|
8.1.2020 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 4/9 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Il-Każ M.9640 — BCP/CD&R Fund X/BrandSafway)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(2020/C 4/06)
1.
Fl-20 ta’ Diċembru 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 u wara referenza skont l-Artikolu 4(5) tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
BCP Acquisitions LLC (“BCP”, l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
CD&R Fund X (l-Istati Uniti tal-Amerka), |
|
— |
Brand Industrial Holdings, Inc. (“BrandSafway”, l-Istati Uniti tal-Amerka), ikkontrollata minn, |
|
— |
CDR Bullseye Holdings L.P. (“CDR Bullseye”, l-Istati Uniti tal-Amerka). |
BCP u CD&R Fund X jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ BrandSafway kollha.
Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:|
— |
għal BCP: kumpanija b’responsabbiltà limitata kkontrollata minn Brookfield Assets Management Inc., maniġer tal-assi globali, |
|
— |
għal CD&R Fund X: fond tal-fond ta’ investiment ta’ ekwità privata ta’ Clayton, Dubilier & Rice. |
|
— |
għal BrandSafway: kuntrattur kummerċjali li jipprovdi servizzi speċjalizzati lil klijenti industrijali, kummerċjali u infrastrutturali u jopera fuq tliet unitajiet tan-negozju: soluzzjonijiet ta’ scaffolding u ta’ aċċess, servizzi industrijali ta’ speċjalità, u tiswir u tisħiħ. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.9640 — BCP/CD&R Fund X/BrandSafway
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew bil-posta. Jekk jogħġbok uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Posta elettronika:COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Faks+32 22964301
|
Indirizz postali: |
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).