|
22.2.2022 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 41/19 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/250
tal-21 ta’ Frar 2022
li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/403 fir-rigward taż-żieda ta’ mudell ġdid ta’ ċertifikat tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali għad-dħul fl-Irlanda ta’ Fuq ta’ annimali ovini u kaprini mill-Gran Brittanja u li jemenda r-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 fir-rigward tal-lista ta’ pajjiżi terzi awtorizzati għad-dħul fl-Unjoni ta’ annimali ovini u kaprini
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trasmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali) (1), u b’mod partikolari l-Artikoli 230(1), 238(3) u 239(3) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Marzu 2017 dwar il-kontrolli uffiċjali u attivitajiet uffiċjali oħra mwettqa biex jiżguraw l-applikazzjoni tal-liġi tal-ikel u tal-għalf, ta’ regoli dwar is-saħħa u t-trattament xieraq tal-annimali, dwar is-saħħa tal-pjanti u dwar prodotti għall-protezzjoni tal-pjanti, li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (KE) Nru 396/2005, (KE) Nru 1069/2009, (KE) Nru 1107/2009, (UE) Nru 1151/2012, (UE) Nru 652/2014, (UE) Nru 2016/429 u (UE) Nru 2016/2031 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1/2005 u (KE) Nru 1099/2009 u d-Direttivi tal-Kunsill 98/58/KE, 1999/74/KE, 2007/43/KE, 2008/119/KE u 2008/120/KE, u li jħassar ir-Regolamenti (KE) Nru 854/2004 u (KE) Nru 882/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, id-Direttivi tal-Kunsill 89/608/KEE, 89/662/KEE, 90/425/KEE, 91/496/KEE, 96/23/KE, 96/93/KE u 97/78/KE u d-Deċiżjoni tal-Kunsill 92/438/KEE (Regolament dwar il-Kontrolli Uffiċjali) (2), u b’mod partikolari l-Artikolu 90, l-ewwel paragrafu, il-punti (a) u (c), u l-Artikolu 126(3) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/403 (3) jistabbilixxi r-regoli dwar iċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali previsti fir-Regolament (UE) 2016/429 u ċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali bbażati fuq ir-Regolament (UE) 2016/429 u fuq ir-Regolament (UE) 2017/625, meħtieġa għad-dħul fl-Unjoni ta’ annimali terrestri. B’mod aktar speċifiku, l-Artikolu 14 ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni jistipula li ċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali u ċ-ċertifikat tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali li jridu jintużaw għad-dħul fl-Unjoni ta’ ċerti kategoriji ta’ ungulati jridu jikkorrispondu għal ċerti mudelli stabbiliti fl-Anness II tiegħu. Dak l-Artikolu jirreferi, inter alia, għall-mudell “OV/CAP-X” stabbilit fil-Kapitolu 4 ta’ dak l-Anness, li jrid jintuża għad-dħul fl-Unjoni ta’ annimali ovini u kaprini. |
|
(2) |
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 2021/404 (4) jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom, li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ speċijiet u kategoriji ta’ annimali li jaqgħu fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 (5). B’mod partikolari, l-Artikolu 3 ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni jirreferi għall-Parti 1 tal-Anness II tiegħu li tistabbilixxi l-lista ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom, li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni tal-ungulati. |
|
(3) |
Ir-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6) jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, għall-kontroll u għall-eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatiji sponġiformi li jinxterdu (TSEs) fl-annimali. B’mod aktar speċifiku, il-Kapitolu E tal-Anness IX ta’ dak ir-Regolament jistabbilixxi r-rekwiżiti għall-importazzjoni fl-Unjoni ta’ annimali ovini u kaprini. |
|
(4) |
F’konformità mal-Ftehim dwar il-ħruġ tar-Renju Unit tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq mill-Unjoni Ewropea u mill-Komunità Ewropea tal-Enerġija Atomika (Ftehim dwar il-Ħruġ), u b’mod partikolari l-Artikolu 5(4) tal-Protokoll dwar l-Irlanda/l-Irlanda ta’ Fuq flimkien mal-Anness 2 ta’ dak il-Protokoll, ir-Regolamenti (KE) Nru 999/2001, (UE) 2016/429 u (UE) 2017/625, kif ukoll l-atti tal-Kummissjoni bbażati fuqhom, japplikaw għar-Renju Unit u fih fir-rigward tal-Irlanda ta’ Fuq wara l-perjodu ta’ tranżizzjoni previst fil-Ftehim dwar il-ħruġ. Għaldaqstant, l-annimali ħajjin mibgħuta mill-Gran Brittanja lejn l-Irlanda ta’ Fuq issa huma soġġetti għar-reġim applikabbli għall-importazzjonijiet minn kwalunkwe pajjiż terz. |
|
(5) |
Ir-Regolament (UE) 2022/175 (7) emenda r-rekwiżiti stabbiliti fl-Anness IX tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 għad-dħul fl-Unjoni ta’ annimali ovini u kaprini maħsuba għat-tnissil, li jippermettu, sal-31 ta’ Diċembru 2024, id-dħul mill-Gran Brittanja fl-Irlanda ta’ Fuq ta’ annimali bħal dawn meta joriġinaw minn azjendi fil-Gran Brittanja li huma involuti fil-proċess ta’ tliet snin biex jingħataw l-istatus ta’ azjenda b’riskju kkontrollat tal-iscrapie klassika. Dak ir-rekwiżit ġdid tal-importazzjoni jenħtieġ li jiġi rifless f’mudell speċifiku ġdid ta’ ċertifikat għal dawk l-annimali previsti fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/403. Għaldaqstant, jeħtieġ li jiġu emendati l-Artikolu 14 l-Anness II ta’ dak ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni. |
|
(6) |
Barra minn hekk, peress li r-rekwiżit il-ġdid tal-importazzjoni stabbilit fl-Anness IX tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 japplika biss għall-annimali ovini u kaprini li joriġinaw minn azjendi fil-Gran Brittanja, jeħtieġ li l-użu tal-mudell il-ġdid taċ-ċertifikat stabbilit fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/403 jiġi limitat għall-Gran Brittanja fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404. Għalhekk jeħtieġ li jiġu emendati l-entrati għar-Renju Unit fl-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 skont dan. |
|
(7) |
Għalhekk, jenħtieġ li r-Regolamenti ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/403 u (UE) 2021/404 jiġu emendati skont dan. |
|
(8) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/403 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 14 jiżdied il-punt (m) li ġej:
|
|
(2) |
L-Anness II huwa emendat skont l-Anness I ta’ dan ir-Regolament. |
Artikolu 2
L-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404 huwa emendat skont l-Anness II ta’ dan ir-Regolament.
Artikolu 3
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta’ Frar 2022.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/403 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi r-regoli għall-applikazzjoni tar-Regolamenti (UE) 2016/429 u (UE) 2017/625 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward il-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali u l-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali, għad-dħul fl-Unjoni u l-movimenti bejn l-Istati Membri ta’ kunsinni ta’ ċerti kategoriji ta’ annimali terrestri u tal-prodotti ġerminali tagħhom, iċ-ċertifikazzjoni uffiċjali fir-rigward ta’ tali ċertifikati u li jħassar id-Deċiżjoni 2010/470/UE (ĠU L 113, 31.3.2021, p. 1).
(4) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/404 tal-24 ta’ Marzu 2021 li jistabbilixxi l-listi ta’ pajjiżi terzi, territorji jew żoni tagħhom li minnhom huwa permess id-dħul fl-Unjoni ta’ annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali f’konformità mar-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (ĠU L 114, 31.3.2021, p. 1).
(5) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/692 tat-30 ta’ Jannar 2020 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għad-dħul fl-Unjoni, u l-moviment u l-immaniġġjar wara d-dħul ta’ konsenji ta’ ċerti annimali, prodotti ġerminali u prodotti li joriġinaw mill-annimali (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 379).
(6) Ir-Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (KE) Nru 999/2001 tat-22 ta’ Mejju 2001 li jistabbilixxi regoli għall-prevenzjoni, kontroll u eradikazzjoni ta’ ċertu enċefalopatija sponġiformi li tinxtered (ĠU L 147, 31.5.2001, p. 1).
(7) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2022/175 tad-9 ta’ Frar 2022 li jemenda l-Anness IX tar-Regolament (KE) Nru 999/2001 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kundizzjonijiet tal-importazzjoni għall-movimenti ta’ annimali ovini u kaprini maħsuba għat-tnissil mill-Gran Brittanja lejn l-Irlanda ta’ Fuq (ĠU L 29, 10.2.2022, p. 1).
ANNESS I
L-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/403 huwa emendat kif ġej:
|
(1) |
fit-tabella li telenka l-mudelli taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali u taċ-ċertifikati tas-saħħa tal-annimali/uffiċjali u d-dikjarazzjonijiet għad-dħul fl-Unjoni u għat-tranżitu mill-Unjoni, fit-taqsima għall-ungulati, tiddaħħal l-entrata li ġejja wara l-entrata “OV/CAP-X”:
|
|
(2) |
il-Kapitolu 4a li ġej jiddaħħal bejn il-Kapitoli 4 u 5: “KAPITOLU 4A MUDELL TAĊ-ĊERTIFIKAT TAS-SAĦĦA TAL-ANNIMALI/UFFIĊJALI GĦAD-DĦUL FL-IRLANDA TA’ FUQ TA’ ANNIMALI OVINI U KAPRINI MILL-GRAN BRITTANJA APPLIKABBLI SAL-31 TA’ DIĊEMBRU 2024 (MUDELL “OV/CAP-X-NI”)
|
|||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
ANNESS II
Fil-Parti 1 tal-Anness II tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/404, l-entrata għar-Renju Unit hija sostitwita b’dan li ġej:
|
“GB Ir-Renju Unit |
GB-1 |
Annimali bovini |
Annimali għaż-żamma ulterjuri(1) u maħsuba għall-iskarnar |
BOV-X, BOV-Y |
|
BRU, BTV, EBL, EVENTS |
|
|
|
Annimali ovini u kaprini |
Annimali għaż-żamma ulterjuri(1) u maħsuba għall-iskarnar |
OV/CAP-X, OV/CAP-X-NI (1) OV/CAP-Y |
|
BRU, BTV, EVENTS |
|
|
||
|
Annimali porċini |
Annimali għaż-żamma ulterjuri(1) u maħsuba għall-iskarnar |
SUI-X, SUI-Y |
|
ADV |
|
|
||
|
Annimali kamelidi |
Annimali għaż-żamma ulterjuri(1) |
CAM-CER |
|
BTV |
|
|
||
|
Annimali ċervidi |
Annimali għaż-żamma ulterjuri(1) |
CAM-CER |
|
BTV |
|
|
||
|
Ungulati oħrajn |
Annimali għaż-żamma ulterjuri(1) |
RUM, RHINO, HIPPO |
|
BTV(2) |
|
|
||
|
GB-2 |
Annimali bovini |
Annimali għaż-żamma ulterjuri(1) u maħsuba għall-iskarnar |
BOV-X, BOV-Y |
|
BRU, TB, BTV, EBL, EVENTS |
|
|
|
|
Annimali ovini u kaprini |
Annimali għaż-żamma ulterjuri(1) u maħsuba għall-iskarnar |
OV/CAP-X, OV/CAP-X-NI (1) OV/CAP-Y |
|
BRU, BTV, EVENTS |
|
|
||
|
Annimali porċini |
Annimali għaż-żamma ulterjuri(1) u maħsuba għall-iskarnar |
SUI-X, SUI-Y |
|
ADV |
|
|
||
|
Annimali kamelidi |
Annimali għaż-żamma ulterjuri(1) |
CAM-CER |
|
BTV |
|
|
||
|
Annimali ċervidi |
Annimali għaż-żamma ulterjuri(1) |
CAM-CER |
|
BTV |
|
|
||
|
Ungulati oħrajn |
Annimali għaż-żamma ulterjuri(1) |
RUM, RHINO, HIPPO |
|
BTV(2) |
|
|
(1) OV/CAP-X-NI japplika biss għad-dħul fl-Irlanda ta’ Fuq ta’ annimali ovini u kaprini mill-Gran Brittanja sal-31 ta’ Diċembru 2024 f’konformità mal-Artikolu 14, il-punt (m), tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/403”.