Subject of the case
Parti operattiva
Suġġett
Talba għall-annullament tad-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-10 ta’ Frar 2004, li tirrifjuta lir-rikorrent l-aċċess għal-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni ġenerali A 7/A 6 COM/A/637 u għad-deċiżjonijiet individwali li jirrigwardaw il-ħatra ta’ uffiċjali fil-grad A 6 mill-5 ta’ Ottubru 1995.
Dispożittiv
1) Id-deċiżjoni tal-Kummissjoni tal-Komunitajiet Ewropej tal-10 ta’ Frar 2004, li tirrifjuta lil Gregorio Valero Jordana l-aċċess għal-lista ta’ riżerva tal-kompetizzjoni ġenerali A 7/A 6 COM/A/637 u għad-deċiżjonijiet individwali ta’ ħatra ta’ uffiċjali fil-grad A 6 mill-5 ta’ Ottubru 1995, hija annullata.
2) Minbarra l-ispejjeż tagħha, il-Kummissjoni għandha wkoll tbati l-ispejjeż inkorsi minn G. Valero Jordana.
3) Ir-Renju tal-Isvezja għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
4) Il-Kontrollur Ewropew għall-Protezzjoni tad-Data (KEPD) għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
5) Ir-Renju tad-Danimarka huwa mħassar mill-Kawża T‑161/04 bħala intervenjent.
6) Ir-Renju tad-Danimarka għandu jbati l-ispejjeż tiegħu.
7) G. Valero Jordana, il-Kummissjoni, ir-Renju tal-Isvezja u l-KEPD għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom dwar l-intervent tar-Renju tad-Danimarka.