28.5.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 202/107


P9_TA(2019)0025

Aġġustamenti għall-ammonti mobilizzati mill-Istrument ta' Flessibbiltà għall-2019 biex jintużaw għall-migrazzjoni, għad-dħul tar-refuġjati u għat-theddid għas-sigurtà

Riżoluzzjoni tal-Parlament Ewropew tal-10 ta' Ottubru 2019 dwar il-proposta għal Deċiżjoni tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill li temenda d-Deċiżjoni (UE) 2019/276 fir-rigward tal-aġġustamenti għall-ammonti mobilizzati mill-Istrument ta' Flessibbiltà għall-2019 biex jintużaw għall-migrazzjoni, għad-dħul tar-rifuġjati u għat-theddid għas-sigurtà (COM(2019)0600 – C9-0029/2019 – 2019/2039(BUD))

(2021/C 202/21)

Il-Parlament Ewropew,

—

wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill (COM(2019)0600 – C9-0029/2019),

—

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni (UE) 2019/276 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2018 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà biex jiġu msaħħa programmi ewlenin għall-kompetittività tal-UE għall-finanzjament ta' miżuri baġitarji immedjati biex jiġu indirizzati t-theddidiet kontinwi tal-migrazzjoni, tad-dħul tar-rifuġjati u tas-sigurtà (1),

—

wara li kkunsidra l-baġit ġenerali tal-Unjoni Ewropea għas-sena finanzjarja 2019, adottat b'mod definittiv fit-12 ta' Diċembru 2018 (2),

—

wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE, Euratom) Nru 1311/2013 tat-2 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi l-qafas finanzjarju pluriennali għas-snin 2014-2020 (3),

—

wara li kkunsidra l-Ftehim Interistituzzjonali tat-2 ta' Diċembru 2013 bejn il-Parlament Ewropew, il-Kunsill u l-Kummissjoni dwar dixxiplina baġitarja, dwar kooperazzjoni f'materji ta' baġit u dwar ġestjoni finanzjarja tajba (4),

—

wara li kkunsidra d-Deċiżjoni tal-Kunsill 2014/335/UE, Euratom tas-26 ta' Mejju 2014 dwar is-sistema tar-riżorsi proprji tal-Unjoni Ewropea (5),

—

wara li kkunsidra l-Abbozz ta' Baġit Emendatorju Nru 4/2019, adottat mill-Kummissjoni fit-2 ta' Lulju 2019 (COM(2019)0610),

—

wara li kkunsidra r-rapport tal-Kumitat għall-Baġits (A9-0013/2019),

A.

billi fl-2019 il-Parlament Ewropew u l-Kunsill iddeċidew li jimmobilizzaw l-Istrument ta' Flessibbiltà għal ammont ta' EUR 1 164 miljun: EUR 179 miljun għall-Intestatura 1a (Kompetittività għat-Tkabbir u l-Impjiegi) biex jissaħħu l-programmi ewlenin tal-kompetittività, jiġifieri Orizzont 2020 u Erasmus+, u EUR 985,6 miljun għall-Intestatura 3 kif propost mill-Kummissjoni;

B.

billi l-Kummissjoni pproponiet l-Abbozz ta' Baġit Emendatorju Nru 4/2019 li jinkludi tnaqqis fil-livell tal-approprjazzjonijiet ta' impenn kemm għall-Intestatura 1a kif ukoll għall-Intestatura 3 u, għaldaqstant, inaqqas il-ħtieġa li jintuża l-Istrument ta' Flessibbiltà fl-2019;

C.

billi, għaldaqstant, il-Kummissjoni pproponiet li tnaqqas l-ammonti mobilizzati mill-Istrument ta' Flessibbiltà b’EUR 1 090 miljun, li minnhom EUR 160 miljun għall-Intestatura 1a u EUR 930 miljun għall-Intestatura 3;

D.

billi d-deċiżjoni ta' mobilizzazzjoni proposta temenda d-Deċiżjoni (UE) 2019/276 tat-12 ta' Diċembru 2018 (6);

E.

billi, b'riżultat tal-pożizzjoni tal-Parlament dwar l-Abbozz ta' Baġit Emendatorju Nru 4/2019, l-aġġustamenti proposti saru nulli;

1.

Jiċħad il-proposta tal-Kummissjoni;

2.

Jagħti istruzzjonijiet lill-President tiegħu biex jgħaddi din ir-riżoluzzjoni lill-Kunsill u lill-Kummissjoni.

(1)  ĠU L 54, 22.2.2019, p. 3.

(2)  ĠU L 67, 7.3.2019.

(3)  ĠU L 347, 20.12.2013, p. 884.

(4)  ĠU C 373, 20.12.2013, p. 1.

(5)  ĠU L 168, 7.6.2014, p. 105.

(6)  Id-Deċiżjoni (UE) 2019/276 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-12 ta' Diċembru 2018 dwar il-mobilizzazzjoni tal-Istrument ta' Flessibbiltà biex jiġu msaħħa programmi ewlenin għall-kompetittività tal-UE għall-finanzjament ta' miżuri baġitarji immedjati biex jiġu indirizzati t-theddidiet kontinwi tal-migrazzjoni, tad-dħul tar-rifuġjati u tas-sigurtà (ĠU L 54, 22.2.2019, p. 3).