9.6.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 144/15


REGOLAMENT TAL-KUMMISSJONI (KE) Nru 477/2009

tal-5 ta’ Ġunju 2009

li jikkonċerna l-klassifikazzjoni ta' ċerti prodotti fin-Nomenklatura Maqgħuda

IL-KUMMISSJONI TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ,

Wara kkunsidra it-Trattat li jistabilixxi l-Komunità Ewropea,

Wara kkunsidra ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2658/87 tat-23 ta' Lulju 1987 dwar in-nomenklatura tat-tariffa u l-istatistika u dwar it-Tariffa Doganali Komuni ta' Dwana (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 9(1)(a) tiegħu,

Billi:

(1)

Sabiex tkun żgurata l-applikazzjoni b’mod uniformi tan-Nomenklatura Magħquda annessa mar-Regolament (KEE) Nru 2658/87, jeħtieġ li jiġu adottati miżuri rigward il-klassifikazzjoni tal-oġġetti msemmija fl-Anness ma’ dan ir-Regolament.

(2)

Ir-Regolament (KEE) Nru 2658/87 stabilixxa r-regoli ġenerali għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Maqgħuda. Dawk ir-regoli japplikaw ukoll għal kwalunkwe nomenaklatura oħra li hija bbażata, parzjalment jew kollha kemm hi fuqha, jew li żżid kwalunkwe subdiviżjoni magħha u li hija stabbilita minn dispożizzjonijiet Komunitarji speċifiċi, bil-għan tal-applikazzjoni ta’ tariffi u miżuri oħra relatati mal-kummerċ tal-oġġetti.

(3)

Skont dawk ir-regoli ġenerali, il-merkanizja msemmija fil-kolonna 1 tat-tabella li tinsab fl-Anness għandha tkun ikklassifikata taħt il-kodiċi NM indikat fil-kolonna 2, għar-raġunijiet imsemmija fil-kolonna 3 ta' dik it-tabella.

(4)

Huwa xieraq li jkun stiplulat li informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li għandha x'taqsam mal-klassifikazzjoni tal-prodotti fin-Nomenklatura Magħquda, iżda li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament tista', għal perjodu ta' tliet xhur, tibqa’ tkun invokata mid-detentur, skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 2913/92 tat-12 ta' Ottubru 1992 li jistabbilixxi l-Kodiċi Doganali tal-Komunità (2).

(5)

Il-miżuri previsti f'dan ir-Regolament huma konformi mal-opinjoni tal-Kumitat tal-Kodiċi Doganali,

ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Il-prodotti deskritti fil-kolonna (1) tat-tabella mniżżla fl-Anness għandhom ikunu kklassifikati fi ħdan in-Nomenklatura Magħquda taħt il-kodiċi tan-NM indikati fil-kolonna (2) ta' dik it-tabella.

Artikolu 2

Informazzjoni tariffarja vinkolanti maħruġa mill-awtoritajiet doganali tal-Istati Membri, li ma tikkonformax ma' dan ir-Regolament, tista' tibqa’ tkun invokata għal perjodu ta' tliet xhur skont l-Artikolu 12(6) tar-Regolament (KEE) Nru 2913/92.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u huwa direttament applikabbli fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, 5 ta’ Ġunju 2009.

Għall-Kummissjoni

László KOVÁCS

Membru tal-Kummissjoni


(1)   ĠU L 256, 7.9.1987, p. 1.

(2)   ĠU L 302, 19.10.1992, p. 1.


ANNESS

Deskrizzjoni tal-prodotti

Klassifikazzjoni

(Kodiċi NM)

Raġunijiet

(1)

(2)

(3)

1.

Prodott li jikkonsisti fi pjanċa rettangulari ta’ ħġieġ semi-ittemprat li fuqha jkunu mwaħħlin diversi saffi ta’ plastik assorbenti u li ma jirriflettix.

Dan il-prodott mhux inkwadrat.

Mhux użat fil-manifattura tal-monitors plasma.

9001 90 00

Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-Regoli Ġenerali 1, 3(b) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda kif ukoll bil-kliem tal-Kodiċi NM 9001 and 9001 90 00 .

Is-saffi tal-plastik jagħtu lill-prodott il-karatteristiċi ta’ element ottiku. Klassifikazzjoni taħt l-intestatura 7007 bħala ħġieġ reżistenti (ittemprat) jew ħġieġ laminat, hi għaldaqstant eskluża.

Elementi ottiċi ta’ plastik li mhumiex immuntati huma koperti mill-intestatura 9001 , kemm jekk ikunu maħduma b’mod ottiku u kemm jekk le (ara wkoll in-Noti ta' Spjegazzjoni HS għall-intestatura 9001 (D)).

Għaldaqstant, il-prodott għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM 9001 90 00 bħala elementi ottiċi oħrajn.

2.

Prodott li jikkonsisti fi pjanċa rettangulari ta’ ħġieġ semi-ittemprat li fuqha jkunu mwaħħlin diversi saffi ta’ plastik assorbenti u li ma jirriflettix.

Dan il-prodott hu inkwadrat b’bordura tal-metall.

Jintuża fil-manifattura tal-plasma monitors.

9002 20 00

Il-klassifikazzjoni hija determinata mir-Regoli Ġenerali 1, 3(b) u 6 għall-interpretazzjoni tan-Nomenklatura Magħquda kif ukoll bil-kliem tal-Kodiċi NM 9002 u 9002 20 00 .

Is-saffi tal-plastik jagħtu lill-prodott il-karattereistiċi ta’ element ottiku/filtru ottiku. Il-klassifikazzjoni taħt l-intestatura 7007 bħala ħġieġ ta’ sikurezza, li jikkonsisti fi ħġieġ reżistenti (ittemprat) jew ħġieġ laminat, hi għaldaqstant eskluża.

Elementi ottiċi ta’ plastik li mhumiex immuntati huma koperti mill-intestatura 9002 , kemm jekk ikunu maħduma b’mod ottiku u kemm jekk le (ara wkoll in-Noti ta' Spjegazzjoni HS għall-intestatura 9001 , (D) u 9002 ).

Għaldaqstant, il-prodott għandu jiġi kklassifikat taħt il-kodiċi tan-NM 9002 20 00 bħala filtru ottiku.