12.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 153/33


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 524/2008

tal-11 ta' Ġunju 2008

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1623/2000 li jistabbilixxi regoli ddettaljati għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999, f'dak li jirrigwarda l-perjodu ta’ użu ta’ l-alkoħol li joriġina mill-inbid mogħti fid-dawl ta’ użi industrijali ġodda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara li kkunsidrat it-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 tas-17 ta' Mejju 1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta' l-inbid (1), u partikolarment l-Artikolu 33 tiegħu,

Billi:

(1)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1623/2000 tal-25 Lulju 2000 li jistabbilixxi regoli dettaljati għall-implementazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1493/1999 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq ta’ l-inbid fir-rigward tal-mekkaniżmi tas-suq (2), jistabbilixxi, fost l-oħrajn, ir-regoli dettaljati għall-implimentazzjoni fir-rigward tat-tneħħija tal-ħażniet ta’ l-alkoħol maħluqa permezz tad-distillazzjoni msemmija fl-Artikoli 27, 28 u 30 tar-Regolament (KE) Nru 1493/1999 u miżmuma mill-aġenziji ta' intervent.

(2)

Skond l-Artikolu 80 tar-Regolament (KE) Nru 1623/2000, jeħtieġ li jsiru sejħiet għall-offerti għall-alkoħol li joriġina mill-inbid għal użi industrijali ġodda, bil-għan li jitnaqqsu l-ħażniet ta’ l-alkoħol li joriġina mill-inbid Komunitarju, kif ukoll għat-twettiq fil-Komunità ta' proġetti industrijali ta' daqs żgħir, jew l-ipproċessar f'merkanzija għal skopijiet industrijali destinata għall-esportazzjoni.

(3)

Fid-dawl tal-kwantitajiet sinifikanti ta’ l-alkoħol mibjugħ fl-2006 għal użi industrijali ġodda, jirriżulta li l-perjodu ta’ sentejn, imsemmi fl-Artikolu 85(5) tar-Regolament (KE) Nru 1623/2000 għall-użu ta’ l-alkoħol mill-offerenti, huwa qasir wisq u jeħtieġ li jittawwal b'sena.

(4)

Għaldaqstant, ir-Reġolament (KE) Nru 1623/2000 għandu jiġi emendat.

(5)

Il-miżuri pprovduti f'dan ir-Regolament huma skond l-opinjoni tal-Kumitat ta' Ġestjoni għall-Inbid,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 85 tar-Regolament (KE) Nru 1623/2000, il-paragrafu 5 għandu jinbidel bit-test li ġej:

“5.   L-użu ta’ l-alkoħol mogħti għandu jintemm fi żmien tliet snin mid-data ta' l-ewwel tneħħija.”

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fit-tielet jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 11 ta’ Ġunju 2008.

Għall-Kummissjoni

Mariann FISCHER BOEL

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 179, 14.7.1999, p. 1. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1234/2007 (ĠU L 299, 16.11.2007, p. 1).

(2)   ĠU L 194, 31.7.2000, p. 45. Ir-Regolament kif emendat l-aħħar bir-Regolament (KE) Nru 1433/2007 (ĠU L 320, 6.12.2007, p. 18).