|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/6216 |
16.10.2024 |
Avviż minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.11696 — OEP CAPITAL ADVISORS / COMAU)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/6216)
1.
Fit-8 ta’ Ottubru 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
One Equity Partners Capital Advisors, L.P. (“OEP”, l-Istati Uniti), |
|
— |
Comau S.p.A (“Comau”, l-Italja), li fl-aħħar mill-aħħar hija kkontrollata minn Stellantis N.V. (“Stellantis”, in-Netherlands) |
OEP se takkwista, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ Comau.
Il-konċentrazzjoni se ssir permezz ta’ xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
OEP hija kumpanija ta’ ekwità privata tas-suq medju ffukata fuq kombinazzjonijiet trasformattivi fis-setturi industrijali, tal-kura tas-saħħa u tat-teknoloġija fl-Amerka ta’ Fuq u fl-Ewropa. |
|
— |
Comau hija kumpanija privata mwaqqfa skont il-liġijiet tal-Italja. Comau u s-sussidjarji tagħha huma attivi fid-disinn, il-produzzjoni u l-provvista ta’ sistemi ta’ awtomatizzazzjoni industrijali, robotika, linji ta’ assemblaġġ u soluzzjonijiet avvanzati ta’ awtomatizzazzjoni għall-applikazzjonijiet u l-utenti finali fil-karozzi, it-trasport, l-elettromobbiltà, il-loġistika tal-imħażen, l-enerġija rinnovabbli (inkluż l-idroġenu ekoloġiku), l-industriji peżanti (jiġifieri l-bini tal-bastimenti) u fil-qasam tal-edukazzjoni. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar proċedura simplifikata għat-trattament ta’ ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (2), ta’ min jinnota li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stipulata f’dan l-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart (10) ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:
M.11696 — OEP CAPITAL ADVISORS / COMAU
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bil-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6216/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)