|
28.1.2021 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 30/6 |
ID-DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZOJNI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2021/88
tas-26 ta’ Jannar 2021
li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/570 fir-rigward tal-kapaċitajiet tar-rescEU fil-qasam tal-inċidenti kimiċi, bijoloġiċi, radjoloġiċi u nukleari
(notifikata bid-dokument C(2021) 313)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta’ Diċembru 2013 dwar Mekkaniżmu tal-Unjoni għall-Protezzjoni Ċivili (1), u b’mod partikolari l-punt (g) tal-Artikolu 32(1) tagħha,
Billi:
|
(1) |
Id-Deċiżjoni 1313/2013/UE tistabbilixxi l-qafas legali tar-rescEU. Ir-rescEU hija riżerva ta’ kapaċitajiet fil-livell tal-Unjoni li għandha l-għan li tipprovdi assistenza f’sitwazzjonijiet predominanti fejn il-kapaċitajiet eżistenti fil-livell nazzjonali u dawk impenjati mill-Istati Membri għar-Riżerva Ewropea ta’ Protezzjoni Ċivili ma jkunux jistgħu jiżguraw rispons effettiv għal diżastri naturali u dawk maħluqa mill-bniedem. |
|
(2) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/570 (2) tistabbilixxi l-kompożizzjoni inizjali tar-rescEU f’termini ta’ kapaċitajiet u r-rekwiżiti ta’ kwalità tagħha. Bħalissa, ir-riżerva rescEU tikkonsisti f’kapaċitajiet għat-tifi tan-nar fil-foresti mill-ajru, l-evakwazzjoni medika mill-ajru, timijiet mediċi ta’ emerġenza u l-ħażna ta’ tagħmir mediku u/jew tagħmir protettiv personali. |
|
(3) |
F’konformità mal-Artikolu 12(2) tad-Deċiżjoni 1313/2013/UE, il-kapaċitajiet tar-rescEU għandhom jiġu ddefiniti billi jitqiesu r-riskji identifikati u dawk emerġenti, il-kapaċitajiet kumplessivi u l-lakuni fil-livell tal-Unjoni. Dak l-Artikolu jistabbilixxi wkoll it-tliet oqsma li r-rescEU għandha tiffoka fuqhom b’mod partikolari, jiġifieri t-tifi tan-nar fil-foresti mill-ajru, ir-rispons mediku ta’ emerġenza u l-inċidenti kimiċi, bijoloġiċi, radjoloġiċi u nukleari (“CBRN”). |
|
(4) |
Analiżi tar-riskji identifikati u emerġenti kif ukoll tal-kapaċitajiet u l-lakuni fil-livell tal-Unjoni tiżvela l-ħtieġa għal kapaċitajiet ta’ dekontaminazzjoni tar-rescEU fil-qasam tal-inċidenti kimiċi, bijoloġiċi, radjoloġiċi u nukleari. |
|
(5) |
Il-kapaċità ta’ dekontaminazzjoni żviluppata taħt rescEU għandha tkun kapaċi tirrispondi għal xenarji kimiċi, bijoloġiċi, radjoloġiċi u nukleari. Kapaċità CBRN sħiħa jkollha l-vantaġġ li tkun kapaċi tirrispondi għal sitwazzjonijiet li jinvolvu taħlita ta’ aġenti u b’hekk tipprovdi għal skjerament effettiv b’diversi aspetti. |
|
(6) |
Filwaqt li l-kompitu primarju tal-kapaċità ta’ dekontaminazzjoni CBRN taħt rescEU għandu jkun id-dekontaminazzjoni minn aġenti kimiċi, bijoloġiċi, radjoloġiċi u nukleari tal-infrastruttura, bini, vetturi, tagħmir u evidenza kritika, il-kapaċità tista’ tinkludi wkoll id-dekontaminazzjoni xierqa tal-persuni affettwati, inklużi l-imwiet. |
|
(7) |
Skont l-Artikolu 12(4) tad-Deċiżjoni 1313/2013/UE, ir-rekwiżiti ta’ kwalità għal kapaċitajiet ta’ reazzjoni li jiffurmaw parti minn rescEU għandhom jiġu stabbiliti wara konsultazzjoni mal-Istati Membri. |
|
(8) |
Il-kapaċitajiet għad-dekontaminazzjoni CBRN għandhom jiġu stabbiliti biex jirrispondu għal riskji ta’ probabbiltà baxxa b’impatt għoli, f’konformità mal-kategoriji tal-ispejjeż eliġibbli msemmija fl-Artikolu 3e tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/570 u wara konsultazzjoni mal-Istati Membri. |
|
(9) |
Sabiex tingħata għajnuna finanzjarja mill-Unjoni għall-iżvilupp ta’ kapaċitajiet ta’ dekontaminazzjoni CBRN bħal dawn skont l-Artikolu 21(3) tad-Deċiżjoni 1313/2013/UE, jenħtieġ li jiġu definiti il-kostijiet totali stmati tagħhom. Jenħtieġ li l-kostijiet totali stmati jiġu kkalkulati billi jitqiesu l-kategoriji tal-kostijiet eliġibbli stabbiliti fl-Anness IA ta’ dik id-Deċiżjoni. |
|
(10) |
Għalhekk jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/570 tiġi emendata skont dan. |
|
(11) |
Il-miżuri pprovduti f’din id-Deċiżjoni huma skont l-opinjoni tal-Kumitat li jissemma fl-Artikolu 33(1) tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE, |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2019/570 qiegħda tiġi emendata kif ġej:
|
(1) |
L-Artikolu 2 qiegħed jiġi emendat kif ġej:
|
|
(2) |
Fl-Artikolu 3e, il-paragrafi 3 u 4 għandhom jinbidlu b’dan li ġej:
|
|
(3) |
għandu jiddaħħal l-Artikolu 3f li ġej: “Artikolu 3f Stima tal-ispejjeż totali tal-kapaċitajiet ta’ dekontaminazzjoni CBRN tar-rescEU 1. Il-kategoriji tal-ispejjeż kollha msemmija fl-Anness IA tad-Deċiżjoni 1313/2013/UE għandhom jitqiesu fil-kalkolu tal-ispiża totali stmata tal-kapaċitajiet tar-rescEU ta’ kumulazzjoni ta’ riżerva medika. 2. Il-kategorija msemmija fil-punt 1 tal-Anness IA tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-kost totali stmat għal kapaċitajiet ta’ dekontaminazzjoni CBRN għandha tiġi kkalkulata abbażi tal-prezzijiet tas-suq applikabbli fiż-żmien meta l-kapaċitajiet jinkisbu, jingħataw b’kiri jew jinkrew f’konformità mal-Artikolu 12(3) tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE. Meta l-Istati Membri jiksbu, jikru jew jagħtu b’kirja l-kapaċitajiet tar-rescEU, huma għandhom jipprovdu lill-Kummissjoni evidenza dokumentata tal-prezzijiet attwali tas-suq jew, fejn ma jkunx hemm prezzijiet tas-suq għal ċerti komponenti ta’ dawk il-kapaċitajiet, evidenza ekwivalenti. 3. Il-kategoriji msemmija fil-punti 2 sa 8 tal-Anness IA tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-kost totali stmat għall-kost totali stmat tal-kapaċitajiet ta’ dekontaminazzjoni CBRNM għandha tiġi kkalkulata darba matul il-perjodu ta’ kull qafas finanzjarju pluriennali, b’kont meħud tal-informazzjoni disponibbli lill-Kummissjoni, inkluża l-inflazzjoni. Dan il-kost għandu jintuża mill-Kummissjoni biex tipprovdi għajnuna finanzjarja annwali. 4. Il-kost totali stmat msemmi fil-paragrafi 2 u 3 għandu jiġi kkalkolat fejn mill-inqas Stat Membru wieħed jesprimi interess biex jakkwista, jagħti k’kirja jew jikri tali kapaċità rescEU.”; |
|
(4) |
l-Anness huwa emendat skont l-Anness għal din id-Deċiżjoni. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, is-26 ta’ Jannar 2021.
Għall-Kummissjoni
Janez LENARČIČ
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 924.
(2) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2019/570 tat-8 ta’ April 2019 li tistabbilixxi r-regoli għall-implimentazzjoni tad-Deċiżjoni Nru 1313/2013/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tal-kapaċitajiet tar-rescEU u li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni 2014/762/UE (ĠU L 99, 10.4.2019, p. 41).
ANNESS
Fl-Anness, qiegħda tiżdied it-Taqsima 7 kif ġej:
‘7. id-dekontaminazzjoni kimika, bijoloġika, radjoloġika u nukleari
|
|
||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||
|
|
||||||||||||||||||
|
|