Proposta għal regolament tal-Kunsill li jtemm reviżjoni interim parzjali tal-miżuri anti-dumping fir-rigward ta’ importazzjonijiet ta’ fibri sintetiċi komuni tal-polyesters li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, l-Għarabja Sawdita, l-Belarus u r-Repubblika tal-Korea /* KUMM/2007/0088 finali */
[pic] | KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ | Brussel 9.3.2007 KUMM(2007) 88 finali Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jtemm reviżjoni interim parzjali tal-miżuri anti-dumping fir-rigward ta’ importazzjonijiet ta’ fibri sintetiċi komuni tal-polyesters li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, l-Għarabja Sawdita, l-Belarus u r-Repubblika tal-Korea (preżentata mill-Kummissjoni) MEMORANDUM TA' SPJEGAZZJONI IL-KUNTEST TAL-PROPOSTA | 110 | Raġunijiet u għanijiet tal-proposta Din il-proposta tikkonċerna l-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar protezzjoni kontra d-dumping ta' importazzjonijiet minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2117/2005 tal-21 ta' Diċembru 2005 ('ir-Regolament bażiku') fil-proċediment li jirrigwarda l-importazzjonijiet ta' fibri komuni sintetiċi ta' polyesters li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina, l-Għarabja Sawdita, il-Belarus u r-Repubblika tal-Korea. | 120 | Kuntest ġenerali Din il-proposta qiegħda ssir fil-kuntest ta’ l-implimentazzjoni tar-Regolament bażiku u hija r-riżultat ta’ investigazzjoni li twettqet skond ir-rekwiżiti sostantivi u proċedurali stipulati fir-Regolament bażiku. | 139 | Dispożizzjonijiet eżistenti fil-qasam tal-proposta Ma hemm l-ebda dispożizzjoni eżistenti fil-qasam tal-proposta | 141 | Konsistenza ma’ politiki u għanijiet oħra ta’ l-Unjoni Mhux applikabbli. | KONSULTAZZJONI MA’ PARTIJIET INTERESSATI U STIMA TA’ L-IMPATT | Konsultazzjoni ma’ partijiet interessati | 219 | Il-partijiet interessati kkonċernati fil-proċediment diġà kellhom il-possibbiltà li jiddefendu l-interessi tagħhom matul l-investigazzjoni, skond id-dispożizzjonijiet tar-Regolament bażiku. | Ġbir u użu ta’ għarfien espert | 229 | Ma kien hemm l-ebda ħtieġa ta’ għarfien espert estern. | 230 | Stima ta’ l-impatt Din il-proposta hija r-riżultat ta’ l-implimentazzjoni tar-Regolament bażiku. Ir-Regolament bażiku ma jipprevedix stima ġenerali ta’ l-impatt iżda jistabbilixxi lista eżawrjenti ta’ kondizzjonijiet li għandhom jiġu vvalutati. | L-ELEMENTI ġURIDIċI TAL-PROPOSTA | 305 | Taqsira ta’ l-azzjoni proposta Fit-22 ta' Diċembru 2005, il-Kummissjoni bdiet reviżjoni parzjali interim ex officio, limitata fl-ambitu għal eżami ta' l-ambitu tal-prodott tal-miżuri anti-dumping applikabbli għal importazzjonijiet ta' fibri komuni sintetiċi tal-polyesters (PSF) li joriġinaw fir-Repubblika Popolari taċ-Ċina (RPĊ), l-Għarabja Sawdita, il-Belarus, l-Awstralja, l-Indoneżja, it-Tajlandja, ir-Repubblika tal-Korea u l-Indja. Il-bażi li fuqha ngħatat bidu din ir-revizjoni kienet l-informazzjoni mibgħuta minn produttur esportatur Korean, li wriet li l-fibri komuni tal-polyester li jdubu malajr (LMP=Low Melt Polyester) għandhom jiġu esklużi mill-ambitu tal-prodott, peress li dehru li għandhom karatteristiċi kimiċi u fiżiċi bażiċi u użi aħħarija differenti meta mqabbla ma' tipi oħra ta' PSF. Iżda l-investgazzjoni wriet li l-LMP u tipi oħra ta' PSF għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u kimiċi u għandhom l-istess utenti aħħarija. B'mod partikolari, l-LMP u tipi oħra ta' PSF huma bbażati fuq l-istess materja prima, il-proċess ta' produzzjoni huwa bażikament l-istess, għandhom l-istess utenti aħħarija tipiċi, jitqassmu permezz ta' l-istess kanali u, fl-aħħar nett, sa ċertu punt huma interskambjabbli. Għalhekk, ġie konkluż li l-LMP u tipi oħra ta' PSF għandhom jitqiesu bħala prodott wieħed għall-applikazzjoni tal-miżuri eżistenti ta' anti-dumping. Għalhekk qed jiġi propost li din ir-reviżjoni interim parzjali tintemm mingħajr emenda ta' l-ambitu tal-prodott tal-miżuri anti-dumping applikabbli għall-importazzjonijiet ta' PSF mir-RPĊ, l-Għarabja Sawdita, il-Belarus u r-Repubblika tal-Korea. Qed tittieħed nota li l-miżuri ta' anti-dumping li jirrigwardaw importazzjonijiet ta' PSF li joriġinaw fl-Awstralja, l-Indja, l-Indoneżja u t-Tajlandja ġew revokati bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1515/2006 tat-13 ta' Ottubru 2006 u, għalhekk, dawn l-importazzjonijiet mhumiex aktar soġġetti għal din ir-reviżjoni parzjali interim. L-Istati Membri kienu kkonsultati u appoġġjaw din il-proposta b' mod unanimu. Huwa propost li l-Kunsill jadotta l-proposta mehmuża għal Regolament li għandu jkun ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali malajr kemm jista' jkun. | 310 | Bażi ġuridika Ir-Regolament tal-Kunsil (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma oġġett ta' dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Komunità Ewropea, hekk kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 2117/2005 tal-21 ta' Diċembru 2005. | 329 | Il-prinċipju tas-sussidjarjetà Din il-proposta taqa’ taħt il-kompetenza esklussiva tal-Komunità. Il-prinċipju tas-sussidjarjetà għalhekk ma japplikax. | Il-prinċipju tal-proporzjonalità Il-proposta hija konformi mal-prinċipju tal-proporzjonalità għar-raġuni(jiet) li ġejja/in. | 331 | Il-forma ta' l-azzjoni hija deskritta fir-Regolament bażiku msemmi hawn fuq, u ma tħalli l-ebda skop għal deċiżjonijiet nazzjonali. | 332 | L-indikazzjoni tal-mod kif il-piż finanzjarju u amministrattiv li jaqa' fuq il-Komunità, il-gvernijiet nazzjonali, l-awtoritajiet reġjonali u lokali, l-operaturi ekonomiċi u ċ-ċittadini jiġi mminimizzat u jkun proporzjonali għall-għan tal-proposta mhijiex applikabbli. | L-għażla ta' l-istrumenti | 341 | L-istrumenti proposti: Regolament. | 342 | Mezzi oħra ma jkunux addattati għar-raġuni(jiet) li ġejja/in. Ir-regolament bażiku msemmi hawn fuq ma jipprevedix għażliet alternattivi. | IMPLIKAZZJONI BAġITARJA | 409 | Il-proposta ma għandhiex implikazzjoni għall-baġit tal-Komunità. | E-3416 | 1. Proposta għal REGOLAMENT TAL-KUNSILL li jtemm reviżjoni interim parzjali tal-miżuri anti - dumping fir-rigward ta’ importazzjonijiet ta’ fibri sintetiċi komuni tal- polyesters li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, l-Għarabja Sawdita, l-Belarus u r-Repubblika tal-Korea IL-KUNSILL TA’ L-UNJONI EWROPEA, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea, Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 384/96 tat-22 ta' Diċembru 1995 dwar il-ħarsien kontra importazzjonijiet li huma oġġetti ta' dumping minn pajjiżi li mhumiex membri tal-Komunità Ewropea[1] ('ir-Regolament bażiku'), u b' mod partikolari l-Artikolu 11(3) tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta ppreżentata mill-Kummissjoni wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, Billi: 1. PROĊEDURA 1.1. Miżuri eżistenti (1) Permezz tar-Regolament (KE) Nru 1522/2000[2], il-Kunsill impona dazju definittiv kontra d- dumping fuq importazzjonijiet ta’ fibri sintetiċi komuni tal- polyesters (‘PSF’) li joriġinaw fl-Awstralja, l-Indoneżja u t-Tajlandja. (2) Permezz tar-Regolament (KE) Nru 2852/2000[3], il-Kunsill impona dazju definittiv anti - dumping fuq importazzjonijiet ta' PSF li joriġinaw fir-Repubblika tal-Korea u l-Indja. (3) Bir-Regolament (KE) Nru 1799/2002[4], il-Kunsill impona dazju anti - dumping definittiv fuq importazzjoni ta' PSF li joriġinaw fil-Belarus. (4) Bir-Regolament (KE) Nru 428/2005[5], il-Kunsill impona dazju definittiv anti-dumping fuq importazzjonijiet ta' PSF li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina ('RPĊ') u l-Għarabja Sawdita u emenda u ġedded għal ħames snin il-miżuri li jirrigwardaw ir-Repubblika tal-Korea. (5) Dawn ir-Regolamenti kollha minn issa 'l quddiem jissejħu 'ir-Regolamenti oriġinali'. L-investigazzjonijiet li wasslu għall-miżura imposta bir-Regolamenti oriġinali minn issa 'l quddiem se jissejħu 'l-investigazzjonijiet oriġinali'. Wara r-reviżjonijiet ta' skadenza tal-miżuri li jirrigwardaw l-importazzjonijiet ta' PSF li joriġinaw fl-Awstralja, l-Indja, l-Indoneżja u t-Tajlandja[6], il-Kunsill, bir-Regolament (KE) Nru 1515/2006[7], irrevoka d-dazji anti-dumping fir-rigward ta' dawn l-importazzjonijiet. (6) Qed tittieħed nota li proċediment ġdid dwar l- anti-dumping li jikkonċerna l-importazzjonijiet ta' PSF li joriġinaw fil-Malażja u t-Tajwan ingħata bidu fit-12 ta' April 2006[8] u ġew imposti miżuri provviżorji bir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2005/2006[9]. 1.2. Raġunijiet għar-reviżjoni (7) Il-bażi biex tingħata bidu din ir-reviżjoni kienet l-informazzjoni mibgħuta mill-produttur esportatur Korean Saehan Industries Inc., li wriet li l-fibri komuni tal- polyester li jdubu malajr ('LMP'), kif iddefiniti fil-premessa (20) hawn taħt, għandhom jiġu esklużi mill-ambitu tal-prodott, peress li kien jidher li għandhom karatteristiċi bażiċi fiżiċi u kimiċi u użi aħħarija differenti meta mqabbla ma' tipi oħra ta' PSF. B'mod partikolari, għall-kuntrarju ta' tipi oħra ta' PSF, l-LMP jidher li għandu karatteristiċi intrinsiċi ta' liega. 1.3. Inizjazzjoni (8) Wara li ddeterminat, wara konsultazzjoni mal-Kumitat Konsultattiv, li kien hemm biżżejjed xhieda biex tiġġustifika li tingħata bidu r-reviżjoni parzjali interim, il-Kummissjoni ħabbret b'avviż ('l-avviż ta' bidu') ippubblikat fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea[10] l-bidu ta' reviżjoni parzjali interim skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament bażiku, limitat fl-ambitu għal eżami ta' l-ambitu tal-prodott tal-miżuri anti-dumping fuq importazzjonijiet ta' PSF li joriġinaw fir-RPĊ, l-Għarabja Sawdita, il-Belarus, l-Awstralja, l-Indoneżja, it-Tajlandja, ir-Repubblika tal-Korea u l-Indja. Qed tittieħed nota li din ir-reviżjoni ngħatat bidu fuq l-inizjattiva tal-Kummissjoni stess. 1.4. Investigazzjoni ta’ reviżjoni (9) Il-Kummissjoni b'mod uffiċjali għarrfet lill-awtoritajiet tar-RPĊ, l-Għarabja Sawdita, il-Belarus, l-Awstralja, l-Indoneżja, it-Tajlandja, ir-Repubblika tal-Korea u l-Indja ('il-pajjiżi kkonċernati'), u l-partijiet l-oħra kollha magħrufa li huma kkonċernati, jiġifieri produtturi/esportaturi fil-pajjiżi kkonċernati u l-għaqdiet tagħhom, l-utenti u l-importaturi fil-Komunità u l-għaqdiet tagħhom u l-produtturi fil-Komunità u l-għaqdiet tagħhom, dwar il-bidu ta' l-investigazzjoni ta' reviżjoni. Il-partijiet interessati ngħataw l-opportunità li jagħtu l-osservazzjonijiet tagħhom bil-miktub u li jitolbu seduta fil-limitu ta’ żmien stabbilit fl-avviż ta' inizjazzjoni. Il-partijiet interessati kollha li gћamlu din it-talba u li wrew li kien hemm raġunijiet partikolari għaliex kellhom jinstemgħu, ingћataw seduta ta' smigћ. (10) Il-Kummissjoni bagħtet kwestjonarji lill-partijiet kollha magħrufa li huma kkonċernati, u lill-partijiet l-oħra kollha li ddikjaraw ruħhom fi ħdan l-iskadenza stabbilita fl-avviż ta' inizjazzjoni. (11) Fid-dawl ta' l-ambitu tar-reviżjoni, ma twaqqaf ebda perjodu ta' investigazzjoni għall-fini ta' din ir-reviżjoni. It-tagħrif li wasal fil-kwestjonarji kopra l-perjodu mill-1998 sa l-2005 ('il-perjodu meqjus'). Għall-perjodu meqjus, intalab tagħrif dwar volum u valur ta' bejgħ/xiri, volum u kapaċità ta' produzzjoni għat-tipi kollha ta' PSF u LMP. Barra minn hekk, il-partijiet kkonċernati ntalbu jikkumentaw dwar xi differenzi jew similaritajiet bejn l-LMP u tipi oħra ta' PSF fir-rigward tal-proċess ta' produzzjoni tagħhom, il-karatteristiċi tekniċi, l-użu aħħari, il-kapaċità ta' interskambju eċċ. (12) Tweġibiet għall-kwestjonarju mimlija b'mod suffiċjenti waslu mingħand esportatur produttur tal-PSF Tajlandiż, żewġ Koreani u wieħed mill-Għarabja Sawdita, erba' produtturi mill-Komunità ta' PSF, ħames utenti u żewġ importaturi fil-Komunità. Bosta partijiet oħra, inkluża l-għaqda ta' l-utenti u l-għaqda tal-produtturi ta' PSF tal-Komunità bagħtu l-kummenti tagħhom. (13) Il-Kummissjoni fittxet li tiġbor u li tivverifika l-informazzjoni kollha meqjusa neċessarja għall-finijiet ta' evalwazzjoni dwar jekk kienx hemm ħtieġa li l-ambitu tal-miżuri eżistenti jiġi emendat. (14) Qed tittieħed nota li, peress li f'Ottubru ta' l-2006, wara reviżjonijiet ta' skadenza paralleli, il-miżuri fuq importazzjonijiet ta' PSF li joriġinaw fl-Awstralja, l-Indja, l-Indoneżja u t-Tajlandja ġew revokati (ara l-premessa (5)), ir-reviżjoni preżenti hija issa superfluwa fir-rigward ta' dawn il-pajjiżi, u s-sejbiet tagħha jirrigwardaw biss il-miżuri fuq PSF li joriġina fir-RPĊ, l-Għarbja Sawdita, il-Belarus u r-Repubblika tal-Korea. 2. IL-PRODOTT IKKONċERNAT (15) Il-prodott ikkonċernat huwa, kif iddefinit b'mod uniformi fir-Regolamenti kollha oriġinali, fibri sintetiċi komuni tal- polyesters , mhux mimxutin, magħżula jew ipproċessati mod ieħor għan-newl, li joriġinaw fir-RPĊ, l-Għarabja Sawdita, il-Belarus, l-Awstralja, l-Indoneżja, it-Tajlandja, ir-Repubblika tal-Korea u l-Indja (‘il-prodott ikkonċernat’) u huwa attwalment klassifikabbli fi ħdan il-kodiċi NM 5503 20 00. Ġeneralment jissejjaħ fibri komuni tal- polyester jew PSF (polyester staple fibres). 3. IR-RIŻULTATI TA' L-INVESTIGAZZJONI TA' REVIŻJONI 3.1. Metodoloġija (16) Sabiex jiġi deċiż jekk l-LMP u tipi oħra ta' PSF għandhomx jitqiesu bħala prodott wieħed jew inkella bħala żewġ prodotti separati, saret investigazzjoni dwar jekk l-LMP u tipi oħra ta' PSF kellhomx l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi u l-istess użi aħħarija. F'dan ir-rigward, il-proċess ta' produzzjoni, il-kapaċità ta' interskambju u d-distinzjoni bejn l-LMP u tipi oħra ta' PSF ġew assessjati wkoll. 3.2. Sejbiet 3.2.1. Rimarki ġenerali (17) Il-PSF huwa materjal bażiku użat f’diversi stadji tal-proċess ta' manifattura ta’ prodotti tat-tessuti. Il-PSF jintuża jew għall-għażil, jiġifieri, il-manifattura ta’ filamenti għall-produzzjoni tat-tessuti, wara li jitħallat ma’ fibri oħra bħall-qoton u s-suf, jew le, jew għal applikazzjonijiet mhux minsuġa bħal mili, jiġifieri l-ippakkjar jew l-ikkuttunar ta’ ċerti oġġetti tessili bħal imħaded, seats tal-karrozzi u ġgieget. (18) Il-PSF jinbiegħ f'tipi differenti ta' prodott għall-użu fl-għażil jew applikazzjonijiet mhux minsuġa, li għandhom kompożizzjoni mono jew bi-komponenti u karatteristiċi differenti bħal pereżempju denier/decitex, tenaċja, tleqqija, grad ta' kwalità, eċċ. Dawn it-tipi ta' prodott mhumiex dejjem interskambjabbli ma' xulxin (p.eż. fibri għall-għażil u applikazzjonijiet mhux minsuġa, fibri mono u bi-komponenti, fibri b'karatteristiċi termali speċifiċi bħall-fibri li magħhom ma jaqbadx malajr in-nar, eċċ.). Madankollu, kif stabbilew l-investigazzjonijiet oriġinali, il-karatteristiċi fiżiċi u kimiċi u l-użi aħħarija ta' dawn it-tipi huma bażikament l-istess. Barra minn hekk, filwaqt li mhux kull tip ta' prodott jista' jkun interskambjabbli ma' kull tip ieħor, hemm għall-inqas kapaċità ta' interskambju parzjali u użu doppju fost tipi differenti ta' prodott u l-ebda wieħed minnhom ma jista' jinfired b'mod ċar minn għall-inqas biċċiet minnhom. (19) Wieħed għandu jżomm quddiem għajnejh li l-LMP mhux prodott ġdid. Madankollu, l-LMP, bħala wieħed mit-tipi PSF, ma ġiex eżaminat għalih fi ħdan l-investigazzjonijiet oriġinali, peress li ebda wieħed mill-partijiet interessati ma wera l-allegati karatteristiċi fiżiċi u tekniċi differenti tiegħu. Din ir-reviżjoni kkonfermat li l-LMP, li ġie prodott għall-ewwel darba fit-tmeninijiet u kkumerċjalizzat minn dakinhar f'pajjiżi bħall-Ġappun, it-Tajwan u l-Komunità, kien diġà qed jiġi prodott fi kwantitajiet sostanzjali minn ta' l-inqas tliet produtturi tal-Komunità u f'ta' l-inqas wieħed mill-pajjiżi kkonċernati, jiġifieri r-Repubblika tal-Korea, matul l-investigazzjonijiet oriġinali. Fil-fatt, l-importazzjonijiet tal-PSF inkluż l-LMP mir-Repubblika tal-Korea nstabu li kienu oġġett ta' dumping u li kkawżaw ħsara lill-industrija tal-Komunità. 3.2.2. Karatteristiċi fiżiċi u tekniċi ta' l-LMP (20) L-LMP huwa wieħed mit-tipi bi-komponent tal-PSF. Hija fibra tal- polyester b'dewbin baxx bi struttura ta' qalba u għant (core-sheath structure); hija magħmula minn qalba ta' polyester u għant ta' copolymer polyester. Meta tingħata s-sħana, l-għant ta' barra ta' copolymer idub f'temperatura aktar baxxa mill-qalba ta' polyester , u l-għant imdewweb iservi ta' kolla. Hemm bosta sotto-tipi ta' LMP, li għandhom kompożizzjoni differenti li tiġi, pereżempju, minn temperaturi differenti ta' dewbin. (21) L-LMP huwa bbażat fuq l-istess materja prima u għandu l-istess dehra bħal tipi oħra ta' PSF. Iżda, mid-definizzjoni tiegħu stess, fih żewġ polyester polymers differenti. F'dan il-kuntest, ta' min jinnota li l-LMP mhux l-uniku PSF bi-komponenti; jeżistu ħafna tipi ta' PSF bi-komponenti oħra, li dejjem tqiesu bħala li jikkostitwixxu prodott wieħed għall-finijiet ta' proċedimenti ta' anti-dumping. (22) Xi utenti fil-Komunità u produttur esportatur sostnew li l-LMP u tipi oħra ta' PSF, sew jekk mono-komponenti sew jekk bi-komponenti, għandhom bażi differenti ta' materja prima. L-għaqda tal-produtturi tal-Komunità u ċerti produtturi tal-Komunità sostnew li l-materja prima bażika tat-tipi kollha ta' PSF, inkluż l-LMP, hija l-istess. F'dan ir-rigward, ta' min jinnota li t-tipi kollha ta' PSF, inkluż l-LMP, huma bbażati fuq l-aċidu tereftaliku (TPA) u l-ethylene glycol (MEG). Din il-materja prima tikkostitwixxi l-komponent bażiku, li miegħu jistgħu jiżdiedu addittivi jew komponenti addizzjonali sabiex jinkisbu ċerti karatteristiċi speċifiċi tal-fibra, bħal pereżempju temperatura baxxa ta' dewbien fil-każ ta' l-LMP. Għaldaqstant mhux aċċettabbli li wieħed jgħid li l-LMP hija bbażata fuq materja prima differenti. (23) Produttur esportatur partikolari sostna wkoll li l-fattur ta' "dehra" mhux rilevanti fl-analiżi ta' karatteristiċi fiżiċi u tekniċi ta' prodotti differenti jew tipi ta' prodott. F'dan ir-rigward, qed tittieħed nota li d-dehra minnha nnifisha normalment ma tikkostitwix bażi suffiċjenti biex jiġi ddefinit il-prodott ikkonċernat, b'mod partikolari meta hemm fin-nofs prodotti kimiċi. Iżda, dan ma jfissirx li fattur bħal dan għandu jintesa kompletament. F'dan il-każ partikolari, l-istess dehra tikkostitwixxi element addizzjonali biex jinstab li l-LMP u tipi oħra ta' PSF mhumiex faċilment distingwibbli minn xulxin. Għaldaqstant it-talba mhix aċċettabbli. (24) Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-konklużjoni hi li l-LMP ma jistax jitqies li għandu karatteristiċi bażiċi fiżiċi u kimiċi differenti minn tipi oħra ta' PSF, b'mod partikolari dawk b'kompożizzjoni bi-komponenti. 3.2.3. Il-proċess ta' produzzjoni (25) Ta' min ifakkar li l-investigazzjonijiet tal-bidu stabbilew li, min-naħa tal-produzzjoni, tista’ ssir distinzjoni ġenerali bejn il-PSF verġni, prodotti minn materja prima verġni, u l-PSF riġenerati, prodotti minn polyester riċiklat. (26) Fir-rigward ta' l-LMP, din l-investigazzjoni ta' reviżjoni wriet li ma teżisti ebda differenza sinifikanti fil-produzzjoni ta' l-LMP u tipi oħra ta' PSF bi-komponenti. Instab li kull produttur ta' tipi oħra ta' PSF bi-komponenti jista' faċilment jaqleb għall-produzzjoni ta' l-LMP. Sistemi bi-komponenti ta' għażil ilhom jitħaddmu fil-Komunità u bnadi oħra għal aktar minn 20 sena. Il-produzzjoni ta' fibri bi-komponenti hija aktar sofistikata minn dik ta' fibri mono-komponenti; madankollu, id-differenza bejn iż-żewġ sistemi mhix waħda li tista' titqies sostanzjali. (27) Xi utenti mill-Komunità sostnew li ma jkunx ekonomikament vijabbli li wieħed jaqleb għal produzzjoni ta' l-LMP. Sostnew li minkejja li l-linji ta' produzzjoni għall-LMP u tipi oħra ta' PSF bi-komponenti huma bażikament l-istess, bidla lejn produzzjoni ta' LMP tkun teħtieġ ċerti modifikazzjonijiet, b'mod partikolari t-tibdil ta' l-apparat li jagħmel il-ħjut, u jikkawża ħin konsiderevoli ta' għeluq. Għalhekk, minkejja li bidla lejn il-produzzjoni ta' l-LMP jew viċe-versa hija teknikament vijabbli, tista' ma tkunx effiċjenti u dan jista' jaffettwa l-kapaċità disponibbli għall-LMP. L-għaqda tal-produtturi tal-Komunità u produttur tal-Komunità partikolari sostnew li l-proċess ta' produzzjoni għall-PSF bi-komponenti kollha huwa bażikament l-istess u l-bidla lejn produzzjoni LMP m'għandhiex żvantaġġi tekniċi, iżda li tiddependi purament fuq il-forzi tas-suq bħal pereżempju d-domanda u l-prezzijiet. Barra minn hekk, sostnew li hemm biżżejjed kapaċità ġenerali biex tissodisfa d-domanda għall-LMP fil-Komunità jekk il-kondizzjonijiet tas-suq jippermettu. F'dan ir-rigward, għandu jitqies dan li ġej. L-ewwel nett, il-konklużjoni li ebda differenza sostanzjali ma teżisti bejn il-produzzjoni ta' l-LMP u tipi oħra ta' PSF ma tmerietx. It-tieni, il-vijabilità finanzjarja ta' bidla lejn il-produzzjoni ta' l-LMP jew viċiversa tista' tvarja b'mod sinifikanti minn produttur għal ieħor iżda fil-fatt dan isir minn xi produtturi tal-Komunità. Fl-aħħar nett, kemm produttur jibdel lejn il-produzzjoni ta' l-LMP jiddependi l-aktar fuq il-prezzijiet ta' bejgħ li jistgħu jinkisbu għat-tipi differenti ta' PSF fis-suq. F'dan ir-rigward, qed tittieħed nota wkoll li m'hemmx produtturi esklussivi għall-LMP fil-Komunità jew fil-pajjiżi esportaturi kkonċernati. Għalhekk, dan il-ftehim ma jistax ibiddel il-konklużjonijiet fir-rigward tal-proċess ta' produzzjoni. (28) Il-proċess ta' produzzjoni, li fih innifsu mhux deċiżiv għad-definizzjoni ta' prodott, jista' għalhekk f'kull każ ma jitqiesx bħala fattur li jiddifferenzja l-LMP minn tipi oħra ta' PSF. 3.2.4. Użi aħħarija tipiċi ta' l-LMP (29) Minħabba t-temperatura ta' dewbien baxxa tiegħu, l-LMP jintuża tipikament bħala komponent f'applikazzjonijiet tekniċi mhux minsuġa, mwaħħin flimkien termalment, u f'applikazzjonijiet ta' mili, mwaħħin flimkien termalment. L-utenti ewlenin qegħdin fil-gruppi ta' prodotti li ġejjin: affarijiet tad-dar (għamara, saqqijiet, imħaded), tal-karozzi (twapet, filters), tal-kura ta' l-iġjene personali (ħrieqi, assorbenti), ilbies (iżolament). Fl-applikazzjonijiet kollha tiegħu, l-LMP jitħallat u jinħall flimkien ma' fibri oħra tal-PSF u normalment jirrappreżenta madwar 15% tal-volum f'taħlitiet bħal dawn. (30) Xi utenti fil-Komunità sostnew li fil- wadding normali biss, magħqud bis-sħana għall-użu aħħari fl-għamara u s-saqqijiet, l-LMP jirrappreżenta madwar 15% fit-taħlita. F'applikazzjonijiet oħra, bħas-saffi ta' kisba/distribuzzjoni aħjar ta' likwidi, il-proporzjon tat-taħlit ivarja minn 35% sa 50% ta' l-LMP u f'applikazzjonijiet ta' filtrazzjoni ta' l-arja l-LMP jirrappreżenta sa 70% fit-taħlita. F'dan ir-rigward, ta' min iżid li f'xi applikazzjonijiet oħra, bħal pereżempju wadding fl-iżolament ta' l-ilbies, l-LMP jirrappreżenta anqas minn 15% tat-taħlita. L-investigazzjoni ta' reviżjoni wriet li l-volum relattiv ta' l-LMP fl-applikazzjonijiet aħħarija differenti tiegħu tabilħaqq ivarja, iżda fil-biċċa l-kbira ta' l-applikazzjonijiet huwa komponent ta' minoranza (medja ġenerali ta' madwar 15%) meta mqabbel ma' tipi oħra ta' PSF imħallta f'dawn il-prodotti. L-evalwazzjoni magħmula fil-premessa 0 hawn fuq hija għalhekk ikkonfermata. (31) L-utenti ewlenin ta' l-LMP fil-Komunità huma l-industriji ta' l-applikazzjonijiet mhux minsuġa. Dawn il-kumpaniji tipikament jużaw medda sħiħa ta' tipi oħra ta' PSF li jaqgħu taħt il-grupp ta' mhux minsuġa. M'hemmx utenti speċifiċi ta' l-LMP fil-Komunità. Instab ukoll li m'hemmx differenza sostanzjali fil-kanali ta' distribuzzjoni ta' l-LMP u tipi oħra ta' PSF. Ta' min ifakkar li l-LMP dejjem jintuża mħallat ma' tipi oħra ta' PSF. (32) Produttur esportatur partikolari sostna li l-fatt li l-istess utenti jużaw l-LMP u tipi oħra ta' PSF u li l-kanali ta' distribuzzjoni ta' l-LMP u tipi oħra ta' PSF huma bażikament l-istess ma jfissirx li l-LMP u tipi oħra ta' PSF huma "prodotti simili". Tabilħaqq, dan il-fatt waħdu ma jfissirx li l-LMP u tipi oħra ta' PSF għandhom jitqiesu bħala prodott wieħed; madankollu, dan juri li ma jeżistux differenzi bejn l-LMP u tipi oħra ta' PSF f'dak li għandu x'jaqsam mad-distribuzzjoni tagħhom. Fi kliem ieħor, għal dik li hija d-distribuzzjoni, ma teżisti ebda raġuni biex jitħalla barra l-LMP mill-ambitu tal-miżuri. Barra minn hekk, kif ġie ppruvat fil-premessa 0 hawn fuq, l-LMP għandu l-istess użi aħħarija bħal tipi oħra ta' PSF, peress li jista' jintuża biss f'taħlita ma' dawn il-fibri. Għaldaqstant l-argument ma jistax jiġi aċċettat. (33) Fid-dawl ta' dan ta' hawn fuq, il-konklużjoni hi li l-LMP u tipi oħra ta' PSF għandhom l-istess użi aħħarija bażiċi u jiġu distribwiti permezz ta' l-istess kanali. 3.2.5. Il-kapaċità ta' interskambju (34) Kif intwera hawn fuq, minkejja li l-LMP m'għandux karatteristiċi bażiċi fiżiċi u kimiċi differenti minn tipi oħra ta' PSF, għandu ċerti propjetajiet distinti. Iżda, f'għadd ta' applikazzjonijiet l-LMP jista' jiġi sostitwit minn tipi oħra ta' PSF bl-użu ta' teknoloġiji ta' twaħħil differenti, bħat-twaħħil bir-raża tal-PSF jew it-termo-twaħħil tal-PSF bl-użu ta' fibri oħra ta' twaħħil permezz ta' dewbien. Għalhekk huwa sostanzjalment interskambjabbli ma' tipi oħra ta' PSF. (35) Xi partijiet sfidaw din il-konklużjoni ta' hawn fuq fir-rigward tal-kapaċità ta' interskambju ta' l-LMP ma' tipi oħra ta' PSF. Produttur esportatur partikolari sostna li peress li t-twaħħil bir-raża u t-twaħħil bl-użu ta' fibri oħra ta' twaħħil permezz ta' dewbien jirrikjedi s-sostituzzjoni ta' l-LMP b'fibri tar-raża u tat-twaħħil mhux magħmula mill- polyesters rispettivament, m'hemmx kapaċità ta' interskambju ta' l-LMP ma ' tipi oħra ta' PSF. Xi utenti fil-Komunità sostnew li l-użu ta' teknoloġiji oħra ta' twaħħil imsemmi hawn fuq jirriżulta fi propjetajiet differenti ta' ċerti prodotti aħħarija u, għal din ir-raġuni, f'ċerti applikazzjonijiet sostituzzjoni bħal din mhix possibbli. Dawn l-argumenti ġew eżaminati aktar. L-investigazzjoni wriet li minkejja li teknoloġiji differenti ta' twaħħil mhumiex dejjem interskambjabbli ma' xulxin fl-applikazzjonijiet aħħarija kollha, ċerta kapaċità ta' interskambju teżisti u, għalhekk, l-LMP qiegħed f'kompetizzjoni mal-PSF imwaħħal bir-raża u l-PSF imwaħħal ma' fibri oħra ta' twaħħil barra dawk ta' qalba/għant għal ċerti applikazzjonijiet. Għalhekk, ma jistax jiġi konkluż b'mod ġenerali li ma jeżistu ebda sostituti għall-LMP u li mhuwiex interskambjabbli ma' ċerti tipi oħra ta' PSF. (36) Produttur esportatur partikolari nnota wkoll li l-argument li jirrigwarda t-theddida għall-ambjent u għas-saħħa tal-ħaddiema minħabba ċerti rażi kimiċi ma ġiex eżaminat sewwa. F'dan ir-rigward, wieħed jinnota li argument bħal dan mhux rilevanti f'dan il-każ partikolari, peress li f'ċerti applikazzjonijiet it-twaħħil bir-raża ma jistax jiġi sostitwit minn teknoloġiji oħra ta' twaħħil u, f'kull każ, it-twaħħil bir-raża jrid jikkonforma ma' kwalunkwe rekwiżit dwar l-ambjent fil-Komunità u l-Istati Membri tagħha. Dan l-argument għalhekk mhux aċċettabbli. 3.2.6. Distinzjoni bejn l-LMP u tipi oħra ta' PSF (37) M'hemmx differenza li tidher u li tinħass bejn l-LMP u tipi oħra ta' PSF. Il-qatgħa trażversali ta' l-LMP hija differenti minn dik ta' fibri mono-komponenti; iżda, mhux dejjem hija differenti mill-qatgħa trażversali ta' tipi oħra ta' PSF bi-komponenti. Ta' min ifakkar li l-LMP jeżisti f'għadd kbir ta' varjanti li għandhom, pereżempju, temperaturi ta' dewbien differenti. Għalhekk, distinzjoni ċara fuq il-bażi tat-temperatura ta' dewbien mhix possibbli. Għaldaqstant, jidher li l-LMP ma jistax jintgħaraf b'mod faċli minn tipi oħra ta' PSF u li kull identifikazzjoni ta' min jorbot fuqha ta' dan it-tip ta' prodott teħtieġ l-użu ta' tagħmir sofistikat. (38) Xi utenti fil-Komunità ma qablux mal-konklużjoni ta' hawn fuq li l-LMP ma jistax jintgħaraf b'mod faċli minn tipi oħra ta' PSF, b'mod partikolari għal dak li għandu x'jaqsam mat-temperatura ta' dewbien. Sostnew li l-punt ta' dewbien tal-komponenti ta' l-għant ta' l-LMP, minkejja li jvarja bejn 110°C u 190°C, jibqa' dejjem taħt sewwa mill-punt ta' dewbien ta' tipi oħra ta' PSF, li allegatament huwa madwar 255°C. Wieħed jinnota li l-firxa ta' temperaturi ta' dewbien ta' hawn fuq tikkonferma li l-LMP, kif ukoll tipi oħra ta' PSF, jeżisti f'għadd ta' varjanti u l-identifikazzjoni tagħhom mhix dejjem fattibbli b'mod faċli. Għalhekk, il-konklużjonijiet tal-premessa 0 hawn fuq ma jistgħux jiġu emendati. (39) Produttur esportatur partikolari sostna li s-sempliċi fatt li l-LMP huwa simili fil-għajn għal tipi oħra ta' PSF ma jistax jikkostitwixxi bażi biex ma jiġix eskluż l-LMP mill-ambitu tal-miżuri. Kif imfisser fil-premessa (22) hawn fuq, għalkemm id-"dehra" fiha nnifisha mhix normalment deċiżiva biex wieħed iwieġeb għall-mistoqsija jekk tipi differenti ta' prodott jaqgħux jew le taħt "prodott wieħed", hija tikkostitwixxi element addizzjonali fl-analiżi (ara ukoll il-premessa 0 hawn fuq). Il-fatt li tipi differenti ta' prodott ma jistgħux jintgħarfu b'mod faċli minn xulxin ma jistax jiġi injorat. Għaldaqstant l-argument ma jistax jiġi aċċettat. 4. KONKLUŻJONIJIET DWAR L-AMBITU TAL-PRODOTT (40) Is-sejbiet ta' hawn fuq juru li l-LMP u tipi oħra ta' PSF għandhom l-istess karatteristiċi fiżiċi u tekniċi bażiċi u l-istess użi bażiċi aħħarija. F'għadd ta' applikazzjonijiet, l-LMP b'mod dirett jew indirett jikkompeti ma' tipi oħra ta' PSF fis-suq tal-Komunità. Minħabba dan, il-konklużjoni hi li l-LMP u tipi oħra ta' PSF għandhom jitqiesu bħala prodott wieħed u li r-reviżjoni interim parzjali dwar l-ambitu tal-prodott għall-applikazzjoni tal-miżuri eżistenti ta' anti-dumping għandha tintemm. (41) Il-partijiet interessati kollha ġew mgħarrfa bil-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li abbażi tagħhom intlaħqu l-konklużjonijiet ta' hawn fuq. Il-partijiet ingħataw perjodu ta' żmien li fih setgħu jagħmlu l-ilmenti wara din l-istqarrija. (42) Il-kummenti bil-fomm u bil-miktub mibgħuta mill-partijiet tqiesu, iżda ma biddlux id-deċiżjoni li ma jiġix emendat l-ambitu tal-prodott tal-miżuri ta' anti-dumping fuq importazzjonijiet tal-PSF fis-seħħ, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu Uniku Ir-reviżjoni parzjali interim skond l-Artikolu 11(3) tar-Regolament (KE) Nru 384/96 ta' l-ambitu tal-prodott tal-miżuri ta' anti-dumping applikabbli għal importazzjonijiet ta' fibri komuni sintetiċi ta' polyesters , li jaqgħu taħt il-Kodiċi NM 5503 20 00, li joriġinaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina, l-Għarabja Sawdita, il-Belarus u r-Repubblika tal-Korea qiegħda b'dan tiġi tterminata mingħajr emenda tal-miżuri ta' anti-dumping fis-seħħ. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussell, [...] Għall-Kunsill Il-President [1] ĠU L 56, 6.3.1996, p. 1. Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 2117/2005 (ĠU L 340, 23.12.2005, p. 17). [2] ĠU L 175, 14.7.2000, p. 10. [3] ĠU L 332, 28.12.2000, p. 17. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir -Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 428/2005 (ĠU L 71, 17.3.2005, p. 1). [4] ĠU L 274, 11.10.2002, p. 1. [5] ĠU L 71, 17.3.2005, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1333/2005 (ĠU L 211, 13.8.2005, p. 1). [6] ĠU C 174, 14.7.2005, p. 15; ĠU C 323, 20.12.2005, p. 21. [7] ĠU L 282, 13.10.2006, p. 1. [8] ĠU C 89, 12.4.2006, p. 2. [9] ĠU L 379, 28.12.2006, p.65. [10] ĠU C 325, 22.12.2005, p. 20.