|
13.12.2007 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea |
L 328/17 |
DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE
Nru 78/2007
tas-6 ta' Lulju 2007
li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE
IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,
Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-Anness II tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 47/2007 tat-8 ta' Ġunju 2007 (1). |
|
(2) |
Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1851/2006 ta' l-14 ta' Diċembru 2006 li jemenda l-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91 fir-rigward tat-teħid ta' għalf konvenzjonali matul perjodi ta' tranżumanza (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim, |
IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:
Artikolu 1
L-inċiż li ġej għandu jiżdied fil-punt 54b (Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2092/91) tal-Kapitolu XII ta' l-Anness II li hemm mal-Ftehim:
|
“— |
32006 R 1851: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1851/2006 ta' l-14 ta' Diċembru 2006 (ĠU L 355, 15.12.2006, p. 88).” |
Artikolu 2
It-testi tar-Regolament (KE) Nru 1851/2006 fil-lingwa Iżlandiża u fil-lingwa Norveġiża, li jiġu ppubblikati fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, għandhom ikunu awtentiċi.
Artikolu 3
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ nhar is-7 ta' Lulju 2007, kemm-il darba jkunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fis-Sezzjoni ŻEE, u fis-Suppliment taż-ŻEE tal-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, 6 ta' Lulju 2007.
Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE
Il-President
Stefán Haukur JÓHANNESSON
(1) ĠU L 266, 11.10.2007, p. 4.
(2) ĠU L 355, 15.12.2006, p. 88.
(*1) Ebda rekwiżiti kostituzzjonali m'huma indikati.