02013R1194 — MT — 20.09.2017 — 001.001
Dan it-test hu maħsub purament bħala għodda ta’ dokumentazzjoni u m’għandu l-ebda effett legali. L-istituzzjonijiet tal-Unjoni m'għandhom l-ebda responsabbiltà għall-kontenut tiegħu. Il-verżjonijiet awtentiċi tal-atti rilevanti, inklużi l-preamboli tagħhom, huma dawk ippubblikati fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea u disponibbli f’EUR-Lex. Dawk it-testi uffiċjali huma aċċessibbli direttament permezz tal-links inkorporati f’dan id-dokument
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 1194/2013 tad-19 ta’ Novembru 2013 (ĠU L 315 26.11.2013, p. 2) |
Emendat bi:
|
|
|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
||
|
Nru |
Paġna |
Data |
||
|
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2017/1578 tat-18 ta' Settembru 2017 |
L 239 |
9 |
19.9.2017 |
|
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) Nru 1194/2013
tad-19 ta’ Novembru 2013
li jimponi dazju antidumping definittiv u li jiġbor definittivament id-dazju provviżorju impost fuq importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw mill-Arġentina u l-Indoneżja
Artikolu 1
1. Bil-preżenti qiegħed jiġi impost dazju antidumping definittiv fuq l-importazzjonijiet ta’ esteri monoalkiliċi ta’ aċidi xaħmin u/jew ta’ żejt tal-gass paraffiniku, miksuba minn sinteżi u/jew minn trattament idriku, ta’ oriġini mhux fossili, f’forma pura jew f’taħlita, li attwalment jaqgħu taħt il-kodiċi NM ex 1516 20 98 (Kodiċi TARIC 1516209821 , 1516209829 u 1516209830 ), ex 1518 00 91 (Kodiċi TARIC 1518009121 , 1518009129 u 1518009130 ), ex 1518 00 95 (Kodiċi TARIC 1518009510 ), ex 1518 00 99 (Kodiċi TARIC 1518009921 , 1518009929 u 1518009930 ), ex 2710 19 43 (Kodiċi TARIC 2710194321 , 2710194329 u 2710194330 ), ex 2710 19 46 (Kodiċi TARIC 2710194621 , 2710194629 u 2710194630 ), ex 2710 19 47 (Kodiċi TARIC 2710194721 , 2710194729 u 2710194730 ), 2710 20 11 , 2710 20 15 , 2710 20 17 , ex 3824 90 97 (Kodiċi TARIC 3824909701 , 3824909703 u 3824909704 ), 3826 00 10 u ex 3826 00 90 (Kodiċi TARIC 3826009011 , 3826009019 u 3826009030 ), u li joriġinaw mill-Arġentina u mill-Indoneżja.
2. Ir-rata tad-dazju antidumping definittiv applikabbli għall-prodott deskritt fil-paragrafu 1 u mmanifatturat mill-kumpaniji elenkati hawn taħt, tkun kif ġej:
|
Il-pajjiż |
Kumpanija |
Rata tad-dazju Euro għal kull tunnellata netta |
Kodiċi addizzjonali TARIC |
|
l-Arġentina |
Aceitera General Deheza S.A., General Deheza, Rosario; Bunge Argentina S.A., Buenos Aires |
79,56 |
B782 |
|
Louis Dreyfus Commodities S.A., Buenos Aires |
43,18 |
B783 |
|
|
Molinos Agro S.A., Buenos Aires; Oleaginosa Moreno Hermanos S.A.F.I.C.I. y A., Bahia Blanca; Vicentin S.A.I.C., Avellaneda |
62,91 |
B784 |
|
|
Kumpaniji oħra li kkooperaw: Cargill S.A.C.I., Buenos Aires; Unitec Bio S.A., Buenos Aires; Viluco S.A., Tucuman |
62,52 |
B785 |
|
|
Il-kumpaniji l-oħrajn kollha |
79,56 |
B999 |
|
|
l-Indoneżja |
PT Ciliandra Perkasa, Jakarta |
76,94 |
B786 |
|
PT Musim Mas, Medan |
151,32 |
B787 |
|
|
PT Pelita Agung Agrindustri, Medan |
145,14 |
B788 |
|
|
PT Wilmar Bioenergi Indonesia, Medan; PT Wilmar Nabati Indonesia, Medan |
174,91 |
B789 |
|
|
Kumpaniji oħra li kkooperaw: PT Cermerlang Energi Perkasa, Ġakarta |
166,95 |
B790 |
|
|
Il-kumpaniji l-oħrajn kollha |
178,85 |
B999 |
3. Id-dazju antidumping fuq it-taħlitiet ikun applikabbli skont il-proporzjon fit-taħlita, skont il-piż tal-kontenut totali tal-esteri monoalkiliċi ta’ aċidi xaħmin u taż-żejt tal-gass paraffiniku, miksuba minn sinteżi u/jew minn trattament idriku, ta’ oriġini mhux fossili (il-kontenut tal-bijodiżil).
4. F’każijiet fejn il-prodotti jkunu ġarrbu ħsara qabel ma jidħlu fiċ-ċirkolazzjoni ħielsa u, għaldaqstant, il-prezz li tħallas realment jew li għandu jitħallas ikun ikkalkulat proporzjonalment għad-determinazzjoni tal-valur doganali skont l-Artikolu 145 tar-Regolament (KEE) Nru 2454/93 ( 1 ), l-ammont ta’ dazju antidumping maħdum fuq l-ammonti stabbiliti hawn fuq jitnaqqas b’perċentwal li jikkorrispondi għal tnaqqis proporzjonali fil-prezz imħallas realment jew li għandu jitħallas.
5. Sakemm ma jkunx speċifikat mod ieħor, japplikaw id-dispożizzjonijiet fis-seħħ rigward id-dazju doganali.
Artikolu 2
L-ammonti garantiti bħala dazju antidumping provviżorju skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) Nru 490/2013 fuq l-importazzjonijiet tal-bijodiżil li joriġinaw mill-Arġentina u l-Indoneżja jinġabru definittivament.
Artikolu 3
Fejn kull produttur esportatur ġdid fl-Arġentina u fl-Indoneżja jipprovdi evidenza biżżejjed lill-Kummisjoni li:
— huwa ma esportax lejn l-Unjoni l-prodott deskritt fl-Artikolu 1(1) matul il-perjodu tal-investigazzjoni (mill-1 ta’ Lulju 2011 sat-30 ta’ Ġunju 2012),
— huwa mhux relatat ma’ xi produtturi jew esportaturi fl-Arġentina jew fl-Indoneżja li huma suġġetti għall-miżuri imposti permezz ta’ dan ir-Regolament,
— huwa jkun effettivament esporta lejn l-Unjoni l-prodott ikkonċernat wara l-perjodu tal-investigazzjoni li fuqu huma bbażati l-miżuri, jew li jkun daħal f’obbligu kuntrattwali irrevokabbli sabiex jesporta kwantità sinifikanti lejn l-Unjoni.
L-Artikolu 1(2) jista’ jiġi emendat billi jiżdied il-produttur esportatur il-ġdid mal-kumpaniji li kkooperaw li mhumiex inklużi fil-kampjun, u għalhekk huma soġġetti għar-rata tad-dazju medja peżata tal-pajjiż ikkonċernat.
Artikolu 4
Dan ir-Regolament jidħol fis-seħħ l-għada tal-jum tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
( 1 ) Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KEE) Nru 2454/93 tat-2 ta’ Lulju 1993 li jistipula d-dispożizzjonijiet għall-implimentazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali Komunitarju (ĠU L 253, 11.10.1993, p. 1).