|
25.9.2010 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 252/33 |
DEĊIŻJONI TAL-PARLAMENT EWROPEW
tal-5 ta’ Mejju 2010
dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni għas-sena finanzjarja 2008
(2010/496/UE, Euratom)
IL-PARLAMENT EWROPEW,
wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008 (1),
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Komunitajiet Ewropej għas-sena finanzjarja 2008 – Volum I (SEC(2009) 1089 – C7-0172/2009) (2),
wara li kkunsidra l-kontijiet annwali finali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni għas-sena finanzjarja 2008,
wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill dwar is-segwitu għad-deċiżjonijiet ta’ kwittanza 2007 (COM(2009) 526) u d-dokument ta’ ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanja lil dan ir-rapport (SEC(2009) 1427),
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni bit-titlu “Sinteżi tal-kisbiet ta” tmexxija tal-Kummissjoni fl-2008’ (COM(2009) 256),
wara li kkunsidra r-rapport annwali tal-Kummissjoni għall-awtorità ta’ kwittanza dwar il-verifiki interni mwettqa fis-sena 2008 (COM(2009) 0419), u d-dokument ta’ ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanja lil dan ir-rapport (SEC(2009) 1102),
wara li kkunsidra r-rapport tal-Qorti tal-Awdituri dwar il-kontijiet annwali tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni għas-sena finanzjarja 2008, flimkien mat-tweġibiet tal-Aġenzija (3),
wara li kkunsidra d-dikjarazzjoni ta’ assigurazzjoni dwar l-affidabbiltà tal-kontijiet kif ukoll il-legalità u r-regolarità tal-operazzjonijiet li jaqgħu taħthom, ipprovduta mill-Qorti tal-Awdituri skont l-Artikolu 248 tat-Trattat KE (4),
wara li kkunsidra l-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-16 ta’ Diċembru 2008 dwar għarfien komuni tal-kunċett ta’ riskju tollerabbli ta’ żball (COM(2008) 866), u d-dokument ta’ ħidma tas-servizzi tal-Kummissjoni li jakkumpanja lil din il-komunikazzjoni (SEC(2008) 3054),
wara li kkunsidra r-rakkomandazzjoni tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2010 dwar il-kwittanza li għandha tingħata lill-aġenziji eżekuttivi fir-rigward tal-implimentazzjoni tal-baġit għas-sena finanzjarja 2008 (5828/2010 – C7-0055/2010),
wara li kkunsidra l-Artikoli 274, 275 u 276 tat-Trattat KE, l-Artikoli 317, 318 and 319 tat-Trattat FUE, kif ukoll l-Artikoli 179a u 180b tat-Trattat Euratom,
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE, Euratom) Nru 1605/2002 tal-25 ta’ Ġunju 2002 dwar ir-Regolament Finanzjarju applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Komunitajiet Ewropej (5), u b’mod partikolari l-Artikoli 55, 145, 146 u 147 tiegħu,
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 tad-19 ta’ Diċembru 2002 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (6), u b’mod speċjali l-Artikolu 14(3) tiegħu,
wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1653/2004 tal-21 ta’ Settembru 2004 dwar regolament finanzjarju standard tal-aġenziji eżekuttivi skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 li jfassal l-istatut għall-aġenziji eżekuttivi li jridu jiġu fdati b’ċerti kompiti fit-tmexxija tal-programmi tal-Komunità (7), u b’mod speċjali l-Artikolu 66, l-ewwel u t-tieni inċiżi, tiegħu,
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2004/20/KE tat-23 ta’ Diċembru 2003 li tistabbilixxi aġenzija eżekuttiva, l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Enerġija Intelliġenti, biex timmaniġġja l-azzjoni tal-Komunità fis-settur tal-enerġija bl-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 58/2003 (8),
wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2007/372/KE tal-31 ta’ Mejju 2007 li temenda d-Deċiżjoni 2004/20/KE sabiex tittrasforma l-Aġenzija Eżekuttiva għall-Enerġija Intelliġenti f’Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni (9),
wara li kkunsidra l-Artikolu 76 u l-Anness VI tar-Regoli ta’ Proċedura tiegħu,
wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Kontroll tal-Baġit u l-opinjonijiet tal-kumitati interessati l-oħra (A7-0099/2010),
|
A. |
Billi skont l-Artikolu 317 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea l-Kummissjoni timplimenta l-baġit f’kooperazzjoni mal-Istati Membri taħt ir-responsabbiltà tagħha stess, b’kunsiderazzjoni għall-prinċipji ta’ tmexxija finanzjarja tajba, |
|
1. |
Jagħti l-kwittanza lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni dwar l-implimentazzjoni tal-baġit tal-Aġenzija għas-sena finanzjarja 2008; |
|
2. |
Jippreżenta l-osservazzjonijiet tiegħu fir-riżoluzzjoni li hi parti integrali mid-deċiżjonijiet dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, Taqsima III – Il-Kummissjoni u (l-)aġenziji eżekuttivi; |
|
3. |
Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din id-deciżjoni, flimkien mad-deċiżjoni dwar il-kwittanza għall-implimentazzjoni tal-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2008, Taqsima III – Il-Kummissjoni, kif ukoll ir-riżoluzzjoni li hi parti integrali minn dawn id-deċiżjonijiet, lid-Direttur tal-Aġenzija Eżekuttiva għall-Kompetittività u l-Innovazzjoni, lill-Kunsill, lill-Kummissjoni, lill-Qorti tal-Ġustizzja u lill-Qorti tal-Awdituri u biex jiżgura li tiġi ppubblikata f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (serje L). |
Il-President
Jerzy BUZEK
Is-Segretarju Ġenerali
Klaus WELLE
(2) ĠU C 273 13.11.2009, p. 1.
(3) ĠU C 304, 15.12.2009, p. 77.
(4) ĠU C 273, 13.11.2009, p. 122.
(5) ĠU L 248, 16.9.2002, p. 1.