|
24.3.2017 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 79/11 |
DEĊIŻJONI TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/553
tat-22 ta' Marzu 2017
dwar il-konsistenza tal-miri fl-oqsma ta' prestazzjoni ewlenin tal-kapaċità u tal-kosteffiċjenza inklużi fil-pjan rivedut fil-livell tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali ppreżentat skont ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 mill-Belġju, mill-Ġermanja, minn Franza, mil-Lussemburgu u min-Netherlands mal-miri tal-prestazzjoni fl-Unjoni kollha għat-tieni perjodu ta' referenza
(notifikata bid-dokument C(2017) 1798)
(It-testi bil-Franċiż, bil-Ġermaniż u bl-Olandiż biss huma awtentiċi)
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta' Marzu 2004 li jistabbilixxi l-qafas għall-ħolqien tal-Ajru Uniku Ewropew (ir-Regolament qafas) (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 11(3)(c) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 390/2013 tat-3 ta' Mejju 2013 li jistabbilixxi skema ta' prestazzjoni għas-servizzi tan-navigazzjoni tal-ajru u għall-funzjonijiet tan-netwerk (2), u b'mod partikolari l-Artikolu 15(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Skont ir-Regolament (KE) Nru 549/2004, l-Istati Membri għandhom jadottaw pjani nazzjonali jew pjani fil-livell tal-blokok tal-ispazju tal-ajru (“FAB”), inklużi miri nazzjonali vinkolanti jew miri fil-livell tal-FABs, li jiżguraw il-konsistenza mal-miri tal-prestazzjoni fl-Unjoni kollha. Ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 jistipula wkoll li l-Kummissjoni għandha tivvaluta l-konsistenza ta' dawk il-miri abbażi tal-kriterji tal-valutazzjoni msemmija fil-punt (d) tal-Artikolu 11(6) ta' dak ir-Regolament. Regoli dettaljati f'dan ir-rigward ġew stabbiliti fir-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013. |
|
(2) |
Il-Belġju, il-Ġermanja, Franza, il-Lussemburgu u n-Netherlands, fir-rigward tal-Blokk tal-Ispazju tal-Ajru Funzjonali tal-Ewropa Ċentrali (“FABEC”), ressqu l-pjan lill-Kummissjoni. Skont id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/347 (3), dawk l-Istati Membri rrevedew il-pjan u l-miri inklużi fih. Madankollu, permezz tad-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni (UE) 2017/259 (4), il-Kummissjoni stabbiliet li l-miri tal-prestazzjoni riveduti dwar l-oqsma ta' prestazzjoni ewlenin tal-kapaċità għall-FABEC inġenerali u tal-kosteffiċjenza għal Franza, il-Ġermanja u n-Netherlands, kif ukoll il-miżuri xierqa inklużi fil-pjan rivedut, kienu għadhom mhux adegwati u li dawk l-Istati Membri għandhom jieħdu ċerti miżuri korrettivi li jwasslu għal aktar miri ta' prestazzjoni riveduti sabiex jindirizzaw l-inkonsistenzi mal-miri fl-Unjoni kollha. |
|
(3) |
Fit-30 ta' Jannar 2017, dawk l-Istati Membri ppreżentaw pjan rivedut ieħor, li kien jinkludi aktar miri ta' prestazzjoni riveduti, ibbażat fuq miżuri korrettivi fejn meħtieġ. Sussegwentement dawk il-miri riveduti u l-miżuri korrettivi ġew ivvalutati mill-Kummissjoni. |
|
(4) |
Fir-rigward tal-qasam ta' prestazzjoni ewlieni tal-kapaċità, ġiet ivvalutata l-konsistenza ta' dawk għad-dewmien tal-Ġestjoni tal-Fluss tat-Traffiku tal-Ajru (ATFM) en route, skont il-prinċipju stabbilit fil-punt 4 tal-Anness IV tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013, bl-użu tal-valuri ta' referenza għall-kapaċità tal-FABs rispettivi tagħhom, li meta jiġu applikati, jiżguraw li fil-livell tal-Unjoni tintlaħaq il-mira tal-prestazzjoni fl-Unjoni kollha, ikkalkulata mill-Maniġer tan-Netwerk u kif stabbilit fl-aktar verżjoni riċenti tal-Pjan tal-Operazzjonijiet tan-Netwerk (2014-2018/2019). Dik il-valutazzjoni wriet li dawk il-miri huma konsistenti mal-mira tal-prestazzjoni rilevanti fl-Unjoni kollha. |
|
(5) |
Dwar il-qasam ta' prestazzjoni ewlieni tal-kosteffiċjenza, ġew ivvalutati l-miri espressi fi spejjeż determinati għal kull unità en route, skont il-prinċipji stabbiliti fil-punt 5 b'mod konġunt mal-punt 1 tal-Anness IV tar-Regolament ta' Implimentazzjoni (UE) Nru 390/2013, billi tqieset ix-xejra tal-ispejjeż determinati għal kull unità en route matul it-tieni perjodu ta' referenza u l-perjodu kombinat tal-ewwel u t-tieni perjodu ta' referenza (2012-2019), l-għadd ta' unitajiet ta' servizz (il-previżjoni tat-traffiku) u l-livell tal-ispejjeż determinati għal kull unità en route b'paragun ma' Stati Membri li jkollhom ambjent ekonomiku u operattiv simili. Dik il-valutazzjoni wriet li dawk il-miri huma konsistenti mal-mira tal-prestazzjoni rilevanti fl-Unjoni kollha. |
|
(6) |
Għalhekk, il-miżuri korrettivi meħuda mill-Belġju, mill-Ġermanja, minn Franza, mil-Lussemburgu u min-Netherlands fir-rigward tal-FABEC, huma konsistenti mad-Deċiżjoni (UE) 2017/259 u l-miri li jikkonċernaw l-oqsma ta' prestazzjoni ewlenin tal-kapaċità u tal-kosteffiċjenza inklużi fil-pjan rivedut tal-prestazzjoni ppreżentat minn dawk l-Istati Membri huma konsistenti mal-miri ta' prestazzjoni fl-Unjoni Ewropea kollha f'dawk l-oqsma għat-tieni perjodu ta' referenza (2015–2019). Huwa xieraq, għal raġunijiet ta' ċarezza u ta' ċertezza legali, li dik il-konklużjoni tiġi stabbilita permezz ta' din id-Deċiżjoni u li l-Istati Membri kkonċernati jiġu nnotifikati dwar dan. |
|
(7) |
Il-miżuri previsti f'din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat dwar l-Ajru Uniku, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-miri li jikkonċernaw l-oqsma tal-prestazzjoni ewlenin tal-kapaċità u tal-kosteffiċjenza inklużi fil-pjani riveduti tal-prestazzjoni ppreżentati skont ir-Regolament (KE) Nru 549/2004, elenkati f'dan l-Anness, huma konsistenti mal-miri tal-prestazzjoni fl-Unjoni kollha għat-tieni perjodu ta' referenza, stabbiliti fid-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/132/UE (5).
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Renju tal-Belġju, lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja, lir-Repubblika Franċiża, lill-Gran Dukat tal-Lussemburgu u lir-Renju tan-Netherlands.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta' Marzu 2017.
Għall-Kummissjoni
Violeta BULC
Membru tal-Kummissjoni
(3) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2015/347 tat-2 ta' Marzu 2015 dwar l-inkonsistenza ta' ċerti miri fil-pjanijiet għall-blokok tal-ispazju tal-ajru nazzjonali jew funzjonali mressqa skont ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill mal-miri tal-prestazzjoni għall-Unjoni kollha għat-tieni perjodu ta' referenza u li tistabbilixxi r-rakkomandazzjonijiet għar-reviżjoni ta' dawk il-miri (ĠU L 60, 4.3.2015, p. 48).
(4) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2017/259 tat-13 ta' Frar 2017 dwar ċerti miri tal-prestazzjoni riveduti u miżuri xierqa inklużi fil-pjanijiet għall-blokok tal-ispazju tal-ajru nazzjonali jew funzjonali mressqa skont ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li mhumiex adegwati skont il-miri tal-prestazzjoni għall-Unjoni kollha għat-tieni perjodu ta' referenza u li tistabbilixxi obbligi għal miżuri korrettivi (ĠU L 38, 15.2.2017, p. 76).
(5) Id-Deċiżjoni ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/132/UE tal-11 ta' Marzu 2014 li tistabbilixxi miri tal-prestazzjoni mal-Unjoni kollha għan-netwerk tal-ġestjoni tat-traffiku tal-ajru u l-livelli limiti ta' twissija għat-tieni perjodu ta' referenza mill-2015 sal-2019 (ĠU L 71, 12.3.2014, p. 20).
ANNESS
Il-miri tal-prestazzjoni fl-oqsma ta' prestazzjoni ewlenin tal-kapaċità u tal-kosteffiċjenza inklużi fil-pjani nazzjonali riveduti jew fil-pjani riveduti fil-livell tal-blokok tal-ispazju tal-ajru funzjonali ppreżentati skont ir-Regolament (KE) Nru 549/2004 li nstabu li huma konsistenti mal-miri tal-prestazzjoni fl-Unjoni kollha għat-tieni perjodu ta' referenza
Il-qasam ta' prestazzjoni ewlieni tal-kapaċità
Dewmien tal-Ġestjoni tal-Fluss tat-Traffiku tal-Ajru (ATFM) en route f'minuti kull titjira
|
Stat membru |
FAB |
Mira tal-FAB tal-kapaċità en-route |
||||
|
2015 |
2016 |
2017 |
2018 |
2019 |
||
|
il-Belġju/il-Lussemburgu |
FABEC |
0,48 |
0,49 |
0,42 |
0,42 |
0,43 |
|
Franza |
||||||
|
il-Ġermanja |
||||||
|
in-Netherlands |
||||||
|
[l-Iżvizzera] |
||||||
Il-qasam ta' prestazzjoni ewlieni tal-kosteffiċjenza
Spjega:
|
Indikatur |
Entrata |
Unitajiet |
|
(A) |
Total ta' Spejjeż Iddeterminati En-route |
(f'termini nominali u fil-munita nazzjonali) |
|
(B) |
Rata tal-inflazzjoni |
(%) |
|
(C) |
Indiċi tal-inflazzjoni |
(100 = 2009) |
|
(D) |
Total ta' Spejjeż Iddeterminati En-route |
(f'termini ta' prezzijiet reali tal-2009 u fil-munita nazzjonali) |
|
(E) |
Total ta' Unitajiet tas-Servizzi En-route |
(TSUs) |
|
(F) |
Spiża Iddeterminata għal Kull Unità (DUC) En-route |
(f'termini ta' prezzijiet reali tal-2009 u fil-munita nazzjonali) |
FABEC
|
Żona tal-Imposti: il-Belġju-il-Lussemburgu — Munita: EUR |
|||||
|
|
2015 |
2016 |
2017 |
2018 |
2019 |
|
(A) |
168 277 718 |
172 792 013 |
177 260 922 |
180 556 020 |
183 521 461 |
|
(B) |
1,1 % |
1,2 % |
1,3 % |
1,4 % |
1,4 % |
|
(C) |
111,6 |
112,9 |
114,4 |
116,0 |
117,6 |
|
(D) |
150 757 603 |
152 984 440 |
154 897 964 |
155 652 698 |
156 055 562 |
|
(E) |
2 440 000 |
2 510 000 |
2 580 000 |
2 650 000 |
2 720 000 |
|
(F) |
61,79 |
60,95 |
60,04 |
58,74 |
57,37 |
|
Żona tal-Imposti: Franza — Munita: EUR |
|||||
|
|
2015 |
2016 |
2017 |
2018 |
2019 |
|
(A) |
1 290 640 175 |
1 296 576 851 |
1 328 676 964 |
1 334 112 339 |
1 337 956 806 |
|
(B) |
0,1 % |
0,8 % |
1,1 % |
1,1 % |
1,3 % |
|
(C) |
108,2 |
109,1 |
110,3 |
111,5 |
113,0 |
|
(D) |
1 192 625 922 |
1 188 249 284 |
1 204 538 004 |
1 196 187 863 |
1 184 005 999 |
|
(E) |
18 662 000 |
19 177 000 |
19 300 000 |
20 204 000 |
20 333 000 |
|
(F) |
63,91 |
61,96 |
62,41 |
59,21 |
58,23 |
|
Żona tal-Imposti: il-Ġermanja — Munita: EUR |
|||||
|
|
2015 |
2016 |
2017 |
2018 |
2019 |
|
(A) |
1 069 142 223 |
1 039 587 943 |
933 436 977 |
927 369 907 |
922 283 254 |
|
(B) |
1,4 % |
1,6 % |
1,7 % |
1,7 % |
1,7 % |
|
(C) |
109,9 |
111,7 |
113,6 |
115,5 |
117,5 |
|
(D) |
972 517 385 |
930 742 228 |
821 735 846 |
802 748 084 |
784 999 985 |
|
(E) |
12 801 000 |
13 057 000 |
13 122 000 |
13 242 000 |
13 365 000 |
|
(F) |
75,97 |
71,28 |
62,62 |
60,62 |
58,74 |
|
Żona tal-Imposti: in-Netherlands — Munita: EUR |
|||||
|
|
2015 |
2016 |
2017 |
2018 |
2019 |
|
(A) |
184 921 748 |
184 103 594 |
187 092 113 |
193 763 267 |
198 069 117 |
|
(B) |
1,0 % |
1,2 % |
1,4 % |
1,5 % |
1,5 % |
|
(C) |
110,6 |
112,0 |
113,6 |
115,3 |
117,0 |
|
(D) |
167 178 324 |
164 400 112 |
164 697 149 |
168 065 588 |
169 244 781 |
|
(E) |
2 806 192 |
2 825 835 |
2 845 616 |
3 045 000 |
3 077 000 |
|
(F) |
59,57 |
58,18 |
57,88 |
55,19 |
55,00 |