European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/678

28.1.2025

Avviż għall-attenzjoni tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/385, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/85, u r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/386 dwar miżuri restrittivi kontra dawk li jappoġġaw, jiffaċilitaw jew jippermettu azzjonijiet vjolenti mill-Ħamas u l-Ġiħad Iżlamika tal-Palestina

(C/2025/678)

L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni, entitajiet u korpi li jidhru fl-Anness tad-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/385 (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2025/85 (2), u fl-Anness I tar-Regolament tal-Kunsill (UE) 2024/386 (3), dwar miżuri restrittivi kontra dawk li jappoġġaw, jiffaċilitaw jew jippermettu azzjonijiet vjolenti mill-Ħamas u l-Ġiħad Iżlamika tal-Palestina.

Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea, wara li rrieżamina l-lista ta' persuni, entitajiet u korpi deżinjati fl-Annessi msemmija hawn fuq, iddeċieda li l-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni (PESK) 2024/385 u fir-Regolament (UE) 2024/386 għandhom ikomplu japplikaw għalihom.

Qed tinġibed l-attenzjoni ta' dawk il-persuni, entitajiet u korpi għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti kif indikat fis-siti web fl-Anness II tar-Regolament (UE) 2024/386, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex jintużaw il-fondi ffriżati għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 4 tar-Regolament).

Il-persuni kkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' sostenn, biex id-deċiżjoni li huma jiġu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz li ġej qabel il-31 ta' Awwissu 2025.

Kunsill tal-Unjoni Ewropea

Segretarjat Ġenerali

RELEX.1

Rue de la Loi/Wetstraat 175

1048 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË

Email: sanctions@consilium.europa.eu

L-attenzjoni tal-persuni, il-gruppi, l-entitajiet u l-korpi kkonċernati qed tinġibed ukoll għall-possibbiltà li tiġi kkontestata d-Deċiżjoni tal-Kunsill quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275, it-tieni paragrafu, u l-Artikolu 263, ir-raba' u s-sitt paragrafi, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.


(1)   ĠU L, 2024/385, 19.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/385/oj.

(2)   ĠU L, 2025/85, 14.1.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/85/oj.

(3)   ĠU L, 2024/386, 19.1.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/386/oj.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/678/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)