European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/1330

11.7.2025

REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1330

tal-10 ta’ Lulju 2025

li jimponi dazju anti-dumping definittiv u jiġbor b’mod definittiv id-dazju proviżorju impost fuq l-importazzjonijiet tal-liżina li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-8 ta’ Ġunju 2016 dwar il-protezzjoni kontra l-importazzjonijiet li huma l-oġġett ta’ dumping minn pajjiżi mhux membri tal-Unjoni Ewropea (1) (“ir-Regolament bażiku”), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(4) tiegħu,

Billi:

1.   PROĊEDURA

1.1.   Bidu

(1)

Fit-23 ta’ Mejju 2024, il-Kummissjoni Ewropea (“il-Kummissjoni”) bdiet investigazzjoni anti-dumping fir-rigward tal-importazzjonijiet tal-liżina li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (“il-pajjiż ikkonċernat” jew “ir-RPĊ”) fuq il-bażi tal-Artikolu 5 tar-Regolament bażiku). Hija ppubblikat Notifika tal-Bidu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea (2) (“in-Notifika tal-Bidu”).

(2)

Il-Kummissjoni bdiet l-investigazzjoni wara lment li ġie ppreżentat fit-8 ta’ April 2024 minn Metex Noovistago (3) (“l-ilmentatur”). L-ilment sar mill-industrija tal-liżina tal-Unjoni fis-sens tal-Artikolu 5(4) tar-Regolament bażiku. L-ilment kien fih evidenza ta’ dumping u tad-dannu materjali li jirriżulta li kienet biżżejjed sabiex tiġġustifika l-bidu tal-investigazzjoni.

1.2.   Reġistrazzjoni

(3)

Il-Kummissjoni għamlet l-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat soġġetti għar-reġistrazzjoni permezz bir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2732 (4) (“ir-Regolament dwar ir-reġistrazzjoni”).

1.3.   Miżuri proviżorji

(4)

F’konformità mal-Artikolu 19a tar-Regolament bażiku, fis-17 ta’ Diċembru 2024, il-Kummissjoni pprovdiet lill-partijiet sommarju tad-dazji proposti u dettalji dwar il-kalkolu tal-marġni tad-dumping u l-marġni adegwati biex jitneħħa d-dannu għall-industrija tal-Unjoni. Il-partijiet interessati ġew mistiedna jikkummentaw dwar il-preċiżjoni tal-kalkoli fi żmien 3 ijiem tax-xogħol.

(5)

Ma wasal l-ebda kumment rigward il-preċiżjoni tal-kalkoli.

(6)

Il-Kummissjoni imponiet dazji anti-dumping proviżorji fuq l-importazzjonijiet tal-liżina li joriġinaw mir-RPĊ permezz tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/74 (5) (“ir-Regolament proviżorju”).

1.4.   Proċedura sussegwenti

(7)

Wara d-divulgazzjoni tal-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom ġie impost dazju anti-dumping proviżorju (“divulgazzjoni proviżorja”), produttur esportatur li kkoopera msemmi fir-Regolament proviżorju bħala Qiqihar Longjiang Fufeng Biotechnology Co., Ltd, iddikjara li ismu jenħtieġ li jiġi kkoreġut għal Qiqihar Longjiang Fufeng Biotechnologies. Fid-dawl tal-informazzjoni ppreżentata mill-kumpanija matul l-investigazzjoni, il-Kummissjoni aċċettat it-talba.

(8)

Wara d-divulgazzjoni proviżorja, iż-żewġ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun: Meihua Holdings Group Co. Ltd (“Meihua”) u Heilongjiang Eppen Biotech Co., Ltd (“Eppen”); l-ilmentatur, utent: Vall Companys, importaturi: Andres Pintaluba, Dutch Protein & Services B.V., Barentz Iberia u Kyowa Hakko Europe, l-assoċjazzjonijiet tal-utenti l-Federazzjoni Ewropea tal-Manifatturi tal-Għalf, il-Konfederazzjoni Spanjola tal-Manifatturi tal-Għalf (CESFAC) u l-assoċjazzjoni tal-importaturi l-Assoċjazzjoni Daniża tal-Ħbub u tal-Għalf ippreżentaw sottomissjonijiet bil-miktub biex jesprimu l-fehmiet tagħhom dwar is-sejbiet proviżorji sal-iskadenza pprovduta mill-Artikolu 2(1) tar-Regolament proviżorju.

(9)

Bl-istess mod, il-Kamra tal-Kummerċ taċ-Ċina għall-Importaturi u l-Esportaturi tal-Metalli, il-Minerali u s-Sustanzi Kimiċi (China Chamber of Commerce for Metals, Minerals and Chemicals Importers and Exporters, is-“CCCMC”), filwaqt li ngħatat is-setgħa minn erba’ produtturi esportaturi biex tirrappreżentahom (6), ippreżentat kummenti sal-iskadenza.

(10)

Il-Kummissjoni kompliet tfittex u tivverifika l-informazzjoni kollha li qieset bħala neċessarja għas-sejbiet finali tagħha. Meta waslet għas-sejbiet definittivi tagħha, il-Kummissjoni kkunsidrat il-kummenti ppreżentati mill-partijiet interessati u rrevediet il-konklużjonijiet provviżorji tagħha meta kien xieraq.

(11)

Il-Kummissjoni infurmat lill-partijiet interessati kollha dwar il-fatti u l-kunsiderazzjonijiet essenzjali li fuq il-bażi tagħhom kien biħsiebha timponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet tal-liżina li joriġinaw mir-RPĊ (“divulgazzjoni finali”). Il-partijiet kollha ngħataw perjodu li fih setgħu jikkummentaw dwar id-divulgazzjoni finali.

(12)

Wara d-divulgazzjoni finali, l-ilmentatur, Eppen, Meihua, is-CCCMC, il-Federazzjoni Ewropea tal-Manifatturi tal-Għalf (FEFAC), is-CESFAC u l-Assoċjazzjoni Daniża tal-Ħbub u tal-Għalf ippreżentaw kummenti. Il-kummenti ġew indirizzati fit-taqsimiet rispettivi hawn taħt.

1.5.   Pretensjonijiet fil-bidu

(13)

Is-CCCMC tenniet it-tħassib tagħha rigward sommarju mhux kunfidenzjali defiċjenti, filwaqt li ddikjarat li huwa obbligu fuq l-awtoritajiet tal-investigazzjoni li jiżguraw li l-partijiet f’investigazzjoni jipprovdu sommarji mhux kunfidenzjali f’dettall suffiċjenti biex jippermettu fehim raġonevoli tas-sustanza tal-informazzjoni ppreżentata b’mod kunfidenzjali.

(14)

Il-Kummissjoni tenniet li, kif spjegat fil-premessi 12 u 13 tar-Regolament proviżorju, l-ilment kien fih informazzjoni suffiċjenti li kienet raġonevolment disponibbli għall-ilmentatur u li s-sommarju mhux kunfidenzjali tal-ilment tabilħaqq kien fih il-fatturi u l-indiċijiet rilevanti li kellhom effett fuq l-istat tal-industrija tal-Unjoni, kif meħtieġ mill-Artikolu 5(2) tar-Regolament bażiku. Għalhekk, il-Kummissjoni ma taqbilx li d-drittijiet tad-difiża tal-kumpaniji rrappreżentati mis-CCCMC inkisru fl-istadju tal-bidu.

1.6.   Kampjunar

(15)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment dwar il-kampjunar, il-konklużjonijiet fil-premessi 18 sa 23 tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati.

1.7.   Eżami individwali

(16)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment, il-premessa 24 tar-Regolament proviżorju ġiet ikkonfermata.

1.8.   Tweġibiet għall-kwestjonarju u żjarat ta’ verifika

(17)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment, il-premessi 24 sa 28 tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati.

1.9.   Perjodu ta’ investigazzjoni u perjodu kkunsidrat

(18)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment, il-premessa 29 tar-Regolament proviżorju ġiet ikkonfermata.

2.   PRODOTT IKKONĊERNAT U PRODOTT SIMILI

(19)

Wara d-divulgazzjoni, is-CCCMC tenniet il-pretensjoni tagħha li jenħtieġ li s-sulfat tal-liżina jiġi eskluż mill-investigazzjoni u għalhekk jenħtieġ li l-ambitu tal-prodott ikun limitat għall-kloridrat tal-liżina (HCl) u l-liżina likwida. Hija speċifikat li s-sulfat tal-liżina, l-HCl tal-liżina u l-liżina likwida jvarjaw fil-karatteristiċi, fil-perċezzjoni mill-konsumatur u fil-kwalità tagħhom. B’mod partikolari, filwaqt li kkwotat minn dokument ta’ riċerka, is-CCCMC iddikjarat li s-sulfat tal-liżina huwa ta’ kwalità aktar baxxa mill-HCl tal-liżina u li fih proporzjon ogħla ta’ impuritajiet. Għalhekk, is-CCCMC argumentat li, għall-kuntrarju tal-konklużjonijiet tal-Kummissjoni fil-premessa 37) tar-Regolament proviżorju, l-HCI tal-liżina u s-sulfat tal-liżina mhumiex interkambjabbli u għalhekk is-sulfat tal-liżina mhuwiex f’kompetizzjoni diretta mal-HCl tal-liżina u l-likwidu tal-liżina prodotti mill-industrija tal-Unjoni.

(20)

Il-Kummissjoni nnutat li l-artikolu kkwotat mis-CCCMC, fil-fatt appoġġa l-pożizzjoni tal-Kummissjoni dwar l-interkambjabbiltà. L-artikolu qabbel l-effett taż-żewġ kategoriji bħala għalf għall-gambli (7), li jagħti prova ta’ dik is-similarità fl-użu. L-artikolu nnota fit-taqsima tal-introduzzjoni: “Il-monoidroklorur tal-liżina-L (HCl tal-liżina-L), li fih minimu ta’ 78 % liżina […] huwa sors komuni ta’ liżina ħielsa għaż-żieda mad-dieti tal-pollam u l-akkwakultura. Alternattiva waħda hija s-sulfat tal-liżina-L.” U wkoll fl-istess taqsima “Is-sulfat tal-liżina-L wera effikaċja ugwali bħall-HCl tal-liżina-L fi studji dwar it-tiġieġ u l-ħnieżer”. Il-fatt li bosta dokumenti ta’ riċerka evalwaw fid-dettall il-vantaġġi rilevanti tal-forom differenti għall-użu fl-għalf tal-annimali – u spiss ikkonkludew li kienu ekwivalenti – indika b’mod ċar li huma kkunsidrati bħala interkambjabbli mill-konsumaturi u huma f’kompetizzjoni ma’ xulxin għall-istess suq, jiġifieri l-għalf tal-annimali. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet il-pretensjoni.

(21)

Dutch Protein Services B.V., importatur tal-liżina għall-użu alimentari, iddikjara li jenħtieġ li ssir distinzjoni bejn il-liżina maħsuba għall-użu fl-industrija tal-għalf u l-liżina użata fit-tħejjija ta’ prodotti għall-konsum mill-bniedem, u talab li l-liżina użata fl-industrija tal-ikel u li attwalment hija kklassifikata taħt is-subintestatura TARIC 2922 41 00 90 jenħtieġ li ma tkunx soġġetta għad-dazji anti-dumping. Huwa sostna li l-liżina għall-użu alimentari ma tikkompetix mal-liżina għall-użu tal-għalf tal-annimali, peress li hemm differenzi fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-liżina għall-użu alimentari u għall-użu tal-għalf, li hija wkoll definita legalment. Iċ-ċirku tal-produtturi taż-żewġ prodotti huwa differenti u hemm ukoll differenza fil-livell tal-prezz medju bejn il-liżina għall-użu alimentari u dik għall-użu tal-għalf. L-importatur iddikjara li l-ebda wieħed mill-produtturi Ċiniżi tal-liżina għall-użu tal-għalf ma għandu liċenzja rilevanti biex jipproduċi wkoll liżina għall-użu alimentari. Iċ-ċifri tal-bejgħ fis-settur alimentari huma sinifikattivament aktar baxxi f’termini ta’ volum, b’livell ta’ prezzijiet ferm ogħla.

(22)

L-importatur osserva wkoll li l-ebda wieħed mill-produtturi Ċiniżi li jipproduċu l-liżina għall-użu alimentari ma ġie avviċinat mill-Kummissjoni u enfasizza li l-ebda liżina għall-użu alimentari ma tiġi prodotta fl-Unjoni u din il-produzzjoni sseħħ kompletament barra mill-Unjoni. L-importatur iddikjara li l-importazzjonijiet tal-liżina għall-użu alimentari għalhekk ma jistgħux jikkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni, ma jistgħux jirriżultaw f’bejgħ tal-Unjoni taħt il-kost tal-produzzjoni jew telf sinifikanti u ma jistgħux jirriżultaw f’telf sinifikanti tal-volumi tal-bejgħ u tas-sehem mis-suq tal-industrija tal-Unjoni. L-importatur iddikjara wkoll li l-kodiċi NM 2922 41 00 90 fil-fatt jintuża fl-industrija tal-ikel u mhux fl-industrija tal-għalf.

(23)

Kyowa Hakko Europe GmbH, importatur tal-liżina użata f’applikazzjonijiet farmaċewtiċi, nutrizzjonali u industrijali, iddikjara li l-liżina hija prodotta b’mod predominanti għall-għalf tal-annimali, filwaqt li s-suq għall-użu fi prodotti farmaċewtiċi huwa suq niċċa segmentat li jvarja ħafna f’termini ta’ parteċipanti fis-suq, volumi u pprezzar meta mqabbel mas-suq tal-bejgħ għall-għalf tal-annimali. Iċ-ċifri tal-bejgħ fis-settur farmaċewtiku huma ferm aktar baxxi f’termini ta’ volum, b’livell tal-prezzijiet ferm ogħla. Barra minn hekk, huwa ddikjara li s-suq għall-HCl tal-liżina użat għal skopijiet farmaċewtiċi, għall-kuntrarju tas-suq għal-liżina użata fl-għalf, qed jikber. Kyowa Hakko Europe GmbH sostniet li s-segmentazzjoni tas-suq u l-ipprezzar differenti ma kinux ikkunsidrati biżżejjed fl-investigazzjoni.

(24)

L-importatur sostna wkoll li ma hemm l-ebda indikazzjoni li l-importazzjoni tal-liżina għall-użu bħala ingredjent farmaċewtiku attiv wasslet biex il-prodott jitqiegħed fis-suq tal-Unjoni taħt il-valur normali tiegħu u, għalhekk, ma hemm l-ebda dannu għall-industrija tal-Unjoni. Kyowa Hakko Europe GmbH talbet lill-Kummissjoni teskludi l-liżina użata fis-settur farmaċewtiku mill-ambitu tal-prodott jew, alternattivament, tapplika reġim tal-użu aħħari skont l-Artikolu 254 tal-KDU fil-qafas tal-proċeduri speċjali.

(25)

Il-pretensjonijiet ta’ Dutch Protein Services B.V. u Kyowa Hakko Europe GmbH huma indirizzati flimkien fil-premessi li ġejjin.

(26)

Fin-Notifika tal-Bidu (8), il-Kummissjoni ħabbret li l-prodott taħt investigazzjoni huwa l-liżina u l-esteri tagħha, l-imlieħ tagħha, irrispettivament mill-applikazzjoni. Kif miġbur fil-qosor fil-premessa 37 tar-Regolament proviżorju, matul l-investigazzjoni, il-Kummissjoni analizzat l-applikazzjoni tal-liżina f’firxa wiesgħa ta’ applikazzjonijiet bħas-suq tal-għalf, il-farmaċewtika u l-ikel, u kkonkludiet li l-forma tal-liżina u l-kontenut tal-liżina fil-prodott, ma jbiddlux id-definizzjoni bażika tagħha, il-karatteristiċi tagħha, jew il-perċezzjoni li diversi partijiet għandhom dwarha. Il-forom differenti tal-liżina għandhom l-istess funzjoni, jiġifieri li jipprovdu liżina diġestibbli ħafna lill-annimali u lill-bnedmin, fi prodotti farmaċewtiċi, fl-ikel (bħala suppliment dijetetiku), jew inkella fl-għalf. Il-forma tal-liżina hija għalhekk irrilevanti, u t-tliet forom kollha huma interkambjabbli peress li huma l-istess nutrijent.

(27)

Fid-dawl tal-pretensjonijiet ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni analizzat l-applikazzjoni tal-liżina f’firxa wiesgħa ta’ applikazzjonijiet bħas-suq tal-għalf, il-farmaċewtika u l-ikel (suppliment dijetetiku), u kkonkludiet li l-forma tal-liżina u l-kontenut tal-liżina fil-prodott, ma jbiddlux id-definizzjoni bażika tagħha, il-karatteristiċi tagħha, jew il-perċezzjoni li diversi partijiet għandhom dwarha. Għalkemm ir-rekwiżiti dwar il-purità tal-liżina farmaċewtika u alimentari huma ogħla, il-forom differenti tal-liżina għandhom l-istess funzjoni, jiġifieri li jipprovdu liżina diġestibbli ħafna lill-annimali u lill-bnedmin, fi prodotti farmaċewtiċi, fl-ikel (bħala suppliment dijetetiku), jew inkella fl-għalf. F’dan, il-liżina mhijiex differenti minn kwalunkwe prodott ieħor manifatturat u kkummerċjalizzat f’diversi tipi ta’ prodotti. Il-Kummissjoni kompliet tikkjarifika li l-industrija tal-Unjoni pproduċiet u biegħet il-liżina lis-settur farmaċewtiku u alimentari fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Għalkemm l-industrija tal-Unjoni forniet prinċipalment is-suq tal-għalf tal-annimali, hija wriet li kienet kapaċi tforni wkoll lis-swieq farmaċewtiċi u alimentari b’domandi ogħla fuq il-purità tal-liżina.

(28)

Fir-rigward tal-pretensjoni dwar il-kodiċi NM, il-Kummissjoni kkjarifikat li l-kodiċi NM 2922 41 00 ġie ppubblikat fin-Notifika tal-Bidu u kien parti mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-investigazzjoni mill-bidu. Il-kodiċi NM jappartjeni għall-kategorija tas-Sustanzi kimiċi organiċi u huwa suddiviż f’:

—

TARIC 2922 41 00 20 fiż-żmien tal-bidu (li attwalment jaqa’ taħt 2922 41 00 30): Il-kloridrat tal-liżina-L (CAS RN 657-27-2) jew soluzzjoni milwiema tal-liżina-L (CAS RN 56-87-1), li fiha, skont il-piż, 50 % jew aktar tal-liżina-L,

—

TARIC 2922 41 00 90: Oħrajn.

(29)

Il-Kummissjoni nnutat li kemm l-HCl tal-liżina kif ukoll il-liżina likwida, għal kwalunkwe tip ta’ użu, huma importati taħt dawn il-kodiċijiet TARIC. Għalhekk, l-imlieħ tal-liżina, l-aċetat tal-liżina u l-asparat tal-liżina, maħsuba għall-użu farmaċewtiku, jaqgħu taħt il-kodiċi NM 2922 41 00 , u huma soġġetti għall-investigazzjoni attwali.

(30)

Il-Kummissjoni ċaħdet l-allegazzjoni li ma kinitx ikkuntattjat lill-produtturi Ċiniżi tal-liżina għall-użu alimentari. Fil-fatt, il-Kummissjoni fakkret li, kif speċifikat fil-premessa 21 tar-Regolament proviżorju, hija kienet ikkuntattjat lill-produtturi magħrufa kollha tal-liżina, irrispettivament mill-grad jew mill-użu, fir-RPĊ u li kienet talbet l-assistenza tal-Missjoni tar-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina għall-Unjoni Ewropea biex tivverifika u, jekk ikun meħtieġ, tikkomplementa l-lista li użat. Sussegwentement hija kienet inkludiet fil-kampjun l-akbar produtturi esportaturi li kienu ppreżentaw ruħhom, kif stabbilit fil-premessi minn 21 sa 23 tar-Regolament proviżorju. Barra minn hekk, kif ġie nnutat fil-premessa 23 tar-Regolamenti proviżorji, l-uniċi riżervi espressi mill-partijiet interessati fir-rigward tal-kampjun tal-produtturi esportaturi kien l-għadd ta’ kumpaniji inklużi fil-kampjun, mhux it-tip ta’ liżina li l-kumpaniji inklużi fil-kampjun ibigħu fis-suq tal-Unjoni.

(31)

Fir-rigward tal-pretensjoni għal eżenzjoni tal-użu finali, il-Kummissjoni nnutat li minbarra l-elementi dettaljati fil-premessa 37 tar-Regolament proviżorju, Meihua Holdings Group Co., Ltd, wieħed mill-produtturi esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun, kien qabel li jakkwista n-negozju tal-amminoaċidu ta’ Kyowa Hakko Bio Co., Ltd (9). Il-Kummissjoni nnutat ukoll li l-ftehim huwa soġġett għal approvazzjoni regolatorja u huwa mistenni li jiġi kkompletat fir-raba’ trimestru tal-2025. Peress li Kyowa Hakko Bio Co., Ltd attwalment tinsab fil-proċess li ssir kumpanija relatata ma’ Meihua Holdings Group Co., Ltd, il-Kummissjoni tikkunsidra li l-kundizzjonijiet biex tiġi ssodisfata l-eżenzjoni tal-użu finali stabbilita fl-Artikolu 254 tal-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (10) mhumiex issodisfati.

(32)

Abbażi tal-kunsiderazzjonijiet ta’ hawn fuq, il-premessi 30 sa 38 tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati.

3.   DUMPING

(33)

Wara d-divulgazzjoni proviżorja, il-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun Meihua u Eppen, is-CCCMC u l-ilmentatur ikkummentaw dwar is-sejbiet proviżorji tad-dumping.

3.1.   Valur normali

(34)

Id-dettalji tal-kalkolu tal-valur normali ġew stabbiliti fil-premessi 39 sa 228 tar-Regolament proviżorju.

3.1.1.   Eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti

(35)

Ma wasal l-ebda kumment rigward l-eżistenza ta’ distorsjonijiet sinifikanti fir-RPĊ. Għalhekk, is-sejbiet fil-premessi 52 sa 151 tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati.

3.1.2.   Pajjiż rappreżentattiv

(36)

Ma wasal l-ebda kumment fir-rigward tas-sejba li l-Kolombja ssodisfat il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 2(6a)(a), l-ewwel inċiż tar-Regolament bażiku sabiex tiġi kkunsidrata bħala pajjiż rappreżentattiv xieraq. Il-konklużjonijiet fil-premessi 152 sa 174 tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati.

3.1.3.   Sorsi użati biex jiġu stabbiliti l-kostijiet u l-parametri referenzjarji

(37)

Wara d-divulgazzjoni, iż-żewġ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun ippreżentaw tweġibiet individwali dwar is-sorsi użati biex jiġu stabbiliti l-kostijiet u l-parametri referenzjarji.

(38)

Eppen ikkummentat dwar il-kalkolu użat mill-Kummissjoni biex tikkalkula l-parametri referenzjarji għall-prodotti sekondarji. Hija oġġezzjonat għall-użu tal-kalkolu pro rata użat mill-Kummissjoni u talbet li minflok il-Kummissjoni tuża l-prezzijiet tal-GTA. Fl-Anness II tat-tieni nota tal-FOP, il-Kummissjoni kienet innotifikat li għall-prodotti sekondarji kienu qed jimmiraw li jużaw il-GTA jew sorsi alternattivi oħra. Fil-premessi 187 u 188 tar-Regolament proviżorju, il-Kummissjoni spjegat li l-prodotti sekondarji rrappurtati mill-produtturi juru diversità kbira fil-kwalità, li hija mbagħad riflessa fid-diversità tagħhom fl-ipprezzar, iżda fil-każijiet kollha l-fattur prinċipali tal-prezz jibqa’ l-qamħirrum. Fl-analiżi tas-sottomissjonijiet tal-produtturi, il-Kummissjoni kienet innutat ukoll li l-kodiċijiet SA kollha ddikjarati għal prodotti sekondarji huma kkaratterizzati minn diversità kbira, peress li huma hekk imsejħa “kodiċijiet bucket”, li jkopru varjetà kbira ta’ prodotti diversi ħafna, li ma jaqblux mal-prodotti sekondarji ddikjarati. Filwaqt li ħadet id-diversità fil-prezz għall-prodott sekondarju nnifsu u l-varjetà ta’ prodotti koperti mill-kodiċijiet, il-Kummissjoni kkonkludiet li d-data tal-GTA għal dawn il-kodiċijiet mhijiex affidabbli għad-determinazzjoni tal-parametri referenzjarji. Fin-nuqqas ta’ data oħra disponibbli fil-GTA jew minn sors ieħor, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-aħjar approssimazzjoni tal-prezz għal dawn il-prodotti sekondarji hija li taderixxi ma’ prattika diġà użata fi proċediment anti-dumping ta’ prodott fl-istess kategorija bħal-liżina (11) u li tuża kalkolu pro rata. Billi l-produttur ma pprovda l-ebda informazzjoni addizzjonali li tkun twassal għal stima aktar affidabbli tal-parametru referenzjarju, il-kummenti tiegħu ġew miċħuda.

(39)

Fil-premessi 176, 178 u 196 tar-Regolament proviżorju, il-Kummissjoni spjegat li l-parametru referenzjarju għall-fwar użat fil-produzzjoni tal-liżina ġie kkalkulat fuq il-bażijiet tal-kost tal-gass naturali. Eppen allegat li hija tixtri l-fwar minn kumpanija relatata li tuża l-faħam bħala fjuwil u talbet li l-kalkolu tal-prezz jiġi aġġustat fuq il-bażi tal-faħam bituminuż.

(40)

F’dan ir-rigward ġie nnutat li l-kumpanija relatata ma kinitx parti mill-informazzjoni ppreżentata mill-grupp Eppen fit-tweġibiet tagħhom għall-kwestjonarju biex tkun tista’ ssir verifika matul iż-żjara fuq il-post. Ma ġiet ippreżentata l-ebda informazzjoni oħra dwar il-proċedura tal-produzzjoni tal-fwar jew evidenza li tissostanzja din l-allegazzjoni. Barra minn hekk, f’każijiet oħra fl-istess kategorija ġenerali ta’ prodotti (eż. l-eritritol) il-Kummissjoni użat il-gass naturali għall-konverżjoni tal-fwar. Fin-nuqqas ta’ evidenza, il-Kummissjoni ċaħdet il-pretensjoni.

(41)

Meihua ppreżentat evidenza u rreferiet għal evidenza ta’ verifika li juru li l-faħam użat minn Meihua Jilin u Meihua Xingjiang huwa linjite (il-kodiċi SA 2702 10 ) u faħam subbituminuż (il-kodiċi SA 2701 19 ), rispettivament. Meihua talbet li l-Kummissjoni tadatta l-parametru referenzjarju għall-faħam biex jirrifletti l-faħam użat. Hija pproponiet li jintużaw il-prezzijiet tal-GTA għal-linjite u għall-faħam subbituminuż, jew inkella li jintużaw il-prezzijiet Kolombjani għall-faħam bituminuż.

(42)

Biex tistabbilixxi parametru referenzjarju għall-faħam, il-Kummissjoni użat il-medja ponderata tal-prezzijiet ta’ unità tal-importazzjonijiet lejn il-pajjiżi kollha li joriġinaw fil-pajjiżi kollha minbarra r-RPĊ u l-pajjiżi elenkati fl-Anness 1 tar-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12), kif irrappurtat fil-GTA (il-premessi 178 u 185 tar-Regolament proviżorju). Il-parametru referenzjarju ġie stabbilit fuq il-bażi tal-prezz tal-antraċit (il-kodiċi SA 2701 11 ), peress li dan kien il-kodiċi ddikjarat mill-produttur esportatur fit-tweġiba tiegħu għall-kwestjonarju. Madankollu, fid-dawl tal-evidenza ppreżentata, il-Kummissjoni aċċettat il-pretensjoni, peress li l-użu tal-prezzijiet tal-GTA għal-linjite u l-faħam subbituminuż jirrappreżentaw b’mod aktar preċiż it-tipi ta’ faħam użati mill-grupp Meihua. Il-Kummissjoni aġġornat il-parametru referenzjarju tal-faħam għal Jilin Meihua bl-użu tad-data tal-GTA għal-linjite għal CNY 0,502 kull kg u dak ta’ Xingjiang Meihua bid-data tal-GTA għall-faħam subbituminuż għal CNY 0,969 kull kg.

(43)

Id-determinazzjoni tal-parametru referenzjarju tal-faħam fir-regolament proviżorju ma kinitx ħadet inkunsiderazzjoni l-kostijiet tat-trasport, peress li ma kien ġie ddikjarat l-ebda kost tat-trasport minn Meihua fit-tweġiba tagħha għall-kwestjonarju. Filwaqt li analizzat id-data addizzjonali ppreżentata minn Meihua dwar ix-xiri tal-faħam imsemmi fil-premessa 41 hawn fuq, il-Kummissjoni nnutat li t-tranżazzjonijiet kienu jinkludu kostijiet tat-trasport li ma kinux ġew iddikjarati fil-kwestjonarji tal-produtturi, kif meħtieġ mill-Kummissjoni.

(44)

Fuq il-bażi tas-sottomissjonijiet il-ġodda, il-Kummissjoni ddeterminat li l-kostijiet tat-trasport kienu jirrappreżentaw 11,4 % tal-kostijiet tax-xiri tal-linjite għal Jilin Meihua u 44,6 % tal-kostijiet tax-xiri tal-faħam subbituminuż għal Xingjiang Meihua. Biex tikkalkula l-kost totali, il-Kummissjoni applikat dawn il-perċentwali bħala żieda għall-prezzijiet referenzjarji tal-faħam derivati mill-GTA kif spjegat fil-premessa 42. Dan irriżulta fi prezz finali ta’ CNY 0,560 kull kg għal-linjite użat minn Jilin u CNY 1,402 kull kg għall-faħam subbituminuż użat minn Xingjiang Meihua, inklużi l-kostijiet tax-xiri.

(45)

Fis-sottomissjoni tagħha, Meihua talbet rieżami tal-kalkoli rigward il-parametru referenzjarju għall-kost lavorattiv. Hija nnutawt li l-parametru referenzjarju kien ibbażat fuq id-data tal-ILO għall-qligħ ta’ kull xahar għal “Settur ġenerali: Industrija” fil-Kolombja fl-2023, filwaqt li s-sigħat maħduma ta’ kull ġimgħa kienu jirriflettu attivitajiet ta’ “manifattura oħra” fil-Kolombja fl-2023. Il-Kummissjoni aċċettat li hemm żball klerikali u kompliet tanalizza d-data disponibbli fil-bażi tad-data tal-ILO. Il-Kummissjoni identifikat fl-istess sors (LFS – Stħarriġ Integrat dwar l-Unitajiet Domestiċi) parametru referenzjarju għall-qligħ medju fis-siegħa tal-impjegati fl-industriji tal-kimika fil-Kolombja fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Dan il-parametru referenzjarju jirrifletti s-settur tal-produzzjoni tal-liżina aħjar mill-qligħ aktar ġeneriku tal-industrija. Għalhekk, il-Kummissjoni ddeċidiet li tuża dan il-parametru referenzjarju, li jammonta għal CNY 19,8/siegħa wara l-inklużjoni tal-kontribuzzjonijiet, bħas-sigurtà soċjali msemmija fil-premessa 189 tar-Regolament proviżorju.

(46)

Wara d-divulgazzjoni finali, Meihua sostniet li l-prattika tal-Kummissjoni hija li tistabbilixxi parametri referenzjarji tal-materja prima b’referenza għall-istatistika dwar l-importazzjonijiet. Il-parametri referenzjarji huma prezzijiet fil-livell tas-CIF, li diġà jinkludu l-kost tat-trasport. Għalhekk, il-Kummissjoni wettqet żball meta żiedet iż-żieda fil-prezz għall-kostijiet tat-trasport meta kienet qed tistabbilixxi l-parametri referenzjarji għal-linjite u l-faħam subbituminuż (premessa 44).

(47)

Il-Kummissjoni qablet li l-parametri referenzjarji internazzjonali ta’ CNY 0,502 kull kg għal-linjite u CNY 0,969 kull kg għall-faħam subbituminuż huma fil-livell tal-prezz CIF u jinkludu l-kostijiet tat-trasport sal-fruntiera. Madankollu, hija l-prattika konsistenti tal-Kummissjoni li tinkludi l-kostijiet tat-trasport mill-fruntiera sal-bieb tal-fabbrika meta tikkalkula l-valur normali. Il-kalkolu tal-valur normali jinkludi żieda fil-valur tal-parametru referenzjarju internazzjonali bil-proporzjon tal-kostijiet tat-trasport għall-kostijiet materjali, kif irrappurtat mill-produtturi esportaturi. Huwa biss billi jiżdiedu dawn il-kostijiet li l-valur tal-materjali ta’ input, kif imwassal fil-bieb tal-fabbrika ta’ produttur fil-pajjiż rappreżentattiv, jiġi rifless kif xieraq. Għal dan l-għan, il-Kummissjoni applikat il-proporzjonijiet kif derivati mit-tweġibiet għall-kwestjonarju ta’ Meihua. Peress li l-Kummissjoni segwiet il-metodoloġija stabbilita, it-talba ta’ Meihua biex titneħħa ż-żieda fil-prezz għat-trasport ġiet miċħuda u l-kalkoli żvelati lil Meihua u l-marġnijiet tad-dumping li rriżultaw baqgħu l-istess.

(48)

Eurolysine għamlet ukoll kummenti dwar il-kalkolu tal-parametri referenzjarji tal-faħam. Hija oġġezzjonat għall-bidla tal-parametru referenzjarju għal-linjite u l-faħam subbituminuż, u ddikjarat li l-Kummissjoni ma kellhiex temenda l-parametru referenzjarju oriġinali li kien ibbażat fuq l-antraċit, minħabba li Meihua talbet il-bidla tal-parametri referenzjarji għall-faħam biss wara d-divulgazzjoni proviżorja. Il-Kummissjoni nnutat li hija dejjem tfittex li tislet il-konklużjonijiet tagħha dwar fatti korretti u dwar l-aħjar data disponibbli. Kif imsemmi fil-premessa 41, il-Kummissjoni kienet f’pożizzjoni li tibbaża l-konklużjonijiet tagħha fuq data li diġà ġiet ippreżentata u vverifikata matul iż-żjara ta’ verifika fuq il-post għall-fabbrika ta’ Meihua (ara l-premessa 28 tar-Regolament proviżorju), u għalhekk setgħet taċċetta s-sottomissjoni ta’ Meihua rigward it-tipi ta’ faħam użati mill-kumpaniji tal-grupp. Għalhekk, il-kumment ġie miċħud.

(49)

Eurolysine oġġezzjonat ukoll għall-użu tal-parametri referenzjarji internazzjonali għall-faħam billi semmiet li dan l-approċċ jiddevja minn dak applikat fir-Regolament proviżorju. Hija kkummentat ukoll li l-Kummissjoni ma inkludietx l-importazzjonijiet fiċ-Ċina fil-kalkolu tal-parametri referenzjarji. Iż-żewġ kummenti huma fattwalment skorretti. Il-Kummissjoni kienet użat parametru referenzjarju internazzjonali għall-antraċit kif jidher fil-premessa 185 tar-Regolament proviżorju. Il-Kummissjoni inkludiet l-importazzjonijiet fiċ-Ċina kif jidher fil-verżjoni miftuħa tal-kalkoli tal-parametri referenzjarji tal-faħam ipprovduti fil-kuntest tad-divulgazzjoni finali (13). Għalhekk, il-kummenti ġew miċħuda.

(50)

Eurolysine ikkummentat ukoll li hemm żball klerikali fl-inklużjoni tal-kostijiet tat-trasport li huwa deskritt fil-premessa 44 li tipproponi metodu ta’ kalkolu alternattiv għaż-żieda fil-prezz għat-trasport. Kif spjegat fil-premessa 47, il-kalkolu taż-żieda fil-prezz kien strettament konformi mal-metodoloġija tal-Kummissjoni. Għalhekk, il-kumment ġie miċħud.

(51)

Wara d-divulgazzjoni finali, Eppen tenniet it-talba tagħha biex il-parametru referenzjarju għall-fwar jiġi kkalkolat fuq il-bażi tal-linjite minflok il-gass, kif stabbilit fil-premessa 195 tar-Regolament proviżorju. Hija sostniet li l-fwar inxtara minn kumpanija relatata “Eppen Energy” li ġiet irrappurtata lill-Kummissjoni u li kellha tkun parti miż-żjara ta’ verifika. Hija tippreżenta lill-Kummissjoni ritratti tas-sistema kontabilistika tal-kumpanija relatata, li juru l-linjite bħala l-materjal tal-produzzjoni tal-fwar. Il-Kummissjoni tinnota li ma ġiet ippreżentata l-ebda data dwar l-użu tal-faħam matul iż-żjara ta’ verifika. Wara t-tieni Nota tal-FOP, Eppen kellha diversi opportunitajiet biex tippreżenta informazzjoni dwar l-użu tal-faħam — u dwar il-kwalità speċifika tal-faħam — għall-produzzjoni tal-fwar. Ma ġiet ippreżentata l-ebda data qabel l-istadju definittiv u d-data ppreżentata fid-divulgazzjoni definittiva ma tistax tiġi vverifikata. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet il-pretensjoni.

(52)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra, minbarra l-parametru referenzjarju aġġornat għall-manodopera msemmi fil-premessa 38 hawn fuq u l-bidliet fil-parametru referenzjarju tal-faħam miġbur fil-qosor fil-premessa 42 hawn fuq, is-sejbiet rigward il-valur normali kif stabbilit fil-premessi 39 sa 208 tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati. Għall-finijiet ta’ ċarezza, ir-ringieli li ġejjin jissostitwixxu r-ringieli “Xogħol” u “Faħam” tat-Tabella 1 tar-Regolament proviżorju:

“Tabella 1

Fatturi tal-produzzjoni tal-liżina

Fattur ta’ Produzzjoni

Kodiċi tal-Merkanzija

Sors tad-data

Valur (CNY)

Unità ta’ kejl

Manodopera

Manodopera

[MHUX APPLIKABBLI]

ILO

19,8

Siegħa ta’ xogħol

Enerġija

Faħam subbituminuż

2701 19

GTA

0,969

Kg

Linjite

2702 10

GTA

0,502

Kg”.

3.2.   Prezz tal-esportazzjoni

(53)

Fin-nuqqas ta’ kummenti rigward il-kalkolu tal-prezz tal-esportazzjoni, il-premessi 209 sa 212 tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati.

3.3.   Tqabbil

(54)

Kif spjegat fil-premessa 218 tar-Regolament proviżorju, saru aġġustamenti fil-prezz tal-esportazzjoni fejn il-prodotti nbiegħu mill-kumpanija produttur lil kumpaniji oħra fl-istess grupp u mbagħad ġew esportati lejn l-Unjoni, skont l-Artikolu 2(10)(i) tar-Regolament bażiku għaż-żieda riċevuta min-negozjant relatat, kull meta n-negozjanti kienu kkunsidrati li jwettqu funzjonijiet simili għal dawk ta’ aġent li jaħdem fuq bażi ta’ kummissjoni. Meihua talbet lill-Kummissjoni teskludi l-SG & A u l-kontribuzzjoni tal-profitt ta’ kumpaniji kummerċjali relatati mill-kalkolu tal-esportazzjoni billi ddikjarat li dawn ma jwettqux il-funzjoni ta’ aġent. Hija ddikjarat li l-kumpaniji kollha tal-Grupp Meihua (kemm l-entitajiet tal-produzzjoni kif ukoll dawk kummerċjali) huma soġġetti għal kontroll ekonomiku wieħed, joperaw flimkien bħala impriża waħda b’diviżjoni tal-funzjonijiet għall-finijiet tal-produzzjoni u l-kummerċ tal-prodott taħt investigazzjoni, u r-relazzjonijiet tagħhom mhumiex organizzati fuq il-bażi ta’ relazzjonijiet kummerċjali simili għal dawk ta’ aġenzija jew inkella soġġetti għal bażi ta’ kummissjoni.

(55)

Il-Kummissjoni nnutat li t-tweġibiet għall-kwestjonarju ppreżentati minn Meihua, u b’mod partikolari d-“Dijagramma Sekwenzjali Fiżika u Finanzjarja tal-Bejgħ tal-Esportazzjoni”, jikkaratterizzaw il-kumpaniji kummerċjali bħala “negozjanti” u jindikaw l-eżistenza ta’ negozjati bejn il-kumpaniji produtturi u n-negozjanti.

(56)

Il-fatt li l-kumpaniji kummerċjali jaġixxu bħala aġenti li jaħdmu fuq bażi ta’ kummissjoni huwa kkorroborat aktar mill-eżistenza ta’ kuntratti ta’ bejgħ bejn iż-żewġ negozjanti u l-fabbriki. Aktar importanti minn hekk, il-kuntratt ta’ xiri bejn Meihua HQ u Jilin Meihua fih klawżoli li huma, rispettivament, klawżola ta’ responsabbiltà u klawżola rigward is-soluzzjoni tat-tilwim b’mod bonarju jew jekk dak ifalli, quddiem qorti. L-eżistenza ta’ din l-evidenza tipprekludi l-karatterizzazzjoni tal-kumpaniji Meihua li huma bbażati fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina bħala entità ekonomika waħda. Kif tfakkar il-ġurisprudenza, il-preżenza ta’ klawżola ta’ arbitraġġ intiża sabiex issolvi tilwim kuntrattwali li jista’ jinqala’ bejn iż-żewġ kumpanniji kontraenti u n-nuqqas ta’ solidarjetà bejn dawn tal-aħħar tippreżupponi mhux biss l-eżistenza ta’ żewġ persuni ġuridiċi distinti, iżda wkoll żewġ entitajiet ekonomiċi li għandhom interessi diverġenti, u ma tidhirx li tista’ tiġi rrikonċiljata mal-eżistenza ta’ entità ekonomika waħda u mal-klassifikazzjoni ta’ waħda minn dawn il-kumpanniji bħala dipartiment ta’ bejgħ intern. (14) Dan japplika saħansitra aktar fil-każ ta’ Meihua HK, sussidjarja bbażata f’Hong Kong, territorju doganali separat miċ-Ċina, li għandha l-“kummerċ” bħala l-unika attività tagħha kif ippreżentata minn Meihua, u li tinnegozja termini mal-fabbriki u tiffirma kuntratti rilevanti. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet il-pretensjoni ta’ Meihua u kkonfermat il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessa 218 tar-Regolament proviżorju.

(57)

Wara d-divulgazzjoni definittiva, Meihua tenniet l-affermazzjonijiet tagħha rigward l-istatus ta’ entità ekonomika unika tal-kumpaniji Meihua, iżda ma ppreżentat l-ebda informazzjoni ġdida f’dan ir-rigward. Għalhekk, il-pretensjoni tagħha ġiet miċħuda.

(58)

Eppen ikkummentat ukoll wara d-divulgazzjoni definittiva, rigward l-istatus ta’ Eppen Asia. Eppen talbet li Eppen Asia ma tiġix ikkunsidrata bħala entità separata, u li ma jsir l-ebda tnaqqis għall-profitt u l-SG & A biex wieħed jasal għall-prezz tal-esportazzjoni mill-fabbrika. Eppen iddikjarat li Eppen Asia hija kumpanija fittizja mingħajr operazzjoni sostantiva, u li ma taġixxix bħala aġent li jaħdem fuq bażi ta’ kummissjoni.

(59)

Madankollu, il-Kummissjoni nnutat li Eppen iddikjarat fis-sottomissjoni tagħha wara d-divulgazzjoni definittiva li l-prezz tal-bejgħ minn Heilongjiang Eppen lil Eppen Asia ġie ddeterminat billi jitnaqqas marġni żgħir tal-prezz finali mill-klijenti indipendenti, li hija n-natura proprja ta’ kummissjoni. Barra minn hekk, wieħed mill-kuntratti ppreżentati minn Eppen u kkwotat fil-kummenti tagħha għall-iżvelar definittiv, jinkludi klawżoli ta’ responsabbiltà u arbitraġġ rigward is-soluzzjoni b’mod bonarju tat-tilwim jew jekk dak ifalli, quddiem il-Kummissjoni Internazzjonali tal-Arbitraġġ Ekonomiku u Kummerċjali taċ-Ċina f’konformità mad-dispożizzjonijiet tal-imsemmija Kummissjoni. L-eżistenza ta’ din l-evidenza tipprekludi l-karatterizzazzjoni ta’ Eppen Asia bħala parti minn entità ekonomika waħda. Kif ġie nnutat ukoll fil-premessa 56), skont il-ġurisprudenza, il-preżenza ta’ klawżola ta’ arbitraġġ maħsuba biex issolvi tilwim kuntrattwali li jista’ jinqala’ bejn iż-żewġ kumpaniji kontraenti u n-nuqqas ta’ solidarjetà bejn dawn il-kumpaniji jippresupponu mhux biss l-eżistenza ta’ żewġ persuni ġuridiċi distinti, iżda wkoll żewġ entitajiet ekonomiċi b’interessi diverġenti. Għalhekk, ma tidhirx li tista’ tiġi rikonċiljata mal-eżistenza ta’ entità ekonomika waħda u mal-klassifikazzjoni ta’ waħda minn dawk il-kumpaniji bħala dipartiment tal-bejgħ intern. Dan japplika saħansitra aktar fil-każ ta’ Eppen Asia, sussidjarja bbażata f’Singapore, pajjiż separat. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet il-pretensjoni ta’ Eppen u kkonfermat il-konklużjonijiet stabbiliti fil-premessa 218 tar-Regolament proviżorju.

(60)

Fl-aħħar nett, Eppen sostniet li l-lista ta’ impjegati turi li Eppen Asia ma għandhiex funzjonijiet ta’ bejgħ peress li ma hemm l-ebda persunal b’funzjonijiet ta’ bejgħ fit-titoli tagħhom. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni tinnota li l-kuntratti ta’ impjieg sottomessi minn Eppen jiddikjaraw b’mod ċar li “l-Kumpanija għandu jkollha d-dritt li tidderieġi lill-impjegat biex iwettaq servizzi għal kwalunkwe wieħed mis-servizzi relatati mhux imsemmija f’dan l-impjieg”. Fuq il-bażi ta’ dan ta’ hawn fuq, il-pretensjoni għal entità ekonomika waħda hija miċħuda.

(61)

Kemm Meihua kif ukoll Eppen ikkummentaw dwar il-metodoloġija tal-Kummissjoni fil-kalkolu tal-kontribuzzjoni tal-kostijiet SG & A fil-ħdim tal-valur normali u konsegwentement it-tqabbil tal-valur normali mal-prezz tal-esportazzjoni fil-livell mill-fabbrika. Dawn il-kummenti huma kontinwazzjoni tal-kummenti indirizzati fil-premessi minn 219 sa 222 tar-Regolament proviżorju.

(62)

Fis-sottomissjoni tagħha wara l-miżuri proviżorji, Eppen innutat li l-kostijiet SG & A tal-kumpanija Kolombjana Sucroal użati mill-Kummissjoni biex taħdem il-valur normali fihom tliet elementi: Kostijiet tad-distribuzzjoni, kostijiet tal-amministrazzjoni u “kostijiet oħra”. Eppen tiddikjara li l-“kostijiet tad-distribuzzjoni” jikkorrispondu għall-elementi tal-kostijiet li huma spejjeż diretti mġarrba lil hinn mil-livell mill-fabbrika. Tabilħaqq, jenħtieġ li dawn ma jiġux inklużi fil-kalkolu tal-valur normali maħdum tal-kumpanija taħt investigazzjoni. Il-Kummissjoni tinnota li Eppen ma pprovdiet l-ebda evidenza rigward id-diżaggregazzjoni tal-kostijiet tad-distribuzzjoni, biex tappoġġa l-pretensjoni. Għaldaqstant, din il-pretensjoni ġiet miċħuda.

(63)

Bl-istess mod, Meihua ddikjarat li l-Kummissjoni inkludiet b’mod skorrett il-kostijiet tad-distribuzzjoni fil-proporzjon maħdum tal-kostijiet SG & A, filwaqt li fl-istess ħin naqqset dawn il-kostijiet mill-kalkolu tal-prezz tal-esportazzjoni tal-Grupp Meihua. Il-pretensjoni ta’ Meihua tiddependi biss fuq is-suppożizzjoni li d-diżaggregazzjoni tal-SG & A ta’ Sucroal relatata mal-“kostijiet tad-distribuzzjoni” tirrifletti spejjeż bħall-immaniġġar u t-tagħbija, il-merkanzija, u spejjeż anċillari oħra li tnaqqsu mill-prezz tal-esportazzjoni biex dan jinġieb għal-livell mill-fabbrika. Madankollu, din is-suppożizzjoni ma hija sostnuta mill-ebda evidenza fil-fajl.

(64)

Fir-rigward taż-żewġ pretensjonijiet, il-Kummissjoni tinnota li l-“kostijiet tad-distribuzzjoni” rrappurtati minn Sucroal huma parti mill-kostijiet SG & A. Dan jidher mill-fatt li “kostijiet oħra” rrappurtati fil-bażi tad-data Orbis, huma diżaggregati f’“kostijiet tad-distribuzzjoni”, “kostijiet amministrattivi” u “kostijiet oħra” fid-data pprovduta mill-awtoritajiet Kolombjani. Id-data disponibbli ma tagħmilx distinzjoni ulterjuri fil-kostijiet tad-distribuzzjoni li tkun tippermetti l-identifikazzjoni u l-esklużjoni ta’ kategoriji speċifiċi ta’ kostijiet. Tabilħaqq, il-kostijiet tad-distribuzzjoni huma kostijiet tal-bejgħ, li jistgħu jinkludu kostijiet tat-trasport, iżda wkoll kategoriji oħra ta’ kostijiet, bħal-kiri ta’ faċilitajiet tal-ħżin u tad-distribuzzjoni, inkluż il-makkinarju u l-vetturi meħtieġa, jew ir-reklamar u r-riċerka dwar is-suq, li ma tnaqqsux mill-prezz tal-esportazzjoni.

(65)

Meihua ddikjarat ukoll li l-oneru tal-provi jaqa’ fuq il-Kummissjoni peress li għandha turi li użat ammont “mingħajr distorsjoni u raġonevoli” ta’ kostijiet amministrattivi, tal-bejgħ u ġenerali u għall-profitt, kif meħtieġ mill-Artikolu 2(6a) tar-Regolament bażiku. Dawn il-pretensjonijiet kienu ġew indirizzati fil-premessa 220 tar-Regolament proviżorju. Fl-aħħar sottomissjoni, Meihua sostniet ukoll li l-Kummissjoni jenħtieġ li taċċetta li għandha l-oneru tal-prova billi tirreferi għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/58 (15) li jimponi dazji anti-dumping fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tajers pnewmatiċi li joriġinaw mir-RPĊ.

(66)

Il-Kummissjoni nnutat li fil-premessa 267 tar-Regolament (UE) 2025/58, il-Kummissjoni indirizzat biss il-kwistjoni tal-adegwatezza tal-kostijiet SG & A b’mod ġenerali, billi ddikjarat li l-“SG & A u l-profitt ma dehrux għoljin b’mod sproporzjonat u għalhekk tqiesu bħala xierqa”. Fir-rigward tal-informazzjoni dettaljata dwar il-kostijiet SG & A, il-Kummissjoni tinnota li fil-każ tat-tajers pnewmatiċi, kif stabbilit fil-premessi 270 u 271 tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/58, il-Kummissjoni tabilħaqq naqqset il-kostijiet tat-trasport mill-kalkolu tal-kostijiet SG & A biex dan jinġieb għal-livell mill-fabbrika, abbażi tal-informazzjoni disponibbli fid-dikjarazzjonijiet finanzjarji tal-kumpanija. Madankollu, fil-każ ta’ Sucroal, l-ebda informazzjoni dettaljata bħal din ma kienet faċilment disponibbli, u lanqas ma saret disponibbli mill-produtturi esportaturi (Eppen u Meihua) biex il-Kummissjoni tkun tista’ tnaqqas il-kostijiet tat-trasport.

(67)

Wara d-divulgazzjoni definittiva, kemm Meihua kif ukoll Eppen tennew l-affermazzjonijiet tagħhom rigward il-metodoloġija tal-Kummissjoni meta jikkalkulaw il-kontribuzzjoni tal-kostijiet SG & A fil-kostruzzjoni tal-valur normali, iżda ma ppreżentaw l-ebda informazzjoni ġdida. Għalhekk, il-pretensjonijiet tagħhom ġew miċħuda.

(68)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe informazzjoni addizzjonali li tkun tippermetti l-esklużjoni ta’ kostijiet partikolari mill-kalkolu tal-kostijiet SG & A, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-livell tal-kostijiet SG & A ta’ Sucroal huwa mingħajr distorsjoni u raġonevoli għal-livell ta’ kummerċ mill-fabbrika u ċaħdet il-pretensjonijiet riċevuti. Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra rigward “Tqabbil”, il-premessi 213 sa 222 tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati.

3.4.   Marġnijiet tad-dumping

(69)

Kif deskritt fil-premessa 52 hawn fuq, wara l-pretensjonijiet mill-partijiet interessati u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment ieħor, il-Kummissjoni kkalkulat mill-ġdid il-marġnijiet tad-dumping.

(70)

Il-marġnijiet tad-dumping definittivi espressi bħala perċentwal tal-prezz tal-kost, l-assigurazzjoni u n-nol (CIF) fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju mhux imħallas, huma kif ġej:

Kumpanija

Marġni tad-dumping definittiv (%)

Grupp Meihua:

—

Jilin Meihua Amino Acid Co., Ltd.

—

Xinjiang Meihua Amino Acid Co., Ltd

47,7

Heilongjiang Eppen Biotech Co., Ltd

58,2

Kumpaniji oħrajn li kkooperaw

53,1

L-importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

58,2

4.   DANNU

4.1.   Definizzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni

(71)

Fin-nuqqas ta’ kummenti dwar id-determinazzjoni tal-industrija tal-Unjoni u tal-produzzjoni tal-Unjoni, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi 229 sa 231 tar-Regolament proviżorju.

4.2.   Konsum tal-Unjoni

(72)

Ir-reviżjoni tad-data dwar l-importazzjonijiet Ċiniżi għal-liżina fil-perjodu ta’ investigazzjoni, kif spjegat fil-premessi minn 79 sa 82 u jintwera fit-Tabella 3 riveduta, kellha impatt fuq it-Tabella 2 tar-Regolament proviżorju. It-Tabella 2 definittiva hija kif ġej:

“Tabella 2

Konsum tal-Unjoni (tunnellati f’ekwivalenti ta’ HCl)

 

2020

2021

2022

PI

Konsum totali tal-Unjoni

[465 000 – 510 000 ]

[470 000 – 515 000 ]

[450 000 – 495 000 ]

[410 000 – 450 000 ]

Indiċi

100

102

97

86

Sors:

l-Eurostat (HCl tal-liżina, liżina likwida, sulfat tal-liżina 2023), Informazzjoni speċjalizzata dwar is-suq () (sulfat tal-liżina 2020-2022).

(73)

Matul il-perjodu kkunsidrat, il-konsum tal-Unjoni naqas b’14-il punt perċentwali.

(74)

Fin-nuqqas ta’ kummenti dwar il-konsum tal-Unjoni, il-Kummissjoni kkonfermat il-konklużjonijiet tagħha stabbiliti fil-premessi minn 234 sa 236 tar-Regolament proviżorju.

4.3.   Importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat

(75)

Fil-premessi 237 u 238 tar-Regolament proviżorju, il-Kummissjoni spjegat li, sabiex ma jiġux inklużi bla bżonn prodotti oħra, id-data dwar l-importazzjonijiet tas-sulfat tal-liżina li użat kienet minn fornituri tal-informazzjoni speċjalizzata dwar is-suq tal-istatistika kummerċjali Ċiniża u Indoneżjana. Is-sors eżatt ma setax jiġi żvelat fuq talba tal-fornitur tad-data, iżda l-Kummissjoni setgħet tagħmel kontroverifika ta’ din id-data.

(76)

Wara d-divulgazzjoni, is-CESFAC u Vall Companys argumentaw li d-deċiżjoni tal-Kummissjoni li ma tiżvelax is-sors tad-data dwar l-importazzjonijiet għas-sulfat tal-liżina kienet tfisser li l-partijiet interessati jridu jeħduha b’valur fuq il-wiċċ. Barra minn hekk, huma ddikjaraw li l-Kummissjoni u l-Eurolysine ma kinux indikaw il-metodoloġija użata mill-fornituri jew l-aġġustamenti li sussegwentement saru fid-data dwar l-esportazzjonijiet jew l-importazzjonijiet biex jippermettu l-identifikazzjoni tal-importazzjonijiet tas-sulfat tal-liżina fid-dawl tal-klassifikazzjoni tagħhom fil-kodiċijiet NM tal-“ġabra”.

(77)

Is-CESFAC u Vall Companys ippreżentaw ċifri riveduti għal-liżina importata miċ-Ċina, bl-użu ta’ data tal-Eurostat għall-importazzjonijiet tad-data dwar l-importazzjonijiet tal-HCl tal-liżina u s-sulfat tal-liżina li kienu kisbu mingħand Kemiex, fornitur tal-informazzjoni dwar is-suq li jsegwi l-ktajjen essenzjali tal-provvista tal-materja prima. Id-data kkombinata tal-Eurostat u ta’ Kemiex uriet volum ta’ importazzjonijiet Ċiniżi ta’ 296 869 tunnellata fil-perjodu ta’ investigazzjoni, li huwa 11 % aktar baxx mit-329 052 tunnellata ppubblikati mill-Kummissjoni fit-Tabella 3 tar-Regolament proviżorju. Is-CESFAC u l-Grupp Vall Companys innutaw li, fil-kalkolu rivedut tagħhom, l-importazzjonijiet Ċiniżi tal-liżina kienu baqgħu relattivament stabbli matul il-perjodu kkonċernat, naqsu mill-2020 sal-2022 u rkupraw mill-2022 sal-2023. B’mod ġenerali, l-importazzjonijiet Ċiniżi kienu żdiedu biss b’6 % mill-2020 sal-perjodu ta’ investigazzjoni meta mqabbla mat-8 % irrappurtati mill-Kummissjoni u kienu żdiedu b’9 % minflok bi 15 % mill-2022 sal-2023.

(78)

Bl-istess mod, is-CCCMC iddikjarat li l-Kummissjoni kienet naqset milli turi li kien hemm żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping miċ-Ċina, f’termini assoluti, jew meta mqabbla mal-konsum jew mal-produzzjoni, filwaqt li ddikjarat li żieda fil-volum tal-importazzjoni ta’ 8 % mhijiex sinifikanti. Hija ppreżentat statistika uffiċjali dwar l-esportazzjoni taċ-Ċina għall-HCl tal-liżina li turi tnaqqis ġenerali fil-volumi esportati fil-perjodu kkunsidrat ta’ 14 % bejn l-2021 u l-2022, u ta’ tnaqqis addizzjonali ta’ 16 % bejn l-2022 u l-2023 (il-perjodu ta’ investigazzjoni). Is-CCCMC ippreżentat data dwar l-importazzjonijiet tal-Eurostat għas-sulfat tal-liżina (NM 2309 90 31 , u 2309 90 96 ) għall-perjodu kkunsidrat biex turi tnaqqis fil-volumi importati lejn l-Unjoni, filwaqt li ddikjarat li l-Kummissjoni naqset milli tivvaluta kif xieraq il-volumi tal-importazzjonijiet tal-liżina u x-xejriet kollha osservati matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

(79)

Fir-Regolament proviżorju, il-Kummissjoni applikat data dwar l-importazzjonijiet għas-sulfat tal-liżina minn informazzjoni speċjalizzata dwar is-suq għall-perjodu kkunsidrat kollu biex tiżgura l-konsistenza għas-sulfat tal-liżina, għalkemm fl-2023 inħoloq kodiċi NM separat għas-sulfat tal-liżina. Fid-dawl tal-argument tas-CESFAC ta’ volum importat ta’ sulfat tal-liżina miċ-Ċina għall-perjodu ta’ investigazzjoni, il-Kummissjoni vvalutat is-sitwazzjoni mill-ġdid. Minħabba d-disponibbiltà ta’ kodiċi NM separat għas-sulfat tal-liżina mill-2023, hija kkonkludiet li kien aktar xieraq li tintuża, għal dik is-sena, id-data dwar l-importazzjonijiet mill-Eurostat għal dak it-tip ta’ prodott, peress li dik id-data hija l-aktar affidabbli. Għas-snin preċedenti, peress li s-sulfat tal-liżina ġie importat taħt il-kodiċijiet tal-ġabra u d-data tal-Eurostat ma kinitx disponibbli strettament għas-sulfat tal-liżina, u d-data ta’ Kemiex ippreżentata mis-CESFAC kienet sottovalutata meta mqabbla mal-istatistika tal-Eurostat dwar l-importazzjonijiet tas-sulfat tal-liżina fil-perjodu ta’ investigazzjoni, il-Kummissjoni kkunsidrat li d-data dwar l-importazzjonijiet mill-informazzjoni speċjalizzata dwar is-suq li kienet użat fl-istadju proviżorju kompliet tkun is-sors l-aktar affidabbli.

(80)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni nnutat li kien hemm indikazzjonijiet ċari li d-data ta’ Kemiex użata mis-CESFAC kien fiha nuqqasijiet serji, minħabba li, kif innutat ukoll mill-ilmentatur, is-CESFAC ammettiet li għall-perjodu ta’ investigazzjoni (2023) il-volum stmat tal-esportazzjonijiet tas-sulfat tal-liżina miċ-Ċina, jiġifieri 31 205 tunnellati, kien aktar baxx mill-kwota applikabbli, li l-Kummissjoni kkonfermat li ġiet eżawrita fis-6 ta’ Ottubru 2023. Il-Kummissjoni fakkret li s-CESFAC kienet użat informazzjoni speċjalizzata dwar is-suq għall-ktajjen essenzjali tal-provvista tal-materja prima, minflok bażi tad-data tal-importazzjonijiet/l-esportazzjonijiet.

(81)

Id-data pprovduta mis-CESFAC kienet 5 % aktar baxxa mid-data dwar l-importazzjonijiet tal-Eurostat għall-perjodu ta’ investigazzjoni, li kkonfermat li l-volumi tal-importazzjonijiet skont Kempiex huma sottovalutati.

(82)

Fid-dawl tal-istatistika aġġornata dwar l-importazzjoni, kif deskritt fil-premessa 79 hawn fuq, it-Tabella 3 tar-Regolament provviżorju hija riveduta kif ġej:

“Tabella 3

Volum tal-importazzjonijiet u sehem mis-suq

 

2020

2021

2022

PI

Volum tal-importazzjonijiet miċ-Ċina (tunnellati)

304 015

294 812

285 083

313 449

Indiċi

100

97

94

103

Sehem mis-suq (%)

[60 -69 ]

[49 -63 ]

[59 -69 ]

[70 -79 ]

Indiċi

100

96

96

120

Sors:

l-Eurostat (HCl tal-liżina, liżina likwida, sulfat tal-liżina 2023), Informazzjoni speċjalizzata dwar is-suq (sulfat tal-liżina 2020-2022).”

(83)

Il-Kummissjoni stabbiliet li matul il-perjodu kkunsidrat, l-importazzjonijiet miċ-Ċina żdiedu bi 3 %, filwaqt li s-sehem mis-suq ta’ dawk l-importazzjonijiet żdied minn [60 %-69 %] fl-2020 għal [70 %-79 %] fil-perjodu ta’ investigazzjoni. L-importazzjonijiet Ċiniżi żammew sehem dominanti fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat u ż-żieda ġenerali fil-volumi importati seħħet fi żmien meta l-konsum tal-Unjoni fir-rigward tal-liżina naqas b’14 %, li rriżulta f’żieda fis-sehem mis-suq ta’ 20 %. Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni tiċħad il-pretensjoni li ma kienx hemm żieda sinifikanti fl-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping miċ-Ċina.

(84)

Fir-rigward tal-affermazzjoni dwar it-trattament mhux trasparenti tas-sors tad-data dwar l-importazzjoni għas-sulfat tal-liżina bejn l-2020 u l-2022, il-Kummissjoni spjegat fil-premessi 98 sa 101 għaliex qieset li kien iġġustifikat li ma tiġix żvelata l-informazzjoni speċjalizzata dwar is-suq.

(85)

L-ilmentatur iddikjara li l-għan tas-sottomissjoni tal-industrija tal-liżina tal-UE datata s-7 ta’ Novembru 2024 rigward is-sulfat tal-liżina kien li tiġi pprovduta data aktar preċiża. Din is-sottomissjoni saret b’mod kompletament trasparenti, bil-possibbiltà li l-partijiet interessati kollha jaċċessaw u jivverifikaw id-data, inkluża d-diżaggregazzjoni bejn it-tipi differenti ta’ liżina. Minħabba li l-għadd ta’ fornituri tal-informazzjoni speċjalizzata dwar is-suq huwa limitat, l-ilmentatur ma żvelax is-sors.

(86)

Is-CCCMC iddikjarat li l-Kummissjoni ma kinitx ivvalutat b’mod diliġenti r-rati ta’ konverżjoni bejn l-HCl tal-liżina, il-liżina likwida u s-sulfat tal-liżina, filwaqt li argumentat li l-Kummissjoni ma kinitx ipprovdiet evidenza biex tappoġġa l-korrettezza tal-konverżjonijiet. Is-CCCMC innutat li s-sulfat tal-liżina huwa wkoll disponibbli f’forma likwida. Il-forom likwidi fihom 25 % liżina u l-forom solidi madwar 50 %. B’riżultat ta’ dan, is-CCCMC argumentat li ċ-ċifri tal-importazzjoni ppreżentati mill-Kummissjoni huma skorretti u minfuħa u ma jixħtux dawl fuq kif il-Kummissjoni applikat ir-rati ta’ konverżjoni għall-importazzjonijiet taħt il-kodiċi NM 2922 41 00 , li jkopri kemm l-HCl tal-liżina kif ukoll il-liżina likwida.

(87)

Is-CCCMC iddikjarat ukoll li l-Kummissjoni naqset milli tipprovdi spjegazzjonijiet motivati u adegwati rigward l-evidenza li s-sulfat tal-liżina huwa prodott biss fiċ-Ċina u fl-Indoneżja u naqset milli twettaq analiżi segmentata tad-dannu billi tagħmel distinzjoni bejn l-HCl tal-liżina, il-liżina likwida u s-sulfat tal-liżina.

(88)

Il-Kummissjoni ġabret evidenza fil-livell tal-produtturi esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun li l-kumpaniji Ċiniżi jesportaw biss l-HCl tal-liżina (kontenut ta’ 78 % tal-liżina fil-prodott) u s-sulfat tal-liżina (kontenut ta’ 55 % tal-liżina fil-prodott), jiġifieri bil-kontenut tal-liżina użat fir-rati ta’ konverżjoni biex is-sulfat tal-liżina jiġi kkonvertit f’ekwivalenti ta’ HCl tal-liżina. Il-Kummissjoni tenniet li dawn ir-rati huma spjegati fil-premessa 234 tar-Regolament proviżorju. Il-Kummissjoni nnutat li huma bbażati fuq il-kompożizzjoni kimika u l-mases molekulari disponibbli għall-pubbliku u magħrufa sew tal-prodotti u li ġew ivverifikati matul iż-żjarat lill-produtturi esportaturi Ċiniżi. Barra minn hekk, il-kontenut żvelat tal-liżina jintuża mill-utenti u ma ġiex ikkontestat mill-importaturi jew mill-utenti. L-uniċi esportaturi magħrufa tas-sulfat tal-liżina matul il-perjodu kkunsidrat kienu l-produtturi esportaturi Ċiniżi u Indoneżjani. L-ebda evidenza kontra din l-affermazzjoni ma tressqet minn xi waħda mill-partijiet interessati. Fir-rigward tal-analiżi segmentata tad-dannu, il-Kummissjoni kkonkludiet fil-premessa 37 tar-Regolament proviżorju li l-forma tal-liżina hija irrilevanti peress li t-tliet forom kollha (HCl, likwida u sulfat) huma interkambjabbli minħabba li huma l-istess nutrijent bl-istess funzjoni. Il-Kummissjoni kkonkludiet ukoll fil-premessa 27 hawn fuq li l-użu maħsub tal-liżina, il-forma tal-liżina u l-kontenut tal-liżina fil-prodott, ma jbiddlux id-definizzjoni bażika tiegħu, il-karatteristiċi tiegħu, jew il-perċezzjoni li għandhom diversi partijiet tiegħu. Għalhekk, ma kienx meħtieġ li titwettaq analiżi segmentata tad-dannu. Il-Kummissjoni ċaħdet il-pretensjoni.

(89)

Wara d-divulgazzjoni finali, is-CCCMC sostniet li l-Kummissjoni tat kunfidenzjalità eċċessiva lid-data dwar l-importazzjonijiet tas-sulfat tal-liżina u s-sors tad-data. L-ewwel nett, is-CCCMC allegat li l-Kummissjoni ma żvelatx data separata għall-importazzjonijiet tas-sulfat tal-liżina miċ-Ċina, iżda biss l-importazzjonijiet konsolidati diġà kkonvertiti f’HCl tal-liżina.

(90)

Il-Kummissjoni spjegat fir-Regolament proviżorju (il-premessa 37) li l-forom kollha tal-liżina huma interkambjabbli peress li huma l-istess nutrijent, u għandhom karatteristiċi fiżiċi, tekniċi u kimiċi essenzjali simili. Filwaqt li l-Kummissjoni ppubblikat importazzjonijiet konsolidati kkonvertiti f’HCl tal-liżina, il-Kummissjoni spjegat ukoll fir-Regolament proviżorju li huma biss l-HCl tal-liżina u s-sulfat tal-liżina li jiġu importati miċ-Ċina. L-importazzjonijiet tal-HCl tal-liżina ġew estratti mill-Eurostat. Għalhekk, huwa possibbli li jiġu kkalkulati l-volumi konvertiti tal-HCl tal-importazzjonijiet tas-sulfat tal-liżina, billi jiġi applikat il-fattur tal-konverżjoni ta’ 0,705 tunnellati ta’ sulfat tal-liżina għall-ekwivalenti ta’ HCl deskritt fil-premessa 234 tar-Regolament proviżorju. Din il-pretensjoni ġiet miċħuda.

(91)

It-tieni nett, is-CCCMC allegat li l-Kummissjoni ma wrietx li d-divulgazzjoni tas-sors tad-data dwar l-importazzjonijiet tas-sulfat tal-liżina u d-data dwar l-importazzjonijiet infisha allegatament tkun “ta’ vantaġġ kompetittiv sinifikanti għal kompetitur” jew ikollha “effett avvers sinifikanti fuq persuna li tipprovdi l-informazzjoni jew fuq persuna li mingħandha dik il-persuna tkun kisbet l-informazzjoni”, filwaqt li ddikjarat li jenħtieġ li l-esportaturi Ċiniżi jkollhom aċċess għal din l-informazzjoni, peress li hija relatata mal-importazzjonijiet tagħhom.

(92)

Il-Kummissjoni spjegat fil-premessa 238 tar-Regolament proviżorju li s-sors tad-data rigward l-importazzjonijiet Ċiniżi ma setax jiġi żvelat fuq it-talba tal-fornitur tad-data. Il-Kummissjoni spjegat ukoll fil-premessa 99 hawn isfel għaliex ikkunsidrat li kien suffiċjenti li tiżvela d-data għall-importazzjonijiet tas-sulfat tal-liżina miċ-Ċina mingħajr ma tiżvela l-oriġini ta’ dik id-data. Il-Kummissjoni sostniet li d-data dwar l-importazzjoni tas-sulfat tal-liżina ġiet iddivulgata (il-premessa 82 hawn fuq) u li d-divulgazzjoni tas-sors ta’ dik id-data tmur kontra l-kundizzjonijiet tal-fornitur tad-data tas-sors.

(93)

It-tielet nett, wara d-divulgazzjoni finali, is-CCCMC tenniet li l-Kummissjoni naqset milli twettaq analiżi segmentata tad-dannu li tiddistingwi bejn il-HCl tal-liżina, il-liżina likwida u s-sulfat tal-liżina, filwaqt li iddikjarat li l-forom tal-liżina mhumiex interkambjabbli u li l-Kummissjoni kellha d-data meħtieġa biex twettaq din l-analiżi.

(94)

Il-Kummissjoni żammet il-pożizzjoni tagħha stabbilita fil-premessa 88 hawn fuq, u spjegat ukoll li l-maġġoranza l-kbira tal-liżina tintuża fl-għalf tal-annimali, li għaliha l-interkambjabbiltà tal-forom tal-liżina ġiet ikkonfermata mill-utenti tal-liżina. L-Artikolu xjentifiku kkwotat mis-CCCMC fil-premessa 20 hawn fuq wera li l-forom ta’ liżina huma f’kompetizzjoni diretta. Il-Kummissjoni żammet il-pożizzjoni tagħha li r-Regolament proviżorju kien fih l-evidenza essenzjali kollha u s-sommarji mhux kunfidenzjali tad-data pprovduta taħt kopertura kunfidenzjali sabiex il-partijiet interessati jeżerċitaw id-dritt tad-difiża tagħhom.

(95)

Is-CCCMC allegat ukoll li l-Kummissjoni ma indirizzatx kummenti dwar l-evalwazzjoni tal-impatt tal-importazzjonijiet Ċiniżi fuq is-sitwazzjoni tal-industrija tal-Unjoni rigward it-tnaqqis fil-konsum tal-Unjoni, u x-xejriet fil-volumi tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni flimkien mal-importazzjonijiet Ċiniżi lejn l-Unjoni. B’mod partikolari, is-CCCMC iddikjarat li l-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni sofriet mill-akbar tnaqqis bejn l-2021 u l-2022, jiġifieri, meta l-importazzjonijiet Ċiniżi tal-liżina naqsu wkoll u għalhekk ma kinux il-forza ta’ spjegazzjoni tax-xejra ta’ tnaqqis.

(96)

Il-Kummissjoni sostniet li l-kummenti sottomessi mis-CCCMC ġew indirizzati f’biżżejjed dettall fil-premessi 79, 83, 88 hawn fuq u fil-premessi 103, 105, 106 u 107 hawn taħt. Fil-qosor, għall-kuntrarju tal-pretensjonijiet tas-CCCMC, huwa ċar mit-Tabella 2 li l-konsum tal-Unjoni naqas b’14-il punt perċentwali fil-perjodu ta’ investigazzjoni, filwaqt li l-produzzjoni tal-Unjoni naqset bi 83 punt perċentwali (Tabella 5). Fl-istess perjodu, l-importazzjonijiet Ċiniżi żammew sehem mis-suq dominanti fl-Unjoni (it-Tabella 3), u għalkemm il-volumi importati naqsu bi 3 punti perċentwali fl-2022, it-tnaqqis kien aktar baxx mit-tnaqqis fil-konsum tal-Unjoni (-5 punti perċentwali). Barra minn hekk, il-Kummissjoni kienet indirizzat il-kumment dwar l-effett dejjem jikber fil-perjodu ta’ investigazzjoni fil-premessa 284 tar-Regolament proviżorju. L-argument ġie miċħud.

4.3.1.   Prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiż ikkonċernat u twaqqigħ tal-prezz

(97)

Is-CCCMC sostniet li, skont l-Eurostat għall-kodiċi NM 2922 41 00 , 2309 90 96 (kodiċi tal-ġabra) u 2309 90 31 (kodiċi tal-ġabra), it-tnaqqis fil-prezzijiet tal-importazzjoni Ċiniżi bejn l-2022 u l-2023 huwa ħafna ogħla meta mqabbel mal-prezzijiet ipprovduti mill-Kummissjoni fir-Regolament proviżorju (data tal-Eurostat għall-kodiċi NM 2922 41 00 u d-data tal-Eurolysine għas-sulfat tal-liżina) u li l-għoti tal-kunfidenzjalità tad-data dwar l-importazzjonijiet jaffettwa b’mod qawwi d-drittijiet tad-difiża tagħha.

(98)

Fir-rigward tal-istatistika dwar l-importazzjoni, il-Kummissjoni kkjarifikat li filwaqt li l-Eurostat huwa bażi tad-data disponibbli għall-pubbliku fir-rigward tal-istatistika dwar l-importazzjoni għal kodiċijiet NM bi tmien ċifri, fir-rigward tas-sulfat tal-liżina, il-Kummissjoni ma setgħetx tuża l-istatistika dwar l-importazzjoni tal-kodiċijiet TARIC attwali 2309 90 31 51, 2309 90 31 59, 2309 90 96 51, 2309 90 96 59, peress li dawk il-kodiċijiet TARIC kienu “kodiċijiet tal-ġabra” li jinkludu prodotti għajr il-prodott ikkonċernat bejn l-2020 u l-2022. Barra minn hekk, fir-Regolament proviżorju, il-Kummissjoni spjegat fil-premessi 237 u 238 li d-data dwar l-importazzjonijiet (taċ-Ċina) tal-HCl tal-liżina ġiet misluta mill-Eurostat, u d-data dwar l-importazzjonijiet fir rigward tas-sulfat tal-liżina ġiet kontroverifikata minn informazzjoni speċjalizzata dwar is-suq biex tinkiseb stampa aktar preċiża tal-importazzjonijiet tas-sulfat tal-liżina. B’mod konkret, il-Kummissjoni siltet l-istatistika dwar l-importazzjoni tas-sulfat tal-liżina (kodiċijiet tal-ġabra) mill-Eurostat u mis-Sorveljanza għall-perjodu kkunsidrat, u nnutat li l-volumi tal-importazzjonijiet kienu bejn 662 896 tunnellata fl-2020 u 537 126 tunnellata fl-2023, jiġifieri ferm ogħla mill-kwota tariffarja mingħajr dazju. Minħabba li l-kwota mingħajr dazju tas-sulfat tal-liżina ġiet eżawrita kull sena tal-perjodu kkunsidrat fix-xhur tal-ħarifa, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-istatiċi tal-Eurostat mhumiex preċiżi. Il-Kummissjoni analizzat id-data dwar l-esportazzjonijiet miċ-Ċina fir-rigward tas-sulfat tal-liżina estratta li ġiet misluta minn informazzjoni speċjalizzata dwar is-suq, u nnutat li dik id-data turi stampa aktar preċiża tal-importazzjonijiet tas-sulfat tal-liżina fl-Unjoni.

(99)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni nnutat li fil-Kawża T-326/21 (16), il-Qorti Ġenerali kkonkludiet fil-punti 52 u 53 li “ċerti allegazzjonijiet fis-sottomissjoni jidhru li jikkritikaw lill-Kummissjoni talli ma kkomunikatx lir-rikorrenti l-oriġini tad-data użata. Madankollu, ir-rikorrenti ma jispjegawx kif id-divulgazzjoni tal-oriġini tad-data kienet meħtieġa biex tiddefendi l-interessi tagħhom, peress li d-data nfisha kienet ġiet ikkomunikata lilhom u l-Kummissjoni kienet wieġbet għall-oġġezzjonijiet tagħhom. Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, bl-ebda mod ma jidher li l-Kummissjoni naqset milli tikkomunika lir-rikorrenti l-informazzjoni meħtieġa sabiex ikunu jistgħu jesprimu l-fehmiet tagħhom b’mod effettiv dwar ir-realtà u r-rilevanza tal-fatti u ċ-ċirkustanzi allegati kif ukoll dwar l-evidenza invokata minnha”. Meta wieħed jikkunsidra din il-ġurisprudenza, il-Kummissjoni għalhekk ikkunsidrat li kien suffiċjenti li tiżvela d-data għall-importazzjonijiet tas-sulfat tal-liżina miċ-Ċina mingħajr ma tiżvela l-oriġini ta’ dik id-data. Għalhekk, il-pretensjoni tas-CCCMC ġiet miċħuda.

(100)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni fakkret li l-kodiċijiet NM 2309 90 96 u 2309 90 31 , użati mis-CCCMC biex juru tnaqqis medju fil-prezz tas-sulfat tal-liżina bejn l-2022 u l-2023, kienu “kodiċijiet tal-ġabra” li kienu jinkludu prodotti importati oħra sal-2023. Għalhekk, kwalunkwe wiri tal-iżvilupp tal-prezzijiet fuq dawn il-kodiċijiet NM mis-CCCMC mhuwiex sostanzjat u huwa skorrett, peress li l-prezzijiet użati kienu medja tal-prezzijiet tal-liżina u ta’ prodotti oħra. Il-Kummissjoni spjegat ukoll il-volumi importati tal-liżina miċ-Ċina fit-Taqsimiet 4.3.1 u 5.1 ta’ dan ir-Regolament.

(101)

Għalhekk, il-Kummissjoni kkunsidrat li l-ilment u r-Regolament proviżorju kien fihom l-evidenza essenzjali kollha u s-sommarji mhux kunfidenzjali tad-data pprovduta taħt kopertura kunfidenzjali sabiex il-partijiet interessati jeżerċitaw id-dritt tad-difiża tagħhom matul il-proċediment. Huwa mfakkar li l-Artikolu 19 tar-Regolament bażiku u l-Artikolu 6(5) tal-Ftehim dwar l-Implimentazzjoni tal-Artikolu VI tal-Ftehim Ġenerali dwar it-Tariffi u l-Kummerċ jippermettu s-salvagwardja ta’ informazzjoni kunfidenzjali f’ċirkostanzi fejn id-divulgazzjoni tagħha tkun ta’ vantaġġ kompetittiv sinifikanti għal kompetitur jew jista’ jkollha effett avvers sinifikanti fuq il-persuna li tforni l-informazzjoni jew fuq persuna li mingħandha dik il-persuna tkun akkwistat l-informazzjoni. L-informazzjoni pprovduta taħt kopertura kunfidenzjali taqa’ taħt dawn il-kategoriji. Fi kwalunkwe każ, l-ilmentatur ipprovda sommarji tal-kontenut tas-segmenti kunfidenzjali tal-ilment. Fil-premessa 17 tar-Regolament proviżorju hija spjegat ukoll li fid-dawl tal-fatt li l-industrija tal-Unjoni tikkonsisti fi produttur wieħed, kien jinftiehem li l-fatturi ta’ dannu ngħataw f’firxiet u f’forma indiċjata fl-ilment. Għalhekk, il-Kummissjoni ċaħdet li d-drittijiet tad-difiża tal-kumpaniji rrappreżentati mis-CCCMC inkisru fl-investigazzjoni.

(102)

Is-CCCMC argumentat ukoll li l-Kummissjoni ma ppreżentatx data biex turi x-xejra tat-twaqqigħ tal-prezz, imġiba fl-ipprezzar li tkompli matul il-perjodu kkunsidrat. Is-CCCMC iddikjarat ukoll li l-Kummissjoni ma pprovdietx evidenza ta’ kif l-importazzjonijiet Ċiniżi u tal-Unjoni interaġixxew matul il-perjodu kkunsidrat, u sostniet li s-sejba tal-Kummissjoni fir-rigward tal-eżistenza tat-twaqqigħ tal-prezz hija inkonsistenti mal-obbligu li jitwettaq eżami oġġettiv. Fid-dawl ta’ din il-pretensjoni, l-ilmentatur sostna li l-industrija tal-Unjoni kienet uriet fl-ilment li t-twaqqigħ tal-prezz ma kienx statiku, peress li beda ferm qabel il-perjodu ta’ investigazzjoni u żdied kontinwament.

(103)

Il-Kummissjoni nnutat li jenħtieġ li analiżi oġġettiva tat-twaqqigħ tal-prezz tkun ibbażata fuq tqabbil tal-prezzijiet bejn tipi ta’ prodotti simili. Għalhekk, hija l-prattika konsistenti tal-Kummissjoni li tagħmel din l-analiżi fuq il-bażi tad-data dettaljata dwar il-bejgħ ta’ produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun u tal-industrija tal-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni, peress li dik id-data tippermetti tqabbil ta’ tip b’tip. L-ebda analiżi bħal din ma tista’ ssir għas-snin preċedenti, fin-nuqqas ta’ din id-data dettaljata. Il-pretensjoni ġiet miċħuda.

(104)

Is-CCCMC iddikjarat ukoll li d-data tal-Eurostat turi prezzijiet sostanzjalment ogħla tal-importazzjonijiet Ċiniżi mid-data pprovduta mill-Kummissjoni fit-Tabella 4 tar-Regolament proviżorju, u li l-Kummissjoni ma pprovdietx evidenza suffiċjenti fir-rigward tat-twaqqigħ tal-prezz, it-tnaqqis fil-prezzijiet u t-trażżin tal-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi lejn l-industrija tal-Unjoni. Hija enfasizzat li l-volumi tal-importazzjonjieti Ċiniżi u s-sehem mis-suq naqsu fl-2021, u l-prezzijiet Ċiniżi żdiedu b’mod sostanzjali, filwaqt li l-industrija tal-Unjoni kienet qed tagħmel telf sinifikanti. Is-CCCMC iddikjarat li kieku l-importazzjonijiet Ċiniżi rażżnu l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni, il-profittabbiltà tal-industrija tal-Unjoni kellha titjieb fl-2021.

(105)

Fir-rigward tal-prezzijiet tal-importazzjoni Ċiniżi, kif diġà ġie spjegat fir-Regolament proviżorju, il-prezz medju tal-importazzjonijiet Ċiniżi għall-HCl tal-liżina huwa mislut mill-Eurostat għall-kodiċi NM 2922 41 00 . Il-prezz medju tal-importazzjonijiet Ċiniżi għas-sulfat tal-liżina huwa mislut minn informazzjoni speċjalizzata dwar is-suq ipprovduta mill-ilmentatur. Id-data ppubblikata fit-Tabella 4 hija r-riżultat ta’ medja ponderata tal-prezz tal-importazzjoni tal-HCl tal-liżina u s-sulfat tal-liżina, abbażi tal-volumi importati ta’ kull forma f’sena partikolari.

(106)

Il-Kummissjoni ttenni li mhuwiex korrett li jiġu kkunsidrati l-prezzijiet medji tal-importazzjoni taħt il-kodiċijiet NM 2309 90 31 u 2309 90 96 , peress li dawn il-kodiċijiet NM kienu jinkludu għadd ta’ prodotti oħra bejn l-2020 u l-2022. Fir-rigward tal-perjodu ta’ investigazzjoni, il-Kummissjoni spjegat fil-premessi 79 sa 82 li hija aġġornat id-data dwar l-importazzjoni għas-sulfat tal-liżina fil-perjodu ta’ investigazzjoni għall-kodiċijiet NM 2309 90 31 u 2309 90 96 , peress li dawk il-kodiċijiet kienu riżervati biss għas-sulfat tal-liżina fl-2023. Id-data aġġornata rriżultat f’bidla fil-prezz medju tal-importazzjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni, u għalhekk it-Tabella 4 tar-Regolament proviżorju hija riveduta kif ġej:

“Tabella 4

Prezzijiet tal-importazzjoni (EUR/tunnellata)

 

2020

2021

2022

PI

Iċ-Ċina

876

1 342

1 679

1 159

Indiċi

100

153

192

132

Sors:

l-Eurostat (HCl tal-liżina, liżina likwida, sulfat tal-liżina 2023), Fornitur speċjalizzat tas-suq (sulfat tal-liżina 2020-2022).”

(107)

Fir-rigward tal-pretensjoni li tqajjem dubji dwar it-tnaqqis fil-prezzijiet u t-trażżin tal-prezzijiet ikkawżati mill-importazzjonijiet Ċiniżi lejn l-industrija tal-Unjoni, il-Kummissjoni nnutat li l-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi li kienu oġġett ta’ dumping kienu ħafna aktar baxxi mill-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni (u l-prezzijiet tal-importazzjoni tal-liżina mill-Brażil, l-Indoneżja u l-Korea t’Isfel) matul il-perjodu kkunsidrat. Huwa ċar li dawn il-prezzijiet baxxi, flimkien ma’ sehem mis-suq għoli ħafna, li jammonta għal [70 %-79 %] fil-perjodu ta’ investigazzjoni, naqqsu l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni, kif jintwera miċ-ċifri tal-profittabbiltà tagħhom.

(108)

Is-CCCMC talbet lill-Kummissjoni tipprovdi verżjoni mhux kunfidenzjali dettaljata tal-kalkolu tal-marġni tad-dannu li turi li nstab dannu għal 100 % tal-volumi importati tal-kumpaniji inklużi fil-kampjun, inklużi l-aġġustamenti li saru mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni ċaħdet it-talba, u fakkret lis-CCCMC li l-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz ġew żvelati lill-produtturi esportaturi inklużi fil-kampjun biss minħabba li l-kalkoli huma speċifiċi għall-kumpaniji u fihom data sensittiva dwar il-prezzijiet, għalhekk, huma kunfidenzjali min-natura tagħhom. Il-fornituri kollha tad-data kellhom l-opportunità li jivverifikaw fid-dettall il-kalkolu rilevanti li sar mill-Kummissjoni u li jikkummentaw dwaru.

(109)

Wara d-divulgazzjoni finali, is-CCCMC allegat li l-Kummissjoni ma pprovdietx bażi fattwali biex tinstab l-eżistenza ta’ twaqqigħ tal-prezz “għal 100 % tal-volumi importati tal-kumpaniji inklużi fil-kampjun” meta jiġi kkunsidrat li hemm diskrepanza bejn il-forom tal-liżina.

(110)

Il-Kummissjoni infurmat li d-dettalji tal-kalkoli tat-twaqqigħ tal-prezz huma kunfidenzjali u li dawn kienu ġew ikkomunikati lill-produtturi esportaturi Ċiniżi inklużi fil-kampjun ikkonċernati. Il-Kummissjoni sostniet li l-approċċ applikat kien konformi mar-Regolament bażiku.

(111)

Is-CCCMC iddikjarat ukoll li l-Kummissjoni ma pprovdietx bażi fattwali għas-sejba li l-importazzjonijiet Ċiniżi allegatament bi prezzijiet baxxi eżerċitaw tnaqqis fil-prezzijiet għall-industrija tal-Unjoni u li r-Regolament proviżorju lanqas biss semma t-tnaqqis fil-prezzijiet.

(112)

Il-Kummissjoni kkjarifikat li l-premessi 250 u 289 tar-Regolament proviżorju ddeskrivew ist-trażżin tal-prezzijiet eżerċitat mill-importazzjonijiet Ċiniżi. Il-Kummissjoni spjegat li l-importazzjonijiet Ċiniżi kienu qed iwaqqgħu b’mod sinifikanti l-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni fil-perjodu ta’ investigazzjoni u l-prezzijiet Ċiniżi kienu taħt il-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat, u b’hekk naqqsu l-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni u komplew jaggravaw it-telf finanzjarju. Dan intwera mill-volumi tal-importazzjonijiet Ċiniżi, is-sehem mis-suq u l-prezz medju tal-importazzjonijiet. Il-pretensjoni ġiet miċħuda.

(113)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra, il-premessi 244 sa 250 tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati.

4.4.   Sitwazzjoni ekonomika tal-industrija tal-Unjoni

4.4.1.   Kummenti ġenerali

(114)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment, il-premessi 251 sa 254 tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati.

4.4.2.   Indikaturi makroekonomiċi

4.4.2.1.   Produzzjoni, kapaċità tal-produzzjoni u użu tal-kapaċità

(115)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra, il-premessi 255 sa 258 tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati.

4.4.2.2.   Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq

(116)

Ir-reviżjoni tad-data dwar l-importazzjonijiet Ċiniżi għal-liżina fil-perjodu ta’ investigazzjoni, kif spjegat fil-premessa 79 u jintwera fit-Tabella 3 riveduta, kellha impatt fuq it-Tabella 6 tar-Regolament proviżorju. It-Tabella 6 definittiva hija kif ġej:

“Tabella 6

Volum tal-bejgħ u sehem mis-suq

 

2020

2021

2022

PI

Volum tal-bejgħ fis-suq tal-Unjoni (tunnellati)

[52 000 – 57 000 ]

[68 000 – 75 000 ]

[31 000 –34 000 ]

[7 500 –9 000 ]

Indiċi

100

132

63

16

Sehem mis-suq (%)

10,7

14

7

2

Indiċi

100

130

65

18

Sors:

Tweġiba għall-kwestjonarju tal-Eurolysine.”

(117)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment, il-premessi 259 sa 261 tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati.

4.4.2.3.   Tkabbir

(118)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment, il-premessa 262 tar-Regolament proviżorju ġiet ikkonfermata.

4.4.2.4.   Impjiegi u produttività

(119)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment, il-premessi 263 sa 265 tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati.

4.4.2.5.   Daqs tal-marġni tad-dumping u rkupru minn dumping fil-passat

(120)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment, il-premessi 266 sa 267 tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati.

4.4.3.   Indikaturi mikroekonomiċi

4.4.3.1.   Prezzijiet u fatturi li jaffettwaw il-prezzijiet

(121)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment, il-premessi 268 sa 271 tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati.

4.4.3.2.   Kostijiet lavorattivi

(122)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment, il-premessi 272 sa 273 tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati.

4.4.3.3.   Inventarji

(123)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment, il-premessi 274 sa 275 tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati.

4.4.3.4.   Profittabilità, fluss tal-flus, investimenti, redditu fuq l-investimenti u kapaċità li jiġi ġġenerat kapital

(124)

Wara d-divulgazzjoni finali, is-CCCMC allegat li l-Kummissjoni ma indirizzatx kummenti dwar iż-żieda fil-fluss tal-flus tal-industrija tal-Unjoni u r-redditu fuq l-investiment.

(125)

Il-Kummissjoni sostniet li x-xejra tal-fluss tal-flus ġiet spjegata fil-premessa 278, u r-redditu fuq l-investimenti fil-premessa 280 tar-Regolament provviżorju. Minkejja li l-fluss tal-flus tjieb fil-perjodu ta’ investigazzjoni minħabba l-bejgħ mill-istokk, dan baqa’ negattiv matul il-perjodu kkunsidrat. Ix-xejra li tidher li qed titjieb tar-redditu fuq l-investimenti fil-perjodu ta’ investigazzjoni ġiet attribwita għal telf aktar baxx fil-profittabbiltà milli fis-snin preċedenti, ikkawżat minn produzzjoni baxxa fil-perjodu ta’ investigazzjoni. L-effett tal-importazzjonijiet Ċiniżi fuq it-tnaqqis fil-volumi tal-produzzjoni ġie deskritt fit-Taqsimiet 4.3 u 4.4 tar-Regolament provviżorju. Dawn il-pretensjonijiet ma ntlaqgħux.

(126)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment, il-premessi 276 sa 281 tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati.

4.5.   Konklużjoni dwar id-dannu

(127)

Il-pretensjonijiet kollha tal-partijiet wara r-Regolament proviżorju ġew miċħuda. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet, abbażi tas-sejbiet żvelati fir-Regolament proviżorju, li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet dannu materjali skont it-tifsira tal-Artikolu 3(5) tar-Regolament bażiku u l-premessi 282 sa 286 tar-Regolament proviżorju ġew, għalhekk, ikkonfermati.

5.   KAWŻALITÀ

5.1.   Effetti tal-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping

(128)

Is-CCCMC, is-CESFAC u Vall Companys allegaw li r-Regolament proviżorju ma indirizzax b’mod adegwat ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet Ċiniżi u l-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni u jekk l-importazzjonijiet tal-liżina miċ-Ċina fil-fatt ikkawżawx id-dannu materjali tal-industrija tal-Unjoni. Għalhekk hija qagħdet parzjalment fuq id-data (alternattiva) dwar l-importazzjoni proprja tas-CESFAC, li l-Kummissjoni ċaħdet, kif spjegat kif xieraq fit-Taqsima 4.3 hawn fuq.

(129)

Is-CCCMC, is-CESFAC u Vall Companys argumentaw li l-evoluzzjoni tal-volumi tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni ma għandha l-ebda korrelazzjoni mal-evoluzzjoni tal-importazzjonijiet Ċiniżi, b’mod partikolari peress li l-importazzjonijiet Ċiniżi naqsu fil-volum bejn l-2021 u l-2022 u l-industrija tal-Unjoni ma ħaditx vantaġġ minn dak it-tnaqqis, peress li l-bejgħ tagħha naqas ukoll fl-2022. Madankollu, kif jintwera fit-Tabelli 2 u 3 tar-Regolament proviżorju, il-konsum naqas b’mod sinifikanti bejn l-2021 u l-2022, ħafna aktar mill-volum tal-importazzjonijiet Ċiniżi, u għalhekk ma kien hemm l-ebda ambitu għall-industrija tal-Unjoni biex tirkupra xi wħud mill-volumi mitlufa għas-swieq Ċiniżi, li kieku kien possibbli f’termini ta’ kostijiet u prezzijiet. Għalhekk il-pretensjoni ġiet rifjutata.

(130)

Is-CCCMC iddikjarat ukoll li l-Kummissjoni ma kinitx uriet it-twaqqigħ tal-prezz u li l-importazzjonijiet Ċiniżi kkawżaw it-tnaqqis fil-prezzijiet u t-trażżin tal-prezzijiet tal-industrija tal-Unjoni. F’dan ir-rigward, il-Kummissjoni nnutat li l-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi oġġett ta’ dumping kienu ħafna aktar baxxi mill-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni u l-prezzijiet tal-importazzjoni tal-liżina mill-Brażil, mill-Indoneżja u mill-Korea t’Isfel (it-Tabella 12 tar-Regolament proviżorju). Għalhekk huwa evidenti li l-prezz tal-liżina Ċiniża, b’pożizzjoni dominanti fis-suq tal-Unjoni matul il-perjodu kkunsidrat kollu, eżerċita trażżin tal-prezzijiet u tnaqqis fil-prezzijiet għall-industrija tal-Unjoni kif ukoll fuq l-importazzjonijiet minn sorsi mhux Ċiniżi oħra. Il-Kummissjoni għalhekk ċaħdet il-pretensjoni.

(131)

Wara d-divulgazzjoni finali, is-CCCMC allegat li t-test tal-attribuzzjoni pożittiva tal-impatt tal-importazzjonijiet Ċiniżi permezz tal-volum, l-effetti fuq il-prezzijiet, u l-impatt tagħhom fuq l-industrija tal-Unjoni ma ġiex issodisfat u li l-importazzjonijiet Ċiniżi ma kinux ikkawżaw dannu lill-industrija tal-Unjoni. Is-CCCMC iddikjarat li l-Kummissjoni ma eżaminatx f’dettall suffiċjenti kif il-volumi u l-prezzijiet tal-importazzjonijiet soġġetti interaġixxew mal-prezzijiet ta’ prodotti simili domestiċi matul il-perjodu kkunsidrat sabiex jikkawżaw twaqqigħ u trażżin tal-prezzijiet, kif ukoll dannu lill-industrija tal-Unjoni.

(132)

Il-Kummissjoni ma qablitx u kkunsidrat li livell suffiċjenti ta’ analiżi f’dan ir-rigward ġie żvelat fit-Taqsima 4 tar-Regolament proviżorju u fid-dokument ta’ divulgazzjoni finali (rifless fit-Taqsima 4 ta’ dan ir-Regolament). Il-pretensjoni ġiet miċħuda.

(133)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra, il-premessi 288 sa 291 tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati.

5.2.   Effetti ta’ fatturi oħrajn

5.2.1.   Importazzjonijiet minn pajjiżi terzi

(134)

Is-CESFAC u Vall Companys sostnew li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi kienu kontributur sinifikanti għad-dannu ddikjarat mill-Ilmentatur matul il-perjodu kkunsidrat, b’mod partikolari fl-2022, u li l-Kummissjoni kienet naqset milli tivvaluta l-impatt tal-importazzjonijiet ta’ pajjiżi terzi oħra fuq id-dannu matul il-perjodu kkunsidrat.

(135)

Il-Kummissjoni fakkret li l-Kummissjoni kienet analizzat ir-rwol li l-importazzjonijiet minn pajjiżi terzi oħra seta’ kellhom fuq id-dannu tal-industrija tal-Unjoni skont il-premessi 292 sa 298 tar-Regolament proviżorju. F’dik l-analiżi, hija kienet ikkonkludiet (i) li s-sehem mis-suq ta’ pajjiżi terzi mhux Ċiniżi naqas b’4 % bejn l-2020 u l-PI u kien ta’ [20 %-25 %] fil-perjodu ta’ investigazzjoni; u (ii) li l-prezzijiet tal-importazzjoni tal-importazzjonijiet Ċiniżi oġġett ta’ dumping kienu ħafna aktar baxxi mill-prezzijiet tal-bejgħ tal-industrija tal-Unjoni u l-prezzijiet tal-importazzjoni tal-liżina mill-Brażil, l-Indoneżja u l-Korea t’Isfel, tlieta mill-erba’ sorsi l-oħra tal-importazzjonijiet; billi l-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-Istati Uniti kienu f’livelli simili - iżda l-volumi tal-importazzjonijiet mill-Istati Uniti kienu tnaqqsu bin-nofs mill-2020 sal-perjodu ta’ investigazzjoni. Is-CESFAC u Vall Companys ma xeħtux dubju fuq dawk is-sejbiet, u għalhekk il-pretensjoni ġiet miċħuda. Ir-reviżjoni tad-data Ċiniża dwar l-importazzjoni għal-liżina fil-perjodu ta’ investigazzjoni, kif spjegat fil-premessi 79 u muri fit-Tabella 3 riveduta, kellha impatt fuq is-sehem mis-suq fil-perjodu ta’ investigazzjoni tat-tielet produtturi esportaturi mhux Ċiniżi tal-liżina. Il-Kummissjoni żvelat il-firxiet fit-Tabella 12 tar-Regolament proviżorju. L-ishma mis-suq ġodda jibqgħu fil-firxiet żvelati fir-Regolament proviżorju.

(136)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra, il-premessi 292 sa 298 tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati.

5.2.2.   Prestazzjoni tal-esportazzjoni tal-industrija tal-Unjoni

(137)

Is-CESFAC u Vall Companys iddikjaraw li l-bejgħ tal-esportazzjoni li jirrappreżenta 20 % tal-bejgħ totali tal-industrija tal-Unjoni huwa sehem sinifikanti u ma għandux jitqies b’mod leġġer fl-analiżi tal-Kummissjoni.

(138)

Il-Kummissjoni sostniet, għar-raġunijiet spjegati fil-premessi 300 u 301 tar-Regolament proviżorju (notevolment, il-volum, ix-xejra tal-volum u l-prezzijiet) li dan il-bejgħ ma naqqasx ir-rabta kawżali.

(139)

Wara d-divulgazzjoni finali, is-CCCMC allegat li l-prestazzjoni ħażina tal-esportazzjoni, l-awtoimportazzjonijiet, u l-bidla fil-fokus mil-liżina għal prodotti ta’ speċjalità u s-sitwazzjoni finanzjarja ħażina li kienet teżisti qabel, tabilħaqq kissru l-allegata rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping u d-dannu materjali misjub.

(140)

Kif spjegat fil-premessi 300 u 301 tar-Regolament proviżorju, il-Kummissjoni sostniet li l-esportazzjonijiet tal-industrija tal-Unjoni naqsu b’mod lineari mat-tnaqqis fil-produzzjoni fil-perjodu kkunsidrat. Fit-Taqsima 4.3 tar-Regolament proviżorju u fid-dokument ta’ divulgazzjoni finali (rifless fit-Taqsima 4.3 hawn fuq), il-Kummissjoni diġà wriet li t-tnaqqis fil-produzzjoni kien dovut għall-importazzjonijiet Ċiniżi. Fir-rigward tal-pretensjoni dwar l-awtoimportazzjonijiet, il-Kummissjoni spjegat fil-premessa 303 tar-Regolament proviżorju li dawk l-importazzjonijiet kienu kkunsidrati bħala marġinali u maħsuba biex itejbu l-pożizzjoni tal-fluss tal-flus tal-industrija tal-Unjoni. Bl-istess mod, fil-premessa 310 tar-Regolament proviżorju, il-Kummissjoni spjegat li l-produzzjoni ta’ amminoaċidi oħrajn hija separata mill-proċess ta’ produzzjoni tal-liżina u ma għandhiex impatt fuq l-użu tal-kapaċità tal-impjant tal-liżina. Il-Kummissjoni sostniet ukoll li l-pretensjoni dwar is-sitwazzjoni ekonomika ħażina li kienet teżisti qabel tal-industrija tal-Unjoni ġiet indirizzata b’mod suffiċjenti fil-premessa 312 tar-Regolament proviżorju. Il-pretensjoni ġiet miċħuda.

(141)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra, il-premessi 299 sa 301 tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati.

5.2.3.   Fatturi oħrajn

(142)

Fin-nuqqas ta’ kwalunkwe kumment, il-premessi 302 sa 313 tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati.

5.3.   Konklużjoni dwar il-kawżalità

(143)

Il-pretensjonijiet kollha tal-partijiet wara r-Regolament proviżorju ġew miċħuda. Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet, abbażi tas-sejbiet żvelati fir-Regolament proviżorju, li l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping mir-RPĊ ikkawżaw dannu materjali lill-industrija tal-Unjoni u li l-fatturi l-oħra, ikkunsidrati individwalment jew kollettivament, ma naqqsux jew ma kisrux ir-rabta kawżali bejn l-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping u d-dannu materjali.

6.   LIVELL TAL-MIŻURI

6.1.   Marġni tad-dannu

(144)

Is-CCCMC, is-CESFAC u Vall Companys iddikkjaraw li l-ebda informazzjoni rigward il-pjanijiet ta’ investiment u l-proġetti posposti ma ġiet ipprovduta fil-fajl mhux kunfidenzjali u li dan l-ammont ma għandux jintuża fil-kalkolu tal-profitt fil-mira, filwaqt li ġie speċifikat li “l-kundizzjonijiet normali tal-kompetizzjoni” ma għandhomx jiġu assimilati mal-“kundizzjonijiet ideali tal-kompetizzjoni” u li l-valutazzjoni tal-profitt fil-mira trid titwettaq b’referenza għall-kundizzjonijiet (normali) reali tal-kompetizzjoni fis-suq inkwistjoni.

(145)

L-ilmentatur sostna li l-aspetti prinċipali tal-istrateġija tiegħu kienu li jindustrijalizza l-produzzjoni tal-aċidu glikoliku u li joħloq kapaċità tal-produzzjoni addizzjonali għall-valina u li ż-żewġ proġetti kienu jirrikjedu investimenti sinifikanti. Minħabba l-prestazzjoni ekonomika fqira kkawżata mil-liżina oġġett ta’ dumping miċ-Ċina, l-ilmentatur qatt ma kien ffil-pożizzjoni li jimmaterjalizza dawn l-investimenti.

(146)

Il-Kummissjoni fakkret li fir-Regolament proviżorju u Nota għall-Fajl (17), hija kienet spjegat li kienet ivverifikat l-informazzjoni pprovduta mill-ilmentatur f’dan ir-rigward u sabet li l-pretensjoni kienet iġġustifikata. Hija kienet spjegat ukoll kif kienet stabbiliet l-aġġustament rilevanti. Għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità, ma seta’ jiġi pprovdut l-ebda dettall dwar il-pjanijiet ta’ investiment u l-proġetti posposti tal-ilmentatur. Il-Kummissjoni kkunsidrat li f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni, is-suq ma jkunx imfixkel minn importazzjonijiet oġġett ta’ dumping li jikkawżaw dannu. Il-pretensjoni vverifikata dwar l-investimenti mitlufa setgħet tkun marbuta b’mod ċar mas-sitwazzjoni mfixkla tas-suq, u għalhekk il-Kummissjoni kkonfermat li aġġustament tal-prezz fil-mira skont l-Artikolu 7(2c) tar-Regolament bażiku kien iġġustifikat.

(147)

Wara d-divulgazzjoni finali, is-CCCMC allegat li l-fatti essenzjali ma kinux qed juru li l-aġġustamenti skont l-Artikolu 7(2)c kienu ġġustifikati. Is-CCCMC iddikjarat li l-investimenti mitlufa ma setgħux ikunu marbuta b’mod ċar mas-sitwazzjoni imfixkla tas-suq.

(148)

Il-Kummissjoni sostniet li għal raġunijiet ta’ kunfidenzjalità, l-informazzjoni li tinsab fin-Nota għall-Fajl imsemmija fil-premessa 146 hawn fuq tqieset suffiċjenti biex tissostanzja li l-pjanijiet ta’ investiment posposti kienu marbuta mal-importazzjonijiet Ċiniżi oġġett ta’ dumping. Għalhekk il-pretensjoni ġiet rifjutata.

(149)

It-tieni nett, is-CCCMC u s-CESFAC ma qablux mal-kalkolu tal-Kummissjoni tal-kostijiet ambjentali attwali u futuri tal-industrija tal-Unjoni mli twettaq skont l-Artikolu 7(2d) tar-Regolament bażiku, bil-ħsieb ukoll li jiġi aġġustat il-prezz fil-mira. Is-CCCMC iddikjarat li l-istandards ambjentali applikati mill-Kummissjoni żiedu b’mod artifiċjali l-prezz fil-mira u li r-regoli tad-WTO ma jippermettux l-użu ta’ politiki anti-dumping biex jiġu infurzati l-istandards ambjentali jew tax-xogħol b’mod ekstraterritorjali. Is-CCCMC ma qablitx ukoll mal-kalkolu tal-kost futur tal-kwoti tal-emissjonijiet, u ddikjarat li ċ-ċifra kkalkulata mill-Kummissjoni hija ddikjarata b’mod eċċessiv, u sostniet li l-ilmentatur irċieva b’mod konsistenti aktar kwoti tal-ETS bla ħlas milli kien jeħtieġ biex ikopri l-emissjonijiet reali tiegħu. L-ilmentatur ikkontesta l-pretensjoni tas-CCCMC li l-industrija tal-liżina tal-UE rċeviet aktar allokazzjonijiet milli kienet teħtieġ biex tkopri l-emissjonijiet reali tagħha, u sostna li s-CCCMC ikkunsidrat biss id-data għal installazzjoni waħda fir-reġistru Franċiż, u li l-produzzjoni tal-amminoaċidi mhijiex eliġibbli għall-kumpens tal-kostijiet indiretti tas-CO2 assoċjati mal-elettriku.

(150)

Il-Kummissjoni ċaħdet il-pretensjoni tas-CCCMC u tas-CESFAC. Hija nnutat li l-ammont ta’ kwoti tal-ETS riċevuti huwa bbażat fuq il-volum tal-produzzjoni tas-snin preċedenti. Għalhekk, għall-bosta snin li ġejjin, l-ilmentatur se jirċievi inqas kwoti, peress li l-volum tal-produzzjoni tiegħu fis-snin riċenti kien aktar baxx minħabba pressjoni mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping. Iċ-ċifri użati huma għalhekk realistiċi, ammonti vverifikati u mhux iddikjarati b’mod eċċessiv, kif iddikjarat mill-partijiet. Fir-rigward tal-allegata inkompatibbiltà mid-WTO tal-inklużjoni tal-kostijiet ambjentali attwali u futuri fil-prezz fil-mira, il-pretensjoni ma kinitx sostanzjata u bbażata fuq is-suppożizzjoni skorretta li l-kalkolu tal-prezz fil-mira għandu effetti ekstraterritorjali jew kien maħsub li jinforza l-istandards ambjentali jew tax-xogħol f’pajjiżi terzi.

(151)

Is-CESFAC u Vall Companys iddikjaraw ukoll li l-metodoloġija tal-Kummissjoni biex tikkalkula l-kost tal-ETS tidher li hija bbażata fuq il-volum totali tal-emissjonijiet ta’ sustanzi niġġiesa attwalment attribwit lill-ilmentatur, minflok fuq l-emissjonijiet assoċjati mal-produzzjoni tal-liżina biss. Il-Kummissjoni kkjarifikat li hija stabbiliet il-kostijiet addizzjonali futuri stmati biss fir-rigward tal-produzzjoni tal-prodott ikkonċernat u l-prodotti upstream li jiġġeneraw emissjonijiet tas-CO2. Il-metodoloġija ġiet spjegata fin-Nota għall-Fajl imsemmija.

(152)

Is-CCCMC ikkontestat ukoll profitt fil-mira ta’ 10,69 % bħala xenarju mhux realistiku u mhux raġonevoli. Il-Kummissjoni fakkret li l-metodoloġija għall-kalkolu tal-prezz fil-mira hija stabbilita fil-premessi 318 sa 326 fir-Regolament proviżorju u ssegwi strettament id-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 7(2c) u 7(2d) tar-Regolament bażiku. Il-Kummissjoni applikat marġni ta’ profitt raġonevoli, kif stabbilit fir-Regolament bażiku, ta’ 6 %. Sussegwentement, il-Kummissjoni kkalkulat 4,69 % f’investimenti mitlufa, fir-R & Ż, fl-innovazzjoni (IRI) u fl-ETS abbażi taċ-ċifri vverifikati tal-industrija tal-Unjoni. Is-CCCMC ma spjegatx għaliex ikkunsidrat l-aġġustament li rriżulta bħala mhux realistiku u mhux raġonevoli, u għalhekk il-pretensjoni hija miċħuda.

(153)

Wara d-divulgazzjoni finali, is-CCCMC tenniet li l-approċċ tal-Kummissjoni li tistabbilixxi l-profitt fil-mira ta’ 10,69 %, li jinkludi l-profitt bażiku, il-kost tal-IRI u tal-ETS, kien skorrett. Is-CCCMC allegat li l-industrija tal-Unjoni kienet qed tagħmel telf matul il-perjodu kkunsidrat u li kien fattwalment u legalment inġustifikat li jiġi applikat marġni ta’ profitt ta’ 6 %. Is-CCCMC affermat li, fin-nuqqas ta’ profitt tal-industrija tal-Unjoni, il-profitt fil-mira kellu jiġi stabbilit għal 6 %.

(154)

Il-Kummissjoni spjegat fil-premessa 320 tar-Regolament proviżorju li, peress li l-industrija tal-Unjoni ġarrbet telf matul il-perjodu kollu kkunsidrat u d-data tal-industrija tal-Unjoni ma setgħetx tintuża, il-Kummissjoni stabbiliet marġni ta’ profitt ta’ 6 % bħala profitt bażiku. Barra minn hekk, il-livell ta’ investimenti, riċerka u żvilupp (R & Ż) u innovazzjoni ta’ 4,69 % f’kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni ġie kkalkulat abbażi tal-pjanijiet ta’ investiment ivverifikati tal-industrija tal-Unjoni, kif spjegat fil-premessa 146 hawn fuq, u miżjud mal-profitt bażiku biex jinkiseb il-profitt fil-mira.

(155)

Il-Kummissjoni kkunsidrat li s-CCCMC hija korretta li fin-nuqqas ta’ profitt mill-industrija tal-Unjoni minħabba importazzjonijiet sinifikanti miċ-Ċina matul il-perjodu kkunsidrat, jenħtieġ li l-profitt bażiku tabilħaqq jiġi stabbilit għal 6 % f’konformità mal-Artikolu 7(2c) tar-Regolament bażiku (18). Madankollu, il-Kummissjoni osservat li dan il-profitt bażiku huwa stabbilit bħala livell minimu u mhux livell massimu skont l-Artikolu 7(2c) tar-Regolament bażiku. Barra minn hekk, dan il-profitt bażiku jeħtieġ li jiġi aġġustat f’każ li l-industrija tal-Unjoni tagħmel pretensjoni leġittima li l-profitt fil-mira jenħtieġ li jinkludi ammont ta’ spejjeż ta’ R & Ż u ta’ innovazzjoni mitlufa. 4,69 % jirrappreżenta biss dak l-ammont li għandu jiżdied mal-profitt bażiku. L-interpretazzjoni tas-CCCMC twassal għall-konklużjoni illoġika li industrija fiċ-ċirkostanzi tal-industrija tal-liżina tkun intitolata għall-profitt ta’ 6 % irrispettivament minn jekk tiddikjarax b’suċċess li kellha investimenti bħal dawn mitlufa.

(156)

Għalhekk, il-Kummissjoni osservat li l-profitt fil-mira ġenerali stabbilit li jammonta għal total ta’ 10,69 %, jiġifieri li jinkludi profitt bażiku u investimenti ta’ R&Ż f’ kundizzjonijiet normali ta’ kompetizzjoni, huwa f’konformità mal-Artikolu 7(2c) tar-Regolament bażiku.

(157)

Fi kwalunkwe każ, anki jekk it-talba ġiet aċċettata u l-profitt fil-mira globali kellu jiġi stabbilit għal 6 %, il-marġnijiet tad-dannu li jirriżultaw xorta kienu jkunu ogħla b’mod sinifikanti mill-marġnijiet tad-dumping, li jistabbilixxu l-livell tad-dazji, għall-partijiet kollha. Għalhekk, il-Kummissjoni kkunsidrat il-pretensjoni bħala irrilevanti peress li ma kienx ikollha impatt fuq il-livell tad-dazju għal kwalunkwe wieħed mill-produtturi esportaturi.

(158)

Fin-nuqqas ta’ kummenti, il-premessa 328 tar-Regolament proviżorju ġiet ikkonfermata. Għalhekk, il-livell ta’ eliminazzjoni tad-dannu definittiv għall-produtturi esportaturi li kkooperaw u għall-kumpaniji l-oħrajn kollha huwa kif ġej:

Kumpanija

Marġni ta’ dannu definittiv (%)

Grupp Meihua:

—

Jilin Meihua Amino Acid Co., Ltd.

—

Xinjiang Meihua Amino Acid Co., Ltd

158,9

Heilongjiang Eppen Biotech Co., Ltd

155,9

Kumpaniji oħrajn li kkooperaw

157,5

l-importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mir-RPĊ

158,9

6.2.   Konklużjoni dwar il-livell ta’ miżuri

(159)

Wara l-valutazzjoni ta’ hawn fuq, jenħtieġ li d-dazji anti-dumping definittivi jiġu stabbiliti kif ġej skont l-Artikolu 7(2) tar-Regolament bażiku. L-ammont tad-dazju definittiv huwa stabbilit fil-premessa 204 hawn taħt.

7.   INTERESS TAL-UNJONI

7.1.   Interess tal-industrija tal-Unjoni

(160)

Is-CESFAC u Vall Companys iddikjaraw li l-Eurolysine u l-predeċessuri tagħha wiegħdu li jżidu l-produzzjoni tal-liżina f’ħafna okkażjonijiet u li naqsu b’mod konsistenti milli jwettqu din il-wegħda minkejja li rċevew protezzjoni fit-tul u appoġġ finanzjarju sostanzjali mill-Istat Franċiż.

(161)

Il-Kummissjoni tenniet li minħabba l-preżenza qawwija ta’ importazzjonijiet Ċiniżi oġġett ta’ dumping fis-suq tal-Unjoni bi prezzijiet taħt il-kost tal-produzzjoni tal-industrija tal-Unjoni, l-industrija tal-Unjoni eventwalment ġiet imġiegħla taġġusta l-volumi tal-produzzjoni għal livelli baxxi ħafna.

(162)

L-ilmentatur sostna li mill-bidu tal-investigazzjoni, id-domanda għal-liżina prodotta fl-Ewropa żdiedet, li min-naħa tagħha żiedet il-produzzjoni tal-Eurolysine, u allegat li l-industrija tal-Unjoni qed tippjana li żżid b’mod massiv il-produzzjoni tal-liżina u żżid l-output tal-Unjoni tal-amminoaċidu (bħal-liżina, it-triptofan, il-valina, l-isolewċina, il-lewċina u l-arġinina) permezz ta’ pjan ta’ investiment ta’ EUR 130 miljun bejn issa u l-2030 bil-ħsieb li tiġi żviluppata l-kapaċità tal-produzzjoni tal-Eurolysine, tittejjeb l-effiċjenza enerġetika tagħha u jiġu mmodernizzati l-faċilitajiet eżistenti. L-ilmentatur saħaq li n-nuqqas ta’ adozzjoni tal-miżuri anti-dumping ikun jirriżulta fl-għeluq tal-faċilitajiet tal-Eurolysine.

(163)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra dwar l-interessi tal-industrija tal-Unjoni, il-premessi 331 sa 335 tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati.

7.2.   Interess ta’ importaturi u ta’ kummerċjanti mhux relatati

7.2.1.   Sigurtà tal-provvista

(164)

Il-Federazzjoni Ewropea tal-Manifatturi tal-Għalf (FEFAC) allegat li l-miżuri anti-dumping jistgħu jfixklu l-importazzjonijiet tal-liżina peress li l-produzzjoni tal-Unjoni u pajjiżi terzi oħra ma jistgħux jissostitwixxu l-importazzjonijiet miċ-Ċina u jissodisfaw id-domanda tal-Unjoni. L-Assoċjazzjoni Daniża tal-Ħbub u tal-Għalf (DAKOFO) sostniet li bir-restrizzjoni tal-importazzjonijiet miċ-Ċina, id-dazji proposti jirriskjaw li joħolqu suq monopolizzat, jillimitaw l-għażliet tal-provvista għall-produtturi tal-għalf tal-UE u jżidu l-volatilità tal-prezzijiet.

(165)

Barentz allegat ukoll li l-kapaċità kkombinata tal-industrija tal-Unjoni u ta’ pajjiżi terzi (eskluża ċ-Ċina) hija insuffiċjenti biex tissodisfa l-konsum tal-Unjoni fir-rigward tal-liżina, li matul il-perjodu ta’ investigazzjoni kien ta’ madwar 435 000 tunnellata. Barentz saħqet li l-industrija tal-Unjoni u pajjiżi terzi oħra jistgħu jipprovdu għal madwar 41 % tad-domanda tal-UE totali għal-liżina, filwaqt li l-industrija tal-UE waħidha tista’ tforni biss 18 % tad-domanda tal-UE, li jirriżulta f’nuqqas ta’ 59 % biex tissodisfa d-domandi tal-utenti. Barentz ikkonkludiet li l-utenti u l-importaturi tal-liżina tal-UE se jkunu mġiegħla jkomplu jakkwistaw il-biċċa l-kbira mid-domanda għal-liżina tagħhom miċ-Ċina u jħallsu d-dazju anti-dumping, li jkun jirriżulta f’żieda fil-kostijiet tal-liżina għall-produtturi tal-għalf tal-annimali u l-bdiewa.

(166)

L-ilmentatur sostna li l-pożizzjoni tal-FEFAC kienet ibbażata fuq għadd ta’ suppożizzjonijiet skorretti, jiġifieri li l-produzzjoni tal-industrija ttal-liżina tal-Unjoni se tibqa’ statika u mhux se tiżdied jekk jiġu imposti miżuri, li l-fornituri Ċiniżi se jirtiraw mis-suq Ewropew jekk il-miżuri jiġu imposti, li l-fornituri ta’ pajjiżi terzi mhux Ċiniżi ma jissodisfawx ir-rekwiżiti regolatorji biex ibigħu liżina lill-utenti tal-għalf tal-UE. L-ilmentatur innota wkoll li hemm kapaċitajiet żejda kbar fiċ-Ċina, li se jkunu mmirati lejn is-suq tal-Unjoni fid-dawl tal-miżuri kummerċjali l-aktar riċenti fil-Brażil u fl-Istati Uniti.

(167)

Fir-rigward tal-kapaċitajiet tal-produzzjoni mhux użati tal-liżina fil-Brażil, l-Indoneżja, ir-Repubblika tal-Korea u l-Istati Uniti tal-Amerka, l-ilmentatur sostna li dawn il-produtturi esportaturi fil-passat fornew aktar volum lill-klijenti tal-Unjoni qabel iż-żieda sinifikanti fil-vjeġġi tal-liżina miċ-Ċina, jiġifieri qabel il-perjodu kkunsidrat. L-ilmentatur afferma li l-kapaċitajiet ta’ riżerva f’pajjiżi terzi mhux Ċiniżi kienu bejn 500 000 – 600 000 tunnellata fl-2023. L-ilmentatur ikkonkluda li l-miżuri anti-dumping se jżidu l-attraenza tas-suq tal-Unjoni għall-produtturi tal-liżina fl-Unjoni u f’pajjiżi terzi permezz ta’ kompetizzjoni ġusta.

(168)

Fir-rigward tal-produzzjoni u l-kapaċità tal-produzzjoni ta’ riżerva addizzjonali f’pajjiżi terzi mhux Ċiniżi, il-Kummissjoni nnutat li kien hemm produzzjoni żejda enormi ta’ liżina fiċ-Ċina fil-perjodu kkunsidrat (madwar 2 500 000 tunnellata ta’ produzzjoni, filwaqt li 300 000 tunnellata biss ġew ikkunsmati domestikament). B’mod ġenerali, abbażi tal-analiżi tad-data dwar il-kapaċità tal-produzzjoni u l-produzzjoni fil-Brażil, l-Indoneżja, il-Korea t’Isfel u l-Istati Uniti kif irrappurtat f’Feedinfo, il-Kummissjoni nnutat li kien hemm kapaċitajiet tal-produzzjoni mhux użati addizzjonali fil-pajjiżi terzi mhux Ċiniżi li ammontaw għal total ta’ 500 000 tunnellata (19) fl-2023. Dawn il-kapaċitajiet ta’ riżerva addizzjonali, li huma ogħla mid-daqs totali tas-suq tal-UE, huma komplementari għall-100 000 tunnellata ta’ liżina li diġà kienu importati minn pajjiżi terzi mhux Ċiniżi fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni stenniet li, peress li l-impożizzjoni ta’ miżuri definittivi tirrestawra sitwazzjoni kompetittiva tas-suq fl-Unjoni bi prezzijiet ogħla, dawn il-miżuri jkunu inċentiv għall-produtturi ta’ pajjiżi terzi biex iżidu l-bejgħ tagħhom fl-UE. Matul l-aħħar snin, pajjiżi terzi mhux Ċiniżi setgħu jesportaw biss liżina likwida lejn l-Unjoni peress li dak is-segment tas-suq ma kienx fil-mira tal-importazzjonijiet Ċiniżi li ffukaw fuq l-akbar grupp ta’ prodotti tal-HCI tal-liżina u s-sulfat tal-liżina. Dik is-sitwazzjoni nbidlet bil-miżuri fis-seħħ. L-analiżi ta’ hawn fuq għalhekk ikkonfermat li s-sigurtà tal-provvista mhijiex f’riskju; l-industrija tal-UE se żżid b’mod sinifikanti l-volumi tal-produzzjoni u l-bejgħ tagħha, l-importazzjonijiet Ċiniżi mhux se jitwaqqfu u se jkun hemm offerta akbar ta’ importazzjonijiet mhux Ċiniżi fis-suq li, jekk ikun meħtieġ, tista’ tissodisfa d-domanda kollha għal-liżina importata. Kif spjegat fil-premessa 162, l-industrija tal-Unjoni reġgħet bdiet il-produzzjoni tagħha tal-liżina. L-ilmentatur ippreżenta data dwar il-produzzjoni li turi żieda sostanzjali fil-produzzjoni minn Lulju 2024 bil-ħsieb li tintlaħaq il-kapaċità tal-produzzjoni sħiħa fl-2026 (20).

(169)

Il-Kummissjoni kkunsidrat ukoll li d-dazji anti-dumping definittivi, li huma stabbiliti fil-livell ta’ dumping, ma kinux projbittivi. Dan huwa għar-raġunijiet li ġejjin: l-ewwel nett, il-marġnijiet tal-bejgħ taħt il-prezz kienu ferm ogħla mil-livell tad-dazji (ara t-Tabella fil-premessa 204); it-tieni, abbażi tal-prezzijiet osservati fil-perjodu kkunsidrat, il-prezz tal-importazzjonijiet miċ-Ċina (it-Tabella 4 fir-Regolament proviżorju) bid-dazji anti-dumping definittivi jkun f’firxa ta’ prezzijiet simili għall-prezzijiet tal-importazzjonijiet mill-pajjiżi terzi mhux Ċiniżi (it-Tabella 12); it-tielet, l-impatt tad-dazju fuq l-utenti huwa limitat, kif spjegat fit-Taqsima 7.3.2 hawn taħt. Għalhekk, l-importazzjonijiet Ċiniżi lejn l-Unjoni kienu mistennija li jkomplu, għalkemm f’volumi aktar baxxi, filwaqt li jibqgħu kompetittivi, anke bil-miżuri anti-dumping fis-seħħ. Il-miżuri kienu mistennija jiggarantixxu provvista kontinwa u li qed tiżdied mill-produttur tal-Unjoni u jirrestawraw kundizzjonijiet ekwi mingħajr ma jimblukkaw l-importazzjonijiet Ċiniżi. Għalhekk, il-Kummissjoni kkunsidrat li, meta jiġu restawrati kundizzjonijiet ekwi, il-produtturi tal-liżina l-oħrajn ta’ pajjiżi terzi mhux Ċiniżi jkunu jistgħu jaġġustaw għall-kundizzjonijiet tas-suq u jżidu l-volumi importati tal-liżina lejn l-Unjoni, jekk ikun meħtieġ. Dan l-argument ġie miċħud.

(170)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra dwar l-interess tal-importaturi, il-kummenti li saru dwar l-interess tal-importaturi ġew miċħuda. Għalhekk, il-premessi 336 sa 340 tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati.

7.3.   Interess tal-utenti u tal-konsumaturi

7.3.1.   Żieda fil-kostijiet għall-produtturi tal-għalf u l-bdiewa

(171)

L-Assoċjazzjoni Daniża tal-Ħbub u tal-Għalf (DAKOFO) allegat li d-dazji anti-dumping proposti se jirriżultaw f’kost annwali addizzjonali ta’ bejn wieħed u ieħor DKK 230 miljun (EUR 30,8 miljun) għall-produtturi tal-għalf Daniżi, u li dawn il-kostijiet fl-aħħar mill-aħħar se jingħaddu lill-bdiewa li jrabbu l-bhejjem, filwaqt li jnaqqsu l-kompetittività globali tagħhom u jżidu l-kostijiet tal-produzzjoni tal-ikel fid-Danimarka u fl-Unjoni.

(172)

Id-DAKOFO ħeġġet lill-Kummissjoni tikkunsidra miżuri alternattivi li jindirizzaw it-tħassib mingħajr ma tagħmel ħsara lill-kompetittività tal-produtturi tal-għalf u l-bhejjem tal-UE, bħal biex jiġi ffaċilitat l-investiment f’kapaċità addizzjonali tal-produzzjoni tal-liżina fl-Ewropa, titnaqqas id-dipendenza fuq l-importazzjonijiet permezz ta’ miżuri xprunati mis-suq minflok miżuri protezzjonisti, u biex jiġu ssimplifikati l-proċessi ta’ approvazzjoni għal ingredjenti tal-għalf alternattivi u jiġi żgurat li l-produtturi tal-għalf Ewropej ikollhom aċċess għall-materja prima bi prezzijiet globali kompetittivi.

(173)

Barentz u s-CESFAC allegaw li l-adozzjoni ta’ miżuri anti-dumping se taffettwa b’mod negattiv l-interess tal-Unjoni peress li l-impatt negattiv fuq il-katina kollha tal-valurtal-liżina fl-Unjoni jkun jegħleb l-interessi tal-ilmentatur, u l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping tkun toħloq żieda sinifikanti fil-kost tal-għalf tal-annimali u ddgħajjef il-kompetizzjoni fis-suq tal-Unjoni. Is-CESFAC sostniet ukoll li l-industrija tal-utenti downstream tiġġenera marġnijiet ta’ profitt żgħar u li l-għalf tal-annimali jirrappreżenta bejn wieħed u ieħor 65 % tal-kostijiet għall-produzzjoni ta’ prodotti tal-majjal u l-pollam.

(174)

Barentz sostniet li l-bdiewa se jiffaċċjaw kostijiet ogħla, li se jkollhom jgħaddu lill-klijenti tagħhom minħabba marġnijiet ta’ profitt baxxi ħafna. Barentz beżgħet li bil-miżuri fis-seħħ il-bdiewa se jsiru inqas kompetittivi meta mqabbla ma’ produtturi tal-bhejjem minn pajjiżi terzi li mhumiex qed jiffaċċjaw żieda fil-kostijiet tal-liżina u jistgħu jibbenefikaw ukoll minn prezz aktar baxx tal-liżina minħabba li l-esportaturi Ċiniżi jistgħu jiddevjaw il-volumi tal-liżina tagħhom lejn pajjiżi terzi.

(175)

Fir-rigward tal-kummenti tad-DAKOFO u ta’ Barentz dwar l-impatt tad-dazju fuq il-pożizzjoni finanzjarja tal-bdiewa, il-Kummissjoni nnutat li dawn il-pretensjonijiet ma kinux sostanzjati. Fi kwalunkwe każ, il-Kummissjoni qieset li kost addizzjonali tal-produzzjoni tal-għalf tal-annimali ta’ inqas minn 1 % għall-produtturi tal-għalf tal-annimali (ara l-premessa 179) hawn taħt) mhux neċessarjament jissarraf fi spiża addizzjonali għall-bdiewa, skont dak li tal-ewwel jistgħu jgħaddu l-kostijiet tagħhom lil dawn tal-aħħar. Iż-żieda addizzjonali fil-kost irriżultat fi kwalunkwe każ f’żieda ħafna iżgħar fil-kost tal-majjal u l-pollam, peress li l-għalf tal-annimali huwa element importanti iżda mhux l-uniku wieħed fil-kostijiet tat-tnissil. Għalhekk, dik il-pretensjoni ġiet miċħuda.

(176)

Il-Kummissjoni indirizzat il-kummenti l-oħra ta’ DAKOFO, CESFAC u Barentz taħt it-taqsima 7.3.2.

7.3.2.   Valutazzjoni tal-impatt ippreżentata mill-FEFAC

(177)

Il-Federazzjoni Ewropea tal-Manifatturi tal-Għalf (FEFAC) ippreżentat valutazzjoni tal-impatt tad-dazji anti-dumping proviżorji għall-importazzjonijiet tal-liżina miċ-Ċina. L-istudju kien ibbażat fuq simulazzjonijiet imwettqa f’seba’ reġjuni tal-Unjoni (li jkopru 25 Stat Membru) u esplora xenarji differenti ta’ żieda fil-prezzijiet tal-liżina b’konsegwenza tal-introduzzjoni tal-miżuri anti-dumping kontra linja bażi li tikkorrispondi għall-prezz medju tas-sulfat tal-liżina u l-HCl tal-liżina matul il-perjodu Jannar 2023 sa Marzu 2024. Il-FEFAC ikkonkludiet li jkun hemm żieda potenzjali fil-kostijiet tal-produzzjoni tal-għalf industrijali għall-ħnieżer u l-pollam fil-firxa ta’ 1,11 %-1,51 % fil-livell ikkombinat tal-UE, li tissarraf f’żieda fil-kostijiet tal-produzzjoni tal-għalf industrijali għall-ħnieżer u l-pollam ta’ EUR 300 sa 400 miljun skont ix-xenarji, u stima ta’ kost addizzjonali ta’ EUR 100 sa 140 miljun għat-taħlit fid-djar. Fir-rigward tal-konsum tal-grixa tal-fażola tas-sojja, il-FEFAC stmat li d-domanda potenzjali żdiedet bejn 450 000 u 600 000 tunnellata.

(178)

Fir-rigward tal-valutazzjoni tal-impatt tal-FEFAC, il-Kummissjoni identifikat bosta nuqqasijiet materjali, notevolment fir-rigward tal-kalkolu tal-prezzijiet tas- CIF li stmaw b’mod eċċessiv l-impatt tad-dazji kif stabbilit b’mod proviżorju. Il-Kummissjoni nnutat ukoll li x-xenarji tal-FEFAC kienu bbażati fuq il-livelli tad-dazju fir-Regolament proviżorju, li kienu ogħla b’mod sinifikanti minn dawk finalment stabbiliti.

(179)

Fid-dawl tal-livelli tad-dazju riveduti, il-Kummissjoni vvalutat l-impatt tagħhom abbażi tat-tweġiba vverifikata għall-kwestjonarju tal-uniku utent li kkoopera, Vall Companys, produttur importanti tal-għalf tal-annimali u l-prodotti tal-laħam. Il-Kummissjoni applikat dazji anti-dumping definittivi għax-xiri tal-liżina tagħhom fil-perjodu ta’ investigazzjoni u stabbiliet li s-sehem tal-kost tal-liżina fil-kostijiet tal-produzzjoni tagħhom ta’ prodotti tal-għalf tal-annimali se jiżdied b’inqas minn 1 %. Dan huwa taħt is-suppożizzjoni tal-agħar xenarju possibbli li ċ-ċirkostanzi l-oħra kollha (is-sorsi tax-xiri, il-prezzijiet tax-xiri netti mid-dazji, il-formuli tal-għalf) jibqgħu ugwali, li huwa improbabbli peress li l-operaturi ekonomiċi jistgħu jkunu mistennija li jadattaw għal ċirkostanzi mibdula u, b’riżultat ta’ dan, inaqqsu l-kostijiet tagħhom permezz tax-xiri minn sorsi orħos (eż. pajjiżi terzi mhux Ċiniżi oħra), ix-xiri minn sorsi mingħajr dazji anti-dumping, jew it-tibdil fil-formula tal-għalf għal kontenut tal-liżina aktar baxx. Il-Kummissjoni kkunsidrat fost l-oħrajn li l-utenti jistgħu jaqilbu għal fornituri tal-liżina orħos (kemm jekk soġġetti għal dazji anti-dumping kif ukoll jekk le) jew jaġġustaw ir-riċetti tal-formula tal-għalf tagħhom għal kontenut tal-liżina aktar baxx.

(180)

Fuq dik il-bażi, il-Kummissjoni sostniet li l-impatt tal-miżuri fuq il-produtturi tal-għalf tal-annimali huwa limitat ħafna.

(181)

Wara d-divulgazzjoni finali, il-FEFAC allegat li sa mill-bidu tal-investigazzjoni, il-kwotazzjoni tal-prezz tal-liżina żdiedet b’47 %, li min-naħa tagħha jkollha impatt ulterjuri fuq l-utenti tal-liżina (madwar EUR 220-240 miljun għall-industriji tal-għalf u EUR 300 miljun għat-taħlit fid-djar) milli kkalkulat fil-valutazzjoni tal-impatt inizjali tal-FEFAC.

(182)

Il-Kummissjoni nnotat fil-premessa 214 hawn taħt li, abbażi tal-istatistika tal-importazzjoni tal-Eurostat, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi żdiedu wara l-perjodu ta’ investigazzjoni, u kienu 9 % -15 % ogħla mill-prezzijiet medji fil-perjodu ta’ investigazzjoni, mhux 47 %. Fil-premessa 179 hawn fuq, il-Kummissjoni kkonkludiet li s-sehem tal-kost tal-liżina fil-kostijiet tagħhom tal-produzzjoni tal-prodotti tal-għalf tal-annimali jiżdied b’inqas minn 1 %. Anke b’żieda fil-prezz tal-liżina ta’ 9 %-15 %, l-impatt tal-kost fuq l-għalf tal-annimali għadu taħt il-1 %. Il-pretensjoni ġiet miċħuda.

(183)

Is-CESFAC u Vall Companys sostnew li żieda fil-kost tal-għalf tal-annimali ta’ inqas minn 1 % kienet issarraf f’bejn wieħed u ieħor EUR 220 miljun għall-produtturi tal-għalf tal-annimali kollha tal-Unjoni, u kkunsidraw il-kost addizzjonali importanti fid-dawl tal-profitti baxxi tal-produtturi tal-għalf tal-annimali u l-produtturi tal-laħam.

(184)

Il-Kummissjoni nnutat l-argumenti mressqa mis-CESFAC u sostniet li l-impatt tal-kost addizzjonali, u l-possibbiltà li l-utenti tal-liżina jassorbu jew jgħaddu dan il-kost addizzjonali, kienu ġew analizzati bir-reqqa mill-Kummissjoni. Il-Kummissjoni kkonkludiet fil-premessa 179 hawn fuq li żieda fil-kost tal-għalf tal-annimali ta’ inqas minn 1 % tista’ tiġi assorbita, jew mgħoddija, mill-industriji downstream.

7.4.   Fatturi oħrajn

7.4.1.   Tħassib ambjentali

(185)

Barentz u l-FEFAC allegaw li l-għażla prinċipali biex il-liżina tiġi sostitwita bħala addittiv tal-għalf hija li jintużaw sorsi ta’ materja prima tal-proteini mhux raffinati bħall-fażola tas-sojja u, bid-dazji anti-dumping fis-seħħ, il-konsum tal-fażola tas-sojja fl-għalf tal-annimali se jiżdied. Il-fażola tas-sojja hija soluzzjoni inqas kosteffiċjenti għall-produzzjoni tal-għalf tal-annimali u għandha effett ambjentali negattiv, peress li l-produzzjoni tas-sojja hija marbuta mad-deforestazzjoni f’pajjiżi terzi u l-użu tal-fażola tas-sojja fl-għalf tal-annimali jkun jikkontribwixxi għal żieda fl-emissjonijiet tal-metan, l-ossidu nitruż u tad-diossidu tal-karbonju fl-Unjoni. Fil-valutazzjoni tal-impatt tagħha, il-FEFAC stmat żieda ta’ 3 % fl-użu tal-grixa tal-fażola tas-sojja, li tissarraf f’ċifra ta’ 500 000 tunnellata ta’ domanda ogħla għall-grixa tal-fażola tas-sojja li jkollha tiġi importata minn pajjiżi terzi. Id-DAKOFO tenniet il-konsegwenzi ambjentali u ekonomiċi negattivi u sostniet li, biex jikkumpensaw għall-prezzijiet ogħla tal-liżina, il-produtturi tal-għalf Daniżi jistgħu jaġġustaw il-formulazzjonijiet tal-għalf, li jwassal għal żieda fid-domanda annwali għall-importazzjonijiet tal-fażola tas-sojja b’bejn wieħed u ieħor 20 000 - 40 000 tunnellata kull sena, li tissarraf f’telf għall-produtturi tal-għalf Daniżi ta’ EUR 1-2 miljun.

(186)

Dwar it-tħassib ambjentali, l-ilmentatur enfasizza li l-impronta tal-karbonju tal-liżina prodotta fl-Unjoni hija ħames darbiet aktar baxxa mill-impronta tal-karbonju tal-liżina prodotta fiċ-Ċina, u tliet darbiet aktar baxxa mil-liżina prodotta f’pajjiżi terzi mhux Ċiniżi. Għalhekk, huwa argumenta li l-importazzjoni kontinwa tal-liżina Ċiniża qed tikkontribwixxi għall-kwistjoni tar-rilokazzjoni tal-emissjonijiet tal-karbonju, u qed timmina l-Patt Ekoloġiku u ambizzjonijiet ambjentali oħrajn tal-Unjoni.

(187)

Il-Kummissjoni analizzat il-pretensjonijiet dwar l-impatt ambjentali negattiv u nnutat li l-valutazzjoni tal-impatt ma kellhiex korrelazzjoni xierqa bejn iż-żieda fil-prezz tal-liżina u l-perċentwal tal-volumi tal-għalf li jaqilbu għall-fażola tas-sojja bħala sors ta’ liżina mhux raffinata. Filwaqt li l-valutazzjoni tal-impatt identifikat b’mod korrett li l-fażola tas-sojja tista’ tintuża fl-għalf tal-annimali biex tissostitwixxi l-liżina, hija naqset milli tipprovdi riżultati konklużivi dwar iż-żieda fil-volumi importati abbażi ta’ għadd ta’ suppożizzjonijiet żbaljati fil-valutazzjoni tal-impatt. Barra minn hekk, anke jekk l-importazzjonijiet tal-grixa tal-fażola tas-sojja kellhom jiżdiedu fl-Unjoni, dan l-importazzjonijiet ikunu soġġetti għar-regolament tal-UE dwar il-prodotti mingħajr deforestazzjoni (21), li jindirizza kwalunkwe tħassib ta’ natura ambjentali. Għalhekk il-pretensjoni ġiet rifjutata.

(188)

Wara d-divulgazzjoni finali, is-CESFAC u Vall Companys allegaw li l-Kummissjoni ma vvalutatx is-sigurtà tal-provvista tal-grixa tal-fażola tas-sojja fir-rigward tat-tariffi tal-Istati Uniti u l-kontromiżuri sussegwenti minn pajjiżi terzi. Is-CESFAC u Vall Companys sostnew li t-tariffi tal-Istati Uniti fuq l-importazzjonijiet Ċiniżi u l-miżuri ta’ ritaljazzjoni sussegwenti adottati miċ-Ċina kienu fixklu l-flussi kummerċjali globali tal-fażola tas-sojja. Is-CESFAC u Vall Companys sostnew li l-importazzjonijiet tal-fażola tas-sojja Brażiljana lejn iċ-Ċina se jiżdiedu fil-futur għad-detriment tal-importazzjonijiet tal-fażola tas-sojja tal-Istati Uniti lejn iċ-Ċina, u dan jikkawża kompetizzjoni diretta għall-importazzjonijiet tal-fażola tas-sojja Brażiljana lejn l-Unjoni. Is-CESFAC u Vall Companys stennew ukoll li l-prezz tal-fażola tas-sojja jiżdied minħabba nuqqasijiet possibbli fis-suq tal-Unjoni, ikkawżati minn żieda fl-importazzjonijiet tal-fażola tas-sojja lejn iċ-Ċina, u r-Regolament tal-UE dwar id-Deforestazzjoni.

(189)

Il-Kummissjoni nnutat li sa mill-bidu tal-2025, it-tariffi tal-Istati Uniti u l-miżuri ta’ ritaljazzjoni sussegwenti kienu qed jevolvu b’mod kostanti u għalhekk kien diffiċli li jiġi stabbilit l-impatt fuq l-importazzjonijiet tal-fażola tas-sojja lejn l-Unjoni. Fir-rigward tal-importazzjonijiet tal-fażola tas-sojja mill-Brażil, il-Kummissjoni nnutat li l-ftehim kummerċjali UE-MERCOSUR inaqqas it-tariffi tal-esportazzjoni li l-Mercosur kien impona fuq l-esportazzjonijiet lejn l-UE ta’ prodotti tal-fażola tas-sojja, li huma wieħed mill-materjali ewlenin għall-għalf tal-bhejjem tal-UE. Il-Kummissjoni nnutat ukoll li s-CESFAC u Vall Companys irrikonoxxew li l-fluttwazzjoni fil-prezzijiet għandha impatt ukoll fuq l-importazzjonijiet tal-fażola tas-sojja. Din l-affermazzjoni ma kkontradixxietx il-“prinċipju tal-formulazzjoni tal-inqas kost”. Għall-kuntrarju, biż-żieda fil-prezz tal-fażola tas-sojja, il-produtturi tal-għalf tal-annimali x’aktarx li jagħżlu l-liżina.

7.4.2.   Interkambjabbiltà ta’ forom differenti tal-liżina għall-utenti

(190)

Il-FEFAC allegat li mhux il-produtturi kollha tal-għalf kompost tal-UE huma mgħammra biex jipproċessaw il-liżina likwida u, għalhekk, l-importazzjonijiet tal-HCl tal-liżina u s-sulfat tal-liżina miċ-Ċina jibqgħu meħtieġa. Bl-istess mod, is-CESFAC iddikjarat li l-forom solidi tal-liżina fil-forom ta’ trab u likwidi tal-liżina mhumiex interkambjabbli għall-utenti minn perspettiva prattika jew teknoloġika u li l-impożizzjoni ta’ miżuri anti-dumping tkun taffettwa b’mod sproporzjonat lill-produtturi tal-għalf żgħar u ta’ daqs medju, lill-miksers minn qabel u lill-produtturi tal-għalf fl-azjendi agrikoli li jiddependu fuq forom solidi tal-liżina prodotti minn produtturi esportaturi Ċiniżi u ma jistgħux jaqilbu għal forom likwidi tal-liżina.

(191)

L-ilmentatur allega li l-konsum Spanjol tal-liżina likwida kien sostanzjalment ogħla matul l-aħħar snin, li jindika li l-klijenti mhumiex limitati għall-HCl tal-liżina u s-sulfat tal-liżina. L-ilmentatur iddikjara li l-kumpaniji tal-għalf Spanjoli jistgħu jikkunsmaw kwantitajiet ferm ogħla ta’ liżina likwida mingħajr il-ħtieġa li jinvestu f’tagħmir ġdid u li ż-żieda fil-konsum tal-liżina likwida bejn l-2023 u l-2024 tikkonferma li bl-effett pożittiv tal-investigazzjoni anti-dumping, il-fornituri tal-liżina mhux Ċiniżi diġà qed jerġgħu lura fis-suq tal-UE minn meta nbdiet l-investigazzjoni u se jkomplu jekk il-miżuri jiġu imposti b’mod definittiv.

(192)

Fir-rigward tal-possibbiltà li l-utenti jaqilbu, jekk ikun hemm il-ħtieġa, minn xotta għal likwida jew vice versa, il-Kummissjoni sabet li d-data minn FeedInfo turi li l-konsum tal-liżina likwida kien ħafna ogħla fl-2021 milli fis-snin ta’ wara (22). Peress li ċ-Ċina ma tesportax liżina likwida lejn l-UE, din l-evoluzzjoni tista’ tiġi attribwita għat-telf tal-kwantitajiet u s-sehem mis-suq ta’ pajjiżi terzi mhux Ċiniżi u l-industrija tal-Unjoni. Feedinfo turi wkoll żieda fil-konsum tal-liżina likwida bejn l-2023 u l-2024, li tissuġġerixxi li għadd ta’ utenti diġà jistgħu jibdlu bejn liżina xotta u likwida. Barra minn hekk, l-ilmentatur issottometta data minn informazzjoni speċjalizzata dwar is-suq li turi li l-importazzjonijiet tal-HCl tal-liżina minn pajjiżi terzi mhux Ċiniżi żdiedu b’mod sinifikanti fl-2024 (minn 207 tunnellati fi Q1 għal 3 262 tunnellata fi Q4), wara l-bidu tal-investigazzjoni, filwaqt li l-ebda HCl tal-liżina ma ġie esportat mill-pajjiżi terzi mhux Ċiniżi fil-perjodu kkunsidrat (23). Għalhekk, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-produtturi tal-għalf tal-annimali se jkomplu jkollhom iż-żewġ għażliet ta’ liżina niexfa u likwida, anke bi tnaqqis fl-importazzjonijiet miċ-Ċina.

(193)

It-tieni nett, il-Kummissjoni nnutat li r-raġuni li l-liżina likwida kienet it-tip ta’ prodott l-aktar importanti li ġie importat fl-Unjoni minn pajjiżi mhux Ċiniżi oħra fil-perjodu kkunsidrat ma kinitx relatata mal-inabbiltà tal-produtturi ta’ pajjiżi terzi li jipproduċu jew ibigħu l-HCI tal-liżina jew is-sulfat tal-liżina, iżda minħabba l-preżenza qawwija fis-suq tal-importazzjonijiet Ċiniżi tal-HCI tal-liżina u s-sulfat tal-liżina, li rriżultaw fi tnaqqis fil-prezzijiet. Bil-miżuri imposti, se jerġa’ jkun attraenti għall-produtturi ta’ pajjiżi terzi biex ibigħu prodotti għajr il-liżina likwida fl-Unjoni. B’metodu ta’ manifattura standard, il-produtturi tal-liżina l-ewwel jiksbu l-liżina likwida, li sussegwentement tiġi ttrasformata f’HCl tal-liżina jew sulfat tal-liżina permezz ta’ tagħmir tat-tnixxif. Għalhekk huwa proċess sempliċi għall-produtturi tal-liżina biex jittrasformaw il-liżina likwida f’forma ta’ trab tal-liżina. Il-Kummissjoni ċaħdet l-argument.

(194)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra dwar l-interess tal-utenti, il-premessi 341 sa 347 tar-Regolament proviżorju ġew ikkonfermati.

7.4.3.   Interess strateġiku tal-Unjoni

(195)

Is-CESFAC u Vall Companys staqsew jekk il-volumi tal-bejgħ tal-Eurolysine fis-suq tal-Unjoni humiex se jiżdiedu wara l-implimentazzjoni tal-miżuri anti-dumping. Is-CESFAC u Vall Companys esprimew tħassib li l-Eurolysine, wara l-akkwist mill-Grupp Avril, se tbigħ volumi sinifikanti ta’ liżina għall-użu kaptiv biex tappoġġa n-negozju tal-għalf tal-annimali proprju ta’ Avril, Sanders, u mhux se tbigħ il-provvista tal-liżina lill-kompetituri tagħha fis-settur tal-għalf tal-annimali.

(196)

L-ilmentatur ċaħad li hemm xi riskju li l-akkwiżizzjoni tal-Eurolysine mill-Grupp Avril se twassal għal xi esklużjoni tal-provvista tal-liżina fis-suq tal-Unjoni. Huwa enfasizza li l-Eurolysine tibqa’ unità tan-negozju indipendenti fil-Grupp Avril, li barra minn hekk mhijiex kumpanija tal-għalf integrata vertikalment u li għalhekk, mill-perspettiva tal-Eurolysine, Sanders hija klijent potenzjali bħal Vall Companys u oħrajn. Huwa nnota wkoll li Sanders, barra minn hekk, mhuwiex qed jixtri volumi sinifikanti ta’ liżina. Il-Kummissjoni laqgħet l-aċċertament tal-ilmentatur li l-liżina tal-industrija tal-Unjoni mhux se tkun riżervata għal użu kaptiv u ċaħdet il-pretensjoni fuq dik il-bażi.

(197)

Is-CESFAC iddikjarat li t-tiġdid tal-kwoti tariffarji awtonomi mingħajr dazju għall-importazzjonijiet tal-HCl tal-liżina u l-liżina likwida (kwota tariffarja 092563) u l-importazzjonijiet tas-sulfat tal-liżina (kwota tariffarja 0929 25) mill-Kunsill (24) juri li l-Eurolysine għadha tipproduċi kwantitajiet insuffiċjenti ta’ liżina biex tforni lill-utenti tal-Unjoni, li l-utenti tal-UE li jipproduċu l-għalf tal-annimali u l-farmaċewtiċi jkomplu jiddependu fuq l-importazzjonijiet tal-liżina, u li għadu fl-interess tal-Unjoni li tiżgura provvista adegwata ta’ liżina u tevita kwalunkwe disturb fis-suq. Is-CESFAC allegat li d-dazji anti-dumping proviżorji huma f’kunflitt mal-kwoti tariffarji awtonomi mingħajr dazju, u għalhekk ta’ interess għall-Unjoni.

(198)

Il-Kummissjoni nnutat li l-kwoti attwali jiġu riveduti perjodikament mill-Kunsill sabiex jiġi żgurat li l-eżistenza kontinwa tagħhom ma tkunx f’kunflitt ma’ xi politika oħra tal-Unjoni. Peress li l-investigazzjoni kienet għadha għaddejja fiż-żmien tal-approvazzjoni tal-kwoti tariffarji awtonomi mingħajr dazju u d-determinazzjonijiet definittivi kienu għadhom ma ntlaħqux, il-Kummissjoni ma tikkunsidrax li d-dazji anti-dumping proviżorji huma f’kunflitt mal-kwoti tariffarji awtonomi mingħajr dazju għal-liżina.

(199)

Barra minn hekk, il-Kummissjoni nnutat id-Dikjarazzjoni konġunta tar-Repubblika Ċeka, l-Ungerija, l-Italja, in-Netherlands, ir-Rumanija, is-Slovakkja, Spanja u Franza dwar l-industrija Ewropea tas-sustanzi kimiċi (25) li tappella għal Att tal-UE dwar is-Sustanzi Kimiċi Kritiċi fil-Kunsill Kompetittività fit-12 ta’ Marzu 2025 (26), li jikklassifika l-liżina fost is-sustanzi kimiċi kritiċi. Meta jiġi kkunsidrat li tmien Stati Membri jsemmu direttament il-liżina bħala sustanza kimika kritika biex tiġi protetta mill-Unjoni, il-Kummissjoni ppeżat il-pożizzjoni tagħhom fil-valutazzjoni tal-interess tal-Unjoni. Il-Kummissjoni kkunsidrat ukoll li, fid-dawl ta’ produzzjoni eċċessiva sinifikanti fiċ-Ċina, iż-żamma tal-produzzjoni tal-liżina tal-Unjoni tikkontribwixxi għas-sigurtà ekonomika tal-Unjoni. L-argument li d-dazji anti-dumping huma f’kunflitt mal-kwoti tariffarji awtonomi mingħajr dazju ġie miċħud.

7.5.   Konklużjoni dwar l-interess tal-Unjoni.

(200)

Fin-nuqqas ta’ kummenti oħra dwar l-interess tal-Unjoni, il-premessa 348 tar-Regolament proviżorju ġiet ikkonfermata.

8.   MIŻURI ANTI-DUMPING DEFINITTIVI

8.1.   Miżuri definittivi

(201)

Fid-dawl tal-konklużjonijiet milħuqa fir-rigward tad-dumping, tad-dannu, tal-kawżalità, tal-livell tal-miżuri u tal-interess tal-Unjoni, u f’konformità mal-Artikolu 9(4) tar-Regolament bażiku, jenħtieġ li jiġu imposti miżuri anti-dumping definittivi sabiex ma jiġix ikkawżat dannu ulterjuri lill-industrija tal-Unjoni mill-importazzjonijiet oġġett ta’ dumping tal-prodott ikkonċernat.

(202)

Wara d-divulgazzjoni finali, Eppen allegat li minħabba s-sors limitat ta’ provvista u b’mod partikolari l-provvista insuffiċjenti mill-industrija tal-Unjoni, l-utenti tal-Unjoni se jkollhom ikomplu jimportaw il-liżina miċ-Ċina u jħallsu d-dazju anti-dumping, li se jirriżulta f’żieda fil-kostijiet għall-produtturi tal-għalf tal-annimali u għall-bdiewa. Eppen sostniet li Prezz Minimu tal-Importazzjoni, jew dazji fissi għal kull tunnellata, ikunu forma aktar xierqa tal-miżuri anti-dumping.

(203)

Il-pretensjoni ma kinitx sostanzjata u Eppen naqset milli tispjega għaliex dazju fiss ikun aktar xieraq. Barra minn hekk, il-Kummissjoni ssottolinjat li dazji fissi x’aktarx li ma jkunux jikkostitwixxu rimedju effettiv għal oġġetti li huma soġġetti għal varjazzjonijiet sinifikanti fil-prezzijiet matul iż-żmien. Għalhekk, il-pretensjoni ġiet miċħuda.

(204)

Abbażi ta’ dak li ntqal hawn fuq, ir-rati tad-dazju anti-dumping definittivi, espressi skont il-prezz CIF fil-fruntiera tal-Unjoni, bid-dazju doganali mhux imħallas, jenħtieġ li jkunu kif ġej:

Kumpanija

Marġni tad-dumping (%)

Marġni tad-dannu (%)

Dazju anti-dumping definittiv (%)

Grupp Meihua:

—

Jilin Meihua Amino Acid Co., Ltd.

—

Xinjiang Meihua Amino Acid Co., Ltd

47,7

158,9

47,7

Heilongjiang Eppen Biotech Co., Ltd

58,2

155,9

58,2

Kumpaniji oħrajn li kkooperaw elenkati fl-Anness

53,1

157,5

53,1

L-importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

58,2

158,9

58,2

(205)

Ir-rati tad-dazju anti-dumping tal-kumpaniji individwali speċifikati f’dan ir-Regolament ġew stabbiliti abbażi tas-sejbiet ta’ din l-investigazzjoni. Għalhekk, huma jirriflettu s-sitwazzjoni misjuba matul din l-investigazzjoni fir-rigward ta’ dawn il-kumpaniji. Għalhekk dawn ir-rati tad-dazju huma applikabbli esklużivament għall-importazzjonijiet tal-prodott taħt investigazzjoni li joriġina mill-pajjiż ikkonċernat u prodott mill-entitajiet ġuridiċi msemmija. L-importazzjonijiet tal-prodott ikkonċernat immanifatturat minn kwalunkwe kumpanija oħrajn mhux imsemmija speċifikament fil-parti operattiva ta’ dan ir-Regolament, inklużi l-entitajiet relatati ma’ dawk imsemmija speċifikament, ma jistgħux jibbenefikaw minn dawn ir-rati u jenħtieġ li jkunu soġġetti għar-rata tad-dazju applikabbli għall-“importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina”.

(206)

Kumpanija tista’ titlob l-applikazzjoni ta’ dawn ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali jekk sussegwentement tibdel l-isem tal-entità tagħha. It-talba trid tiġi indirizzata lill-Kummissjoni (27). It-talba trid tinkludi l-informazzjoni rilevanti kollha li tippermetti li jintwera li l-bidla ma taffettwax id-dritt tal-kumpanija li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha. Jekk il-bidla fl-isem tal-kumpanija ma taffettwax id-dritt tagħha li tibbenefika mir-rata tad-dazju li tapplika għaliha, regolament dwar il-bidla tal-isem jiġi ppubblikat f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

(207)

Biex jiġu minimizzati r-riskji ta’ ċirkomvenzjoni minħabba d-differenza fir-rati tad-dazju, huma meħtieġa miżuri speċjali biex tiġi żgurata l-applikazzjoni xierqa tad-dazji anti-dumping individwali. L-applikazzjoni tad-dazji anti-dumping individwali hija applikabbli biss mal-preżentazzjoni ta’ fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri. Il-fattura trid tikkonforma mar-rekwiżiti stipulati fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament. Sakemm tiġi ppreżentata din il-fattura, jenħtieġ li l-importazzjonijiet ikunu soġġetti għad-dazju anti-dumping applikabbli għall-“importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina”.

(208)

Filwaqt li l-preżentazzjoni ta’ din il-fattura hija meħtieġa biex l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jkunu jistgħu japplikaw ir-rati tad-dazju anti-dumping individwali fuq l-importazzjonijiet, din mhijiex l-uniku element li għandu jitqies mill-awtoritajiet doganali. Fil-fatt, anke jekk jiġu ppreżentati b’fattura li tkun tissodisfa r-rekwiżiti kollha stabbiliti fl-Artikolu 1(3) ta’ dan ir-Regolament, jenħtieġ li l-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri jwettqu l-verifiki tas-soltu tagħhom u jistgħu, bħal fil-każijiet l-oħra kollha, jirrikjedu dokumenti addizzjonali (dokumenti tat-tbaħħir, eċċ.) biex ikunu jistgħu jivverifikaw il-preċiżjoni tad-dettalji li jkun hemm fid-dikjarazzjoni u jiżguraw li l-applikazzjoni sussegwenti tar-rata tad-dazju tkun ġustifikata, f’konformità mal-liġi doganali.

(209)

Jekk l-esportazzjonijiet minn waħda mill-kumpaniji li jibbenefikaw minn rati tad-dazju individwali aktar baxxi jiżdiedu b’mod sinifikanti fil-volum, b’mod partikolari wara l-impożizzjoni tal-miżuri kkonċernati, din iż-żieda fil-volum tista’ tiġi kkunsidrata bħala waħda li fiha nfisha tikkostitwixxi bidla fix-xejra tal-kummerċ minħabba l-impożizzjoni ta’ miżuri fis-sens tal-Artikolu 13(1) tar-Regolament bażiku. F’dawn iċ-ċirkostanzi, tista’ tinbeda investigazzjoni antiċirkomvenzjoni, dment li l-kundizzjonijiet biex isir dan jiġu ssodisfati. Din l-investigazzjoni tista’, fost l-oħrajn, teżamina l-ħtieġa għat-tneħħija tar-rata/i tad-dazju individwali u l-impożizzjoni konsegwenti ta’ dazju għall-pajjiż kollu.

(210)

Sabiex jiġi żgurat infurzar xieraq tad-dazji anti-dumping, jenħtieġ li d-dazju anti-dumping għall-importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina japplika mhux biss għall-produtturi esportaturi li ma kkooperawx f’din l-investigazzjoni, iżda wkoll għall-produtturi li ma kellhomx esportazzjonijiet lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni.

(211)

Jenħtieġ li l-produtturi esportaturi li ma esportawx il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-perjodu ta’ investigazzjoni jkunu jistgħu jitolbu lill-Kummissjoni sabiex tkun soġġetta għar-rata tad-dazju anti-dumping għall-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tilqa’ talba bħal din dment li jiġu ssodisfati tliet kundizzjonijiet. Il-produttur esportatur il-ġdid ikollu juri li: (i) ma esportax il-prodott ikkonċernat lejn l-Unjoni matul il-PI; (ii) mhuwiex relatat ma’ produttur esportatur li għamel dan; u (iii) esporta l-prodott ikkonċernat wara dan jew daħal f’obbligu kuntrattwali irrevokabbli sabiex jagħmel dan fi kwantitajiet sostanzjali.

8.2.   Ġbir definittiv tad-dazji proviżorji

(212)

Fid-dawl tal-marġnijiet ta’ dumping li nstabu u minħabba l-livell tad-dannu kkawżat lill-industrija tal-Unjoni, jenħtieġ li l-ammonti ggarantiti permezz tad-dazji anti-dumping proviżorji, imposti bir-Regolament proviżorju, jinġabru b’mod definittiv sal-livelli stabbiliti skont dan ir-Regolament.

8.3.   Retroattività

(213)

Kif imsemmi fit-taqsima 1.2, il-Kummissjoni għamlet l-importazzjonijiet tal-prodott li qed jiġi investigat soġġetti għal reġistrazzjoni.

(214)

Matul l-istadju definittiv tal-investigazzjoni, ġiet ivvalutata d-data miġbura fil-kuntest tar-reġistrazzjoni. Il-Kummissjoni analizzat jekk il-kriterji skont l-Artikolu 10(4) tar-Regolament bażiku kinux issodisfati għall-ġbir retroattiv tad-dazji definittivi.

(215)

Skont l-Artikolu 10(4)(d) tar-Regolament bażiku, jeħtieġ li, “addizzjonalment għal-livell tal-importazzjonijiet li kkawżaw dannu matul il-perjodu ta’ investigazzjoni, ikun hemm żieda oħra sostanzjali fl-importazzjonijiet li, fid-dawl ta’ meta sseħħ u l-volum u ċirkustanzi oħra, probabbilment timmina serjament l-effett rimedjali tad-dazju anti-dumping definittiv li għandu jiġi applikat”.

(216)

Għal din l-analiżi, il-Kummissjoni l-ewwel qabblet il-volumi medji tal-importazzjonijiet kull xahar tal-prodott ikkonċernat matul il-perjodu ta’ investigazzjoni mal-volumi medji tal-importazzjonijiet kull xahar matul il-perjodu mix-xahar ta’ wara l-bidu ta’ din l-investigazzjoni sal-aħħar xahar sħiħ qabel l-impożizzjoni tal-miżuri proviżorji. Il-Kummissjoni stabbiliet żieda ta’ 32 % fl-importazzjonijiet Ċiniżi. Barra minn hekk, meta qabblet il-volumi medji tal-importazzjonijiet kull xahar tal-prodott ikkonċernat matul il-perjodu ta’ investigazzjoni mal-volumi medji tal-importazzjonijiet kull xahar matul il-perjodu mix-xahar ta’ wara l-bidu ta’ din l-investigazzjoni sa u inkluż ix-xahar li fih ġew imposti l-miżuri proviżorji, il-Kummissjoni osservat żieda ta’ 43 % fl-importazzjonijiet Ċiniżi.

(217)

Madankollu, mill-bidu tal-investigazzjoni attwali, il-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi żdiedu, u kienu 9 %-15 % ogħla mill-prezzijiet medji fil-perjodu ta’ investigazzjoni. Il-Kummissjoni ma għandha l-ebda informazzjoni fil-fajl li minkejja din iż-żieda fil-prezz, l-industrija tal-Unjoni ssofri dannu addizzjonali.

(218)

Fuq dik il-bażi, u b’mod partikolari fid-dawl taż-żieda sinifikanti fil-prezzijiet tal-importazzjonijiet Ċiniżi mill-bidu tal-investigazzjoni, il-Kummissjoni kkonkludiet li l-kundizzjonijiet kif stabbiliti fl-Artikolu 10(4) tar-Regolament bażiku għall-applikazzjoni retroattiva tad-dazju anti-dumping definittiv ma kinux issodisfati.

9.   DISPOŻIZZJONI FINALI

(219)

Fid-dawl tal-Artikolu 109 tar-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (28), meta ammont ikun irid jiġi rimborżat wara sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea, jenħtieġ li l-imgħax li jrid jitħallas ikun ir-rata applikata mill-Bank Ċentrali Ewropew għall-operazzjonijiet ta’ rifinanzjament ewlenin tiegħu, kif ippubblikata fis-serje C ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea fl-ewwel jum kalendarju ta’ kull xahar.

(220)

Il-Kumitat stabbilit bl-Artikolu 15(1) tar-Regolament (UE) 2016/1036 ma tax opinjoni dwar il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

1.   Dazju anti-dumping definittiv huwa impost fuq importazzjonijiet tal-liżina u l-esteri tagħha, l-imlieħ tagħha, u addittivi tal-għalf, li jikkonsistu f’bażi ta’ piż xott ta’ 68 % jew aktar, iżda mhux aktar minn 80 % tas-sulfat tal-liżina-L, u mhux aktar minn 32 % ta’ komponenti oħra bħall-karboidrati u amminoaċidi oħra, li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċijiet NM ex 2309 90 31 , ex 2309 90 96 , u 2922 41 00 (il-kodiċijiet TARIC: 2309 90 31 51, 2309 90 31 59, 2309 90 31 61, 2309 90 31 69, 2309 90 96 51, 2309 90 96 59, 2309 90 96 61, 2309 90 96 69) u li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

2.   Ir-rata tad-dazju anti-dumping definittiv applikabbli għall-prezz nett, ħieles fil-fruntiera tal-Unjoni, qabel id-dazju, tal-prodotti deskritti fil-paragrafu 1 u prodotti mill-kumpaniji elenkati hawn taħt, għandha tkun kif ġej:

Kumpanija

Dazju anti-dumping definittiv (%)

Kodiċi addizzjonali TARIC

Grupp Meihua:

—

Jilin Meihua Amino Acid Co., Ltd.

—

Xinjiang Meihua Amino Acid Co., Ltd

47,7

89IE

Heilongjiang Eppen Biotech Co., Ltd

58,2

89IF

Kumpaniji oħrajn li kkooperaw elenkati fl-Anness

53,1

 

L-importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina

58,2

8999

3.   L-applikazzjoni tar-rati tad-dazju individwali speċifikati għall-kumpaniji msemmija fil-paragrafu 2 għandha tkun soġġetta għall-preżentazzjoni ta’ fattura kummerċjali valida lill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li fuqha għandha tidher dikjarazzjoni datata u ffirmata minn uffiċjal tal-entità li tkun ħarġet din il-fattura, identifikat b’ismu u l-kariga, abbozzata kif ġej: “Jiena, is-sottoskritt, niċċertifika li l-(volum f’tunnellati) tal-liżina mibjugħa għall-esportazzjoni lejn l-Unjoni Ewropea kopert minn din il-fattura ġie mmanifatturat minn (isem u indirizz tal-kumpanija) (kodiċi addizzjonali TARIC) fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina. Jiena niddikjara li l-informazzjoni pprovduta f’din il-fattura hija kompluta u korretta.” Sakemm tiġi ppreżentata din il-fattura, għandu japplika d-dazju applikabbli għall-importazzjonijiet l-oħrajn kollha li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina.

4.   Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, għandhom japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ dwar id-dazji doganali.

Artikolu 2

L-ammonti garantiti permezz tad-dazju anti-dumping proviżorju skont ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/74, għandhom jinġabru b’mod definittiv. L-ammonti garantiti ogħla mir-rati definittivi tad-dazju anti-dumping għandhom jiġu rilaxxati.

Artikolu 3

L-Artikolu 1(2) jista’ jiġi emendat biex iżid produtturi esportaturi ġodda mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina u jagħmilhom soġġetti għar-rata medja ponderata xierqa ta’ dazju anti-dumping għall-kumpaniji li kkooperaw mhux inklużi fil-kampjun. Produttur esportatur ġdid għandu jipprovdi evidenza li:

(a)

ma esportax l-oġġetti deskritti fl-Artikolu 1(1) matul il-perjodu ta’ investigazzjoni (1 ta’ Jannar 2023 sal-31 ta’ Diċembru 2023);

(b)

mhuwiex relatat ma’ esportatur jew produttur soġġett għall-miżuri imposti minn dan ir-Regolament, u li seta’ kkoopera fl-investigazzjoni oriġinali; u

(c)

effettivament esporta l-prodott ikkonċernat jew daħal f’obbligu kuntrattwali irrevokabbli sabiex jesporta kwantità sinifikanti lejn l-Unjoni wara t-tmiem tal-perjodu ta’ investigazzjoni.

Artikolu 4

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, l-10 ta’ Lulju 2025.

Għall-Kummissjoni

Il-President

Ursula VON DER LEYEN


(1)   ĠU L 176, 30.6.2016, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/1036/oj.

(2)  In-Notifika ta’ bidu ta’ proċediment anti-dumping rigward l-importazzjonijiet tal-liżina li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU C, C/2024/3265, 23.5.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/3265/oj).

(3)  Metex Noovistago ġie akkwistat mill-Group Avril u, fis-16 ta’ Lulju 2024, biddel l-isem ġuridiku tiegħu għall-Eurolysine.

(4)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/2732 tal-24 ta’ Ottubru 2024 li jagħmel l-importazzjonijiet ta’ liżina li toriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina soġġetti għar-reġistrazzjoni (ĠU L, 2024/2732, 25.10.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/2732/oj).

(5)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/74 tat-13 ta’ Jannar 2025 li jimponi dazju anti-dumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet tal-liżina li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L, 2025/74, 14.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/74/oj).

(6)  Anhui BBCA BIOCHEMICAL Co., LTD, Dongxiao Biotechnology Co., Ltd., Heilongjiang Eppen Biotech Co., Ltd u Meihua Holdings Group Co. Ltd.

(7)  Jin Niu, Xu Chen, Hei-Zhao Lin, Chun-Hou Li, Kai-Chang Wu, Yong-Jian Liu1 & LiXia Tian, “Comparison of L-lysine HCl and L-lysine sulphate in the feed of Penaeus monodon and re-evaluation of dietary lysine requirement for P. monodon” (2017), 48 Aquaculture Research, il-Volum 134, disponibbli fuq Comparison of L-lysine·HCl and L-lysine sulphate in the feed of Penaeus monodon and re-evaluation of dietary lysine requirement for P. monodon - Niu - 2017 - Aquaculture Research - Wiley Online Library.

(8)  Ara n-nota ta’ qiegħ il-paġna 2.

(9)   Meihua Bio Plans Acquisition of Kyowa Hakko Bio’s Key Assets - HPACHINA. Kif ukoll, https://uk.marketscreener.com/quote/stock/MEIHUA-HOLDINGS-GROUP-CO--7795036/news/MeiHua-Holdings-Group-Co-Ltd-agreed-to-acquire-Amino-acid-and-Human-Milk-Oligosaccharide-businesses-48448122/.

(10)  Ir-Regolament (UE) Nru 952/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Ottubru 2013 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Unjoni (ĠU L 269, 10.10.2013, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2013/952/oj).

(11)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1959 tas-17 ta’ Lulju 2024 li jimponi dazju anti-dumping proviżorju fuq l-importazzjonijiet tal-eritritol li joriġina mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L, 2024/1959, 19.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1959/oj).

(12)  Ir-Regolament (UE) 2015/755 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-29 ta’ April 2015 dwar regoli komuni għall-importazzjonijiet minn ċerti pajjiżi terzi (ĠU L 123, 19.5.2015, p. 33, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2015/755/oj).

(13)  t25.004917.

(14)  Ara pereżempju s-Sentenza tal-11 ta’ Settembru 2024, Sveza Verkhnyaya Sinyachikha NAO et vs Il-Kummissjoni Ewropea, T-2/22, ECLI:EU:T:2024:615, il-paragrafu 57.

(15)  Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/58 tal-15 ta’ Jannar 2025 li jimponi dazju anti-dumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ ċerti tajers pnewmatiċi, ġodda jew b’wiċċ ġdid, tal-lastiku, ta’ tip użat għall-karozzi tal-linja jew għat-trakkijiet, b’indiċi tat-tagħbija li jaqbeż il-121 li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina wara rieżami ta’ skadenza skont l-Artikolu 11(2) tar-Regolament (UE) 2016/1036 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L, 2025/58, 16.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/58/oj), il-premessi 262 u 269-271).

(*1)  L-informazzjoni speċjalizzata dwar is-suq hija ddikjarata fil-premessa 237 tar-Regolament proviżorju.”

(16)  Is-Sentenza tal-21 ta’ Ġunju 2023, Guangdong Haomei New Materials Co. Ltd u Guangdong King Metal Light Alloy Technology Co. Ltd vs Il-Kummissjoni Ewropea T-326/21, ECLI:EU:T:2023:347.

(17)  t24.011363.

(18)  Għal interpretazzjoni simili TiO2, ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2024/1923 tal-10 ta’ Lulju 2024 li jimponi dazju anti-dumping provviżorju fuq l-importazzjonijiet tad-diossidu tat-titanju li joriġinaw mir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina (ĠU L, 2024/1923, 11.7.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2024/1923/oj).

(19)   Feedinfo - Feedinfo - aħbarijiet, ipprezzar u informazzjoni xjentifika għan-nutrizzjoni tal-annimali u l-industrija tal-ikel.

(20)  t25.004370.

(21)  Ir-Regolament (UE) 2023/1115 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2023 dwar it-tqegħid fis-suq tal-Unjoni u l-esportazzjoni mill-Unjoni ta’ ċerti komoditajiet u prodotti assoċjati mad-deforestazzjoni u d-degradazzjoni tal-foresti u li jħassar ir-Regolament (UE) Nru 995/2010 (ĠU L 150, 9.6.2023, p. 206, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2023/1115/oj) daħal fis-seħħ fid-29 ta’ Ġunju 2023. Ir-regoli jibdew japplikaw għall-operaturi u n-negozjanti medji u kbar mit-30 ta’ Diċembru 2025, u għall-mikrointrapriżi u l-intrapriżi żgħar mit-30 ta’ Ġunju 2026.

(22)  Il-konsum Spanjol ta’ kull xahar tal-liżina likwida (f’tunnellati ta’ ekwivalenti ta’ HCl tal-liżina) ipprovdut mill-ilmentatur abbażi tal-istatistika dwar l-esportazzjoni u l-bejgħ tal-Eurolysine:

—

2021: 4 500-6 500 tunnellata;

—

2022: 4 000-6 000 tunnellata;

—

2023: 2 500-4 500 tunnellata;

—

2024: 3 500-5 500 tunnellata.

(23)  t25.003212.

(24)  Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/3213 tas-16 ta’ Diċembru 2024 li jemenda r-Regolament (UE) 2021/2283 li jiftaħ u jipprovdi għall-ġestjoni ta’ kwoti tariffarji awtonomi tal-Unjoni għal ċerti prodotti agrikoli u industrijali (ĠU L, 2024/3213, 19.12.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/3213/oj).

(25)   Joint statement of Czech Republic, Hungary, Italy, Netherlands, Romania, Slovakia, Spain and France about the European chemicals industry - Presse - Ministère des Finances.

(26)   https://www.consilium.europa.eu/mt/meetings/compet/2025/03/12/. U n-Nota ta’ informazzjoni relatata dwar is-sitwazzjoni allarmanti tal-industrija Ewropea tas-sustanzi kimiċi, settur strateġiku li jeħtieġ Att tal-UE apposta dwar is-Sustanzi Kimiċi Kritiċi (https://data.consilium.europa.eu/doc/document/ST-6901-2025-INIT/x/pdf).

(27)  Email: TRADE-TDI-NAME-CHANGE-REQUESTS@ec.europa.eu; European Commission, Directorate-General for Trade, Directorate G, Rue de la Loi/Wetstraat 170, 1040 Brussels, Belgium.

(28)  Ir-Regolament (UE, Euratom) 2024/2509 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-23 ta’ Settembru 2024 dwar ir-regoli finanzjarji applikabbli għall-baġit ġenerali tal-Unjoni (ĠU L, 2024/2509, 26.9.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/2509/oj).


ANNESS

Produtturi esportaturi li kkoperaw fir-Repubblika tal-Poplu taċ-Ċina mhux fil-kampjun

Isem

Kodiċi addizzjonali TARIC

Anhui BBCA Biochemical Co., Ltd.

89IG

CJ (Liaocheng) Biotech Co., Ltd.

89IH

Dongxiao Biotechnology Co., Ltd.

89IJ

Qiqihar Longjiang Fufeng Biotechnologies Co., Ltd.

89IK


ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1330/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)