<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.55-20141201.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C‑47/15</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62015CC0047</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:68">EU:C:2016:68</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>18</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>18</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P>KONKLUŻJONIJIET SZPUNAR — KAWŻA C‑47/15</P><P>AFFUM</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Szpunar</HT></P><P>ippreżentati fit-<DATE ISO="20160202">2 ta’ Frar 2016</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa oriġinali: il-Franċiż.</P></NOTE></P></TI><STI><P><HT TYPE="BOLD">Kawża C‑47/15</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Sélina Affum (née Amissah)</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">vs</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Préfet du Pas-de-Calais</HT></P><P><HT TYPE="BOLD">Procureur général de la Cour d’appel de Douai</HT></P><P><HT TYPE="NORMAL">[talba għal deċiżjoni preliminari mressqa mill-Cour de cassation (Franza)]</HT></P></STI></TITLE><INDEX><KEYWORD>Spazju ta’ libertà, sigurtà u ġustizzja</KEYWORD><KEYWORD>Direttiva 2008/115/KE</KEYWORD><KEYWORD>Ritorn ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li jirrisjedi irregolarment</KEYWORD><KEYWORD>Dħul irregolari</KEYWORD><KEYWORD>Sitwazzjoni ta’ tranżitu</KEYWORD><KEYWORD>Piena ta’ priġunerija</KEYWORD><KEYWORD>Arrest preventiv</KEYWORD></INDEX><CONTENTS.CONCLUSION><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>I –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Introduzzjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1.</NO.P><TXT>Fil-kuntest ta’ dan ir-rinviju għal deċiżjoni preliminari tal-Cour de cassation, il-Qorti tal-Ġustizzja hija mitluba għal darb’oħra tiddikjara ruħha fuq il-kompatibbiltà mad-Direttiva 2008/115/KE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0002"><P>Direttiva tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20081216">16 ta’ Diċembru 2008</DATE>, dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="348" PAGE.FIRST="98" DATE.PUB="2008">ĠU L 348, p. 98</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE> ta’ dispożizzjoni tad-dritt nazzjonali li tippermetti li tiġi imposta piena ta’ priġunerija fuq ċittadin ta’ pajjiż terz, sempliċement minħabba l-irregolarità tas-sitwazzjoni tiegħu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2.</NO.P><TXT>Meta mqabbla mal-kawżi preċedenti li jirrigwardaw din il-kwistjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0003"><P>Ara s-sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>El Dridi</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑61/11 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:268">EU:C:2011:268</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>); <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Achughbabian</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑329/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:807">EU:C:2011:807</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>); u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Celaj</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑290/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:640">EU:C:2015:640</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>). Ara wkoll is-sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Sagor</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑430/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:777">EU:C:2012:777</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), li kellha, fost oħrajn, bħala suġġett piena ta’ arrest domiċiljari.</P></NOTE>, din il-kawża hija differenti minn żewġ aspetti partikolari. L-ewwel nett, hija tirrigwarda ċittadina ta’ pajjiż terz li daħlet fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat bl-għan waħdieni ta’ tranżitu u ġiet interċettata hija u ħierġa minn dan l-Istat Membru. Tqum allura l-kwistjoni dwar jekk din hijiex residenza fir-rigward tad-Direttiva 2008/115. It-tieni nett, l-Istat Membru inkwistjoni ma huwiex beħsiebu jieħu deċiżjoni ta’ ritorn skont l-Artikolu 6(1) tad-Direttiva 2008/115 iżda li jikkonsenja ċ-ċittadina kkonċernata lill-awtoritajiet ta’ Stat Membru ieħor, abbażi ta’ arranġament konkluż qabel id-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2008/115.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3.</NO.P><TXT>Din il-kawża ser tagħti lill-Qorti tal-Ġustizzja l-opportunità li tfakkar li d- Direttiva 2008/115 tapplika għaċ-ċittadini kollha ta’ pajjiż terz, f’sitwazzjoni irregolari, indipendentement mill-motiv tal-irregolarità tar-residenza tagħhom u indipendentement mill-post tal-arrest tagħhom, u li l-impożizzjoni ta’ piena ta’ priġunerija fuq ċittadin ta’ pajjiż terz hija possibbli biss f’sitwazzjonijiet speċifiċi ħafna li ma japplikawx f’dan il-każ.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="2"?><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>II –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2008/115</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4.</NO.P><TXT>Is-suġġett tad-Direttiva 2008/115 huwa deskritt, fl-Artikolu 1 tagħha, bil-mod li ġej:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0001" REF.END="QE0001"/>Din id-Direttiva tistabbilixxi standards u proċeduri komuni li għandhom jiġu applikati fl-Istati Membri biex jiġu rritornati ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment [irregolarment], skond id-drittijiet fundamentali bħala prinċipji ġenerali tal-liġi Komunitarja kif ukoll tal-liġi internazzjonali, inkluż il-protezzjoni tar-refuġjati u l-obbligi dwar id-drittijiet tal-bniedem.<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/></P></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5.</NO.P><TXT>L-Artikolu 2 tad-Direttiva 2008/115, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0002" REF.END="QE0002"/>Kamp ta’ applikazzjoni<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="002.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0003" REF.END="QE0003"/>1.</NO.PARAG><ALINEA>Din id-Direttiva tapplika għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin illegalment [irregolarment] fit-territorju ta’ Stat Membru.</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="002.002"><NO.PARAG>2.</NO.PARAG><ALINEA><P>L-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx din id-Direttiva għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi li:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>huma soġġetti għal ċaħda ta’ dħul, skond l-Artikolu 13 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen, jew li jkunu arrestati jew interċettati mill-awtoritajiet kompetenti b’konnessjoni mal-qsim irregolari bl-art, bil-baħar jew bl-ajru tal-fruntiera esterna ta’ Stat Membru u li ma jkunux sussegwentement kisbu awtorizzazzjoni jew dritt biex joqogħdu f’dak l-Istat Membru;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>huma soġġetti għal ritorn bħala sanzjoni tal-liġi kriminali jew bħala konsegwenza ta’ sanzjoni tal-liġi kriminali, skond il-liġi nazzjonali jew li huma soġġetti għal proċeduri ta’ estradizzjoni.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6.</NO.P><TXT>L-Artikolu 3 ta’ din id-direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0004" REF.END="QE0004"/>Definizzjonijiet<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/> jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0005" REF.END="QE0005"/>Għall-finijiet ta’ din id-Deċiżjoni għandhom japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:</P><P>[...]</P><P><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0006" REF.END="QE0006"/>soġġorn illegali [residenza irregolari]<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="2019" ID="QE0006"/> tfisser il-preżenza fit-territorju ta’ Stat Membru, ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li ma jissodisfax, jew m’għadux jissodisfa l-kondizzjonijiet ta’ dħul kif stabbiliti fl-Artikolu 5 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen jew kondizzjonijiet oħrajn għal dħul, soġġorn jew residenza f’dak l-Istat Membru;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0007" REF.END="QE0007"/>ritorn<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="2019" ID="QE0007"/> tfisser il-proċess tat-tluq lura ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz - kemm jekk b’konformità volontarja ma’ obbligu ta’ ritorn kif ukoll jekk infurzat - għal:</TXT><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>il-pajjiż ta’ oriġini tiegħu jew tagħha, jew</P></ITEM><ITEM><P>pajjiż ta’ transitu skond ftehim ta’ riamissjoni Komunitarja jew bilaterali jew arranġamenti oħra, jew</P></ITEM><ITEM><P>pajjiż terz ieħor, li għalih iċ-ċittadin tal-pajjiż terz ikkonċernat volontarjament jiddeċiedi li jirritorna u li fih hu jew hi ser jiġi aċċettat;</P></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><?PAGE NO="3"?><ITEM><NP><NO.P>4)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0008" REF.END="QE0008"/>deċiżjoni ta’ ritorn<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="2019" ID="QE0008"/> tfisser deċiżjoni jew att amministrattiv jew ġudizzjarju, li jgħid jew jiddikjara li s-soġġorn ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz hija illegali u li jimponi jew jiddikjara l-obbligu ta’ ritorn;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>5)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0009" REF.END="QE0009"/>tneħħija<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="2019" ID="QE0009"/> tfisser l-infurzar ta’ l-obbligu ta’ ritorn, jiġifieri t-trasport fiżiku barra mill-Istat Membru;</TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA><ALINEA>[...]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7.</NO.P><TXT>L-Artikolu 4 tal-imsemmija direttiva, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0010" REF.END="QE0010"/>Dispożizzjonijiet iktar favorevoli<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/>, jindika:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0011" REF.END="QE0011"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Din id-Direttiva għandha tkun mingħajr preġudizzju għal disposizzjonijiet aktar favorevoli ta’:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>atti ta’ ftehim bilaterali jew multilaterali bejn il-Komunità jew il-Komunità u l-Istati Membri tagħha u pajjiż terz wieħed jew aktar;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>atti ta’ ftehim bilaterali jew multilaterali bejn Stat Membru wieħed jew aktar u pajjiż terz wieħed jew aktar.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA><P>Fir-rigward ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi esklużi mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-Direttiva skond l-Artikolu 2(2)(a) l-Istati Membri għandhom:</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>jiżguraw li t-trattament tagħhom u l-livell ta’ protezzjoni ma jkunx inqas favorevoli minn dak stabbilit fl-Artikolu 8(4) u (5) (limitazzjonijiet fuq l-użu ta’ miżuri koerżivi), l-Artikolu 9(2)(a) (posponiment tat-tneħħija), l-Artikolu 14(1)(b) u (d) (kura tas-saħħa f’emerġenza u b’kont meħud tal-bżonnijiet ta’ persuni vulnerabbli) u l-Artikoli 16 u 17 (kondizzjonijiet tad-detenzjoni) u</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>jirrispettaw il-prinċipju ta’ non-refoulement.<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8.</NO.P><TXT>L-Artikoli 6 sa 8 tad-Direttiva 2008/115 jipprevedu:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><ARTICLE IDENTIFIER="006"><TI.ART><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0012" REF.END="QE0012"/><HT TYPE="ITALIC">Artikolu 6</HT></TI.ART><STI.ART>Deċiżjoni ta’ ritorn</STI.ART><PARAG IDENTIFIER="006.001"><NO.PARAG>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom joħorġu deċiżjoni ta’ ritorn għal ċittadin ta’ pajjiż terz li qed jissoġġorna illegalment [jirrisjedi irregolarment] fit-territorju tagħhom, bla ħsara għall-eċċezzjonijiet imsemmijin fil-paragrafi 2 sa 5.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="006.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri jistgħu jirrinunzjaw għad-deċiżjoni ta’ ritorn għal ċittadin ta’ pajjiż terz li qed joqgħod illegalment fit-territorju tagħhom jekk iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz konċernat jittieħed lura minn Stat Membru ieħor skond ftehim jew arranġamenti bilaterali eżistenti fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-Direttiva. F’dan il-każ l-Istat Membru li jkun ħa lura ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz konċernat għandu japplika l-paragrafu 1.</ALINEA><ALINEA>[...]</ALINEA></PARAG></ARTICLE><?PAGE NO="4"?><ARTICLE IDENTIFIER="007"><TI.ART><HT TYPE="ITALIC">Artikolu 7</HT></TI.ART><STI.ART>Tluq volontarju</STI.ART><PARAG IDENTIFIER="007.001"><NO.PARAG>1.</NO.PARAG><ALINEA>Id-deċiżjoni ta’ ritorn għandha tipprevedi perijodu adegwat għat-tluq volontarju ta’ bejn sebat ijiem u tletin jum, mingħajr preġudizzju għall-eċċezzjonijiet imsemmijin fil-paragrafi 2 u 4. [...]</ALINEA><ALINEA>[...]</ALINEA></PARAG></ARTICLE><ARTICLE IDENTIFIER="008"><TI.ART><HT TYPE="ITALIC">Artikolu 8</HT></TI.ART><STI.ART>Tneħħija</STI.ART><PARAG IDENTIFIER="008.001"><NO.PARAG>1.</NO.PARAG><ALINEA>L-Istati Membri għandhom jieħdu l-miżuri kollha meħtieġa biex jinfurzaw id-deċiżjoni ta’ ritorn jekk ma jkun ingħata l-ebda perijodu għal tluq volontarju skond l-Artikolu 7(4) jew jekk l-obbligu ta’ ritorn ma jkunx ġie rispettat f’dan il-perijodu għat-tluq volontarju mogħti skond l-Artikolu 7.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/></ALINEA></PARAG></ARTICLE></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9.</NO.P><TXT>L-Artikolu 15 tad-Direttiva 2008/115, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0013" REF.END="QE0013"/>Detenzjoni<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/>, jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><PARAG IDENTIFIER="015.001"><NO.PARAG><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0014" REF.END="QE0014"/>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Dment li ma jistgħux jiġu applikati b’mod effettiv miżuri oħrajn suffiċjenti iżda inqas koersivi fil-każ speċifiku, l-Istati Membri jistgħu biss iżommu f’detenzjoni ċittadin ta’ pajjiż terz, li hu suġġett għal proċeduri ta’ ritorn biex jitħejja r-ritorn u/jew jitwettaq il-proċess ta’ tneħħija, partikolarment meta:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>jkun hemm riskju ta’ ħarba jew</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>iċ-ċittadin ta’ pajjiż terz konċernat jevita jew ifixkel it-tħejjija tar-ritorn jew il-proċess ta’ tneħħija.</TXT></NP></ITEM></LIST><P>Kwalunkwe detenzjoni għandha tkun għal perijodu kemm jista’ jkun qasir u għandha tinżamm biss sakemm l-arranġamenti ta’ tneħħija jkunu qed isiru u jitwettqu bid-diliġenza dovuta.</P><P>[...]<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/></P></ALINEA></PARAG></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Il-KFS u l-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10.</NO.P><TXT>Il-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen, tal-<DATE ISO="19850614">14 ta’ Ġunju 1985</DATE>, bejn il-Gvernijiet tal-Istati tal-Unjoni Ekonomika tal-Benelux, tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja u tar-Repubblika Franċiża dwar l-abolizzjoni gradwali tal-kontrolli fil-fruntieri komuni tagħhom (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="239" PAGE.FIRST="19" DATE.PUB="2000">ĠU 2000, L 239, p. 19</REF.DOC.OJ>), iffirmata f’Schengen fid-<DATE ISO="19900619">19 ta’ Ġunju 1990</DATE> (iktar ’il quddiem, il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0015" REF.END="QE0015"/>KFS<QUOT.END REF.START="QS0015" CODE="201D" ID="QE0015"/>), tagħmel parti mill-acquis ta’ Schengen.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11.</NO.P><TXT>Fit-Titolu II tal-KFS, il-Kapitolu 4, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0016" REF.END="QE0016"/>Kundizzjonijiet li jirregolaw il-moviment tal-barranin<QUOT.END REF.START="QS0016" CODE="201D" ID="QE0016"/>, jistabbilixxi fl-Artikoli 19(1) u (2), 20(1) u 21(1) u (2) tiegħu, il-kundizzjonijiet li taħthom il-barranin li għandhom viża uniformi jew viża maħruġa minn waħda mill-partijiet kontraenti, il-barranin li ma humiex suġġetti għall-obbligu ta’ viża kif ukoll il-barranin li għandhom permess ta’ residenza jew awtorizzazzjoni provviżorja ta’ residenza, maħruġa minn waħda minn dawn il-partijiet, jistgħu jiċċaqilqu b’mod liberu fit-territorju tal-partijiet kontraenti. Dawn id-dispożizzjonijiet jirreferu, b’mod partikolari, għal xi wħud mill-kundizzjonijiet għad-dħul stabbiliti fl-Artikolu 5(1) tal-KFS.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12.</NO.P><TXT>Ir-Regolament (KE) Nru 562/2006<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0004"><P>Regolament tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20060315">15 ta’ Marzu 2006</DATE>, li jistabbilixxi Kodiċi Komunitarju dwar ir-regoli li jirregolaw il-moviment ta’ persuni minn naħa għal oħra tal-fruntiera (Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen) (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="105" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU L 105, p. 1</REF.DOC.OJ>), kif emendat permezz tar-Regolament (UE) Nru 265/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tal-<DATE ISO="20100325">25 ta’ Marzu 2010</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="085" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2010">ĠU L 85, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem, il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0017" REF.END="QE0017"/>Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen<QUOT.END REF.START="QS0017" CODE="201D" ID="QE0017"/>).</P></NOTE> kkonsolida u żviluppa l-<HT TYPE="ITALIC">acquis</HT> ta’ Schengen.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13.</NO.P><TXT>Skont il-premessa 27 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen, dan <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0018" REF.END="QE0018"/>jikkostitwixxi żvilupp tad-disposizzjonijiet ta’ l-<HT TYPE="ITALIC">acquis</HT> ta’ Schengen li fihom ir-Renju Unit [tal-Gran Brittanja u l-Irlanda ta’ Fuq] ma jieħux part […]. Ir-Renju Unit għaldaqstant mhux qed jieħu sehem fl-adozzjoni tiegħu u mhux marbut bih jew soġġett għall-applikazzjoni tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0018" CODE="201D" ID="QE0018"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 1 ta’ dan il-kodiċi, huwa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0019" REF.END="QE0019"/>jipprovdi għall-assenza ta’ kontrolli fuq il-fruntiera ta’ persuni li jkunu qed jaqsmu l-fruntieri interni bejn l-Istati Membri ta’ l-Unjoni Ewropea<QUOT.END REF.START="QS0019" CODE="201D" ID="QE0019"/> u <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0020" REF.END="QE0020"/>jistabbilixxi regoli li jirregolaw il-kontroll fuq il-fruntiera ta’ persuni li jkunu qed jaqsmu l-fruntieri esterni ta’ l-Istati membri ta’ l-Unjoni Ewropea<QUOT.END REF.START="QS0020" CODE="201D" ID="QE0020"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15.</NO.P><TXT>L-Artikolu 2(1) u (2) tal-istess kodiċi jinkludi d-definizzjonijiet li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0021" REF.END="QE0021"/>1)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0022" REF.END="QE0022"/>fruntieri interni<QUOT.END REF.START="QS0022" CODE="2019" ID="QE0022"/>:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>il-fruntieri ta’ l-art komuni, inklużi l-fruntieri tax-xmajjar u l-lagi, ta’ l-Istati Membri;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>l-ajruporti ta’ l-Istati Membri għal titjiriet interni;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>il-portijiet tal-baħar, tax-xmajjar u tal-lagi ta’ l-Istati Membri għal kollegamenti regolari bi traġitt;</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT><QUOT.START CODE="2018" ID="QS0023" REF.END="QE0023"/>fruntieri esterni<QUOT.END REF.START="QS0023" CODE="2019" ID="QE0023"/> tfisser il-fruntieri ta’ l-art ta’ l-Istati Membri, inklużi l-fruntieri tax-xmajjar u l-lagi, il-fruntieri marittimi u l-ajruporti, il-portijiet tax-xmajjar, tal-baħar u tal-lagi tagħhom, sakemm m’humiex fruntieri interni.<QUOT.END REF.START="QS0021" CODE="201D" ID="QE0021"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16.</NO.P><TXT>Fit-Titolu II tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen, il-Kapitolu I, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0024" REF.END="QE0024"/>Il-qsim ta’ fruntieri esterni u l-kondizzjonijiet għad-dħul<QUOT.END REF.START="QS0024" CODE="201D" ID="QE0024"/>, jipprevedi, fl-Artikoli 4 u 5 tiegħu:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><ARTICLE IDENTIFIER="004"><TI.ART><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0025" REF.END="QE0025"/><HT TYPE="ITALIC">Artikolu 4</HT></TI.ART><STI.ART>Qsim ta’ fruntieri esterni</STI.ART><PARAG IDENTIFIER="004.001"><NO.PARAG>1.</NO.PARAG><ALINEA>Il-fruntieri esterni jistgħu jinqasmu biss minn punti ta’ qsim tal-fruntiera u waqt il-ħinijiet tal-ftuħ stabbiliti. Il-ħinijiet tal-ftuħ għandhom ikunu indikati b’mod ċar fil-punti ta’ qsim tal-fruntiera li mhumiex miftuħa għal 24 siegħa kuljum.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="004.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA>Mingħajr preġudizzju għall-eċċezzjonijiet previsti fil-paragrafu 2 jew għall-obbligi tagħhom ta’ protezzjoni internazzjonali, l-Istati Membri għandhom jintroduċu penali, skond il-liġi nazzjonali tagħhom, għall-qsim mhux awtorizzat ta’ fruntieri esterni f’postijiet li mhumiex punti ta’ qsim jew f’ħinijiet li mhumiex il-ħinijiet ta’ ftuħ stabbiliti. Dawn il-penali għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi.</ALINEA></PARAG></ARTICLE><?PAGE NO="6"?><ARTICLE IDENTIFIER="005"><TI.ART><HT TYPE="ITALIC">Artikolu 5</HT></TI.ART><STI.ART>Kondizzjonijiet ta’ dħul għal ċittadini ta’ pajjiżi terzi</STI.ART><PARAG IDENTIFIER="005.001"><NO.PARAG>1.</NO.PARAG><ALINEA><P>Għal soġġorni li ma jeċċedux tliet xhur f’kull perijodu ta’ sitt xhur, il-kondizzjonijiet ta’ dħul għal ċittadini ta’ pajjiż terz għandhom ikunu dawn li ġejjin:</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>ikunu fil-pussess ta’ dokument jew dokumenti validi ta’ vjaġġar li jawtorizzawhom jaqsmu l-fruntiera;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>ikunu fil-pussess ta’ viża valida, jekk meħtieġ […], ħlief meta jkollhom permess ta’ residenza validu;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>jiġġustifikaw l-għan u l-kondizzjonijiet tas-soġġorn li jkunu bi ħsiebhom jagħmlu u jkollhom mezzi biżżejjed ta’ sussistenza, kemm għall-perijodu tas-soġġorn li jkunu bi ħsiebhom jagħmlu kif ukoll għar-ritorn lejn il-pajjiż ta’ l-oriġini tagħhom jew transitu lejn pajjiż terz fejn ikunu ċerti li ser jitħallew jidħlu, jew ikunu f’posizzjoni li jakkwistaw dawn il-mezzi legalment;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>ma jkunux persuni li għalihom ikun inħareġ allert fis-[sistema ta’ informazzjoni ta’ Schengen (SIS)] sabiex jiġi miċħud id-dħul;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>e)</NO.P><TXT>mhumiex meqjusa bħala theddida għall-politika pubblika, is-sigurtà interna, is-saħħa pubblika jew ir-relazzjonijiet internazzjonali ta’ xi Stat Membru […]</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]</P></ALINEA></PARAG><PARAG IDENTIFIER="005.004"><NO.PARAG>4.</NO.PARAG><ALINEA><P>B’deroga mill-paragrfu 1:</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>ċittadini ta’ pajjiżi terzi li ma jissodisfawx il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1 iżda li jkunu detenturi ta’ permess ta’ residenza, viża għal soġġorn fit-tul jew viża għad-dħul mill-ġdid maħruġa minn wieħed mill-Istati Membri jew, fejn meħtieġ, permess ta’ residenza jew viża għal soġġorn fit-tul u viża għad-dħul mill-ġdid, għandhom ikunu awtorizzati jidħlu fit-territorji ta’ Stati Membri oħra għall-finijiet ta’ tranżitu sabiex ikunu jistgħu jilħqu t-territorju tal-Istat Membru li jkun ħareġ il-permess ta’ residenza, viża għal soġġorn fit-tul jew viża għad-dħul mill-ġdid […];</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>ċ)</NO.P><TXT>Ċittadin(i) ta’ pajjiż terz li ma jissodisfawx xi kondizzjoni waħda jew aktar imsemmija fil-paragrafu 1 jistgħu jiġu awtorizzati minn xi Stat Membru biex jidħlu fit-territorju tiegħu għal raġunijiet umanitarji, għal raġunijiet ta’ interess nazzjonali jew minħabba obbligi internazzjonali. […]<QUOT.END REF.START="QS0025" CODE="201D" ID="QE0025"/></TXT></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></ARTICLE></QUOT.S></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17.</NO.P><TXT>Il-Kapitolu II tat-Titolu II tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0026" REF.END="QE0026"/>Il-kontroll ta’ fruntieri esterni u ċaħda tad-dħul<QUOT.END REF.START="QS0026" CODE="201D" ID="QE0026"/>, jipprevedi, fl-Artikolu 7 tiegħu, dwar il-verifiki fuq il-fruntiera fuq persuni f’punti ta’ qsim tal-fruntiera:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ARTICLE IDENTIFIER="007"><TI.ART><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0027" REF.END="QE0027"/><HT TYPE="ITALIC">Artikolu 7</HT></TI.ART><STI.ART>Verifiki fuq il-fruntiera fuq persuni f’punti ta’ qsim tal-fruntiera</STI.ART><PARAG IDENTIFIER="007.001"><NO.PARAG>1.</NO.PARAG><ALINEA>Moviment trans-konfini fi fruntieri esterni għandu jkun soġġett għal verifiki mill-gwardji tal-fruntiera. Il-verifiki għandhom jitwettqu skond dan il-kapitolu.</ALINEA><ALINEA>[…]</ALINEA></PARAG><?PAGE NO="7"?><PARAG IDENTIFIER="007.003"><NO.PARAG>3.</NO.PARAG><ALINEA><P>Mad-dħul u l-ħruġ, ċittadini ta’ pajjiżi terz għandhom ikunu soġġetti għal verifika bir-reqqa.</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>verifiki bir-reqqa mad-dħul għandhom jinkludu l-verifika tal-kondizzjonijiet li jirregolaw id-dħul stabbiliti fl-Artikolu 5(1) u, fejn hu applikabbli, ta’ dokumenti li jawtorizzaw ir-residenza u l-eżerċizzju ta’ attività professjonali. Dan għandu jinkludi eżami dettaljat ta’ l-aspetti li ġejjin:</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>verifiki bir-reqqa mal-ħruġ għandhom jinkludu:</TXT><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>i)</NO.P><TXT>il-verifika li ċ-ċittadin ta’ pajjiż terz ikun fil-pussess ta’ dokument validu sabiex jaqsam il-fruntiera;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ii)</NO.P><TXT>il-verifika tad-dokument ta’ l-ivvjaġġar għal sinjali ta’ falsifikazzjoni jew kontrafazzjoni;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>iii)</NO.P><TXT>meta possibbli, il-verifika li ċ-ċittadin ta’ pajjiż terx mhux meqjus bħala theddida għall-politika pubblika, is-sigurtà interna jew ir-relazzjonijiet internazzjonali ta’ kwalunkwe mill-Istati Membri.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>Barra mill-verifiki msemmija f’punt (b), verifiki bir-reqqa mal-ħruġ jistgħu jinkludu wkoll:</TXT><P><LIST TYPE="roman"><ITEM><NP><NO.P>i)</NO.P><TXT>il-verifika li l-persuna hija fil-pussess ta’ viża valida, jekk meħtieġ [...], ħlief meta jkollhom permess ta’ residenza validu;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>ii)</NO.P><TXT>il-verifika li l-persuna ma qabżitx it-tul massimu ta’ soġġorn awtorizzat fit-territorju ta’ l-Istati Membri;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>iii)</NO.P><TXT>konsultazzjoni ta’ allerti dwar persuni u oġġetti inklużi fl-SIS u rapporti fil-fajls nazzjonali tad-data.</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0027" CODE="201D" ID="QE0027"/></P></NP></ITEM></LIST></ALINEA></PARAG></ARTICLE></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 20 ta’ dan il-kodiċi, li jinsab fil-Kapitolu I, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0028" REF.END="QE0028"/>Tneħħija ta’ kontrolli fuq il-fruntieri fil-fruntieri interni<QUOT.END REF.START="QS0028" CODE="201D" ID="QE0028"/> tat-Titolu III tal-imsemmi kodiċi, il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0029" REF.END="QE0029"/>[f]runtieri interni jistgħu jinqasmu minn kull punt mingħajr ma jsiru verifiki fuq il-fruntiera fuq persuni, tkun xi tkun iċ-ċittadinanza tagħhom<QUOT.END REF.START="QS0029" CODE="201D" ID="QE0029"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19.</NO.P><TXT>Bis-saħħa tal-Artikolu 39(1) tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen, li jagħmel parti mit-Titolu IV, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0030" REF.END="QE0030"/>Dispożizzjonijiet finali<QUOT.END REF.START="QS0030" CODE="201D" ID="QE0030"/>, l-Artikoli 2 sa 8 tal-KFS tħassru mit-<DATE ISO="20061013">13 ta’ Ottubru 2006</DATE>. Il-kundizzjonijiet għad-dħul, b’mod partikolari, li qabel kienu jinsabu fl-Artikolu 5(1) tal-KFS, ġew b’dan il-mod issostitwiti b’dawk stabbiliti fl-Artikolu 5 ta’ dan il-kodiċi.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><?PAGE NO="8"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-leġiżlazzjoni Franċiża</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Il-Kodiċi dwar id-dħul u r-residenza tal persuni barranin u d-dritt għall-ażil</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20.</NO.P><TXT>L-Artikolu L. 621-2 tal-Kodiċi dwar id-dħul u r-residenza tal persuni barranin u d-dritt għall-ażil, kif emendat permezz tal-Liġi Nru 2012-1560, tal-<DATE ISO="20121231">31 ta’ Diċembru 2012</DATE>, dwar id-detenzjoni sabiex issir il-verifika tad-dritt ta’ residenza u li temenda r-reat ta’ għajnuna għar-residenza irregolari sabiex teskludi minnu l-azzjonijiet umanitarji u diżinteressati (JORF tal-<DATE ISO="20130101">1 ta’ Jannar 2013</DATE>, p. 48, iktar ’il quddiem, iċ-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0031" REF.END="QE0031"/>Ceseda<QUOT.END REF.START="QS0031" CODE="201D" ID="QE0031"/>), jipprevedi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0032" REF.END="QE0032"/>Hija punibbli b’piena ta’ priġunerija ta’ sena u b’multa ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">3750</FT> il-persuna barranija li ma tkunx ċittadina ta’ Stat Membru tal-Unjoni Ewropea:</P><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P>1°</NO.P><TXT>Jekk tkun daħlet fit-territorju metropolitan mingħajr ma tkun issodisfat il-kundizzjonijiet imsemmija fil-punti a, b jew ċ tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 5 tal-[Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen] u mingħajr ma tkun ġiet ammessa fit-territorju skont il-punti a u ċ tal-paragrafu 4 tal-Artikolu 5 ta’ dan l-istess [kodiċi]; l-istess jgħodd meta l-persuna barranija tkun is-suġġett ta’ allert għall-finijiet ta’ nuqqas ta’ ammissjoni b’applikazzjoni ta’ deċiżjoni eżekuttiva meħuda minn Stat ieħor li huwa parti mill-[KFS];</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2°</NO.P><TXT>Jew jekk, bi provenjenza diretta mit-territorju ta’ Stat li huwa parti mill-[KFS], hija tkun daħlet fit-territorju metropolitan mingħajr ma tkun ikkonformat ruħha mar-rekwiżiti tal-Artikoli 19(1) jew (2), 20(1), u 21(1) jew (2) tagħha, bl-eċċezzjoni tal-kundizzjonijiet imsemmija fil-punt e tal-paragrafu 1 tal-Artikolu 5 tal-[Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen] u fil-punt d meta l-allert għall-finijiet ta’ nuqqas ta’ ammissjoni ma jirriżultax minn deċiżjoni eżekuttiva meħuda minn Stat ieħor li huwa parti mill-[KFS];</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]</P><P>Għall-applikazzjoni ta’ dan l-artikolu, il-proċeduri kriminali jistgħu jinbdew biss meta l-fatti jkunu ġew ikkonstatati fiċ-ċirkustanzi previsti fl-Artikolu 53 tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali.<QUOT.END REF.START="QS0032" CODE="201D" ID="QE0032"/></P></ALINEA></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Il-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21.</NO.P><TXT>Il-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali, fil-verżjoni tiegħu fis-seħħ fid-data tal-fatti fil-kawża prinċipali, jipprevedi, fl-Artikolu 53 tiegħu:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0033" REF.END="QE0033"/>Huwa kklassifikat bħal delitt jew reat <HT TYPE="ITALIC">in flagrante delicto</HT> meta persuna tinqabad twettqu, jew meta jkun għadu kemm twettaq. Ikun hemm ukoll delitt jew reat <HT TYPE="ITALIC">in flagrante delicto</HT> meta, f’ħin viċin ħafna għall-azzjoni, il-persuna ssuspettata tkun segwita minn protesta qawwija mill-pubbliku, jew tinsab fil-pussess ta’ oġġetti, jew turi traċċi jew indikazzjonijiet, li jagħtu x’tifhem li hija pparteċipat fid-delitt jew fir-reat.</ALINEA><ALINEA>Wara l-konstatazzjoni ta’ delitt jew reat <HT TYPE="ITALIC">in flagrante delicto</HT>, l-investigazzjoni mmexxija taħt il-kontroll tal-prosekutur tar-Repubblika fil-kundizzjonijiet previsti f’dan il-kapitolu tista’ titwettaq b’mod kontinwu matul perijodu ta’ tmien tijiem.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0033" CODE="201D" ID="QE0033"/></ALINEA></QUOT.S></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22.</NO.P><TXT>L-Artikolu 62-2 tal-Kodiċi tal-Proċedura Kriminali jipprevedi:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0034" REF.END="QE0034"/>L-arrest preventiv huwa miżura restrittiva deċiża minn uffiċjal tal-pulizija, taħt il-kontroll ta’ awtorità ġudizzjarja, li permezz tagħha persuna li fir-rigward tagħha jkun hemm raġuni jew raġunijiet plawżibbli li jiġi ssuspettat li hija wettqet jew ippruvat twettaq delitt jew reat punibbli b’piena ta’ priġunerija tinżamm għad-dispożizzjoni tal-investigaturi.</ALINEA><ALINEA>[…]<QUOT.END REF.START="QS0034" CODE="201D" ID="QE0034"/></ALINEA></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>III –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-fatti fil-kawża prinċipali, il-proċedura quddiem il-Qorti tal-Ġustizzja u d-domandi preliminari</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23.</NO.P><TXT>Fit-<DATE ISO="20130322">22 ta’ Marzu 2013</DATE>, S. Affum, ta’ nazzjonalità tal-Ghana, kienet is-suġġett ta’ kontroll minn aġenti tal-pulizija Franċiża f’Coquelles (France), punt ta’ dħul fiċ-Channel Tunnel, meta kienet f’autobus li ġej minn Gand (il-Belġju) u b’destinazzjoni għal Londra (ir-Renju Unit).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24.</NO.P><TXT>Wara li ppreżentat passaport Belġjan li jinkludi r-ritratt u l-isem ta’ terz, u fin-nuqqas ta’ kwalunkwe dokument ta’ identità jew ta’ vvjaġġar ieħor f’isimha, hija tqiegħdet taħt arrest preventiv minħabba dħul irregolari fit-territorju Franċiż, abbażi tal-Artikolu L. 621-2, 2°, taċ-Ceseda.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25.</NO.P><TXT>L-għada, il-Prosekutur tar-Repubblika tat-Tribunal de grande instance de Boulogne-sur-Mer iddeċieda li jagħlaq mingħajr azzjoni ulterjuri l-proċeduri kriminali mibdija kontra S. Affum. Għaldaqstant, il-miżura ta’ arrest preventiv kontriha ntemmet fl-istess jum.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26.</NO.P><TXT>Madankollu, b’mod parallel mal-proċeduri kriminali mibdija kontra S. Affum, il-prefett ta’ Pas-de-Calais ġie adit bis-sitwazzjoni amministrattiva ta’ S. Affum sabiex tittieħed deċiżjoni dwar l-eventwali tneħħija tagħha mit-territorju Franċiż.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27.</NO.P><TXT>B’deċiżjoni tat-<DATE ISO="20130323">23 ta’ Marzu 2013</DATE>, huwa ddeċieda li S. Affum tiġi kkonsenjata lill-awtoritajiet Belġjani, sabiex terġa’ tiġi ammessa mill-ġdid, abbażi tal-arranġament bejn il-Gvern tar-Repubblika Franċiża, minn naħa, u l-Gvernijiet tar-Renju tal-Belġju, tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu u tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, min-naħa l-oħra, rigward it-teħid ta’ responsabbiltà għal persuni fil-fruntieri komuni bejn Franza u t-territorju tal-Istati tal-Benelux, iffirmat f’Pariġi fis-<DATE ISO="19640416">16 ta’ April 1964</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28.</NO.P><TXT>B’din l-istess deċiżjoni, il-prefett ta’ Pas-de-Calais ordna t-tqegħid ta’ S. Affum taħt detenzjoni amministrattiva f’bini li ma huwiex parti mill-amministrazzjoni penitenzjali għal perijodu ta’ ħamest ijiem li jibda jgħodd mit-tmiem tal-arrest preventiv tagħha, sat-tneħħija tagħha. B’eżekuzzjoni ta’ din id-deċiżjoni, S. Affum għaldaqstant tqiegħdet f’detenzjoni amministrattiva fit-<DATE ISO="20130323">23 ta’ Marzu 2013</DATE> għal perijodu ta’ ħamest ijiem bl-għan tal-konsenja tagħha lill-awtoritajiet Belġjani.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29.</NO.P><TXT>Fis-<DATE ISO="20130327">27 ta’ Marzu 2013</DATE>, il-prefett ta’ Pas-de-Calais talab quddiem il-juge des libertés et de la détention [imħallef għal-libertà u għad-detenzjoni] tat-Tribunal de grande instance de Lille l-estensjoni ta’ din id-detenzjoni, sakemm tingħata r-risposta mill-awtoritajiet Belġjani fuq it-talba tagħha għal ammissjoni mill-ġdid.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30.</NO.P><TXT>Fid-difiża tagħha, S. Affum sostniet, billi invokat b’mod partikolari s-sentenza Achughbabian<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0005"><P><REF.DOC.ECR><NO.CASE>C‑329/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:807">EU:C:2011:807</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>, li r-rikors tal-prefett ta’ Pas-de-Calais kellu jiġi miċħud ladarba t-tqegħid tagħha taħt arrest preventiv kien irregolari, u tali irregolarità tivvizzja, skont id-dritt nazzjonali, il-proċedura kollha u hija ssanzjonata bir-rifjut tal-estensjoni tad-detenzjoni u t-tqegħid fil-libertà tal-persuna kkonċernata.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="10"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31.</NO.P><TXT>B’digriet tat-<DATE ISO="20130328">28 ta’ Marzu 2013</DATE>, il-juge des libertés et de la détention du tribunal de grande instance de Lille madankollu qies li l-miżura ta’ arrest preventiv adottata kontra S. Affum kienet regolari u li t-tqegħid tagħha f’detenzjoni amministrattiva kien għaldaqstant seħħ wara proċedura regolari. Għaldaqstant huwa laqa’ r-rikors tal-prefett ta’ Pas-de-Calais u ordna l-estensjoni taż-żamma ta’ S. Affum f’detenzjoni amministrattiva għal perijodu massimu ta’ 20 jum li jibda jgħodd mill-istess jum.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32.</NO.P><TXT>Fuq appell minn S. Affum, l-Ewwel President tal-qorti tal-appell ta’ Douai, b’digriet tad-<DATE ISO="20130329">29 ta’ Marzu 2013</DATE>, ikkonferma d-digriet tal-juge des libertés et de la détention du tribunal de grande instance de Lille.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33.</NO.P><TXT>Fuq appell ta’ kassazzjoni minn S. Affum kontra d-digriet imsemmi l-aħħar, il-Cour de cassation iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domandi preliminari li ġejjin:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><LIST TYPE="OTHER"><ITEM><NP><NO.P><QUOT.START CODE="201C" ID="QS0035" REF.END="QE0035"/>1)</NO.P><TXT>L-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2008/115/KE għandu jiġi interpretat fis-sens li ċittadin ta’ Stat terz ikun f’residenza illegali [irregolari] fuq it-territorju ta’ Stat Membru u jaqa’, minħabba f’hekk, taħt il-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva, skont l-Artikolu 2(1) tagħha, meta dan il-barrani jkun jinsab f’sitwazzjoni ta’ sempliċi transitu, bħala passiġġier ta’ autobus li jiċċirkula fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru, bi provenjenza minn Stat Membru ieħor, li jagħmel parti miż-żona Schengen, u b’destinazzjoni fi Stat Membru differenti?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>2)</NO.P><TXT>L-Artikolu 6(3) ta’ din id-direttiva għandu jiġi interpretat fis-sens li din tal-aħħar ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li trażżan id-dħul irregolari ta’ ċittadin ta’ Stat terz permezz ta’ piena ta’ priġunerija, meta l-barrani inkwistjoni jkun jista’ jittieħed lura minn Stat Membru ieħor, skont ftehim jew arranġament konkluż ma’ dan tal-aħħar qabel id-dħul fis-seħħ [tal-imsemmija d]irettiva?</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>3)</NO.P><TXT>Skont ir-risposta li ser tingħata għad-domanda preċedenti, din id-direttiva għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li trażżan id-dħul irregolari ta’ ċittadin ta’ Stat terz b’piena ta’ priġunerija, skont l-istess kundizzjonijiet bħal dawk stabbiliti mill-Qorti tal-Ġustizzja [...] fis-sentenza [<REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Achughbabian</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑329/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:807">EU:C:2011:807</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>)], dwar residenza illegali, fir-rigward tan-nuqqas li l-persuna kkonċernata tiġi suġġetta minn qabel għall-miżuri ta’ impożizzjoni msemmija fl-Artikolu 8 [tal-imsemmija d]irettiva u dwar it-tul tad-detenzjoni tagħha.<QUOT.END REF.START="QS0035" CODE="201D" ID="QE0035"/></TXT></NP></ITEM></LIST></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34.</NO.P><TXT>S. Affum, l-istess bħall-Gvern Franċiż, dak Ċek, dak Grieg, dak Ungeriż u dak Svizzeru kif ukoll il-Kummissjoni Ewropea ppreżentaw l-osservazzjonijiet tagħhom. Waqt is-seduta tal-<DATE ISO="20151110">10 ta’ Novembru 2015</DATE>, instemgħu S. Affum, il-Gvern Franċiż u dak Grieg, kif ukoll il-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>IV –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Analiżi</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35.</NO.P><TXT>Bit-tliet domandi tagħha, li għandhom jiġu ttrattati flimkien, il-qorti tar-rinviju tistaqsi, essenzjalment, jekk id-Direttiva 2008/115 tipprekludix leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li trażżan id-dħul irregolari ta’ ċittadina ta’ pajjiż terz permezz ta’ piena ta’ priġunerija meta din il-persuna tkun ġiet interċettata waqt il-ħruġ tagħha miż-żona Schengen<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0006"><P>Minkejja li l-kliem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0036" REF.END="QE0036"/>żona Schengen<QUOT.END REF.START="QS0036" CODE="201D" ID="QE0036"/> ma jintużax mill-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen, huwa sar kurrenti sabiex jiġu ddefiniti l-Istati Membri li huma parti minn dan il-kodiċi. F’dan il-kuntest, nosserva li l-Qorti tal-Ġustizzja nnifisha tuża dan il-kliem. Ara, pereżempju, is-sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>ANAFE</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑606/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:348">EU:C:2012:348</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>, diversi punti u d-dispożittiv); <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Air Baltic Corporation</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑575/12</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:2155">EU:C:2014:2155</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0067">67</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), kif ukoll <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>T.</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑373/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:413">EU:C:2015:413</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0052">52</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> fi fruntiera esterna ta’ dan l-Istat Membru, f’sitwazzjoni ta’ tranżitu bi provenjenza minn Stat Membru ieħor u tkun tista’ tittieħed lura minn dan l-Istat Membru ieħor b’applikazzjoni ta’ arranġament konkluż ma’ dan tal-aħħar qabel id-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2008/115.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="11"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36.</NO.P><TXT>Sabiex tingħata risposta utli għad-domandi magħmula, għandha, qabel kollox, tiġi esposta fil-qosor is-sistema stabbilita permezz tad-Direttiva 2008/115, minn naħa, u mill-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen, min-naħa l-oħra, filwaqt li tiġi analizzata l-linja ta’ demarkazzjoni bejn dawn iż-żewġ strumenti, u mbagħad għandha titfakkar fil-qosor il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja rigward il-privazzjoni tal-libertà ta’ persuna f’sitwazzjonijiet oħra għajr dawk previsti mid-Direttiva 2008/115 u, fl-aħħar nett, għandha tiġi analizzata l-leġiżlazzjoni nazzjonali inkwistjoni.</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>A –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-Direttiva 2008/115 u l-kamp ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ applikazzjoni tagħha</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37.</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2008/115 għandha bħala suġġett, kif jgħid l-Artikolu 1 tagħha, li tistabbilixxi l-istandards u l-proċeduri komuni li għandhom jiġu applikati fl-Istati Membri biex jiġu rritornati ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jirrisjedu irregolarment, skont id-drittijiet fundamentali u skont id-dritt internazzjonali. Mill-premessa 4 tagħha jirriżulta li din id-direttiva hija intiża sabiex tistabbilixxi regoli ċari, trasparenti u ġusti sabiex tiġi ddefinita politika ta’ ritorn effettiva, li tikkostitwixxi element indispensabbli ta’ politika ta’ migrazzjoni mmexxija b’mod tajjeb. Id-Direttiva 2008/115 ġiet adottata abbażi tal-ex Artikolu 63, l-ewwel paragrafu, punt (3)(b), KE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0007"><P>Dan l-artikolu sar l-Artikolu 79(2)(c) TFUE, wara d-dħul fis-seħħ tat-Trattat ta’ Lisbona.</P></NOTE>, skont il-proċedura ta’ kodeċiżjoni taħt l-Artikolu 251 KE<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0008"><P>Din il-proċedura kienet saret applikabbli wara l-adozzjoni tad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2004/927/KE, tat-<DATE ISO="20041222">22 ta’ Diċembru 2004</DATE>, li tipprovdi sabiex ċerti oqsma koperti mit-Titolu IV tal-Parti Tlieta tat-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea li għandhom jiġu rregolati mill-proċedura stabbilita fl-Artikolu 251 ta’ dak it-Trattat (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="153M" PAGE.FIRST="485" DATE.PUB="2004">ĠU L 153M, p. 485</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>. Fil-fatt dan huwa l-ewwel strument ġuridiku fil-qasam tal-immigrazzjoni adottat skont din il-proċedura<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0009"><P>Ara Baldaccini, A., <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0037" REF.END="QE0037"/>The return and removal of irregular migrants under EU law: an analysis of the Return Directive<QUOT.END REF.START="QS0037" CODE="201D" ID="QE0037"/>, <HT TYPE="ITALIC">European Journal of Migration and Law</HT>, 2001, p. 1 sa 17, u b’mod partikolari p. 1.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38.</NO.P><TXT>Il-kamp ta’ applikazzjoni <HT TYPE="ITALIC">ratione personae</HT> tad-Direttiva 2008/115, kif iddefinit fl-Artikolu 2 tagħha, huwa wiesa’ ħafna. Skont il-paragrafu 1 ta’ din id-dispożizzjoni, id-Direttiva 2008/115 tapplika għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jirrisjedu irregolarment fit-territorju ta’ Stat Membru. Tikkostitwixxi tali residenza irregolari l-preżenza fit-territorju ta’ Stat Membru ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li ma jissodisfax kundizzjoni waħda jew iktar għad-dħul imsemmija fl-Artikolu 5 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen, jew kundizzjonijiet oħra għad-dħul, għas-soġġorn jew għar-residenza f’dan l-Istat Membru<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0010"><P>Ara l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2008/115.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39.</NO.P><TXT>F’dak li jirrigwarda biss ir-residenza irregolari, l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2008/115 ma jagħmilx distinzjoni bejn id-dħul irregolari u r-residenza irregolari.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2(2) tad-Direttiva 2008/115, l-Istati Membri jistgħu jiddeċiedu li ma japplikawx din id-direttiva għal ċerti sitwazzjonijiet ristretti sew. Fil-fatt, skont l-Artikolu 2(2)(a) ta’ din id-direttiva, Stat Membru jista’ jiddeċiedi li ma japplikax id-Direttiva 2008/115 għaċ-ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu s-suġġett ta’ deċiżjoni ta’ ċaħda ta’ dħul skont l-Artikolu 13 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen jew li jkunu arrestati jew interċettati mill-awtoritajiet kompetenti mal-qsim irregolari tal-fruntiera esterna ta’ Stat Membru u li ma jkunux kisbu sussegwentement l-awtorizzazzjoni jew id-dritt għal residenza fl-imsemmi Stat Membru.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41.</NO.P><TXT>Interċettazzjoni għandha sseħħ, skont il-kliem tad-dispożizzjoni ċċitata hawn fuq, b’konnessjoni mal-qsim irregolari tal-fruntiera esterna, u dan fil-fehma tiegħi jimplika rabta mill-qrib fiż-żmien u fl-ispazju mal-qsim tal-fruntiera.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42.</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2008/115 ma tinkludix hija nnifisha definizzjoni tal-kliem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0038" REF.END="QE0038"/>fruntiera interna<QUOT.END REF.START="QS0038" CODE="201D" ID="QE0038"/> jew <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0039" REF.END="QE0039"/>fruntiera esterna<QUOT.END REF.START="QS0039" CODE="201D" ID="QE0039"/>. Sa fejn, madankollu, il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen huwa msemmi fiha diversi drabi, jidhirli li huwa ċar li d-definizzjoni mogħtija minn dan il-kodiċi hija applikabbli. Mill-Artikolu 2(1)(a) u (2) tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen jirriżulta li jikkostitwixxu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0040" REF.END="QE0040"/>fruntieri<?PAGE NO="12"?> interni<QUOT.END REF.START="QS0040" CODE="201D" ID="QE0040"/> l-fruntieri tal-art<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0011"><P>Inklużi l-fruntieri tax-xmajjar u l-lagi.</P></NOTE> komuni tal-Istati Membri u li jikkostitwixxu <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0041" REF.END="QE0041"/>fruntieri esterni<QUOT.END REF.START="QS0041" CODE="201D" ID="QE0041"/> l-fruntieri tal-art<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0012"><P>Inklużi l-fruntieri tax-xmajjar u l-lagi.</P></NOTE> u l-fruntieri marittimi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0013"><P>Kif ukoll l-ajruporti, il-portijiet tax-xmajjar, tal-baħar u tal-lagi tagħhom.</P></NOTE> tal-Istati Membri, sakemm ma jkunux fruntieri interni. Ovvjament, il-kliem <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0042" REF.END="QE0042"/>Stati Membri<QUOT.END REF.START="QS0042" CODE="201D" ID="QE0042"/> jinkludi biss l-Istati Membri tal-Unjoni li huma parti mill-acquis ta’ Schengen kif ukoll l-Istati terzi li huma parti minnu<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0014"><P>Ara l-premessi 21 sa 28 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43.</NO.P><TXT>Id-Direttiva 2008/115 tapplika biss għall-Istati li jagħmlu parti miż-żona Schengen. Skont l-Artikolu 21 tad-Direttiva 2008/115, din tissostitwixxi d-dispożizzjonijiet tal-Artikoli 23 u 24 tal-KFS. F’dak li jirrigwarda b’mod iktar speċifiku r-Renju Unit, il-premessa 26 tad-Direttiva 2008/115 tispeċifika li huwa <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0043" REF.END="QE0043"/>mhux jieħu sehem fl-adozzjoni ta’ din id-Deċiżjoni, u mhux marbut biha jew suġġett għall-applikazzjoni tagħha<QUOT.END REF.START="QS0043" CODE="201D" ID="QE0043"/>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>B –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-Kodiċi tal-Fruntieri ta</HT><HT TYPE="ITALIC">’ Schengen</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44.</NO.P><TXT>Il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen jistabbilixxi regoli għall-qsim tal-fruntieri mill-persuni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45.</NO.P><TXT>Il-kundizzjonijiet għall-qsim ta’ fruntieri esterni u l-kontrolli intiżi sabiex tiġi vverifikata l-osservanza tagħhom huma ddefiniti fit-Titolu II tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0015"><P>L-Artikoli 4 sa 19a tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen. Dan it-titolu huwa maqsum f’ħames kapitoli, jiġifieri: il-qsim ta’ fruntieri esterni u l-kondizzjonijiet għad-dħul (Kapitolu I), il-kontroll ta’ fruntieri esterni u ċaħda tad-dħul (Kapitolu II), persunal u riżorsi għall-kontrolli fuq il-fruntiera u l-kooperazzjoni bejn l-Istati Membri (Kapitolu III), regoli speċifiċi għall-verifiki fuq il-fruntiera (Kapitolu IV) u miżuri speċifiċi fil-każ ta’ nuqqasijiet serji relatati mal-kontrolli fil-fruntieri esterni (Kapitolu IVa).</P></NOTE>. Dawn il-kontrolli jinkludu, minn naħa, il-verifiki fil‑punti ta’ qsim tal-fruntiera indikati mill-Istati Membri u, min-naħa l-oħra, is-sorveljanza bejn dawn il-punti ta’ qsim.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, id-Direttiva 2008/115 tapplika meta persuna tkun daħlet illegalment fiż-żona Schengen u ma jkollhiex id-dritt li tirrisjedi hemmhekk.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47.</NO.P><TXT>Il-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen issa<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0016"><P>Għandu jiġi indikat li, xi xhur wara l-fatti tat-tilwima fil-kawża prinċipali, l-Artikolu 12(1) tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen ġie emendat eżattament biex tiġi ċċarata r-rabta mad-Direttiva 2008/115. Ara l-Artikolu 1(11) tar-Regolament (UE) Nru 610/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20130626">26 ta’ Ġunju 2013</DATE>, li jemenda r-Regolament Nru 562/2006, il-Konvenzjoni li timplimenta l-Ftehim ta’ Schengen, ir-Regolamenti tal-Kunsill (KE) Nru 1683/95 u Nru 539/2001, u r-Regolamenti (KE) Nru 767/2008 u Nru 810/2009 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="182" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2013">ĠU L 182, p. 1</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE> jagħmel rabta b’mod espliċitu bejn l-imsemmi kodiċi u d-Direttiva 2008/115. Fil-fatt, skont it-tieni sentenza tal-Artikolu 12(1) ta’ dan il-kodiċi, persuna li tkun qasmet illegalment fruntiera u li ma għandhiex id-dritt li tirrisjedi fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat għandha tiġi arrestata u tkun suġġetta għal proċeduri li josservaw id-Direttiva 2008/115.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>C –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Il-privazzjoni tal-libertà fid-dawl tad-Direttiva 2008/115</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48.</NO.P><TXT>Skont il-Kapitolu IV tad-Direttiva 2008/115, intitolat <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0044" REF.END="QE0044"/>Detenzjoni għall-għan ta’ tneħħija<QUOT.END REF.START="QS0044" CODE="201D" ID="QE0044"/>, id-detenzjoni tista’ tintuża biss fl-aħħar istanza, u biss sa fejn dan ikun strettament neċessarju u sakemm issir it-tneħħija<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0017"><P>Artikoli 15 sa 18 tad-Direttiva 2008/115.</P></NOTE>. Ir-raġuni wara dawn id-dispożizzjonijiet dwar id-detenzjoni hija li huma biss il-proċeduri ta’ ritorn u ta’ tneħħija li jiġġustifikaw privazzjoni tal-libertà u li jekk dawn il-proċeduri ma jsirux bid-diliġenza meħtieġa, id-detenzjoni ma tibqax iġġustifikata taħt dawn id-dispożizzjonijiet<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0018"><P>Ara, għal iktar dettalji, il-punti 46 sa 55 tat-teħid ta’ pożizzjoni tiegħi fil-Kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Mahdi</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑146/14 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:1936">EU:C:2014:1936</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.<?PAGE NO="13"?> Id-detenzjoni għal raġunijiet ta’ tneħħija la għandha natura punittiva u lanqas kriminali u ma tikkostitwixxix piena ta’ priġunerija<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0019"><P>Ara l-punt 47 tat-teħid ta’ pożizzjoni tiegħi fil-Kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Mahdi</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑146/14 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:1936">EU:C:2014:1936</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>). Ara, ukoll, il-punt 35 tat-teħid ta’ pożizzjoni tal-Avukat Ġenerali Mazák fil-Kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>El Dridi</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑61/11 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:205">EU:C:2011:205</NO.ECLI>); punt <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> tat-teħid ta’ pożizzjoni tal-Avukat Ġenerali Wathelet fil-Kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>G. u R.</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑383/13 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:553">EU:C:2013:553</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>), kif ukoll il-punt 91 tal-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali Bot fil-Kawżi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Bero u Bouzalmate</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑473/13 u C 514/13</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:295">EU:C:2014:295</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Barra minn hekk, l-Artikolu 15(1) tad-Direttiva 2008/115 għandu jingħata interpretazzjoni stretta għaliex id-detenzjoni forzata tikkostitwixxi, bħala privazzjoni tal-libertà, eċċezzjoni għad-dritt fundamentali tal-libertà individwali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0020"><P>Ara l-punt 47 tal-opinjoni tiegħi fil-Kawża <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Mahdi</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑146/14 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:1936">EU:C:2014:1936</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>). Fir-rigward tal-Artikolu 5(1)(f) tal-Konvenzjoni Ewropea għall-Protezzjoni tad-Drittijiet tal-Bniedem u tal-Libertajiet Fundamentali, iffirmata f’Ruma fl-<DATE ISO="19501104">4 ta’ Novembru 1950</DATE> (iktar ’il quddiem, il-<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0045" REF.END="QE0045"/>KEDB<QUOT.END REF.START="QS0045" CODE="201D" ID="QE0045"/>), il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem iddikjarat ruħha fl-istess sens (ara, b’mod partikolari, il-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem Quinn vs Franza, <DATE ISO="19950322">22 ta’ Marzu 1995</DATE>, serje A, Nru 311, § 42, u l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem Kaya vs Ir‑Rumanija Nru 33970/05, § <DATE ISO="20061016">16</DATE>, <DATE ISO="20061012">12 ta’ Ottubru 2006</DATE>).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49.</NO.P><TXT>Fir-rigward tad-detenzjoni jew tal-priġunerija barra mis-sitwazzjonijiet previsti mid-Direttiva 2008/115, din ma tinkludi l-ebda dispożizzjoni rigward il-possibbiltà għall-Istati Membri li jużaw id-detenzjoni jew il-priġunerija bħala sanzjoni kriminali fir-rigward ta’ residenza irregolari. Ir-raġuni għal dan hija, fil-fehma tiegħi, evidenti: ma hemmx lok għal tali sanzjoni jekk l-għan tad-Direttiva 2008/115 huwa li tipprovdi r-ritorn malajr taċ-ċittadini ta’ Stati terzi li jkunu qed jirrisjedu irregolarment. Kull miżura ta’ detenzjoni jew piena ta’ priġunerija li ma tiġix imposta fil-kuntest ta’ proċedura ta’ ritorn iddewwem, fl-aħħar mill-aħħar, din il-proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50.</NO.P><TXT>Fil-kawża li tat lok għas-sentenza El Dridi<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0021"><P><REF.DOC.ECR><NO.CASE>C‑61/11 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:268">EU:C:2011:268</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>, il-Qorti tal-Ġustizzja ntalbet tevalwa jekk id-Direttiva 2008/115 kinitx tipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru, bħal-leġiżlazzjoni Taljana inkwistjoni fil-proċedura fil-kawża prinċipali, li tipprevedi l-impożizzjoni ta’ piena ta’ priġunerija fuq ċittadin ta’ Stat terz li jirrisjedi irregolarment għas-sempliċi raġuni li huwa baqa’, mingħajr raġuni valida, fit-territorju Taljan, u dan bi ksur ta’ ordni ta’ tluq minn dak it-territorju f’terminu speċifiku. Il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat li d-Direttiva 2008/115, b’mod partikolari l-Artikoli 15 u 16 tagħha, kienu jipprekludu, fil-fatt, tali leġiżlazzjoni<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0022"><P>Sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>El Dridi</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑61/11 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:268">EU:C:2011:268</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0062">62</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u d-dispożittiv).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51.</NO.P><TXT>Fil-kawża li tat lok għas-sentenza Achughbabian<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0023"><P><REF.DOC.ECR><NO.CASE>C‑329/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:807">EU:C:2011:807</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>, il-Qorti tal-Ġustizzja ntalbet mill-ġdid tiddetermina jekk id-Direttiva 2008/115 kinitx tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali, bħal-leġiżlazzjoni Franċiża inkwistjoni fil-proċedura fil-kawża prinċipali<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0024"><P>L-ex Artikolu 621-1 taċ-Ceseda.</P></NOTE>, li kienet tipprevedi l-impożizzjoni ta’ piena ta’ priġunerija fuq ċittadin ta’ Stat terz sempliċement minħabba l-irregolarità tad-dħul tiegħu jew tar-residenza tiegħu fit-territorju Franċiż. Il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat mill-ġdid li d-Direttiva 2008/115 kienet tipprekludi tali leġiżlazzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0046" REF.END="QE0046"/>sa fejn din tippermetti l-priġunerija ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li, filwaqt li jkun irrisjeda illegalment [irregolarment] fit-territorju tal-imsemmi Stat Membru u ma jkunx lest jitlaq volontarjament minn dan it-territorju, ma jkunx ġie suġġett għal miżuri restrittivi fis-sens tal-Artikolu 8 ta’ din id-direttiva u, fil-każ ta’ detenzjoni bil-ħsieb li tiġi ppreparata u mwettqa t-tneħħija tiegħu, ma jkunx laħaq l-iskadenza tat-tul massimu ta’ tali detenzjoni<QUOT.END REF.START="QS0046" CODE="201D" ID="QE0046"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0025"><P>Sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Achughbabian</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑329/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:807">EU:C:2011:807</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0050">50</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ewwel inċiż tad-dispożittiv).</P></NOTE>. Fil-kawża prinċipali, is-sitwazzjoni ta’ A. Achughbabian kienet taqa’ taħt tali każ.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52.</NO.P><TXT>Skont ir-raġunament segwit mill-Qorti tal-Ġustizzja f’dawn iż-żewġ kawżi, il-priġunerija kellha mnejn tikkomprometti l-kisba tal-għan infittex mid-Direttiva 2008/115 u setgħet tipprekludi l-applikazzjoni tal-miżuri previsti fl-Artikolu 8(1) ta’ din id-direttiva u ddewwem l-eżekuzzjoni tad-deċiżjoni ta’ ritorn<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0026"><P>Ara s-sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>El Dridi</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑61/11 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:268">EU:C:2011:268</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>) u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Achughbabian</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑329/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:807">EU:C:2011:807</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Għal analiżi tal-konsegwenzi ta’ dawn iż-żewġ kawżi għal leġiżlatur nazzjonali fil-qasam kriminali, ara Mitsilegas, V., The Criminalisation of Migration in Europe, Springer, 2015, p. 57 sa 76.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="14"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53.</NO.P><TXT>Madankollu, fis-sentenza Achughbabian<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0027"><P><REF.DOC.ECR><NO.CASE>C‑329/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:807">EU:C:2011:807</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>, il-Qorti tal-Ġustizzja żiedet li d-Direttiva 2008/115 ma kinitx tipprekludi leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprevedi sanzjonijiet kriminali għal residenza irregolari <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0047" REF.END="QE0047"/>sa fejn tippermetti l-priġunerija ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li fir-rigward tiegħu ġiet applikata l-proċedura ta’ ritorn stabbilita [mid-D]irettiva [2008/115] u li jirrisjedi illegalment fl-imsemmi territorju mingħajr raġuni ġġustifikata għan-nuqqas ta’ ritorn tiegħu<QUOT.END REF.START="QS0047" CODE="201D" ID="QE0047"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0028"><P>Punti 48 u 50 kif ukoll it-tieni inċiż tad-dispożittiv. Fil-fehma tiegħi, minkejja li dan it-test jagħmel ukoll parti mid-dispożittiv tas-sentenza, huwa għandu biċ-ċar in-natura ta’ <HT TYPE="ITALIC">obiter dictum</HT>, peress li ma huwa bl-ebda mod marbut mal-fatti tal-kawża inkwistjoni u jirreferi għal sitwazzjoni ipotetika.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54.</NO.P><TXT>Sussegwentement, fis-sentenza Sagor<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0029"><P><REF.DOC.ECR><NO.CASE>C‑430/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:777">EU:C:2012:777</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0045">45</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>, il-Qorti tal-Ġustizzja affermat li piena ta’ detenzjoni fid-domiċilju, mogħtija u eżegwita matul il-proċedura ta’ ritorn, <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0048" REF.END="QE0048"/>tista’ ddewwem u, għaldaqstant, tfixkel il-miżuri, bħall-ordni ta’ deportazzjoni u r-ritorn furzat permezz tal-ajru, li jikkontribwixxu għat-twettiq tat-tneħħija<QUOT.END REF.START="QS0048" CODE="201D" ID="QE0048"/>. Min-naħa l-oħra, fir-rigward ta’ proċeduri kriminali li jwasslu għal multa, il-Qorti tal-Ġustizzja ddikjarat li tali multa ma setgħetx tostakola l-proċedura ta’ ritorn stabbilita mid-Direttiva 2008/115<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0030"><P>Punt 36.</P></NOTE>. Hija żiedet tgħid li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0049" REF.END="QE0049"/>l-impożizzjoni ta’ sanzjoni pekunjarja bl-ebda mod ma tfixkel it-teħid u l-implementazzjoni ta’ deċiżjoni ta’ ritorn fl-osservanza kompleta tal-kundizzjonijiet previsti fl-Artikoli 6 sa 8 tad-Direttiva 2008/115 u lanqas ma tippreġudika l-istandards komuni fil-qasam ta’ privazzjoni tal-libertà previsti fl-Artikoli 15 u 16 ta’ din id-direttiva<QUOT.END REF.START="QS0049" CODE="201D" ID="QE0049"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0031"><P>Punt 36.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0055"><NO.P>55.</NO.P><TXT>Fl-aħħar nett, fil-kawża li tat lok għas-sentenza Celaj<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0032"><P><REF.DOC.ECR><NO.CASE>C‑290/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:640">EU:C:2015:640</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE>, li fiha r-Repubblika Taljana xtaqet tapplika sanzjonijiet kriminali fir-rigward ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz f’residenza irregolari li għalih kienu ġew applikati l-istandards u l-proċeduri komuni stabbiliti permezz tad-Direttiva 2008/115 sabiex tintemm l-ewwel residenza irregolari tiegħu fit-territorju ta’ Stat Membru u li kien daħal mill-ġdid fit-territorju tal-imsemmi Stat Membru bi ksur ta’ projbizzjoni ta’ dħul, il-Qorti tal-Ġustizzja qieset li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0050" REF.END="QE0050"/>ċ-ċirkustanzi tal-kawża prinċipali [kienu] distinti b’mod ċar minn dawk fil-kawżi li wasslu għas-sentenzi <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>El Dridi</NAME.CASE> [(<NO.CASE>C‑61/11 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:268">EU:C:2011:268</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>)] […] u <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Achughbabian</NAME.CASE> [(<NO.CASE>C‑329/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:807">EU:C:2011:807</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>)]<QUOT.END REF.START="QS0050" CODE="201D" ID="QE0050"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0033"><P>Sentenza <REF.DOC.ECR><NAME.CASE>Celaj</NAME.CASE> (<NO.CASE>C‑290/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:640">EU:C:2015:640</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0028">28</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> u li d-Direttiva 2008/115 <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0051" REF.END="QE0051"/>ma [kinitx] tipprekludi[...], bħala prinċipju, leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li tipprovdi l-impożizzjoni ta’ piena ta’ priġunerija fuq ċittadin ta’ pajjiż terz li qiegħed jirrisjedi irregolarment li, wara li rritorna fil-pajjiż tal-oriġini tiegħu fil-kuntest ta’ proċedura ta’ ritorn preċedenti, jerġa’ jidħol mill-ġdid b’mod irregolari fit-territorju tal-imsemmi Stat bi ksur ta’ projbizzjoni fuq id-dħul<QUOT.END REF.START="QS0051" CODE="201D" ID="QE0051"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0034"><P>Punt 33 u d-dispożittiv.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0056"><NO.P>56.</NO.P><TXT>Fil-qasir, il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja ammettiet żewġ sitwazzjonijiet li fihom id-Direttiva 2008/115 ma tipprekludix l-impożizzjoni ta’ priġunerija għal ċittadin ta’ pajjiż terz minħabba l-irregolarità tar-residenza tiegħu, jiġifieri meta l-proċedura ta’ ritorn stabbilita permezz tad-Direttiva 2008/115 tkun ġiet applikata u ċ-ċittadin ikun irrisjeda irregolarment fl-imsemmi territorju mingħajr raġuni ġġustifikata għan-nuqqas ta’ ritorn tiegħu (sitwazzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0052" REF.END="QE0052"/>Achughbabian<QUOT.END REF.START="QS0052" CODE="201D" ID="QE0052"/>) u meta l-proċedura ta’ ritorn tkun ġiet applikata u l-persuna kkonċernata tidħol mill-ġdid fit-territorju ta’ dan l-Istat Membru bi ksur ta’ projbizzjoni ta’ dħul (sitwazzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0053" REF.END="QE0053"/>Celaj<QUOT.END REF.START="QS0053" CODE="201D" ID="QE0053"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0057"><NO.P>57.</NO.P><TXT>Il-każ ta’ S. Affum ma jaqa’ taħt l-ebda waħda minn dawn iż-żewġ sitwazzjonijiet, għaliex ma ġietx applikata proċedura ta’ ritorn fir-rigward tagħha (sitwazzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0054" REF.END="QE0054"/>Achughbabian<QUOT.END REF.START="QS0054" CODE="201D" ID="QE0054"/>) u ma kien hemm l-ebda dħul mill-ġdid fit-territorju Franċiż (sitwazzjoni <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0055" REF.END="QE0055"/>Celaj<QUOT.END REF.START="QS0055" CODE="201D" ID="QE0055"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0058"><NO.P>58.</NO.P><TXT>Madankollu, l-awtoritajiet Franċiżi jqisu li huwa possibbli li tiġi imposta fuqha piena ta’ priġunerija minħabba d-dħul irregolari fi Franza.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="15"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><NP><NO.P>D –</NO.P><TXT><HT TYPE="ITALIC">Id-dħul irregolari fid-dawl tad-Direttiva 2008/115</HT></TXT></NP></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>Il-leġiżlazzjoni Franċiża</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0059"><NO.P>59.</NO.P><TXT>Wara s-sentenza Achughbabian tal-Qorti tal-Ġustizzja<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0035"><P><REF.DOC.ECR><NO.CASE>C‑329/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2011:807">EU:C:2011:807</NO.ECLI></REF.DOC.ECR>.</P></NOTE> u s-sentenza Mallah vs Franza, tal-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0036"><P>Ara l-Qorti Ewropea tad-Drittijiet tal-Bniedem, Mallah vs Franza, Nru 29681/<DATE ISO="20111108">08</DATE>, <DATE ISO="20111110">10 ta’ Novembru 2011</DATE>. F’din il-kawża, ċittadin Marokkin, ikkundannat talli laqa’ f’daru r-raġel ta’ bintu, kompatrijott f’sitwazzjoni irregolari, kien sostna li l-kundanna tiegħu kienet tikkostitwixxi, fid-dawl taċ-ċirkustanzi tal-każ, indħil sproporzjonat fl-eżerċizzju tad-dritt għar-rispett tal-ħajja privata u tal-familja fis-sens tal-Artikolu 8 tal-KEDB. Huwa biss minħabba li l-persuna kkonċernata nħelset minn piena li l-Qorti ta’ Strasbourg qieset li d-dispożizzjonijiet tal-Artikolu 8 tal-KEDB ma kinux inkisru. Għaldaqstant, il-leġiżlatur Franċiż estenda l-kamp tal-immunitajiet minn ġurisdizzjoni kriminali previsti fl-Artikolu L. 622‑4 għar-reat ta’ għajnuna għad-dħul u għar-residenza irregolari. Ara l-punt 2.2 tal-istudju ta’ impatt tal-<DATE ISO="20120921">21 ta’ Settembru 2012</DATE> tal-abbozz ta’ liġi dwar it-tibdil tad-dispożizzjonijiet leġiżlattiv rigward it-tneħħija tal-barranin f’sitwazzjoni irregolari, disponibbli fl-indirizz internet http://www.senat.fr/leg/etudes-impact/pjl11-789-ei/pjl11-789-ei.html.</P></NOTE>, il-Gvern Franċiż, permezz tal-Liġi Nru 2012‑1560<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0037"><P>Liġi disponibbli fl-indirizz internet http://www.legifrance.gouv.fr/eli/loi/2012/12/31/INTX1230293L/jo/texte.</P></NOTE>, biddel ir-regoli tiegħu ta’ tneħħija tal-barranin f’sitwazzjoni irregolari. Fost l-oħrajn huwa emenda l-leġiżlazzjoni tiegħu sabiex iħassar ir-reat ta’ residenza illegali u sabiex jistabbilixxi l-proċedura ta’ detenzjoni tal-barranin għal verifika tad-dritt tagħhom għal residenza. Madankollu, l-awtoritajiet Franċiżi żammew ir-reat ta’ dħul irregolari fil-każ ta’ qsim irregolari tal-fruntieri esterni (Artikolu L.621-2, 1°, taċ-Ceseda) u fil-każ ta’ moviment ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz bi ksur tal-kundizzjonijiet għall-moviment tal-barranin stabbiliti fil-KFS (Artikolu L.621-2, 2°, taċ-Ceseda).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0060"><NO.P>60.</NO.P><TXT>Fl-espożizzjoni tal-motivi tal-abbozz ta’ liġi, l-awtoritajiet Franċiżi jqisu li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0056" REF.END="QE0056"/>r-regoli rigward il-qsim tal-fruntieri esterni u rigward il-moviment taċ-ċittadini ta’ pajjiż terz bejn l-Istati Membri ma jinsabux fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva [2008/115]<QUOT.END REF.START="QS0056" CODE="201D" ID="QE0056"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0038"><P>Abbozz ta’ liġi dwar id-detenzjoni sabiex issir il-verifika tad-dritt ta’ residenza u li temenda r-reat ta’ għajnuna għar-residenza irregolari sabiex teskludi minnu l-azzjonijiet umanitarji u diżinteressati, irreġistrat fil-Presidenza tas-Senat fit-<DATE ISO="20120928">28 ta’ Settembru 2012</DATE>, disponibbli fl-indirizz internet http://www.senat.fr/leg/pjl11-789.pdf, p. 6.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0061"><NO.P>61.</NO.P><TXT>Fil-fatt, skont l-awtoritajiet Franċiżi, l-imsemmija regoli <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0057" REF.END="QE0057"/>jirriżultaw, fir-rigward tal-qsim tal-fruntieri esterni mill-[…] Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen […] li jipprevedi l-obbligu għall-Istati Membri li jistabbilixxu sanzjonijiet dissważivi fil-każ ta’ nuqqas ikkonstatat fil-fruntiera, jiġifieri fil-każ ta’ rifjut ta’ dħul fit-territorju, jew fil-każ ta’ arrest jew ta’ interċettazzjoni mal-qsim irregolari tal-fruntiera. Fir-rigward tan-nuqqasijiet mir-regoli previsti mill-[KFS], dwar il-moviment bejn l-Istati Membri, id-Direttiva [2008/115] tipprevedi b’mod espliċitu l-possibbiltà għall-Istati Membri li ma jużawx miżura ta’ tneħħija iżda li jimplementaw il-mekkaniżmi ta’ ammissjoni mill-ġdid bejn Stati Membri, li għalihom ma hijiex applikabbli d-Direttiva [2008/115] kif fakkar l-Imħallef għal miżuri provviżorji tal-Conseil d’État (CE, <DATE ISO="20110627">27 ta’ Ġunju 2011</DATE>, Ministeru tal-Affarijiet Interni c/Lassoued, Nru 350207)<QUOT.END REF.START="QS0057" CODE="201D" ID="QE0057"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0039"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibidem</HT> (p. 6).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0062"><NO.P>62.</NO.P><TXT>Minn dan l-awtoritajiet Franċiżi jikkonkludu li <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0058" REF.END="QE0058"/>dawn l-ipoteżijiet jinsabu fil-fatt barra mill-kamp ta’ applikazzjoni tal-interpretazzjoni tal-Qorti tal-Ġustizzja tal-Unjoni Ewropea li fuqha bbażat ruħha l-Cour de cassation u t-tħassir tar-regoli ta’ sanzjoni jmur kontra r-regoli Ewropej<QUOT.END REF.START="QS0058" CODE="201D" ID="QE0058"/><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0040"><P><HT TYPE="ITALIC">Ibidem</HT> (p. 6).</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="3"><TITLE><TI><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Is-sitwazzjoni ta’ S. Affum</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0063"><NO.P>63.</NO.P><TXT>L-awtoritajiet Franċiżi jinvokaw, sabiex jiġġustifikaw il-leġiżlazzjoni tagħhom, diversi dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2008/115 u tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen, dispożizzjonijiet li ser nanalizza iktar ’il quddiem qabel ma nitlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tikkonferma l-applikabbiltà tad-Direttiva 2008/115. Fil-fatt, fil-fehma tiegħi, l-ebda waħda mill-eċċezzjonijiet jew mil-limitazzjonijiet previsti minn dawn iż-żewġ strumenti ma hija rilevanti f’dan il-każ.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="16"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>Fuq l-Artikolu 2(2)(a) tad-Direttiva 2008/115</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0064"><NO.P>64.</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Franċiża tinvoka l-Artikolu 2(2)(a) tad-Direttiva 2008/115 u tissuġġerixxi li każ bħal dak fil-kawża prinċipali jibqa’ barra mill-kamp ta’ applikazzjoni ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0065"><NO.P>65.</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, għandu jitfakkar li l-Artikolu 2(2)(a) tad-Direttiva 2008/115 japplika biss għall-fruntieri esterni, li l-fruntiera bejn il-Belġju u Franza tikkostitwixxi fruntiera interna u li S. Affum ġiet interċettata mal-ħruġ tagħha minn Franza fil-fruntiera esterna bejn Franza u r-Renju Unit.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0066"><NO.P>66.</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, ir-Repubblika Franċiża tqis li l-Artikolu 2(2)(a) tad-Direttiva 2008/115 japplika għall-qsim irregolari ta’ fruntiera esterna ta’ Stat Membru, kemm fil-mument tad-dħul kif ukoll fil-mument tal-ħruġ miż-żona Schengen.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0067"><NO.P>67.</NO.P><TXT>Sa fejn l-opinjoni tar-Repubblika Franċiża donnha, għaldaqstant, timplika li s-sitwazzjoni ta’ persuna li daħlet b’mod irregolari fit-territorju ta’ Stat Membru minn fruntiera interna, iżda interċettata biss mal-ħruġ tagħha fil-fruntiera esterna tal-Istat Membru, hija koperta mill-Artikolu 2(2)(a) tad-Direttiva 2008/115, jien ma naqbilx ma’ dan.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0068"><NO.P>68.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, jirriżulta b’mod ċar mill-formulazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni li huwa biss id-dħul irregolari li huwa kopert, għaliex inkella l-aħħar parti tal-frażi (<QUOT.START CODE="201C" ID="QS0059" REF.END="QE0059"/>u li ma jkunux sussegwentement kisbu awtorizzazzjoni jew dritt biex joqogħdu f’dak l-Istat Membru<QUOT.END REF.START="QS0059" CODE="201D" ID="QE0059"/>) tisfa mingħajr sens<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0041"><P>Barra minn hekk, jekk jiġi segwit b’mod sħiħ ir-raġunament tar-Repubblika Franċiża, is-sitwazzjoni ta’ persuna, li tkun daħlet b’mod irregolari fit-territorju ta’ Stat Membru minn fruntiera interna u li tiġi interċettata mill-awtoritajiet ta’ dan l-Istat Membru mhux fil-fruntiera esterna iżda xi mkien ieħor fit-territorju tiegħu tidħol fil-kamp ta’ applikazzjoni tad‑Direttiva 2008/115. Ma naħsibx li huwa koerenti li tiġi ttrattata b’mod differenti persuna fis-sitwazzjoni ta’ S. Affum.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0069"><NO.P>69.</NO.P><TXT>F’dan il-każ, ir-Repubblika Franċiża ma tistax għaldaqstant tinvoka l-Artikolu 2(2)(a) tad-Direttiva 2008/115.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>Fuq l-Artikolu 3(2) tad-Direttiva 2008/115: is-sempliċi tranżitu bħala <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0060" REF.END="QE0060"/>residenza<QUOT.END REF.START="QS0060" CODE="201D" ID="QE0060"/></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0070"><NO.P>70.</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju donnha għandha dubji dwar jekk il-preżenza fit-territorju ta’ Stat Membru li huwa parti miż-żona Schengen ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz f’sitwazzjoni ta’ sempliċi tranżitu lejn Stat Membru ieħor li ma huwiex parti miż-żona Schengen taqax taħt il-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva 2008/115.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0071"><NO.P>71.</NO.P><TXT>Tali dubji ma humiex fondati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0072"><NO.P>72.</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2(1) tad-Direttiva 2008/115, din id-direttiva tapplika għaċ-ċittadini ta’ pajjiż terz li jirrisjedu irregolarment fit-territorju ta’ Stat Membru. Id-definizzjoni ta’ <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0061" REF.END="QE0061"/>soġġorn illegali [residenza irregolari]<QUOT.END REF.START="QS0061" CODE="201D" ID="QE0061"/>, mogħtija mill-Artikolu 3(2) tal-imsemmija direttiva, hija <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0062" REF.END="QE0062"/>l-preżenza fit-territorju ta’ Stat Membru, ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz li ma jissodisfax, jew m’għadux jissodisfa l-kondizzjonijiet ta’ dħul kif stabbiliti fl-Artikolu 5 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen jew kondizzjonijiet oħrajn għal dħul, soġġorn jew residenza f’dak l-Istat Membru<QUOT.END REF.START="QS0062" CODE="201D" ID="QE0062"/>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0073"><NO.P>73.</NO.P><TXT>Minn dawn id-dispożizzjonijiet jirriżulta li ċittadin ta’ pajjiż terz li jkun jinsab f’autobus mingħajr ma jissodisfa l-kundizzjonijiet għad-dħul huwa effettivament preżenti fit-territorju tal-Istat Membru inkwistjoni u jinsab f’residenza irregolari. Ma hijiex deċiżiva għall-finijiet tal-konstatazzjoni tal-irregolarità tar-residenza l-kwistjoni dwar jekk jinsabx fi tranżitu jew le.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="17"?><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>Fuq l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 2008/115</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0074"><NO.P>74.</NO.P><TXT>Bis-saħħa tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 2008/115, l-Istati Membri jistgħu jastjenu milli jieħdu deċiżjoni ta’ ritorn jekk il-persuna kkonċernata tittieħed lura minn Stat Membru ieħor skont <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0063" REF.END="QE0063"/>ftehim jew arranġamenti bilaterali<QUOT.END REF.START="QS0063" CODE="201D" ID="QE0063"/> eżistenti fid-data tad-dħul fis-seħħ ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0075"><NO.P>75.</NO.P><TXT>Għandu jiġi rrilevat, kif jirriżulta diġà mill-formulazzjoni ta’ din id-dispożizzjoni, li hija tistabbilixxi biss il-possibbiltà tal-Istat Membru li jastjeni milli jieħu deċiżjoni ta’ ritorn, iżda bl-ebda mod ma tiddefinixxi, bil-kontra tal-Artikolu 2 tad-Direttiva 2008/115, il-kamp ta’ applikazzjoni tagħha. L-Artikolu 6(3) ta’ din id-direttiva ma jistax, kif donnu jissuġġerixxi l-Gvern Franċiż, ikollu l-effett li jirrendi l-intier tad-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2008/115 inapplikabbli għall-kawża prinċipali. Bil-kontra, Stat Membru li jinvoka l-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 2008/115 jibqa’ marbut bid-dispożizzjonijiet l-oħra ta’ din id-direttiva u huwa obbligat jiżgura l-effettività prattika tad-Direttiva. Il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja rigward id-dispożizzjonijiet ta’ din id-direttiva, u b’mod partikolari rigward il-privazzjoni tal-libertà tal-persuni, tibqa’ applikabbli.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0076"><NO.P>76.</NO.P><TXT>L-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 2008/115 jeħles, għaldaqstant, biss l-Istat Membru kkonċernat mill-obbligu li jieħu deċiżjoni ta’ ritorn fis-sens tal-Artikolu 6(1) ta’ din id-direttiva. Madankollu, id-deċiżjoni ta’ konsenja skont l-arranġament tikkostitwixxi waħda mill-miżuri previsti mill-imsemmija direttiva kif ukoll stadju ta’ tħejjija għal ritorn mit-territorju tal-Istati Membri tad-Direttiva 2008/115.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0077"><NO.P>77.</NO.P><TXT>Fir-rigward tal-interpretazzjoni tal-kelma <QUOT.START CODE="201C" ID="QS0064" REF.END="QE0064"/>bilaterali<QUOT.END REF.START="QS0064" CODE="201D" ID="QE0064"/>, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tadotta interpretazzjoni tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 2008/115 li tinkludi arranġament bħal dak inkwistjoni f’dan il-każ<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0042"><P>Arranġament bejn il-Gvernijiet tar-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi, tar-Renju tal-Belġju u tal-Gran Dukat tal-Lussemburgu, minn naħa, u l-Gvern tal-Repubblika Franċiża, min-naħa l-oħra, rigward it-teħid ta’ responsabbiltà għal persuni fil-fruntieri komuni bejn l-Istati tal-Benelux u Franza. It-test ta’ dan l-arranġament huwa disponibbli fl-indirizz internet http://wetten.overheid.nl/BWBV0004480/geldigheidsdatum_06-08-2014.</P></NOTE>. Minkejja li ġie konkluż minn erba’ Stati Membri, dan l-arranġament iqis it-territorju tal-Benelux bħala territorju uniku. Għaldaqstant huwa assimilabbli għal ftehim bilaterali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0078"><NO.P>78.</NO.P><TXT>Tali interpretazzjoni hija, barra minn hekk, fil-fehma tiegħi, konformi mal-prinċipju li jinsab fl-Artikolu 350 TFUE, li jipprevedi li d-dispożizzjonijiet tat-Trattati ma jipprekludux l-eżistenza u t-twettiq tal-unjonijiet reġjonali bejn ir-Renju tal-Belġju u l-Gran Dukat tal-Lussemburgu, kif ukoll bejn ir-Renju tal-Belġju, il-Gran Dukat tal-Lussemburgu u r-Renju tal-Pajjiżi l-Baxxi sa fejn l-għanijiet ta’ dawn l-unjonijiet reġjonali ma humiex ippreġudikati bl-applikazzjoni tat-Trattati.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0079"><NO.P>79.</NO.P><TXT>Jekk, permezz ta’ din id-dispożizzjoni, it-Trattat FUE diġà jieħu inkunsiderazzjoni s-sitwazzjoni speċifika tal-Benelux, il-Qorti tal-Ġustizzja għandha tagħmel l-istess fl-interpretazzjoni tagħha tal-Artikolu 6(3) tad-Direttiva 2008/115.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="4"><TITLE><TI><NP><NO.P>d)</NO.P><TXT>Fuq l-Artikolu 4(3) tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen</TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0080"><NO.P>80.</NO.P><TXT>Ir-Repubblika Franċiża tinvoka wkoll l-Artikolu 4(3) tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen, li jipprevedi li l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sanzjonijiet għall-qsim mhux awtorizzat ta’ fruntieri esterni f’postijiet li ma humiex punti ta’ qsim ta’ fruntiera jew f’ħinijiet li ma humiex il-ħinijiet ta’ ftuħ stabbiliti.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0081"><NO.P>81.</NO.P><TXT>Din id-dispożizzjoni ma hijiex applikabbli f’dan il-każ, għaliex S. Affum bl-ebda mod ma pprovat taqsam fruntiera f’postijiet li ma humiex punti ta’ qsim ta’ fruntiera jew f’ħinijiet li ma humiex il-ħinijiet ta’ ftuħ stabbiliti.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="18"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0082"><NO.P>82.</NO.P><TXT>Ma narax għalfejn, kif tissuġġerixxi r-Repubblika Franċiża, din id-dispożizzjoni ma għandhiex tiġi interpretata b’mod litterali u jiġu inklużi wkoll il-punti ta’ qsim ta’ fruntiera peress li l-Artikolu 4 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen jistabbilixxi preċiżament trattament differenti bejn il-qsim ta’ fruntiera fil-punti ta’ qsim ta’ fruntiera u fil-ħinijiet ta’ ftuħ stabbiliti (paragrafu 1) u l-qsim ta’ fruntiera barra minn dawn il-punti u barra minn dawn il-ħinijiet (paragrafu 2). Fi kliem ieħor, ma narax raġuni ta’ natura teleoloġika li tista’ tipprekludi interpretazzjoni litterali u sistemika tal-Artikolu 4 tal-Kodiċi tal-Fruntieri ta’ Schengen.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0083"><NO.P>83.</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, nixtieq infakkar li persuna li tkun qasmet fruntiera illegalment u li ma jkollhiex id-dritt li tirrisjedi fit-territorju tal-Istat Membru kkonċernat hija għaldaqstant suġġetta għad-Direttiva 2008/115<NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="ARAB" NUMBERING.CONTINUED="YES" NOTE.ID="E0043"><P>Ara, ukoll, il-punt 46 ta’ dawn il-konklużjonijiet.</P></NOTE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0084"><NO.P>84.</NO.P><TXT>Għaldaqstant id-Direttiva 2008/115 hija applikabbli għas-sitwazzjoni ta’ S. Affum. Kif diġà osservajt fil-punt 57 ta’ dawn il-konklużjonijiet, il-każ tagħha ma jaqa’ taħt l-ebda waħda mis-sitwazzjonijiet li fihom il-Qorti tal-Ġustizzja kkonstatat li d-Direttiva 2008/115 ma kinitx tipprekludi l-priġunerija ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz. Konsegwentement, persuna li tinsab fis-sitwazzjoni ta’ S. Affum ma tistax titqiegħed fi priġunerija sempliċement minħabba l-irregolarità tar-residenza tagħha fit-territorju Franċiż.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><NP><NO.P>V –</NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Konklużjoni</HT></TXT></NP></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0085"><NO.P>85.</NO.P><TXT>Fid-dawl ta’ dak li ntqal hawn fuq, nipproponi li l-Qorti tal-Ġustizzja tirrispondi għad-domandi preliminari magħmula mill-Cour de cassation bil-mod li ġej:</TXT><P>Id-Direttiva 2008/115/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tas-<DATE ISO="20081216">16 ta’ Diċembru 2008</DATE>, dwar standards u proċeduri komuni fl-Istati Membri għar-ritorn ta’ ċittadini ta’ pajjiżi terzi li jkunu qegħdin fil-pajjiż illegalment, b’mod partikolari l-Artikoli 6(3), 15 u 16 tagħha, għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi l-leġiżlazzjoni ta’ Stat Membru li trażżan id-dħul irregolari ta’ ċittadin ta’ pajjiż terz b’piena ta’ priġunerija meta din il-persuna tkun ġiet interċettata mal-ħruġ tagħha miż-żona Schengen fi fruntiera esterna ta’ dan l-Istat Membru, f’sitwazzjoni ta’ tranżitu bi provenjenza minn Stat Membru ieħor u tkun tista’ tittieħed lura minn dan l-Istat Membru ieħor b’applikazzjoni ta’ arranġament konkluż ma’ dan tal-aħħar qabel id-dħul fis-seħħ tad-Direttiva 2008/115.</P></NP.ECR></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>