|
26.5.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 162/5 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ (PESK) 2020/695
tad-19 ta’ Mejju 2020
dwar l-aċċettazzjoni tal-kontribut ta’ Stat terz għall-Missjoni ta’ Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA) (EUTM RCA/1/2020)
IL-KUMITAT POLITIKU U TA’ SIGURTÀ,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari t-tielet paragrafu tal-Artikolu 38 tiegħu,
Wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2016/610 tad-19 ta’ April 2016 dwar Missjoni ta’ Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA) (1),
Billi:
|
(1) |
Taħt l-Artikolu 8(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2016/610, il-Kunsill awtorizza lill-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà biex jieħu d-deċiżjonijiet rilevanti dwar l-aċċettazzjoni tal-kontributi proposti minn Stati terzi għall-EUTM RCA. |
|
(2) |
Wara r-rakkomandazzjonijiet fir-rigward ta’ kontribut mir-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq li saru mill-Kmandant tal-Missjoni tal-UE u mill-Kumitat Militari tal-Unjoni Ewropea, ikun xieraq li l-kontribut mir-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq jiġi aċċettat u jitqies bħala sinifikanti. |
|
(3) |
F’konformità mal-Artikolu 5 tal-Protokoll Nru 22 dwar il-pożizzjoni tad-Danimarka, anness mat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea u mat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, id-Danimarka ma tiħux sehem fl-elaborazzjoni u l-implimentazzjoni ta’ deċiżjonijiet u azzjonijiet tal-Unjoni li għandhom implikazzjonijiet ta’ difiża, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
1. Il-kontribut mir-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq għall-Missjoni ta’ Taħriġ Militari tal-PSDK tal-Unjoni Ewropea fir-Repubblika Ċentru-Afrikana (EUTM RCA) huwa aċċettat u meqjus bħala sinifikanti.
2. Ir-Repubblika tal-Maċedonja ta’ Fuq hija eżentata minn kontribuzzjonijiet finanzjarji għall-baġit tal-EUTM RCA.
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, id-19 ta’ Mejju 2020.
Għall-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà
Il-President
S. FROM-EMMESBERGER