Trattat li jistabbilixxi l-Komunita' Ewropea (Verżjoni konsolidata) - It-Tielet parti - Politika tal-Komunita' - TITOLU III - Moviment liberu tal-persuni servizzi u kapital . - Kapitolu 1 - Il-Ħaddiema . - Artikolu 42
Official Journal C 321 E , 29/12/2006 P. 0058 - 0059
Official Journal C 325 , 24/12/2002 P. 0052 - Consolidated version
Official Journal C 340 , 10/11/1997 P. 0194 - Consolidated version
Official Journal C 224 , 31/08/1992 P. 0021 - Consolidated version
(EEC Treaty - no official publication available)
Artikolu 42 Il-Kunsill għandu, waqt li jaġixxi skond il-proċedura msemmija fl-Artikolu 251, jadotta dawk il-miżuri fil-qasam ta’ sigurtà soċjali li jkunu meħtieġa biex jipprovdi l-libertà tal-moviment għall-ħaddiema; għal dan l-iskop, għandu jagħmel arranġamenti biex jassigura lill-ħaddiema emigranti u lid-dipendenti tagħhom: a) l-aggregazzjoni, għall-fini li wieħed jakkwista jew iżomm id-dritt għall-benefiċċju u fil-kalkolu ta' l-ammont tal-benefiċċju, tal-perijodi kollha li hu meħud kont tagħhom skond il-liġijiet tad-diversi pajjiżi; b) il-pagament tal-benefiċċju lil persuni residenti fit-territorji ta’ l-Istati Membri. Il-Kunsill għandu jaġixxi unanimament matul il-proċedura imsemmija fl-Artikolu 251. --------------------------------------------------