5.10.2021   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 402/7


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.10470 — Swiss Life Holding/Vauban Infrastructure Partners/Aves One)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2021/C 402/06)

1.   

Fit-23 ta’ Settembru 2021, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

Swiss Life Holding AG (“Swiss Life”, l-Iżvizzera),

—

Vauban Infrastructure Partners (“Vauban”, Franza), li tappartjeni lill-grupp BPCE S.A.,

—

Aves One AG (“Aves One”, il-Ġermanja).

Swiss Life u Vauban jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll konġunt ta’ Aves One kollha kemm hi.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz ta’ offerta pubblika mħabbra fil-21 ta’ Settembru 2021.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

għal Swiss Life: fornitur ta’ soluzzjonijiet komprensivi fl-assigurazzjonijiet tal-ħajja, tal-pensjonijiet u tal-finanzi.

—

għal Vauban: kumpanija tal-ġestjoni tal-assi li tiffoka fuq investimenti fl-ekwitajiet infrastrutturali. Vauban tappartjeni lill-grupp bankarju Franċiż BPCE S.A.

—

għal Aves One: proprjetarju u lokatur ta’ vaguni ferrovjarji tal-merkanzija u kaxxi skambjabbli.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati sabiex iressqu l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

M.10470 - Swiss Life Holding/Vauban Infrastructure Partners/Aves One

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-faks jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Faks +32 122964301

Indirizz tal-posta:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).