|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2026/5412 |
16.10.2026 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Każ M.12594 — CINVEN / LA CAISSE / OPTIO)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2026/5412)
1.
Fis-7 ta’ Ottubru 2026, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Cinven Strategic Fund 2 (“Cinven SF2”, ir-Renju Unit), ikkontrollata minn Cinven Limited (ir-Renju Unit), |
|
— |
Caisse de dépôt et placement du Québec (“La Caisse”, il-Kanada), |
|
— |
Optio Group Limited (“Optio”, ir-Renju Unit), ikkontrollata minn Preservation Capital Partners Fund I LP (ir-Renju Unit). |
Cinven Limited u La Caisse se jakkwistaw, fis-sens tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll bi sħab ta’ Optio kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:|
— |
Cinven SF2 u Cinven Limited huma parti minn Cinven (2), ditta ta’ ekwità privata involuta fil-forniment ta’ servizzi ta’ ġestjoni tal-investiment u ta’ konsulenza dwar l-investiment lil diversi fondi ta’ investiment, |
|
— |
La Caisse hija investitur istituzzjonali li jamministra l-fondi tad-depożitanti tiegħu, primarjament magħmula minn pjanijiet tal-pensjonijiet u tal-assigurazzjoni pubbliċi u parapubbliċi fil-Provinċja ta’ Québec, il-Kanada, |
|
— |
Optio hija pjattaforma tal-assigurazzjoni ta’ speċjalità bil-kwartieri ġenerali f’Londra li topera bħala aġent ġenerali maniġerjali. Din tipprovdi servizzi ta’ sottoskrizzjoni u ġestjoni lill-assiguraturi u lir-riassiguraturi madwar ir-Renju Unit, pajjiżi Ewropej oħra, il-Lvant Nofsani u l-Afrika ta’ Fuq, l-Amerka ta’ Fuq u r-reġjun Asja-Paċifiku. Għandha wkoll negozju iżgħar ta’ senserija tal-assigurazzjoni mhux tal-ħajja. |
3.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (3), jenħtieġ jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
4.
Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:
M.12594 — CINVEN / LA CAISSE / OPTIO
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni bl-email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz Postali:
|
European Commission |
|
Directorate-General for Competition |
|
Merger Registry |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
(2) “Cinven” tfisser, skont il-kuntest, kwalunkwe minn jew kollettivament Cinven Holdings Guernsey Limited, Cinven Partnership LLP u l- “assoċjati” rispettivi tagħhom (kif definiti fl-Att tal-2006 dwar il-Kumpaniji tar-Renju Unit) u/jew fondi ġestiti jew rakkomandati minn kwalunkwe wieħed minn dawn ta’ hawn fuq kif kostitwiti għall-finijiet tar-Regolament tal-UE dwar l-Għaqdiet (Regolament tal-Kunsill 139/2004). Cinven ma għandiex pajjiż ta’ inkorporazzjoni peress li mhijiex entità korporattiva.
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2026/5412/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)