tagħmel parti (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20161116">16 ta’ Novembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Hemming <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑316/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:879">EU:C:2016:879</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>F’dan il-każ, hekk kif osservaw il-Gvern Franċiż, Awstrijak u Pollakk kif ukoll il-Kummissjoni Ewropea fl-osservazzjonijiet bil-miktub tagħhom, mill-formulazzjoni ċara ta’ dawn id-dispożizzjonijiet jirriżulta li, peress li t-trasportatur bl-ajru effettiv ma huwiex f’pożizzjoni li jipprova li l-passiġġier ikkonċernat ġie informat bil-kanċellazzjoni tat-titjira tiegħu iktar minn ġimagħtejn qabel il-ħin ta’ tluq previst, huwa għandu jħallas il-kumpens previst minn dawn id-dispożizzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Kuntrarjament għal dak li ssostni SLM, interpretazzjoni bħal din ma hijiex biss valida meta l-kuntratt ta’ trasport ikun ġie konkluż direttament bejn il-passiġġier ikkonċernat u t-trasportatur bl-ajru, iżda wkoll meta dan il-kuntratt ikun ġie konkluż permezz ta’ terzi, bħal, fil-każ tal-kawża prinċipali, aġenzija tal-ivvjaġġar online.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Fil-fatt, hekk kif jirriżulta kemm mill-Artikolu 3(5) tar-Regolament Nru 261/2004 kif ukoll mill-premessi 7 u 12 tiegħu, it-trasportatur bl-ajru effettiv li jopera jew li għandu l-intenzjoni li jopera titjira biss huwa obbligat għall-kumpens tal-passiġġieri minħabba nuqqasijiet għall-obbligi li jirriżultaw minn dan ir-regolament fosthom, b’mod partikolari, l-obbligu ta’ informazzjoni previst fl-Artikolu 5(1)(c) tiegħu.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Interpretazzjoni bħal din biss tista’ tissodisfa l-għan li jiġi żgurat livell għoli ta’ protezzjoni tal-passiġġieri msemmi fil-premessa 1 tar-Regolament Nru 261/2004, li tiggarantixxi li l-passiġġier li t-titjira tiegħu ġiet irriżervata permezz ta’ terzi qabel ma ġiet ikkanċellata jkun f’pożizzjoni li jidentifika lid-debitur tal-kumpens previst fl-Artikolu 5(1)(c) u l-Artikolu 7 ta’ dan ir-regolament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġi osservat li l-obbligi li għandu t-trasportatur bl-ajru effettiv skont ir-Regolament Nru 261/2004 huma bla ħsara għad-dritt tiegħu li jitlob kumpens għad-danni, konformement mad-dritt nazzjonali applikabbli, lil kull persuna li minħabba fiha ġew ikkawżati n-nuqqasijiet ta’ dan it-trasportatur għat-twettiq tal-obbligi tiegħu, inklużi t-terzi, hekk kif inhu previst fl-Artikolu 13 ta’ dan ir-regolament (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150917">17 ta’ Settembru 2015</DATE>, <NAME.CASE>van der Lans</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑257/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:618">EU:C:2015:618</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Dan l-artikolu jippreċiża, b’mod partikolari, li r-Regolament Nru 261/2004 bl-ebda mod ma jillimita d-dritt tat-trasportatur bl-ajru effetti milli jitlob kumpens għad-danni lil organizzatur ta’ vjaġġi jew lil persuna oħra li magħha t-trasportatur bl-ajru effettiv ikkonkluda kuntratt.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, jeħtieġ li r-risposta għad-domanda magħmula tkun li l-Artikolu 5(1)(c) u l-Artikolu 7 tar-Regolament Nru 261/2004 għandhom jiġu interpretati fis-sens li t-trasportatur bl-ajru effettiv għandu l-obbligu jħallas il-kumpens previst minn dawn id-dispożizzjonijiet fil-każ ta’ kanċellazzjoni ta’ titjira li fir-rigward tagħha ma ngħatatx informazzjoni lill-passiġġier mill-inqas ġimagħtejn qabel il-ħin tat-tluq previst, inkluż meta dan it-trasportatur ikun informa b’din il-kanċellazzjoni, mill-inqas ġimagħtejn qabel dan il-ħin, lill-aġent tal-ivvjaġġar li permezz tiegħu l-kuntratt ta’ trasport ġie konkluż mal-passiġġier ikkonċernat u fejn dan tal-aħħar ma jkunx ġie informat minn dan l-aġent f’dan it-terminu ta’ żmien.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Fuq l-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (It-Tmien Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><P><HT TYPE="BOLD">L-Artikolu 5(1)(c) u l-Artikolu 7 tar-Regolament (KE) Nru 261/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal‑<DATE ISO="20040211">11 ta’ Frar 2004</DATE>, li jistabbilixxi regoli komuni dwar il-kumpens u l-assistenza għal passiġġieri fil-każ li ma jitħallewx jitilgħu u ta’ kanċellazzjoni jew dewmien twil ta’ titjiriet, u li jħassar ir-Regolament (KEE) Nru 295/91, għandhom jiġu interpretati fis-sens li t-trasportatur bl-ajru effettiv għandu l-obbligu jħallas il-kumpens previst minn dawn id-dispożizzjonijiet fil-każ ta’ kanċellazzjoni ta’ titjira li fir-rigward tagħha ma ngħatatx informazzjoni lill-passiġġier mill-inqas ġimagħtejn qabel il-ħin tat-tluq previst, inkluż meta dan it-trasportatur ikun informa b’din il-kanċellazzjoni, mill-inqas ġimagħtejn qabel dan il-ħin, lill-aġent tal-ivvjaġġar li permezz tiegħu l-kuntratt ta’ trasport ġie konkluż mal-passiġġier ikkonċernat u fejn dan tal-aħħar ma jkunx ġie informat minn dan l-aġent f’dan it-terminu ta’ żmien.</HT></P></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>