|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/1619 |
19.6.2024 |
DIRETTIVA (UE) 2024/1619 TAL-PARLAMENT EWROPEW U TAL-KUNSILL
tal-31 ta’ Mejju 2024
li temenda d-Direttiva 2013/36/UE fir-rigward tas-setgħat superviżorji, is-sanzjonijiet, il-fergħat ta’ pajjiżi terzi, u r-riskji ambjentali, soċjali u ta’ governanza
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-PARLAMENT EWROPEW U L-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea u, b’mod partikolari, l-Artikolu 53(1) tiegħu,
Wara li kkunsidraw il-proposta tal-Kummissjoni Ewropea,
Wara li l-abbozz tal-att leġiżlattiv intbagħat lill-parlamenti nazzjonali,
Wara li kkunsidraw l-opinjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew (1),
Filwaqt li jaġixxu skont il-proċedura leġiżlattiva ordinarja (2),
Billi:
|
(1) |
L-iskop tal-emendi għad-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (3) b’rabta mas-setgħat superviżorji, is-sanzjonijiet, il-fergħat ta’ pajjiżi terzi, u r-riskji ambjentali, soċjali u ta’ governanza (ESG), huwa li jżidu l-armonizzazzjoni tal-qafas superviżorju tal-banek u, finalment, japprofondixxu s-suq intern għall-banek. Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jfittxu li jiżguraw li l-qafas superviżorju jiġi applikat għall-istituzzjonijiet, kif definit f’dik id-Direttiva, b’mod proporzjonat u, b’mod partikolari, jenħtieġ li jimmiraw lejn it-tnaqqis, sa kemm jista’ jkun possibbli, tal-kostijiet tal-konformità u tar-rappurtar għall-istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi, waqt li jqisu kif xieraq ir-rakkomandazzjonijiet stabbiliti fir-rapport intitolat “Study of the cost of compliance with supervisory reporting requirements” (Studju dwar il-kost tal-konformità mar-rekwiżiti tar-rappurtar superviżorju) ippubblikat mill-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Bankarja Ewropea) (ABE) stabbilita fl-2021 bir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (4), li l-mira tagħhom kienet tnaqqis medju fil-kostijiet tar-rappurtar ta’ 10 % sa 20 %. |
|
(2) |
Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti, il-membri tal-persunal tagħhom u l-membri tal-korpi ta’ governanza tagħhom ikunu indipendenti u ħielsa mill-influwenza politika u ekonomika. Ir-riskji ta’ kunflitti ta’ interess idgħajfu l-integrità tas-sistema finanzjarja tal-Unjoni u jagħmlu ħsara lill-għan ta’ unjoni bankarja u tas-swieq kapitali integrata. Jenħtieġ li d-Direttiva 2013/36/UE tistabbilixxi dispożizzjonijiet aktar dettaljati għall-Istati Membri sabiex jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti, inkluż il-membri tal-persunal tagħhom u l-membri tal-korpi ta’ governanza tagħhom, jaġixxu b’mod indipendenti u oġġettiv. F’dak il-kuntest, jenħtieġ li jiġu stabbiliti rekwiżiti minimi biex jiġu evitati kunflitti ta’ interess u jiġu limitati r-“revolving doors”, li jipprevedu, b’mod partikolari, perjodi ta’ preklużjoni, projbizzjoni fuq in-negozju ta’ strumenti maħruġa minn entitajiet taħt superviżjoni, u perjodu massimu għaż-żamma fil-kariga għall-membri rilevanti tal-korpi ta’ governanza. Jenħtieġ li l-ABE toħroġ linji gwida, indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti dwar il-prevenzjoni ta’ kunflitti ta’ interess li jkunu msejsa fuq l-aħjar prattiki internazzjonali. |
|
(3) |
Jenħtieġ li l-membri tal-persunal u l-membri tal-korpi ta’ governanza tal-awtoritajiet kompetenti soġġetti għal perjodi ta’ preklużjoni jkunu intitolati għal kumpens xieraq, li l-għan tiegħu jenħtieġ li jkun li jikkumpensahom billi, għal ċertu perjodu, ma jistgħux jaċċettaw impjieg ma’ entitajiet li fir-rigward tagħhom japplikaw dawk ir-restrizzjonijiet ta’ preklużjoni. Jenħtieġ li l-kumpens ikun proporzjonat mat-tul tal-perjodu ta’ preklużjoni rilevanti u l-forma tiegħu jenħtieġ li tiġi deċiża minn kull Stat Membru. |
|
(4) |
Jenħtieġ li s-superviżuri jaġixxu bl-akbar integrità fl-eżerċizzju tal-funzjonijiet superviżorji tagħhom. Sabiex tiżdied it-trasparenza u jiġu żgurati standards etiċi għolja, huwa xieraq li l-membri tal-persunal u l-membri tal-korp ta’ governanza tal-awtorità kompetenti jissottomettu dikjarazzjoni ta’ interessi fuq bażi annwali. Jenħtieġ li dik id-dikjarazzjoni tiżvela informazzjoni dwar il-parteċipazzjonijiet ta’ strumenti finanzjarji tal-membru biex jitnaqqsu r-riskji li jirriżultaw minn kunflitti ta’ interess li jistgħu jirriżultaw minn dawk il-parteċipazzjonijiet u biex tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jimmaniġġaw tali riskji b’mod xieraq. Jenħtieġ li dikjarazzjoni ta’ interessi tkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rekwiżit li tiġi ppreżentata dikjarazzjoni tal-ġid skont ir-regoli nazzjonali applikabbli. |
|
(5) |
Il-forniment tas-servizzi bankarji ewlenin elenkati fl-Anness I, il-punti 1, 2 u 6, tad-Direttiva 2013/36/UE jenħtieġ li jsir bil-kundizzjoni ta’ rekwiżit fil-liġi tal-Unjoni għal awtorizzazzjoni armonizzata u espliċita, li tispeċifika li impriżi stabbiliti f’pajjiż terz li jfittxu li jipprovdu servizzi bankarji ewlenin bħal dawn fl-Unjoni jenħtieġ li tal-anqas jistabbilixxu fergħa fi Stat Membru u li tali fergħa jenħtieġ li tiġi awtorizzata f’konformità mal-liġi tal-Unjoni, sakemm l-impriża ma tkunx tixtieq tipprovdi servizzi bankarji fl-Unjoni permezz ta’ sussidjarja. |
|
(6) |
Il-konsum tas-servizzi bankarji barra mill-Unjoni, bħal fil-kuntest tal-Qbil tal-Organizzazzjoni Dinjija tal-Kummerċ dwar l-impenji fis-servizzi finanzjarji, ma għandux jiġi affettwat. Ir-rekwiżit li tiġi stabbilita fergħa fl-Unjoni jenħtieġ li ma japplikax għal każijiet ta’ solleċitazzjoni bil-kontra, jiġifieri meta klijent jew kontroparti javviċinaw impriża stabbilita f’pajjiż terz fuq l-inizjattiva esklużiva tagħhom stess għall-forniment ta’ servizzi bankarji, inkluż il-kontinwazzjoni tagħhom, jew servizzi bankarji relatati mill-qrib ma’ dawk oriġinarjament solleċitati. Meta jittrasponu din id-Direttiva, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jieħdu miżuri biex jippreservaw id-drittijiet miksuba tal-klijenti skont kuntratti eżistenti. Tali miżuri jenħtieġ li japplikaw biss għall-fini li tiġi ffaċilitata t-tranżizzjoni għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, u jenħtieġ li jkunu inkwadrati b’mod ristrett biex jiġu evitati każijiet ta’ ċirkomvenzjoni.Sabiex tiġi evitata ċ-ċirkomvenzjoni tar-regoli applikabbli għall-forniment transfruntier ta’ servizzi bankarji minn impriżi ta’ pajjiżi terzi, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jimmonitorjaw il-forniment ta’ dawk is-servizzi. Jenħtieġ li r-rekwiżit li tiġi stabbilita fergħa fl-Unjoni ma japplikax ukoll għal tranżazzjonijiet bejn il-banek u bejn in-negozjanti. Barra minn hekk, mingħajr preġudizzju għar-reġim ta’ awtorizzazzjoni previst fid-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (5) u fir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (6), ir-rekwiżit li tiġi stabbilita fergħa jenħtieġ li ma japplikax għal każijiet fejn istituzzjonijiet ta’ kreditu ta’ pajjiżi terzi jipprovdu fl-Unjoni s-servizzi u l-attivitajiet ta’ investiment elenkati fl-Anness I, Taqsima A, tad-Direttiva 2014/65/UE u kwalunkwe servizz anċillari li jakkomodawhom, bħal teħid ta’ depożiti relatati jew il-kreditu jew is-self li jingħataw bil-għan li jipprovdu servizzi skont dik id-Direttiva, inkluż il-forniment ta’ servizz ta’ negozju fi strumenti finanzjarji jew il-ġestjoni tal-ġid privat. Madankollu, tali eżenzjoni jenħtieġ li tqis il-konformità mar-regoli kontra l-ħasil tal-flus u kontra l-finanzjament tat-terroriżmu kif stabbiliti fid-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (7). |
|
(7) |
Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa neċessarja li jirtiraw l-awtorizzazzjoni mogħtija lil istituzzjoni ta’ kreditu meta tali istituzzjoni ta’ kreditu tkun ġiet iddeterminata li qed tfalli jew probabbli ser tfalli, ma jkun hemm l-ebda prospett raġonevoli li kwalunkwe miżura alternattiva tas-settur privat jew azzjoni superviżorja tista’ tipprevjeni falliment ta’ tali istituzzjoni ta’ kreditu fi żmien raġonevoli u azzjoni ta’ riżoluzzjoni ma tkunx meħtieġa fl-interess pubbliku. F’sitwazzjoni bħal din, jenħtieġ li istituzzjoni ta’ kreditu tiġi stralċjata f’konformità mal-proċedimenti nazzjonali ta’ insolvenza applikabbli, jew ma’ tipi oħrajn ta’ proċedimenti stabbiliti għal dawk l-istituzzjonijiet skont il-liġi nazzjonali, li jiżguraw il-ħruġ ordnat tagħha mis-suq, u għalhekk jenħtieġ li twaqqaf l-attivitajiet li għalihom tkun ingħatat l-awtorizzazzjoni. Madankollu, jenħtieġ li ma jkun hemm l-ebda rabta awtomatika bejn id-determinazzjoni ta’ falliment jew tal-probabbiltà ta’ falliment u l-irtirar tal-awtorizzazzjoni, bħal f’każijiet oħra fejn l-awtorità kompetenti tkun intitolata li tirtira l-awtorizzazzjoni. Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jeżerċitaw is-setgħat tagħhom b’mod li jkun proporzjonat u li jqis il-karatteristiċi tal-proċedimenti nazzjonali ta’ insolvenza applikabbli, inkluż il-proċeduri ġudizzjarji eżistenti. Jenħtieġ li s-setgħa li tiġi rtirata l-awtorizzazzjoni ma tintużax biex tipprevjeni l-ftuħ ta’ proċedimenti ta’ insolvenza, jew biex iġġiegħel it-terminazzjoni tagħhom, bħall-applikazzjoni ta’ moratorju ġudizzjarju jew miżuri oħra li huma kondizzjonali fuq liċenzja attiva. |
|
(8) |
Jenħtieġ li l-kumpaniji azzjonarji finanzjarji u l-kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta li huma impriżi prinċipali ta’ gruppi bankarji jibqgħu soġġetti għall-mekkaniżmu ta’ identifikazzjoni u approvazzjoni introdott bid-Direttiva (UE) 2019/878 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (8). Dak il-mekkaniżmu jippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jqiegħdu lil ċerti kumpaniji azzjonarji finanzjarji u kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta taħt is-superviżjoni diretta tagħhom u taħt is-setgħat superviżorji tagħhom skont id-Direttiva 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (9) biex jiżguraw il-konformità fuq bażi konsolidata. F’ċirkostanzi speċifiċi, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom id-diskrezzjoni li jeżentaw mill-approvazzjoni kumpanija azzjonarja finanzjarja jew kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta stabbilita għall-fini li jkollha parteċipazzjonijiet f’impriżi. Barra minn hekk, biex jiġu indirizzati l-ispeċifiċitajiet ta’ ċerti gruppi bankarji, jenħtieġ li s-superviżur konsolidanti jkun jista’ jippermetti li kumpaniji azzjonarji finanzjarji jew kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta eżentati mill-approvazzjoni jiġu esklużi mill-perimetru ta’ konsolidazzjoni ta’ grupp bankarju. Madankollu, is-setgħa tal-esklużjoni ta’ dawk l-entitajiet mill-perimetru tal-konsolidazzjoni ta’ grupp bankarju jenħtieġ li tiġi eżerċitata biss f’ċirkostanzi eċċezzjonali, fejn il-kundizzjonijiet kollha stipulati fil-liġi applikabbli jkunu ssodisfati u, għal dak l-għan, il-grupp bankarju kkonċernat jenħtieġ li juri li l-entità azzjonarja li jenħtieġ li tiġi eskluża ma tkunx involuta fit-tmexxija ta’ dak il-grupp bankarju, jew tkun rilevanti għalih. |
|
(9) |
Jenħtieġ li s-superviżuri tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu jkollhom is-setgħat neċessarji kollha li jippermettulhom iwettqu dmirijiethom u li jkopru d-diversi operazzjonijiet imwettqa mill-entitajiet taħt superviżjoni. Għal dak l-għan u sabiex jiżdiedu l-kundizzjonijiet ekwi, jenħtieġ li s-superviżuri jkollhom għad-dispożizzjoni tagħhom is-setgħat superviżorji kollha li jippermettulhom ikopru l-operazzjonijiet materjali li jistgħu jitwettqu mill-entitajiet taħt superviżjoni. Għalhekk, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jiġu nnotifikati jekk operazzjonijiet materjali mwettqa minn entità taħt superviżjoni, inkluż akkwisti minn entitajiet taħt superviżjoni ta’ parteċipazzjonijiet materjali f’entitajiet finanzjarji jew fis-settur mhux finanzjarju, trasferimenti materjali ta’ assi u ta’ obbligazzjonijiet minn jew lil entitajiet taħt superviżjoni, u fużjonijiet u diviżjonijiet li jinvolvu entitajiet taħt superviżjoni, iqajmu tħassib dwar il-profil prudenzjali ta’ dik l-entità, jew dwar attivitajiet possibbli ta’ ħasil tal-flus jew ta’ finanzjament tat-terroriżmu. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa li jintervjenu f’każijiet ta’ akkwiżizzjonijiet ta’ parteċipazzjonijiet materjali, fużjonijiet jew diviżjonijiet. |
|
(10) |
Sabiex tiġi żgurata l-proporzjonalità u jiġi evitat piż amministrattiv żejjed, jenħtieġ li s-setgħat addizzjonali tal-awtoritajiet kompetenti japplikaw biss għal operazzjonijiet meqjusa materjali. Jenħtieġ li l-operazzjonijiet li jikkonsistu f’fużjonijiet jew f’diviżjonijiet biss jiġu ttrattati awtomatikament bħala operazzjonijiet materjali, billi l-entità li tkun għadha kif inħolqot tista’ tkun mistennija li tippreżenta profil prudenzjali differenti b’mod sinifikanti mill-entitajiet inizjalment involuti fil-fużjoni jew fid-diviżjoni. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-fużjonijiet jew id-diviżjonijiet ma jiġux konklużi minn entitajiet li jwettquhom qabel ma tasal opinjoni pożittiva minn qabel mill-awtoritajiet kompetenti. Jenħtieġ li l-akkwiżizzjonijiet ta’ parteċipazzjonijiet, meta jitqiesu materjali, jiġu vvalutati mill-awtorità kompetenti kkonċernata, abbażi ta’ proċedura ta’ approvazzjoni taċita. |
|
(11) |
Biex jiġi żgurat li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jintervjenu qabel ma titwettaq operazzjoni materjali, jenħtieġ li jiġu nnotifikati minn qabel. Jenħtieġ li dik in-notifika tkun akkumpanjata mill-informazzjoni neċessarja għall-awtoritajiet kompetenti sabiex jivvalutaw l-operazzjoni proposta minn perspettiva prudenzjali u ta’ kontra l-ħasil tal-flus u ta’ kontra l-finanzjament tat-terroriżmu. Dik il-valutazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li tinbeda mal-wasla tan-notifika li tinkludi l-informazzjoni kollha mitluba. Fil-każ tal-akkwiżizzjoni ta’ parteċipazzjoni materjali, jew meta l-operazzjoni proposta tinvolvi biss partijiet ikkonċernati finanzjarji mill-istess grupp, dik il-valutazzjoni jenħtieġ li tkun limitata fiż-żmien. |
|
(12) |
Fil-każ tal-akkwiżizzjoni ta’ parteċipazzjoni materjali, il-konklużjoni tal-valutazzjoni tista’ twassal sabiex l-awtorità kompetenti tiddeċiedi li topponi l-operazzjoni. Fin-nuqqas ta’ oppożizzjoni mill-awtorità kompetenti fi żmien stabbilit, jenħtieġ li l-operazzjoni titqies bħala approvata. |
|
(13) |
Huwa neċessarju li d-dispożizzjonijiet relatati mal-akkwiżizzjoni ta’ parteċipazzjoni kwalifikanti f’istituzzjoni ta’ kreditu jiġu allinjati ma’ dispożizzjonijiet dwar l-akkwiżizzjoni ta’ parteċipazzjoni materjali minn istituzzjoni, f’każ li ż-żewġ valutazzjonijiet ikunu jridu jitwettqu għall-istess operazzjoni. Mingħajr l-allinjament xieraq, dawk id-dispożizzjonijiet jistgħu jwasslu għal inkonsistenzi fil-valutazzjoni mwettqa mill-awtoritajiet kompetenti u, finalment, fid-deċiżjonijiet meħudin minnhom. |
|
(14) |
Fir-rigward tal-fużjonijiet u tad-diviżjonijiet, id-Direttiva (UE) 2017/1132 tal-Parlament u tal-Kunsill (10) tistabbilixxi regoli u proċeduri armonizzati, b’mod partikolari għall-fużjonijiet u għad-diviżjonijiet transfruntiera ta’ kumpaniji b’responsabbiltà limitata. Għalhekk, jenħtieġ li l-proċedura ta’ valutazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti prevista f’din id-Direttiva tkun komplementari għall-proċedura stabbilita fid-Direttiva (UE) 2017/1132 u jenħtieġ li ma tikkontradixxi l-ebda dispożizzjoni tagħha. Fil-każ ta’ dawk il-fużjonijiet u d-diviżjonijiet transfruntiera fil-kamp ta’ applikazzjoni tad-Direttiva (UE) 2017/1132, jenħtieġ li l-opinjoni motivata maħruġa mill-awtorità kompetenti tkun parti mill-valutazzjoni tal-konformità mal-kundizzjonijiet rilevanti kollha u t-tlestija xierqa tal-proċeduri u tal-formalitajiet kollha meħtieġa għaċ-ċertifikat ta’ qabel il-fużjoni jew ta’ qabel id-diviżjoni. Għalhekk, jenħtieġ li l-opinjoni motivata tintbagħat lill-awtorità nazzjonali nominata responsabbli għall-ħruġ taċ-ċertifikat ta’ qabel il-fużjoni jew ta’ qabel id-diviżjoni skont id-Direttiva (UE) 2017/1132. |
|
(15) |
Jista’ jkun li f’xi sitwazzjonijiet, pereżempju meta jkunu involuti entitajiet stabbiliti fi Stati Membri varji, l-operazzjonijiet ikunu jeħtieġu diversi notifiki u valutazzjonijiet minn awtoritajiet kompetenti differenti, u għalhekk jeħtieġu kooperazzjoni effiċjenti bejn dawk l-awtoritajiet. Għalhekk huwa meħtieġ li jiġu speċifikati l-obbligi ta’ kooperazzjoni, b’mod partikolari n-notifiki transfruntiera bikrija, l-iskambju bla xkiel ta’ informazzjoni, inkluż mal-awtoritajiet responsabbli għall-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus jew kontra l-finanzjament tat-terroriżmu, u l-koordinazzjoni fil-proċess ta’ valutazzjoni. |
|
(16) |
Jenħtieġ li l-ABE tingħata l-mandat li tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji, abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni u linji gwida sabiex tiżgura li l-użu tas-setgħat superviżorji addizzjonali jkollu qafas xieraq. Jenħtieġ li dak l-abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji u l-abbozz ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni, b’mod partikolari, jispeċifikaw l-informazzjoni li għandha tasal għand l-awtoritajiet kompetenti, l-elementi li għandhom jiġu vvalutati, u l-kooperazzjoni meħtieġa meta jkunu involuti aktar minn awtorità kompetenti waħda. Dawk id-diversi elementi huma kruċjali sabiex jiżguraw li metodoloġija superviżorja armonizzata biżżejjed tippermetti li d-dispożizzjonijiet dwar is-setgħat addizzjonali jiġu implimentati b’mod effiċjenti, bl-anqas piż amministrattiv addizzjonali possibbli. |
|
(17) |
Ir-regolamentazzjoni ta’ fergħat stabbiliti minn impriżi f’pajjiż terz sabiex jipprovdu servizzi bankarji fi Stat Membru hija soġġetta għal-liġi nazzjonali u armonizzata biss sa ċertu punt limitat ħafna mid-Direttiva 2013/36/UE. Filwaqt li l-fergħat ta’ pajjiżi terzi għandhom preżenza sinifikanti u li qed tikber fis-swieq bankarji tal-Unjoni, bħalissa huma soġġetti biss għal rekwiżiti ta’ informazzjoni ġenerali ħafna, iżda għall-ebda standard prudenzjali fil-livell tal-Unjoni jew għal arranġamenti ta’ kooperazzjoni superviżorja. In-nuqqas sħiħ ta’ qafas prudenzjali komuni jwassal biex il-fergħat ta’ pajjiżi terzi jkunu soġġetti għal rekwiżiti nazzjonali differenti ta’ livelli differenti ta’ prudenza u ta’ kamp ta’ applikazzjoni. Barra minn hekk, l-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx informazzjoni komprensiva u l-għodod superviżorji meħtieġa biex jimmonitorjaw kif xieraq ir-riskji speċifiċi maħluqa minn gruppi ta’ pajjiżi terzi li joperaw fi Stat Membru wieħed jew aktar permezz ta’ fergħat u ta’ sussidjarji. Bħalissa ma hemm l-ebda arranġament superviżorju integrat fir-rigward tagħhom u l-awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni ta’ kull fergħa ta’ grupp ta’ pajjiż terz mhijiex obbligata tiskambja informazzjoni mal-awtoritajiet kompetenti li jissorveljaw il-fergħat u s-sussidjarji l-oħra tal-istess grupp. Pajsaġġ regolatorju daqshekk frammentat joħloq riskji għall-istabbiltà finanzjarja u għall-integrità tas-suq fl-Unjoni u jenħtieġ li jiġi indirizzat kif xieraq permezz ta’ qafas regolatorju armonizzat dwar il-fergħat ta’ pajjiżi terzi. Jenħtieġ li t-tali qafas jinkludi rekwiżiti komuni minimi dwar l-awtorizzazzjoni, l-istandards prudenzjali, il-governanza interna, is-superviżjoni u r-rappurtar. Jenħtieġ li dak is-sett ta’ rekwiżiti jibni fuq dawk li l-Istati Membri diġà japplikaw għal fergħat ta’ pajjiż terz fit-territorji tagħhom u jenħtieġ li jqis rekwiżiti simili jew ekwivalenti li l-pajjiżi terzi japplikaw għal fergħat barranin, sabiex tiġi żgurata l-konsistenza bejn l-Istati Membri u l-qafas regolatorju tal-Unjoni għall-fergħat ta’ pajjiżi terzi jiġi allinjat mal-prattiki internazzjonali prevalenti f’dan il-qasam. |
|
(18) |
Meta jawtorizzaw u jissorveljaw fergħat ta’ pajjiżi terzi, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jeżerċitaw il-funzjonijiet superviżorji tagħhom b’mod effettiv. Għal dak l-għan jeħtieġ li jkollhom aċċess għall-informazzjoni kollha meħtieġa dwar l-impriża ewlenija tal-fergħa ta’ pajjiż terz mill-awtoritajiet superviżorji tal-pajjiż terz rilevanti u jkunu jistgħu jikkoordinaw b’mod effettiv l-attivitajiet superviżorji tagħhom ma’ dawk tal-awtoritajiet superviżorji tal-pajjiż terz. Qabel ma fergħa ta’ pajjiż terz tibda l-attivitajiet tagħha fi Stat Membru, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jagħmlu ħilithom biex jikkonkludu ftehim mal-awtorità superviżorja tal-pajjiż terz ikkonċernat li jippermetti l-kooperazzjoni u l-iskambju ta’ informazzjoni. Jenħtieġ li tali ftehim ikun ibbażat fuq il-mudell tal-arranġamenti amministrattivi żviluppati mill-ABE f’konformità mal-Artikolu 33(5) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. L-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jissottomettu informazzjoni dwar tali ftehimiet lill-ABE. Meta l-konklużjoni ta’ ftehim amministrattiv abbażi tal-mudell żviluppat mill-ABE ma tkunx possibbli, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jużaw arranġamenti oħra, pereżempju skambju ta’ ittri, biex jiżguraw li jistgħu jeżerċitaw il-funzjonijiet superviżorji tagħhom. |
|
(19) |
Għal raġunijiet ta’ proporzjonalità, jenħtieġ li r-rekwiżiti minimi imposti fuq il-fergħat ta’ pajjiżi terzi jkunu relattivi għar-riskju li dawn joħolqu għall-istabbiltà finanzjarja u għall-integrità tas-suq fl-Unjoni u l-Istati Membri. Għalhekk, jenħtieġ li l-fergħat ta’ pajjiżi terzi jiġu kklassifikati jew bħala tal-Klassi 1, meta jitqiesu aktar riskjużi, jew, inkella, bħala tal-Klassi 2, meta jitqiesu li huma żgħar u mhux kumplessi u ma joħolqux riskju sinifikanti ta’ stabbiltà finanzjarja, b’mod konsistenti mad-definizzjoni ta’ “istituzzjoni żgħira u mhux kumplessa” fir-Regolament (UE) Nru 575/2013. Għaldaqstant, jenħtieġ li l-fergħat ta’ pajjiżi terzi b’assi rreġistrati fil-kotba ta’ Stat Membru f’ammont ugwali għal EUR 5 biljuni jew aktar jitqiesu li jippreżentaw riskju akbar bħal dan minħabba l-fatt li huma akbar u aktar kumplessi, billi l-falliment tagħhom jista’ jwassal għal tfixkil sinifikanti tas-suq tas-servizzi bankarji jew tas-sistema bankarja tal-Istat Membru. Jenħtieġ li fergħat ta’ pajjiżi terzi awtorizzati li jaċċettaw depożiti fil-livell tal-konsumatur jitqiesu bl-istess mod bħala aktar riskjużi irrispettivament mid-daqs tagħhom fejn l-ammont ta’ tali depożiti fil-livell tal-konsumatur jaqbeż ċertu livell limitu, sa fejn il-falliment tagħhom ikun jaffettwa depożitanti vulnerabbli ħafna u jista’ jwassal għat-telf ta’ fiduċja fis-sikurezza u fis-solidità tas-sistema bankarja tal-Istat Membru u fil-kapaċità tiegħu li jħares it-tfaddil taċ-ċittadini. Għalhekk, jenħtieġ li ż-żewġ tipi ta’ fergħat ta’ pajjiżi terzi jiġu kklassifikati bħala fergħat ta’ pajjiżi terzi tal-Klassi 1. |
|
(20) |
Jenħtieġ li l-fergħat ta’ pajjiżi terzi jiġu kklassifikati wkoll bħala tal-Klassi 1 fejn l-impriża prinċipali tkun soġġetta għal regolamentazzjoni u s-sorveljanza u l-implimentazzjoni ta’ dik ir-regolamentazzjoni li ma jkunux iddeterminati li jkunu tal-anqas ekwivalenti għal dak meħtieġ mid-Direttiva 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 575/2013, jew meta l-pajjiż terz rilevanti jkun elenkat bħala pajjiż terz b’riskju għoli li għandu defiċjenzi strateġiċi fir-reġim tiegħu dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u kontra l-finanzjament tat-terroriżmu f’konformità mad-Direttiva (UE) 2015/849. Dawk il-fergħat ta’ pajjiżi terzi jippreżentaw riskju sinifikanti għall-istabbiltà finanzjarja fl-Unjoni u l-Istat Membru ta’ stabbiliment minħabba li l-oqfsa regolatorji jew ta’ kontra l-ħasil tal-flus u kontra l-finanzjament tat-terroriżmu li japplikaw għall-impriża ewlenija tagħhom jonqsu milli jkopru b’mod adegwat jew jonqsu milli jippermettu monitoraġġ xieraq tar-riskji speċifiċi li jirriżultaw mill-attivitajiet imwettqa mill-fergħa fl-Istat Membru, jew tar-riskji għall-kontropartijiet fl-Istat Membru li jirriżultaw mill-grupp ta’ pajjiżi terzi. Għall-fini tad-determinazzjoni tal-ekwivalenza tal-istandards prudenzjali u superviżorji bankarji tal-pajjiż terz mal-istandards tal-Unjoni, jenħtieġ li l-Kummissjoni tkun tista’ tagħti struzzjonijiet lill-ABE biex twettaq valutazzjoni u toħroġ rapport dwar il-qafas regolatorju bankarju tal-pajjiż terz rilevanti f’konformità mal-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. Jenħtieġ li l-ABE tiżgura li l-valutazzjoni titwettaq b’mod rigoruż u trasparenti u f’konformità ma’ metodoloġija għaqlija. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-ABE tikkonsulta u tikkoopera mill-qrib mal-awtoritajiet superviżorji tal-pajjiż terz, mad-dipartimenti tal-gvern tal-pajjiż terz responsabbli mir-regolamentazzjoni bankarja tiegħu u, fejn xieraq, mal-partijiet tas-settur privat, filwaqt li tieħu l-impenn li tittratta lil dawk il-partijiet b’mod ġust u li tagħtihom l-opportunità li jippreżentaw dokumentazzjoni u jagħmlu rappreżentazzjonijiet f’perjodi ta’ żmien raġonevoli. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-ABE tiżgura li r-rapport maħruġ ikun motivat b’mod adegwat, jagħti deskrizzjoni dettaljata tal-kwistjonijiet ivvalutati u jasal fi żmien raġonevoli. Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet uniformi għall-implimentazzjoni ta’ din id-Direttiva, jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata setgħat ta’ implimentazzjoni biex tadotta deċiżjonijiet dwar l-ekwivalenza tal-oqfsa regolatorji bankarji tal-fergħat ta’ pajjiżi terzi. Jenħtieġ li dawk is-setgħat ikunu eżerċitati f’konformità mar-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (11). |
|
(21) |
Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa espliċita li skont il-każ jirrikjedu li l-fergħat ta’ pajjiż terz japplikaw għall-awtorizzazzjoni f’konformità mat-Titolu III, il-Kapitolu 1 tad-Direttiva 2013/36/UE, tal-anqas fejn dawk il-fergħat ikunu involuti f’attivitajiet ma’ klijenti jew kontropartijiet fi Stati Membri oħra bi ksur tar-regoli tas-suq intern, fejn joħolqu riskju sinifikanti għall-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni jew tal-Istat Membru fejn ikunu stabbiliti jew fejn l-ammont aggregat tal-assi tal-fergħat kollha tal-pajjiż terz fl-Unjoni li jkunu jappartjenu għall-istess grupp ta’ pajjiż terz ikunu ugwali jew aktar minn EUR 40 biljun jew l-ammont ta’ assi tal-fergħa tal-pajjiż terz fl-Istat Membru fejn tkun stabbilita jkun ugwali jew akbar minn EUR 10 biljun. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkunu meħtieġa jivvalutaw jekk il-fergħat ta’ pajjiżi terzi jkollhomx importanza sistemika meta l-ammont aggregat tal-assi tal-fergħat kollha ta’ pajjiżi terzi fl-Unjoni li jappartjenu għall-istess grupp ta’ pajjiż terz ikun ugwali għal EUR 40 biljun jew akbar. Jenħtieġ li l-fergħat kollha ta’ pajjiżi terzi li jappartjenu għall-istess grupp ta’ pajjiż terz stabbilit fi Stat Membru wieħed jew madwar l-Unjoni jkunu soġġetti għal tali valutazzjoni mill-awtoritajiet kompetenti rispettivi tagħhom. Jenħtieġ li dik il-valutazzjoni teżamina, f’konformità ma’ kriterji speċifiċi, jekk dawk il-fergħat joħolqux livell analogu ta’ riskju għall-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni jew tal-Istati Membri tagħha bħala istituzzjonijiet iddefiniti bħala “sistemikament importanti” skont id-Direttiva 2013/36/UE u r-Regolament (UE) Nru 575/2013. Meta l-awtoritajiet kompetenti jikkonkludu li l-fergħat ta’ pajjiżi terzi jkunu sistemikament importanti, jenħtieġ li jimponu rekwiżiti fuq dawk il-fergħat li jkunu xierqa sabiex itaffu r-riskji għall-istabbiltà finanzjarja. Għal dawk il-finijiet, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jirrikjedu li l-fergħat ta’ pajjiżi terzi japplikaw għal awtorizzazzjoni bħala istituzzjonijiet sussidjarji skont id-Direttiva 2013/36/UE sabiex ikomplu jwettqu attivitajiet bankarji fl-Istat Membru jew madwar l-Unjoni. Barra minn hekk, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jimponu rekwiżiti oħra, b’mod partikolari obbligu ta’ ristrutturar tal-assi jew tal-attivitajiet tal-fergħat ta’ pajjiżi terzi fl-Unjoni sabiex dawk il-fergħat ma jibqgħux ta’ importanza sistemika, jew rekwiżit ta’ konformità ma’ rekwiżiti addizzjonali ta’ kapital, ta’ likwidità, ta’ rappurtar jew ta’ żvelar, meta dan ikun biżżejjed sabiex jiġu indirizzati r-riskji għall-istabbiltà finanzjarja. Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom il-possibbiltà li ma jimponu l-ebda rekwiżit min dawk fuq fergħat ta’ pajjiżi terzi vvalutati li huma ta’ importanza sistemika, f’liema każ jenħtieġ li jipprovdu notifika motivata lill-ABE u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fejn il-grupp rilevanti ta’ pajjiż terz ikun stabbilixxa fergħat jew istituzzjonijiet sussidjarji oħra ta’ pajjiżi terzi. Sabiex jitqiesu l-implikazzjonijiet għall-Unjoni kollha, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti li jiddeċiedu li jeżerċitaw is-setgħa tagħhom li jirrikjedu l-awtorizzazzjoni bħala istituzzjoni sussidjarja, jikkonsultaw lill-ABE u lill-awtoritajiet kompetenti kkonċernati. |
|
(22) |
Sabiex jippromwovu l-konsistenza tad-deċiżjonijiet superviżorji fir-rigward ta’ grupp ta’ pajjiż terz li jkollu fergħat u sussidjarji fl-Unjoni kollha, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti, meta jwettqu l-valutazzjoni tal-importanza sistemika, jikkonsultaw lill-ABE u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat Membru fejn il-grupp rilevanti ta’ pajjiż terz ikun stabbilixxa fergħat ta’ pajjiż terz oħra jew istituzzjonijiet sussidjarji, sabiex jivvalutaw ir-riskji tal-istabbiltà finanzjarja li l-fergħa tal-pajjiż terz tista’ toħloq għal Stati Membri għajr l-Istat Membru fejn tkun stabbilita. |
|
(23) |
Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jwettqu rieżamijiet regolari tal-konformità tal-fergħat ta’ pajjiżi terzi mar-rekwiżiti rilevanti skont id-Direttiva 2013/36/UE, u jimponu miżuri superviżorji fuq dawk il-fergħat sabiex jiżguraw jew jirrestawraw il-konformità ma’ dawk ir-rekwiżiti. Sabiex tiġi ffaċilitata s-superviżjoni effettiva tal-konformità ma dawk ir-rekwiżiti mill-fergħat ta’ pajjiżi terzi u sabiex tkun tista’ tingħata ħarsa ġenerali komprensiva lejn l-attivitajiet ta’ gruppi ta’ pajjiżi terzi fl-Unjoni, jenħtieġ li r-rappurtar superviżorju u finanzjarju komuni jsir disponibbli għall-awtoritajiet kompetenti f’konformità ma’ mudelli standardizzati. Jenħtieġ li l-ABE tingħata l-mandat li tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni li jistabbilixxu dawk il-mudelli. Barra minn hekk, sabiex jiġi żgurat li l-attivitajiet kollha ta’ gruppi ta’ pajjiżi terzi li joperaw fl-Unjoni permezz ta’ fergħat ta’ pajjiżi terzi jkunu soġġetti għal superviżjoni komprensiva, għall-prevenzjoni taċ-ċirkumvenzjoni tar-rekwiżiti applikabbli għal dawk il-gruppi skont il-liġi tal-Unjoni u sabiex jiġu mminimizzati r-riskji potenzjali għall-istabbiltà finanzjarja fl-Unjoni, huwa meħtieġ li jiġu implimentati arranġamenti xierqa ta’ kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti. B’mod partikolari, jenħtieġ li l-fergħat ta’ pajjiżi terzi tal-Klassi 1 jiġu inklużi fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-kulleġġi tas-superviżuri ta’ gruppi ta’ pajjiżi terzi fl-Unjoni. Meta tali kulleġġ ikun għadu ma jeżistix, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jistabbilixxu kulleġġ ad hoc għall-fergħat kollha ta’ pajjiżi terzi tal-Klassi 1 tal-istess grupp meta dak il-grupp ikun jopera f’aktar minn Stat Membru wieħed. |
|
(24) |
Jenħtieġ li l-qafas tal-Unjoni għall-fergħat ta’ pajjiżi terzi jiġi applikat mingħajr preġudizzju għad-diskrezzjoni li l-Istati Membri bħalissa għandhom li jirrikjedu fuq bażi ġenerali li impriżi ta’ pajjiżi terzi minn ċerti pajjiżi terzi jwettqu attivitajiet bankarji fit-territorju tagħhom biss permezz ta’ istituzzjonijiet sussidjarji awtorizzati f’konformità mat-Titolu III, il-Kapitolu 1 tad-Direttiva 2013/36/UE. Dak ir-rekwiżit jista’ jirreferi għal pajjiżi terzi li japplikaw standards prudenzjali u superviżorji bankarji li ma humiex ekwivalenti għall-istandards skont il-liġi nazzjonali tal-Istat Membru jew għal pajjiżi terzi li għandhom defiċjenzi strateġiċi fir-reġim tagħhom dwar il-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus u kontra l-finanzjament tat-terroriżmu. |
|
(25) |
Minkejja r-regoli attwali ta’ segretezza applikabbli, jenħtieġ li jittejjeb l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet tat-taxxa. Fi kwalunkwe każ, jenħtieġ li l-iskambju ta’ informazzjoni jkun konformi mal-liġi nazzjonali u, fejn l-informazzjoni toriġina fi Stat Membru ieħor, jintlaħaq ftehim għall-iżvelar bejn l-awtoritajiet kompetenti rilevanti. |
|
(26) |
Huwa kruċjali li l-istituzzjonijiet, il-kumpaniji azzjonarji finanzjarji u l-kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħalltin jikkonformaw mar-rekwiżiti prudenzjali biex jiżguraw is-sikurezza u s-solidità tagħhom u jippreservaw l-istabbiltà tas-sistema finanzjarja, kemm fil-livell tal-Unjoni b’mod ġenerali kif ukoll f’kull Stat Membru. Għalhekk, jenħtieġ li l-Bank Ċentrali Ewropew (BĊE) u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti jkollhom is-setgħa li jieħdu miżuri f’waqthom u deċiżivi meta dawk l-istituzzjonijiet, il-kumpaniji azzjonarji finanzjarji u l-kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħalltin u l-maniġers effettivi tagħhom jonqsu milli jikkonformaw mar-rekwiżiti prudenzjali jew mad-deċiżjonijiet superviżorji. |
|
(27) |
Sabiex jiġu żgurati kundizzjonijiet ekwi fil-qasam tas-setgħat ta’ sanzjonar, jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu meħtieġa jipprevedu penali amministrattivi effettivi, proporzjonati u dissważivi, pagamenti perjodiċi ta’ penali u miżuri amministrattivi oħra fir-rigward ta’ ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva 2013/36/UE u ksur tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew deċiżjonijiet meħuda minn awtorità kompetenti abbażi ta’ dawk id-dispożizzjonijiet jew dak ir-Regolament. Dawk il-penali amministrattivi, il-pagamenti perjodiċi ta’ penali u miżuri amministrattivi oħra jenħtieġ li jissodisfaw ċerti rekwiżiti minimi, inkluż is-setgħat minimi li jenħtieġ li jingħataw lill-awtoritajiet kompetenti sabiex ikunu jistgħu jimponuhom, il-kriterji li l-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jqisu fl-applikazzjoni tagħhom, ir-rekwiżiti ta’ pubblikazzjoni jew il-livelli ta’ penali amministrattivi u ta’ pagamenti perjodiċi ta’ penali. Jenħtieġ li l-ABE tingħata l-mandat li tirrapporta dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti fil-kuntest tal-applikazzjoni ta’ penali amministrattivi, pagamenti perjodiċi ta’ penali u miżuri amministrattivi oħra. |
|
(28) |
Jenħtieġ li l-Istati Membri jkunu jistgħu jimponu penali amministrattivi fejn il-ksur rilevanti jkun ukoll soġġett għal-liġi penali nazzjonali. L-awtoritajiet kompetenti jenħtieġ li jqisu kwalunkwe piena kriminali preċedenti li setgħet ġiet imposta għall-istess ksur fuq il-persuna fiżika jew ġuridika responsabbli għal dak il-ksur meta jiddeterminaw it-tip ta’ penali amministrattivi jew ta’ miżuri amministrattivi oħrajn u l-livell ta’ penali amministrattivi pekunarji. Dan sabiex jiġi żgurat li s-severità tal-penali amministrattivi kollha u ta’ miżuri amministrattivi oħra imposti għal skopijiet punittivi fil-każ ta’ akkumulazzjoni ta’ proċedimenti amministrattivi u kriminali li jirriżultaw mill-istess imġiba ħażina tkun limitata għal dak li jkun neċessarju skont is-serjetà tal-ksur ikkonċernat. Għal dak il-għan, jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu mekkaniżmi xierqa biex jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet ġudizzjarji jiġu infurmati kif xieraq, u fil-waqt, bi kwalunkwe proċedimenti amministrattivi jew kriminali mibdija kontra l-istess persuna fiżika jew ġuridika. |
|
(29) |
Jenħtieġ li l-penali amministrattivi pekunarji jkollhom effett ta’ deterrent sabiex jipprevjenu lill-persuna fiżika jew ġuridika li tikser id-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva 2013/36/UE jew bi ksur tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 milli tinvolvi ruħha fl-istess imġiba jew f’imġiba simili fil-futur. Jenħtieġ li l-penali amministrattivi pekunarji fuq il-persuni ġuridiċi jiġu applikati b’mod konsistenti, b’mod partikolari fir-rigward tad-determinazzjoni tal-ammont massimu ta’ tali penali, li jenħtieġ li jqisu l-valur tal-fatturat nett annwali totali tal-impriża rilevanti. Madankollu, il-fatturat nett annwali totali skont it-tifsira tad-Direttiva 2013/36/UE bħalissa la huwa eżawrjenti u lanqas ċar biżżejjed biex jiżgura kundizzjonijiet ekwi fl-applikazzjoni ta’ penali amministrattivi pekunarji. Sabiex jiġi żgurat kalkolu konsistenti fl-Unjoni kollha, jenħtieġ li d-Direttiva 2013/36/UE tipprevedi lista ta’ elementi li għandhom jiġu inklużi fil-kalkoli tal-fatturat nett annwali totali. |
|
(30) |
Minbarra l-penali pekunarji amministrattivi, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jingħataw is-setgħa li jimponu pagamenti perjodiċi ta’ penali fuq istituzzjonijiet, fuq kumpaniji azzjonarji finanzjarji, fuq kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta u fuq dawk il-membri tal-korp ta’ ġestjoni fil-funzjoni maniġerjali tiegħu, il-maniġment superjuri, titolari ta’ funzjonijiet ewlenin, dawk li jieħdu riskji materjali u kwalunkwe persuna fiżika oħra identifikata bħala responsabbli, f’konformità mal-liġi nazzjonali, għall-ksur tal-obbligu ta’ konformità mad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva 2013/36/UE, jew mal-obbligi tagħhom skont ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew skont deċiżjoni meħuda minn awtorità kompetenti abbażi ta’ dawk id-dispożizzjonijiet jew dak ir-Regolament. Jenħtieġ li l-Istati Membri jistabbilixxu regoli speċifiċi u mekkaniżmi effettivi fir-rigward tal-applikazzjoni ta’ pagamenti perjodiċi ta’ penali. Jenħtieġ li jiġu imposti pagamenti perjodiċi ta’ penali meta ksur jibqa’ jseħħ. Mingħajr preġudizzju għad-drittijiet proċedurali tal-persuni affettwati skont il-liġi applikabbli, inkluż id-dritt ta’ dawk il-persuni li jinstemgħu, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jimponu pagamenti perjodiċi ta’ penali mingħajr ma jkollhom jagħmlu talba, ordni jew twissija minn qabel lill-parti li tkun qed twettaq il-ksur biex jitolbuha terġa’ lura għall-konformità. Billi l-iskop tal-pagamenti perjodiċi ta’ penali huwa li l-persuni fiżiċi jew ġuridiċi jiġu mġiegħla jtemmu ksur kontinwu, jenħtieġ li l-applikazzjoni ta’ pagamenti perjodiċi ta’ penali ma tipprevjenix lill-awtoritajiet kompetenti milli jimponu penali amministrattivi sussegwenti għall-istess ksur. Il-pagamenti perjodiċi ta’ penali jenħtieġ li jkunu jistgħu jiġu imposti f’data partikolari u jibdew japplikaw f’data aktar tard. Sakemm ma jkunx previst mod ieħor mill-Istati Membri, il-pagamenti perjodiċi ta’ penali jenħtieġ li jiġu kkalkulati fuq bażi ta’ kuljum. |
|
(31) |
Sabiex jiġi żgurat l-aktar ambitu wiesa’ possibbli għall-azzjoni wara ksur u sabiex tiġi megħjuna l-prevenzjoni ta’ aktar ksur, irrispettivament minn jekk tali ksur huwies soġġett għal penali amministrattiva jew miżura amministrattiva oħra skont il-liġi nazzjonali, l-Istati Membri jenħtieġ li jkunu jistgħu jipprevedu penali amministrattivi addizzjonali u livell ogħla ta’ penali pekunarji amministrattivi u pagamenti perjodiċi ta’ penali. |
|
(32) |
Meta timponi pagamenti perjodiċi ta’ penali, jenħtieġ li l-awtorità kompetenti tqis l-impatt potenzjali tal-pagament perjodiku ta’ penali fuq is-sitwazzjoni finanzjarja tal-persuna fiżika jew ġuridika li tkun qed twettaq il-ksur u tfittex li tevita sitwazzjoni fejn il-penali twassal biex il-persuna fiżika jew ġuridika li tkun qed twettaq il-ksur tisfa insolventi jew twassalha għal diffikultà finanzjarja serja jew tirrappreżenta perċentwal sproporzjonat tal-valur tal-introjtu nett annwali totali tal-persuna fiżika jew tal-fatturat annwali tal-persuna ġuridika. Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jiżguraw ukoll li l-pagamenti perjodiċi ta’ penali jiġu applikati lill-membri tal-korp ta’ tmexxija, il-maniġment superjuri, titolari ta’ funzjonijiet ewlenin, dawk li jieħdu riskji materjali u lil kwalunkwe persuna fiżika oħra identifikata bħala responsabbli direttament għall-ksur, kemm individwalment jew kollettivament. |
|
(33) |
F’ċirkostanzi eċċezzjonali, meta l-ordinament ġuridiku tal-Istat Membru ma jippermettix l-impożizzjoni tal-penali amministrattivi previsti f’din id-Direttiva, jenħtieġ li jkun possibbli li jiġu applikati eċċezzjonalment ir-regoli dwar il-penali amministrattivi b’tali mod li l-penali tinbeda mill-awtorità kompetenti u tiġi imposta minn awtorità ġudizzjarja. Madankollu, huwa neċessarju għal dawk l-Istati Membri li jiżguraw li l-applikazzjoni ta’ tali regoli u penali jkollha effett ekwivalenti għall-penali amministrattivi imposti mill-awtoritajiet kompetenti. Għalhekk, jenħtieġ li l-penali previsti jkunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. |
|
(34) |
Sabiex jiġu previsti sanzjonijiet xierqa għal ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu d-Direttiva 2013/36/UE u għal ksur tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, jenħtieġ li tiġi ssupplimentata l-lista ta’ ksur soġġett għal penali amministrattivi, għal pagamenti perjodiċi ta’ penali u għal miżuri amministrattivi oħrajn. Għalhekk, jenħtieġ li l-lista ta’ ksur stipulat fid-Direttiva 2013/36/UE tiġi emendata. |
|
(35) |
Wara l-introduzzjoni tal-Istandard Internazzjonali ta’ Rappurtar Finanzjarju 9 – Strumenti Finanzjarji (International Financial Reporting Standard 9 Financial Instruments, IFRS 9) fl-1 ta’ Jannar 2018, l-eżitu tal-kalkoli tat-telf ta’ kreditu mistenni, li huwa bbażat fuq approċċi ta’ mmudellar, jaffettwa direttament l-ammont ta’ fondi proprji u l-proporzjonijiet regolatorji tal-istituzzjonijiet. L-istess approċċi ta’ mmudellar huma wkoll il-bażi għall-kalkolu tat-telf ta’ kreditu mistenni meta l-istituzzjonijiet japplikaw oqfsa kontabilistiċi nazzjonali. B’riżultat ta’ dan, huwa importanti li l-awtoritajiet kompetenti u l-ABE jkollhom stampa ċara tal-impatt li jkollhom dawk il-kalkoli fuq il-firxa ta’ valuri għall-assi ppeżati skont ir-riskju u fuq ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji li jinħolqu għal skoperturi simili. Għal dak l-għan, jenħtieġ li l-eżerċizzju ta’ valutazzjoni komparattiva jkopri wkoll dawk l-approċċi ta’ mmudellar. Minħabba li l-istituzzjonijiet li jikkalkolaw ir-rekwiżiti ta’ fondi proprji f’konformità mal-approċċ standardizzat għar-riskju ta’ kreditu jistgħu jużaw ukoll mudelli għall-kalkolu tat-telf ta’ kreditu mistenni fil-qafas tal-IFRS 9, jenħtieġ li dawk l-istituzzjonijiet jiġu inklużi wkoll fl-eżerċizzju ta’ valutazzjoni komparattiva, filwaqt li jitqies il-prinċipju tal-proporzjonalità. |
|
(36) |
Ir-Regolament (UE) 2019/876 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (12) emenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 billi introduċa qafas rivedut tar-riskju tas-suq żviluppat mill-Kumitat ta’ Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja. L-approċċ standardizzat alternattiv li huwa parti minn dak il-qafas il-ġdid jippermetti lill-istituzzjonijiet jimmudellaw ċerti parametri użati fil-kalkolu tal-assi ppeżati skont ir-riskju u r-rekwiżiti ta’ fondi proprji għar-riskju tas-suq. Għalhekk, huwa importanti għall-awtoritajiet kompetenti u l-ABE li jkollhom stampa ċara tal-medda ta’ valuri għall-assi ppeżati skont ir-riskju u tar-rekwiżiti ta’ fondi proprji li jirriżultaw għal skoperturi simili mhux biss skont l-approċċ tal-mudell intern alternattiv, iżda wkoll skont l-approċċ standardizzat alternattiv. B’riżultat ta’ dan, jenħtieġ li l-eżerċizzju ta’ valutazzjoni komparattiva tar-riskju tas-suq ikopri l-approċċ standardizzat u l-approċċ tal-mudell intern riveduti, filwaqt li jitqies il-prinċipju tal-proporzjonalità. |
|
(37) |
It-tranżizzjoni globali lejn ekonomija sostenibbli kif stabbilita fil-Ftehim ta’ Pariġi (13), adottat fit-12 ta’ Diċembru 2015 taħt il-Konvenzjoni Qafas tan-Nazzjonijiet Uniti dwar it-Tibdil fil-Klima (il-“Ftehim ta’ Pariġi”), u l-Aġenda 2030 tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Iżvilupp Sostenibbli ser jeħtieġu trasformazzjoni soċjoekonomika profonda u ser jiddependu fuq il-mobilizzazzjoni ta’ riżorsi finanzjarji sinifikanti mis-settur pubbliku u mis-settur privat. Il-Patt Ekoloġiku Ewropew, introdott mill-Kummissjoni fil-komunikazzjoni tagħha tal-11 ta’ Diċembru 2019, jimpenja lill-Unjoni biex issir newtrali għall-klima sal-2050. Is-sistema finanzjarja għandha rwol rilevanti x’taqdi fl-appoġġ ta’ dik it-tranżizzjoni, li huwa relatat mhux biss mal-ħtif u mal-appoġġ tal-opportunitajiet li ser jinħolqu iżda wkoll mal-ġestjoni xierqa tar-riskji li tista’ tinvolvi. Peress li dawk ir-riskji jista’ jkollhom implikazzjonijiet għall-istabbiltà kemm tal-istituzzjonijiet individwali kif ukoll tas-sistema finanzjarja kollha kemm hi, huwa meħtieġ qafas prudenzjali regolatorju mtejjeb li jintegra aħjar ir-riskji relatati. |
|
(38) |
L-iskala bla preċedent ta’ tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli, newtrali għall-klima u ċirkolari ser ikollha impatti konsiderevoli fuq is-sistema finanzjarja. Fl-2018, in-Network tal-Banek Ċentrali u tas-Superviżuri għall-Ekoloġizzazzjoni tas-Sistema Finanzjarja rrikonoxxew li r-riskji relatati mal-klima huma sors ta’ riskju finanzjarju. Il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tas-6 ta’ Lulju 2021 bit-titlu “Strateġija għall-Finanzjament tat-Tranżizzjoni lejn Ekonomija Sostenibbli” (l-“Istrateġija għall-Finanzjament tat-Tranżizzjoni lejn Ekonomija Sostenibbli”) tenfasizza li r-riskji tal-ESG, u r-riskji li jirriżultaw mill-impatt fiżiku tat-tibdil fil-klima, tat-telfien tal-bijodiversità u tad-degradazzjoni ambjentali usa’ tal-ekosistemi b’mod partikolari, joħolqu sfida mingħajr preċedent għall-ekonomija tal-Unjoni u għall-istabbiltà tas-sistema finanzjarja. Dawk ir-riskji jippreżentaw speċifiċitajiet bħan-natura progressiva tagħhom u l-impatti distintivi tagħhom fuq perjodi ta’ żmien qosra, medji u fit-tul. L-ispeċifiċità tar-riskji relatati mal-klima u riskji ambjentali oħra, pereżempju riskji li jirriżultaw mid-degradazzjoni ambjentali u t-telfien tal-bijodiversità, kemm fir-rigward tar-riskji ta’ tranżizzjoni kif ukoll dawk fiżiċi, teħtieġ b’mod partikolari l-ġestjoni ta’ dawk ir-riskji fuq medda twila ta’ żmien ta’ mill-inqas 10 snin. |
|
(39) |
In-natura fit-tul u l-profondità tat-tranżizzjoni lejn ekonomija sostenibbli, newtrali għall-klima u ċirkolari ser jinvolvu bidliet sinifikanti fil-mudelli ta’ negozju tal-istituzzjonijiet. L-aġġustament adegwat tas-settur finanzjarju, u b’mod partikolari tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu, huwa neċessarju sabiex jintlaħaq l-objettiv ta’ emissjonijiet ta’ gassijiet serra żero netti fl-ekonomija tal-Unjoni sal-2050, filwaqt li jinżammu r-riskji inerenti taħt kontroll. Għalhekk, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jivvalutaw dak il-proċess ta’ aġġustament u jintervjenu f’każijiet li fihom l-istituzzjonijiet jimmaniġġaw ir-riskji klimatiċi, kif ukoll ir-riskji li jirriżultaw mid-degradazzjoni ambjentali u mit-telfien tal-bijodiversità, b’mod li jipperikola l-istabbiltà tal-istituzzjonijiet individwali, jew l-istabbiltà finanzjarja ġenerali. Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jissorveljaw u jingħataw is-setgħa wkoll li jaġixxu meta hemm riskji li jirriżultaw minn xejriet ta’ tranżizzjoni fil-kuntest tal-objettivi regolatorji rilevanti tal-Unjoni u tal-Istati Membri fir-rigward tal-fatturi tal-ESG, pereżempju kif stabbilit fit-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (14), il-komunikazzjoni tal-Kummissjoni tal-14 ta’ Lulju 2021 bit-titlu “Lesti għall-mira ta’ 55 %”: nilħqu l-Mira Klimatika tal-UE għall-2030 fi triqitna lejn in-newtralità klimatika” (il-pakkett “Lesti għall-mira ta’ 55 %”) u l-Qafas Globali tal-Bijodiversità ta’ Kunming-Montreal, adottat fid-19 ta’ Diċembru 2022 mill-Konferenza tal-Partijiet għall-Konvenzjoni dwar il-Bijodiversità Bijoloġika tan-Nazzjonijiet uniti, kif ukoll, meta rilevanti għall-istituzzjonijiet attivi internazzjonalment, objettivi legali u regolatorji ta’ pajjiżi terzi, li jirriżultaw f’riskji għall-mudelli u strateġiji ta’ negozju tagħhom, jew għall-istabbiltà finanzjarja. Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jingħataw ukoll is-setgħa li jsaħħu l-miri, il-miżuri u l-azzjonijiet tal-pjanijiet prudenzjali tal-istituzzjonijiet meta dawn jitqiesu insuffiċjenti biex jindirizzaw ir-riskji tal-ESG fil-perjodu ta’ żmien qasir, medju u twil u jistgħu f’dak ir-rigward joħolqu riskji materjali għas-solvenza tagħhom. Jenħtieġ li r-riskji klimatiċi u, b’mod aktar ġenerali, ir-riskji ambjentali, jitqiesu flimkien mar-riskji soċjali u mar-riskji ta’ governanza taħt kategorija unika ta’ riskju biex tkun tista’ ssir integrazzjoni komprensiva u koordinata ta’ dawk il-fatturi, billi spiss ikunu marbutin ma’ xulxin. Ir-riskji tal-ESG huma marbutin mill-qrib mal-kunċett tas-sostenibbiltà, billi l-fatturi tal-ESG jirrappreżentaw it-tliet pilastri ewlenin tas-sostenibbiltà. |
|
(40) |
Sabiex tinżamm reżiljenza adegwata għall-impatti negattivi tal-fatturi tal-ESG, l-istituzzjonijiet stabbiliti fl-Unjoni jeħtieġ li jkunu jistgħu jidentifikaw, ikejlu u jimmaniġġaw b’mod sistematiku r-riskji tal-ESG, u jenħtieġ li s-superviżuri tagħhom ikunu meħtieġa jivvalutaw ir-riskji fil-livell tal-istituzzjoni individwali kif ukoll fil-livell sistemiku, filwaqt li jagħtu prijorità lill-fatturi ambjentali u jagħmlu progress f’fatturi oħrajn ta’ sostenibbiltà hekk kif jevolvu l-metodoloġiji u l-għodod għall-valutazzjoni. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet ikunu meħtieġa jivvalutaw l-allinjament tal-portafolli tagħhom mal-ambizzjoni tal-Unjoni li ssir newtrali għall-klima sal-2050 kif ukoll li jiġu evitati d-degradazzjoni ambjentali u t-telfien tal-bijodiversità. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet ikollhom l-obbligu li jistabbilixxu pjanijiet speċifiċi biex jindirizzaw ir-riskji finanzjarji li jirriżultaw, fuq terminu qasir, medju u twil, minn fatturi tal-ESG, inkluż minn xejriet ta’ tranżizzjoni fil-kuntest tal-objettivi regolatorji rilevanti tal-Unjoni u tal-Istati Membri, pereżempju kif stabbilit fil-Ftehim ta’ Pariġi, ir-Regolament (UE) 2021/1119, il-pakkett “Lesti għall-mira ta’ 55 %” u l-Qafas Globali tal-Bijodiversità ta’ Kunming-Montreal, kif ukoll, fejn rilevanti għal istituzzjonijiet attivi internazzjonalment, l-objettivi legali u regolatorji ta’ pajjiżi terzi. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet ikunu meħtieġa jkollhom arranġamenti ta’ governanza u proċessi interni robusti għall-ġestjoni tar-riskji tal-ESG u li jkollhom fis-seħħ strateġiji approvati mill-korpi ta’ ġestjoni tagħhom li jqisu mhux biss l-impatt kurrenti iżda wkoll l-impatt li jħares ‘il quddiem tal-fatturi tal-ESG. L-għarfien u s-sensibilizzazzjoni kollettivi dwar il-fatturi tal-ESG mill-korpi ta’ ġestjoni u l-allokazzjoni interna tal-kapital tal-istituzzjonijiet sabiex jiġu indirizzati r-riskji tal-ESG ser ikunu wkoll kruċjali sabiex tissaħħaħ ir-reżiljenza għall-impatti negattivi ta’ dawk ir-riskji. L-ispeċifiċitajiet tar-riskji tal-ESG ifissru li l-fehim, il-kejl u l-prattiki ta’ ġestjoni jistgħu jvarjaw b’mod sinifikanti fost l-istituzzjonijiet. Sabiex jiġu żgurati l-konverġenza madwar l-Unjoni u fehim uniformi tar-riskji tal-ESG, jenħtieġ li fir-regolament prudenzjali jiġu previsti definizzjonijiet xierqa u standards minimi f’qafas regolatorju prudenzjali. Biex jintlaħaq dak l-objettiv, jenħtieġ li jiġu introdotti definizzjonijiet fid-Direttiva 2013/36/UE u jenħtieġ li l-ABE tingħata s-setgħa li tispeċifika sett minimu ta’ metodoloġiji ta’ referenza għall-valutazzjoni tal-impatt tar-riskji tal-ESG fuq l-istabbiltà finanzjarja tal-istituzzjonijiet, filwaqt li tagħti prijorità lill-impatt tal-fatturi ambjentali. Billi n-natura progressiva tar-riskji tal-ESG tfisser li l-analiżi tax-xenarji u l-ittestjar għal stress, flimkien mal-pjanijiet għall-indirizzar ta’ dawk ir-riskji, huma għodod ta’ valutazzjoni partikolarment informattivi, jenħtieġ li l-ABE tingħata wkoll is-setgħa li tiżviluppa kriterji uniformi għall-kontenut tal-pjanijiet sabiex jiġu indirizzati dawk ir-riskji u għall-istabbiliment ta’ xenarji u għall-applikazzjoni tal-metodi ta’ ttestjar għal stress. Jenħtieġ li l-ABE tibbaża x-xenarji tagħha fuq l-evidenza xjentifika disponibbli, filwaqt li tibni fuq il-ħidma tan-Network ta’ Banek Ċentrali u Superviżuri għall-Ekoloġizzazzjoni tas-Sistema Finanzjarja u l-isforzi mill-Kummissjoni biex issaħħaħ il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet pubbliċi rilevanti kollha bil-ħsieb li tiġi żviluppata bażi metodoloġika komuni, kif deskritt fl-Istrateġija Mġedda għall-Finanzi Sostenibbli. Ir-riskji relatati mal-ambjent, inkluż ir-riskji relatati mal-klima u r-riskji li jirriżultaw mid-degradazzjoni ambjentali u t-telfien tal-bijodiversità, jenħtieġ li jieħdu prijorità fid-dawl tal-urġenza tagħhom u tar-rilevanza partikolari tal-analiżi tax-xenarji u tal-ittestjar għal stress għall-valutazzjoni tagħhom. |
|
(41) |
Bħala fornituri ewlenin ta’ finanzjament għan-negozji u għall-unitajiet domestiċi fl-Unjoni, l-istituzzjonijiet għandhom rwol rilevanti x’jaqdu fil-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli madwar l-Unjoni. Biex l-Unjoni tilħaq l-objettiv ġenerali tagħha li tikseb in-newtralità klimatika sal-2050 kif stabbilit fir-Regolament (UE) 2021/1119, l-istituzzjonijiet jeħtieġ li jintegraw fil-politiki u fl-attivitajiet tagħhom ir-rwol tal-promozzjoni tal-iżvilupp sostenibbli. Sabiex jipprovdu għal dak il-proċess ta’ integrazzjoni, il-mudelli u l-istrateġiji tan-negozju tal-istituzzjonijiet iridu jiġu ttestjati skont l-objettivi regolatorji rilevanti tal-Unjoni għal ekonomija sostenibbli, inkluż, pereżempju, skont il-miżuri preskritti mill-Bord Konsultattiv Xjentifiku Ewropew dwar it-Tibdil fil-Klima, biex jiġu identifikati r-riskji tal-ESG li jirriżultaw minn allinjamenti ħżiena. Meta l-istituzzjonijiet jiddivulgaw l-objettivi u l-impenji ta’ sostenibbiltà tagħhom skont oqfsa ta’ sostenibbiltà obbligatorji jew volontarji oħra, bħal skont id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (15), jenħtieġ li dawk l-objettivi u l-impenji jkunu konsistenti mal-pjanijiet speċifiċi sabiex jiġu indirizzati r-riskji tal-ESG li jiffaċċjaw fuq terminu qasir, medju u twil. Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jivvalutaw permezz tal-attivitajiet superviżorji rilevanti tagħhom il-punt sa fejn l-istituzzjonijiet jiffaċċjaw riskji tal-ESG u jkollhom politiki ta’ ġestjoni u azzjonijiet operazzjonali li jakkumpanjawhom riflessi fil-miri u l-istadji importanti stabbiliti fil-pjanijiet prudenzjali tagħhom li huma konsistenti mal-impenji ta’ sostenibbiltà divulgati tagħhom fil-kuntest tal-proċess ta’ aġġustament lejn in-newtralità klimatika sal-2050. Sabiex tiġi promossa sorveljanza tar-riskju soda u effettiva kif ukoll imġiba maniġerjali allinjata mal-istrateġija fit-tul tagħhom dwar is-sostenibbiltà, jenħtieġ li l-aptit għar-riskju tal-istituzzjonijiet fir-rigward tar-riskji tal-ESG ikun parti integrali mill-politiki u l-prattiki ta’ remunerazzjoni tagħhom. |
|
(42) |
Ir-riskji tal-ESG jista’ jkollhom implikazzjonijiet estensivi għall-istabbiltà kemm tal-istituzzjonijiet individwali kif ukoll tas-sistema finanzjarja kollha kemm hi. Għalhekk, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jqisu b’mod konsistenti dawk ir-riskji fl-attivitajiet superviżorji rilevanti tagħhom, inkluż il-proċess ta’ rieżami u ta’ evalwazzjoni superviżorji u l-ittestjar għal stress ta’ dawk ir-riskji. Il-Kummissjoni, permezz tal-Istrument ta’ Appoġġ Tekniku stabbilit bir-Regolament (UE) 2021/240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (16), qed tipprovdi appoġġ lill-awtoritajiet kompetenti nazzjonali fl-iżvilupp u l-implimentazzjoni ta’ metodoloġiji tal-ittestjar tal-istress u ser tkompli tipprovdi appoġġ tekniku f’dan ir-rigward. Madankollu, il-metodoloġiji tal-ittestjar għal stress għar-riskji tal-ESG s’issa ġew applikati prinċipalment b’mod esploratorju.Sabiex l-ittestjar għal stress tar-riskji tal-ESG jiġi inkorporat b’mod sod u konsistenti fis-superviżjoni, jenħtieġ li l-ABE, l-Awtorità Superviżorja Ewropea (l-Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol) (EIOPA) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (17) u l-Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) (ESMA) stabbilita bir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (18) jiżviluppaw b’mod konġunt linji gwida sabiex jiżguraw kunsiderazzjonijiet konsistenti u metodoloġiji komuni għall-ittestjar għal stress tar-riskji tal-ESG. Jenħtieġ li l-ittestjar għal stress ta’ dawk ir-riskji jibda b’fatturi relatati mal-klima u mal-ambjent, u hekk kif aktar data u metodoloġiji tar-riskju tal-ESG isiru disponibbli sabiex jappoġġaw l-iżvilupp ta’ għodod addizzjonali sabiex jiġi vvalutat l-impatt kwantitattiv tagħhom fuq ir-riskji finanzjarji, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jivvalutaw dejjem aktar l-impatt ta’ dawk ir-riskji fuq il-valutazzjonijiet tal-idoneità tagħhom tal-istituzzjonijiet. Sabiex tiġi żgurata l-konverġenza tal-prattiki superviżorji, jenħtieġ li l-ABE toħroġ linji gwida dwar l-inklużjoni uniformi tar-riskji tal-ESG fil-proċess ta’ rieżami u ta’ evalwazzjoni superviżorji. |
|
(43) |
Id-dispożizzjonijiet tad-Direttiva 2013/36/UE dwar il-qafas tar-riżerva għar-riskju sistemiku diġà jistgħu jintużaw sabiex jiġu indirizzati diversi tipi ta’ riskji sistemiċi, inkluż riskji sistemiċi relatati mat-tibdil fil-klima. Sa fejn l-awtoritajiet kompetenti jew l-awtoritajiet innominati tal-istituzzjoni jqisu li r-riskji relatati mat-tibdil fil-klima għandhom il-potenzjal li jkollhom konsegwenzi negattivi serji għas-sistema finanzjarja u għall-ekonomija reali fl-Istati Membri, jenħtieġ li jintroduċu rata ta’ riżerva għar-riskju sistemiku għal dawk ir-riskji li tista’ tiġi applikata wkoll għal ċerti settijiet jew subsettijiet ta’ skoperturi, pereżempju lil dawk soġġetti għal riskji fiżiċi u ta’ tranżizzjoni relatati mat-tibdil fil-klima, meta jqisu li l-introduzzjoni ta’ tali rata tkun effettiva u proporzjonata sabiex ittaffi dawk ir-riskji. |
|
(44) |
Is-swieq fil-kriptoassi kibru b’mod rapidu f’dawn l-aħħar snin. Sabiex jiġu indirizzati r-riskji potenzjali għall-istituzzjonijiet ikkawżati minn skoperturi tagħhom għal kriptoassi li mhumiex koperti biżżejjed mill-qafas prudenzjali eżistenti, il-Kumitat ta’ Basel dwar is-Superviżjoni Bankarja żviluppa standard għat-trattament prudenzjali tal-iskoperturi tal-kriptoassi. Parti minn dak l-istandard tikkonċerna l-ġestjoni tar-riskji mill-istituzzjonijiet u l-applikazzjoni tal-proċess ta’ rieżami u evalwazzjoni superviżorju fuq l-istituzzjonijiet. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet bi skoperturi diretti jew indiretti għall-kriptoassi jew istituzzjonijiet li jipprovdu servizzi relatati għal kwalunkwe forma ta’ kriptoassi jkun meħtieġ li jkollhom fis-seħħ politiki, proċessi u prattiki ta’ ġestjoni tar-riskji sabiex jimmaniġġaw b’mod xieraq ir-riskji kkawżati mill-iskoperturi tagħhom għall-kriptoassi. B’mod partikolari, fl-attivitajiet ta’ ġestjoni tar-riskji tagħhom, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet jikkunsidraw ir-riskji tat-teknoloġija tal-kriptoassi, ir-riskji ġenerali tat-teknoloġija tal-informazzjoni u tal-komunikazzjoni (ICT) u r-riskji ċibernetiċi, ir-riskji legali, ir-riskji tal-ħasil tal-flus u tal-finanzjament tat-terroriżmu u r-riskji tal-valwazzjoni. Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jieħdu l-azzjonijiet superviżorji meħtieġa meta l-prattiki tal-ġestjoni tar-riskji tal-istituzzjonijiet jitqiesu insuffiċjenti. |
|
(45) |
L-iskop li tiġi vvalutata l-idoneità tal-membri tal-korpi ta’ ġestjoni huwa li jiġi żgurat li dawk il-membri jkunu kwalifikati għar-rwol tagħhom u jkollhom reputazzjoni tajba. Li jkun hemm qafas robust ta’ “kompetenza u idoneità” għall-valutazzjoni tal-idoneità tal-membri tal-korp ta’ ġestjoni u tat-titolari ta’ funzjonijiet ewlenin huwa fattur kruċjali biex jiġi żgurat li l-istituzzjonijiet jitmexxew b’mod adegwat u li r-riskji tagħhom jiġu ġestiti b’mod xieraq. Ir-regoli eżistenti ma jiżgurawx li jkun hemm valutazzjoni tal-idoneità f’waqtha tal-membri tal-korp ta’ ġestjoni mill-istituzzjoni tal-ħatra. Barra minn hekk, bħalissa ma hemm l-ebda regola għall-valutazzjoni tal-idoneità tat-titolari ta’ funzjonijiet ewlenin. Barra minn hekk, l-istituzzjonijiet transfruntiera jridu jinnavigaw diversi regoli u proċessi nazzjonali, li jnaqqsu l-effiċjenza tal-qafas attwali. L-eżistenza ta’ rekwiżiti konsiderevolment differenti fir-rigward tal-valutazzjoni tal-idoneità madwar l-Unjoni hija kwistjoni partikolarment rilevanti fil-kuntest tal-unjoni bankarja. B’riżultat ta’ dan, huwa importanti li jiġi stabbilit sett ta’ regoli fil-livell tal-Unjoni sabiex jiġi stabbilit qafas ta’ “kompetenza u idoneità” aktar konsistenti u prevedibbli. Dan irawwem konverġenza superviżorja, li tippermetti aktar fiduċja bejn l-awtoritajiet kompetenti u tipprovdi aktar ċertezza legali lill-istituzzjonijiet. Il-valutazzjonijiet ta’ “kompetenza u idoneità” huma element superviżorju importanti flimkien ma’ mekkaniżmi oħra bħall-proċess ta’ rieżami u ta’ evalwazzjoni superviżorji u r-regoli ta’ remunerazzjoni li flimkien jiżguraw governanza tajba tal-istituzzjonijiet. |
|
(46) |
Sabiex tiġi żgurata governanza tajba, jiġu ffaċilitati opinjonijiet indipendenti u sfidi kritiċi, u jiġu ppreżentati varjetà ta’ fehmiet u esperjenzi, jenħtieġ li l-korpi ta’ ġestjoni jkunu varjati biżżejjed fir-rigward tal-età, il-ġeneru, il-provenjenza ġeografika u l-isfond edukattiv u professjonali. Il-bilanċ bejn il-ġeneri huwa ta’ importanza partikolari biex tiġi żgurata rappreżentanza adegwata tal-popolazzjoni, u jenħtieġ li jiġi promoss. |
|
(47) |
Filwaqt li għandhom ir-responsabbiltà primarja għall-valutazzjoni tal-idoneità ta’ kull membru tal-korp ta’ ġestjoni, l-istituzzjonijiet, u l-kumpaniji azzjonarji finanzjarji u l-kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta jenħtieġ li jwettqu l-valutazzjoni tal-idoneità inizjali qabel ma membru ġdid jieħu l-pożizzjoni, soġġett għal ċerti eċċezzjonijiet, segwita minn verifika mill-awtoritajiet kompetenti. Jenħtieġ li dawk l-entitajiet jiżguraw li l-informazzjoni dwar l-idoneità tal-membri tal-korp ta’ ġestjoni tibqa’ aġġornata. Jenħtieġ li dawk l-entitajiet jikkomunikaw dik l-informazzjoni lill-awtorità kompetenti. Hekk kif isir magħruf kwalunkwe fatt ġdid jew ċirkostanza oħra li tista’ taffettwa l-idoneità tal-membri tal-korp ta’ ġestjoni, jenħtieġ li dawk l-entitajiet jinfurmaw lill-awtoritajiet kompetenti b’dan mingħajr dewmien żejjed. Jenħtieġ li dawk l-entitajiet jieħdu l-miżuri meħtieġa jekk jikkonkludu li membru jew membru prospettiv tal-korp ta’ ġestjoni ma jissodisfax ir-rekwiżiti ta’ idoneità. Jenħtieġ li l-istess rekwiżiti japplikaw ukoll għat-titolari ta’ funzjonijiet ewlenin. |
|
(48) |
Biex jiġu żgurati ċ-ċertezza u l-prevedibbiltà legali għall-entitajiet, huwa neċessarju li jiġu stabbiliti regoli proċedurali għall-verifika tal-idoneità tal-membri tal-korp ta’ ġestjoni u tat-titolari ta’ funzjonijiet ewlenin ta’ istituzzjonijiet kbar mill-awtoritajiet kompetenti. Jenħtieġ li tali regoli proċedurali jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti jitolbu kwalunkwe informazzjoni addizzjonali, fejn meħtieġ, inkluż permezz ta’ dokumentazzjoni, intervisti u seduti. L-informazzjoni u d-dokumenti li huma meħtieġa għall-valutazzjoni tal-idoneità mill-awtoritajiet kompetenti, inkluż fil-kuntest tal-applikazzjoni tal-idoneità li trid tiġi pprovduta qabel ma membru prospettiv jieħu pożizzjoni (l-“applikazzjoni ex ante tal-idoneità”) minn istituzzjonijiet kbar għal membri tal-korp ta’ ġestjoni fil-funzjoni maniġerjali tiegħu jew il-president tal-korp ta’ ġestjoni fil-funzjoni superviżorja tiegħu, jenħtieġ li jitqiegħdu għad-dispożizzjoni tal-awtoritajiet kompetenti b’mezzi determinati mill-awtoritajiet kompetenti. Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jivvalutaw mill-ġdid l-idoneità ta’ membru meta l-informazzjoni rilevanti dwar l-idoneità ta’ dak il-membru tkun inbidlet. L-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx ikunu meħtieġa jirrivalutaw l-idoneità tal-membri tal-korp ta’ ġestjoni meta jiġġedded il-mandat tagħhom, sakemm ma tkunx inbidlet l-informazzjoni rilevanti li tkun magħrufa mill-awtoritajiet kompetenti u tali bidla tkun tista’ taffettwa l-idoneità tal-membru kkonċernat. Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa li jieħdu l-miżuri meħtieġa jekk jikkonkludu li r-rekwiżiti ta’ idoneità mhumiex issodisfati. Jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jkunu jistgħu jitolbu lill-awtorità responsabbli għas-superviżjoni tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus jew kontra l-finanzjament tat-terroriżmu f’konformità mad-Direttiva (UE) 2015/849 biex tikkonsulta, fuq bażi sensittiva għar-riskju, l-informazzjoni rilevanti dwar il-membri tal-korp ta’ ġestjoni, u biex ikollhom aċċess għall-bażi tad-data ċentrali kontra l-ħasil tal-flus u kontra l-finanzjament tat-terroriżmu. |
|
(49) |
Minħabba r-riskji maħluqa minn istituzzjonijiet kbar li jirriżultaw b’mod partikolari minn effetti ta’ kontaġju potenzjali, l-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri li fihom titwettaq il-valutazzjoni tal-idoneità tas-superviżur wara li l-membru jkun ħa l-pożizzjoni fil-korp ta’ ġestjoni, f’konformità mal-liġi nazzjonali, jenħtieġ li jiġu nnotifikati mingħajr dewmien żejjed hekk kif ikun hemm intenzjoni ċara li jinħatar membru tal-korp ta’ ġestjoni fil-funzjoni maniġerjali tiegħu jew il-president tal-korp ta’ ġestjoni fil-funzjoni superviżorja tiegħu. Jenħtieġ li l-istituzzjonijiet kbar fi kwalunkwe każ jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jirċievu applikazzjoni tal-idoneità ex ante sa mhux aktar tard minn 30 jum ta’ xogħol qabel ma l-membru prospettiv jieħu l-pożizzjoni. Jenħtieġ li l-applikazzjoni ex ante tal-idoneità tkun akkumpanjata mid-dokumenti u l-informazzjoni rilevanti kollha li jkunu meħtieġa għall-valutazzjoni, irrispettivament minn jekk il-valutazzjoni tal-idoneità mill-awtoritajiet kompetenti tiġix iffinalizzata qabel jew wara li l-persuna tieħu l-pożizzjoni. Jekk rekords kriminali jew dokumenti oħra meħtieġa skont il-liġi nazzjonali jew elenkati mill-awtoritajiet kompetenti jsiru disponibbli fi stadju aktar tard, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jirċievu wkoll dawk id-dokumenti jew l-informazzjoni mingħajr dewmien żejjed. Jenħtieġ li l-applikazzjoni ex ante tal-idoneità tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jibdew l-analiżi tagħhom u jieħdu azzjoni fil-kuntest tal-valutazzjoni. Tali azzjoni tista’ tinkludi l-prevenzjoni tal-membru prospettiv milli jieħu l-pożizzjoni sakemm l-awtorità kompetenti ma tirċevix informazzjoni suffiċjenti, jew l-involviment fi djalogu msaħħaħ f’każ li l-awtorità kompetenti jkollha tħassib dwar l-idoneità tal-membru prospettiv bil-ħsieb li jiġi żgurat li l-membru prospettiv huwa jew isir idoneu meta jieħu l-pożizzjoni. Jenħtieġ li l-ABE toħroġ linji gwida dwar il-modalitajiet tad-djalogu ffukat u fil-fond bejn l-awtorità kompetenti u l-istituzzjoni kbira bil-ħsieb li jitneħħa kwalunkwe ostaklu rigward l-idoneità tal-membru prospettiv fi spirtu ta’ kooperazzjoni. Jenħtieġ li l-applikazzjoni ex ante tal-idoneità tippermetti lill-awtoritajiet kompetenti jinvolvu ruħhom fi djalogu bikri ma’ istituzzjonijiet kbar dwar l-idoneità tal-membri tal-korp ta’ ġestjoni fil-funzjoni maniġerjali tiegħu jew il-president tal-korp ta’ ġestjoni fil-funzjoni superviżorja tiegħu qabel ma dawn jieħdu l-pożizzjoni tagħhom. Madankollu, jenħtieġ li l-applikazzjoni ex ante tal-idoneità tkun mingħajr preġudizzju għall-prerogattivi u r-responsabbiltà tal-istituzzjoni kbira meta tiġi żgurata l-idoneità tal-membri tal-korp ta’ ġestjoni, u għal kwalunkwe valutazzjoni ex post imwettqa mill-awtoritajiet kompetenti, fejn permess f’konformità mal-liġi nazzjonali. |
|
(50) |
Barra minn hekk, fir-rigward ta’ istituzzjonijiet kbar, jenħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jikkunsidraw kif xieraq l-istabbiliment ta’ perjodu massimu għall-konklużjoni tal-valutazzjoni tal-idoneità, tal-anqas fir-rigward tal-ħatra tal-membri tal-korp ta’ ġestjoni u l-ħatra tal-kap tal-funzjonijiet ta’ kontroll intern u tal-uffiċjal kap finanzjarju, għal pożizzjoni f’tali istituzzjonijiet. Jenħtieġ li jkun possibbli li tali perjodu massimu jiġi estiż, fejn xieraq. |
|
(51) |
Jenħtieġ li l-valutazzjoni tal-idoneità tal-membri tal-korp ta’ ġestjoni tkun mingħajr preġudizzju għal-liġi nazzjonali dwar il-ħatra tar-rappreżentanti tal-impjegati fil-korp ta’ ġestjoni u dwar il-ħatra tal-membri tal-korp ta’ ġestjoni fil-funzjoni superviżorja tiegħu minn korpi reġjonali jew lokali eletti. F’dawk il-każijiet, jenħtieġ li jiġu stabbiliti salvagwardji xierqa biex tiġi żgurata l-idoneità ta’ dawk il-membri tal-korp ta’ ġestjoni. |
|
(52) |
Sal-31 ta’ Diċembru 2029, jenħtieġ li l-ABE, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-BĊE, tirrieżamina u tirrapporta dwar l-applikazzjoni u l-effiċjenza tal-qafas ta’ “kompetenza u idoneità”, filwaqt li tqis ukoll il-prinċipju tal-proporzjonalità, b’mod partikolari fir-rigward ta’ istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi. |
|
(53) |
Jenħtieġ li l-ABE tiżviluppa linji gwida dwar il-kriterji biex tiddetermina jekk hemmx raġunijiet raġonevoli biex wieħed jissuspetta li qed jitwettaq jew sar tentattiv biex jitwettaq ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu, jew jekk hemmx riskju akbar ta’ dan b’rabta ma’ entità. Meta tiżviluppa dawk il-linji gwida, jenħtieġ li l-ABE tikkoopera mal-ESMA u mal- Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu stabbilita bir-Regolament (UE) 2024/1620 tal-Parlament Eropew u tal-Kunsill (19) (l-“Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu”). F’każ li l-Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu ma tkunx operazzjonali meta jitħejjew dawk il-linji gwida, jenħtieġ li l-ABE tadotta dawk il-linji gwida mingħajr ma jkollha għalfejn tikkoopera ma’ dik l-awtorità. |
|
(54) |
Fid-dawl tar-rwol tal-valutazzjoni tal-idoneità għall-ġestjoni prudenti u soda tal-istituzzjonijiet, huwa meħtieġ li l-awtoritajiet kompetenti jiġu mgħammra b’għodod ġodda biex jivvalutaw l-idoneità tal-membri tal-korpi ta’ ġestjoni, tal-maniġment superjuri u tat-titolari ta’ funzjonijiet ewlenin, bħal dikjarazzjonijiet ta’ responsabbiltajiet u mmappjar tad-dmirijiet. Dawk l-għodod ġodda jenħtieġ li jappoġġaw ukoll il-ħidma tal-awtoritajiet kompetenti meta jirrieżaminaw l-arranġamenti ta’ governanza tal-istituzzjonijiet bħala parti mill-proċess ta’ rieżami u ta’ evalwazzjoni superviżorji. Minkejja r-responsabbiltà kollettiva ġenerali tal-korp ta’ ġestjoni, jenħtieġ li l-istituzzjonijiet ikunu meħtieġa ifasslu dikjarazzjonijiet individwali li jistabbilixxu r-rwoli u d-dmirijiet tal-membri kollha tal-korp ta’ ġestjoni fil-funzjoni maniġerjali tiegħu, tal-maniġment superjuri u tat-titolari ta’ funzjonijiet ewlenin u mmappjar tad-dmirijiet, inkluż id-dettalji tal-linji ta’ rappurtar, tal-linji ta’ responsabbiltà, u tal-persuni li huma parti mill-arranġamenti ta’ governanza tal-istituzzjoni, u tad-dmirijiet tagħhom. Id-dmirijiet u r-responsabbiltajiet individwali tagħhom mhux dejjem jiġu definiti b’mod ċar jew konsistenti u jista’ jkun hemm sitwazzjonijiet li fihom żewġ rwoli jew aktar jikkoinċidu jew fejn oqsma ta’ dmirijiet u responsabbiltajiet jiġu injorati minħabba li ma jaqgħux taħt il-kompetenza ta’ persuna waħda. Il-kamp ta’ applikazzjoni tad-dmirijiet u r-responsabbiltajiet ta’ kull individwu jenħtieġ li jkun definit sew u l-ebda kompitu ma għandu jitħalla mingħajr sjieda. Jenħtieġ li dawk l-għodod jiżguraw aktar responsabbiltà tal-membri tal-korp ta’ ġestjoni fil-funzjoni maniġerjali tiegħu, tal-maniġment superjuri u tat-titolari ta’ funzjonijiet ewlenin. Barra minn hekk, fejn l-Istati Membri jqisu li jkun meħtieġ, jenħtieġ li jkunu jistgħu jadottaw jew iżommu rekwiżiti aktar stretti għal tali għodod. |
|
(55) |
Ir-rekwiżit ta’ fondi proprji addizzjonali stabbilit mill-awtorità kompetenti ta’ istituzzjoni f’konformità mad-Direttiva 2013/36/UE biex jiġu indirizzati riskji għajr ir-riskju ta’ lieva finanzjarja eċċessiva jenħtieġ li ma jiżdiedx bħala riżultat tal-fatt li l-istituzzjoni tintrabat bil-minimu tal-output stabbilit fir-Regolament (UE) Nru 575/2013, jekk kollox jibqa’ l-istess. Barra minn hekk, malli l-istituzzjoni tintrabat bil-minimu tal-output, jenħtieġ li l-awtorità kompetenti tirrieżamina r-rekwiżit ta’ fondi proprji addizzjonali ta’ dik l-istituzzjoni u tivvaluta, b’mod partikolari, jekk u sa liema punt tali rekwiżiti huma diġà koperti bis-sħiħ mill-fatt li l-istituzzjoni hija marbuta bil-minimu tal-output. Meta dak ikun il-każ, jenħtieġ li r-rekwiżit ta’ fondi proprji addizzjonali tal-istituzzjoni jitqies bħala sovrapożizzjoni mar-riskji koperti mill-minimu tal-output fir-rekwiżit ta’ fondi proprji tal-istituzzjoni u, konsegwentement, jenħtieġ li l-awtorità kompetenti tnaqqas dak ir-rekwiżit sal-punt neċessarju sabiex tneħħi kwalunkwe tali sovrappożizzjoni sakemm l-istituzzjoni tibqa’ marbuta bil-minimu tal-output. |
|
(56) |
Bl-istess mod, malli tintrabat bil-minimu tal-output, l-ammont nominali tal-kapital tal-Grad 1 ta’ Ekwità Komuni ta’ istituzzjoni meħtieġ skont ir-riżerva ta’ riskju sistemiku u riżerva ta’ O-SII jista’ jiżdied għalkemm ma jkun hemm ebda żieda korrispondenti fir-riskji makroprudenzjali jew sistemiċi assoċjati mal-istituzzjoni. F’każijiet bħal dawn, jenħtieġ li l-awtorità kompetenti jew l-awtorità nominata tal-istituzzjoni tirrieżamina l-kalibrazzjoni tar-rati tar-riżerva għar-riskju sistemiku u tiżgura li jibqgħu adattati u li ma jsirx għadd doppju tar-riskji li diġà jkunu koperti bis-saħħa tal-fatt li l-istituzzjoni tkun marbuta bil-minimu tal-output. Jenħtieġ li tali rieżami jsir bl-istess frekwenza bħar-rieżami tar-riżervi, li hija annwali għar-riżerva ta’ O-SII u kull sentejn għar-riżerva għal riskju sistemiku. Madankollu, jenħtieġ li jkun possibbli għall-awtorità kompetenti jew l-awtorità nnominata tal-istituzzjoni li jaġġustaw il-kalibrazzjoni tar-riżervi fuq bażi aktar frekwenti. |
|
(57) |
Sabiex tkun tista’ ssir l-attivazzjoni puntwali u effettiva tar-riżerva għar-riskju sistemiku, huwa neċessarju li tiġi ċċarata l-applikazzjoni tad-dispożizzjonijiet rilevanti u li jiġu ssimplifikati u allinjati l-proċeduri applikabbli. Jenħtieġ li l-istabbiliment ta’ riżerva għar-riskju sistemiku jkun possibbli għall-awtoritajiet nominati fl-Istati Membri kollha biex jiġi żgurat li l-awtoritajiet jingħataw is-setgħa li jindirizzaw ir-riskji sistemiċi fil-ħin, b’mod proporzjonat u effettiv u biex jippermetti r-rikonoxximent tar-rati tar-riżerva għar-riskju sistemiku stabbiliti mill-awtoritajiet fi Stati Membri oħra. Jenħtieġ li r-rikonoxximent ta’ rata tar-riżerva għar-riskju sistemiku stabbilita minn Stat Membru ieħor jirrikjedi biss notifika mill-awtorità li tirrikonoxxi r-rata. Sabiex jiġu evitati proċeduri ta’ awtorizzazzjoni bla bżonn meta d-deċiżjoni li tiġi stabbilita rata tar-riżerva tirriżulta fi tnaqqis jew fl-ebda bidla minn kwalunkwe waħda mir-rati stabbiliti qabel, il-proċedura stabbilita fl-Artikolu 131(15) tad-Direttiva 2013/36/UE jeħtieġ li tiġi allinjata mal-proċedura stabbilita fl-Artikolu 133(9) ta’ dik id-Direttiva. Jenħtieġ li l-proċeduri stabbiliti fl-Artikolu 133(11) u (12) ta’ dik id-Direttiva jiġu ċċarati u jsiru aktar konsistenti mal-proċeduri applikabbli għal rati sistemiċi oħrajn tar-riżerva tar-riskju, fejn rilevanti. |
|
(58) |
Jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi regolatorji żviluppati mill-ABE fir-rigward tar-rinunzja għall-awtorizzazzjoni ta’ ditti tal-investiment bħala istituzzjonijiet ta’ kreditu, il-lista ta’ informazzjoni minima li għandha tiġi pprovduta għall-valutazzjoni ta’ operazzjonijiet materjali, il-proċess għall-valutazzjoni ta’ operazzjonijiet materjali, l-arranġamenti ta’ reġistrazzjoni fil-kotba għal fergħat ta’ pajjiżi terzi, il-mekkaniżmu ta’ kooperazzjoni u l-funzjonament tal-kulleġġi tas-superviżuri, il-kunċett ta’ skoperturi għar-riskju ta’ inadempjenza li huma materjali f’termini assoluti u l-livelli limitu għal għadd kbir ta’ kontropartijiet u pożizzjonijiet materjali fi strumenti ta’ dejn negozjat jew ekwità ta’ emittenti differenti, u l-kontenut minimu tal-kwestjonarju dwar l-idoneità, il-curricula vitae u l-valutazzjoni interna tal-idoneità. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta dawk l-istandards tekniċi regolatorji permezz ta’ atti delegati skont l-Artikolu 290 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea (TFUE) u f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. |
|
(59) |
Jenħtieġ li l-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni żviluppati mill-ABE fir-rigward tal-formati u d-definizzjonijiet uniformi għar-rappurtar tal-impriżi prinċipali intermedji; il-proċess ta’ konsultazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti fir-rigward tal-akkwist ta’ parteċipazzjoni kwalifikanti; il-proċess ta’ konsultazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti fir-rigward ta’ fużjoni jew diviżjoni; l-informazzjoni regolatorja u finanzjarja dwar fergħat ta’ pajjiż terz u dwar l-impriżi ewlenin. Jenħtieġ li l-Kummissjoni tadotta dawk l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni skont l-Artikolu 291 TFUE u f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. |
|
(60) |
Meta tabbozza standards u linji gwida tekniċi u meta twieġeb għal mistoqsijiet relatati mal-applikazzjoni jew l-implimentazzjoni prattika tagħhom, jenħtieġ li l-ABE tqis kif xieraq il-prinċipju tal-proporzjonalità u tiżgura li dawk l-istandards u l-linji gwida jkunu jistgħu jiġu applikati wkoll minn istituzzjonijiet żgħar u mhux kumplessi mingħajr sforz żejjed. |
|
(61) |
Minħabba li l-objettivi ta’ din id-Direttiva ma jistgħux jinkisbu b’mod suffiċjenti mill-Istati Membri iżda pjuttost jistgħu, minħabba l-iskala jew l-effetti tagħha, jinkisbu aħjar fil-livell tal-Unjoni, l-Unjoni tista’ tadotta miżuri, f’konformità mal-prinċipju ta’ sussidjarjetà kif stabbilit fl-Artikolu 5 tat-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea. F’konformità mal-prinċipju ta’ proporzjonalità kif stabbilit f’dak l-Artikolu, din id-Direttiva ma tmurx lil hinn minn dak li huwa meħtieġ sabiex jinkisbu dawk l-objettivi. |
|
(62) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Direttiva 2013/36/UE tiġi emendata skont dan, |
ADOTTAW DIN ID-DIRETTIVA:
Artikolu 1
Emendi għad-Direttiva 2013/36/UE
Id-Direttiva 2013/36/UE hija emendata kif ġej:
|
(1) |
l-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
|
(2) |
fl-Artikolu 3, il-paragrafu 1 huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
fl-Artikolu 4, il-paragrafu 4 huwa sostitwit b’dan li ġej: “4. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom l-għarfien espert, ir-riżorsi, il-kapaċità operazzjonali, is-setgħat u l-indipendenza neċessarja sabiex iwettqu funzjonijiet relatati mas-superviżjoni prudenzjali u investigazzjoni u s-setgħat neċessarji biex jimponu l-pagamenti perjodiċi ta’ penali u l-penali stabbiliti f’din id-Direttiva u fir-Regolament (UE) Nru 575/2013.” |
|
(4) |
jiddaħħal l-artikolu li ġej: “Artikolu 4a Indipendenza superviżorja tal-awtoritajiet kompetenti 1. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, ‘membri tal-korp ta’ governanza tal-awtorità kompetenti’ tfisser persuni fiżiċi li jiffurmaw parti mill-aktar korp għoli għat-teħid ta’ deċiżjonijiet kollettivi tal-awtorità kompetenti u li jingħataw is-setgħa li jeżerċitaw funzjonijiet eżekuttivi fir-rigward tal-ġestjoni ta’ kuljum tal-funzjoni superviżorja tal-awtorità kompetenti, bl-esklużjoni tal-gvernaturi tal-banek ċentrali nazzjonali. 2. Għall-fini tal-preservazzjoni tal-indipendenza tal-awtoritajiet kompetenti fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom, l-Istati Membri għandhom jipprevedu l-arranġamenti neċessarji sabiex jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti, inkluż il-membri tal-persunal tagħhom u l-membri tal-korpi ta’ governanza tagħhom, ikunu jistgħu jeżerċitaw is-setgħat superviżorji tagħhom b’mod indipendenti u oġġettiv, mingħajr ma jfittxu jew jieħdu struzzjonijiet minn istituzzjonijiet superviżati, minn kwalunkwe korp tal-Unjoni jew minn kwalunkwe gvern ta’ Stat Membru jew minn kwalunkwe korp pubbliku jew privat ieħor. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-korpi ta’ governanza tal-awtoritajiet kompetenti jkunu funzjonalment indipendenti minn korpi pubbliċi u privati oħra. Dawk l-arranġamenti għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għall-arranġamenti skont il-liġi nazzjonali li permezz tagħhom l-awtoritajiet kompetenti huma soġġetti għar-responsabbiltà pubblika u demokratika. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-ebda membru ta’ korp ta’ governanza ta’ awtorità kompetenti li jinħatar wara l-11 ta’ Jannar 2026 ma jibqa’ fil-kariga għal aktar minn 14-il sena. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-membri ta’ korp ta’ governanza ta’ awtorità kompetenti jinħatru abbażi ta’ kriterji ppubblikati li jkunu oġġettivi u trasparenti u li dawk il-membri jkunu jistgħu jitkeċċew jekk ma jibqgħux jissodisfaw il-kriterji tal-ħatra jew ikunu nstabu ħatja ta’ reat kriminali serju. Ir-raġunijiet għat-tkeċċija għandhom isiru pubbliċi sakemm il-membru tal-korp ta’ governanza tal-awtorità kompetenti kkonċernat ma joġġezzjonax għall-pubblikazzjoni. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jippubblikaw l-objettivi tagħhom, ikunu responsabbli għall-qadi ta’ dmirijiethom fir-rigward ta’ dawk l-objettivi u jkunu soġġetti għal kontroll finanzjarju b’mod li ma jaffettwax l-indipendenza tagħhom. Dan il-paragrafu għandu jkun mingħajr preġudizzju għad-drittijiet u l-obbligi tal-awtoritajiet kompetenti skont is-sistemi internazzjonali jew Ewropej ta’ superviżjoni finanzjarja, b’mod partikolari s-sistema Ewropea ta’ superviżjoni finanzjarja stabbilita skont ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (*3), il-mekkaniżmu superviżorju uniku stabbilit skont ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 (*4) u r-Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew (*5), u l-Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni stabbilit skont ir-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*6). 3. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom fis-seħħ l-arranġamenti neċessarji sabiex jipprevjenu l-kunflitti ta’ interess tal-membri tal-persunal tagħhom u tal-membri tal-korpi ta’ governanza tagħhom. Għal dak l-għan, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli li jkunu proporzjonati għar-rwol u r-responsabbiltajiet tal-membri tal-persunal u l-membri tal-korpi ta’ governanza, u li, bħala minimu, jipprojbixxuhom milli:
L-eċċezzjonijiet previsti fl-ewwe; subparagrafu, il-punti (a)(i) u (ii), għandhom japplikaw biss meta l-partijiet terzi u l-impriżi ta’ investiment kollettiv ma jinvestux b’mod predominanti fi strumenti maħruġa mill-entitajiet imsemmija fil-punt (a) jew referenzjati lilhom. 4. Il-perjodu ta’ preklużjoni għandu jibda mid-data li fiha jintemm l-involviment dirett fis-superviżjoni tal-entitajiet msemmija fil-paragrafu 3, il-punt (b)(i). L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-membri tal-persunal tagħhom u l-membri tal-korpi ta’ governanza tagħhom ma jkollhom l-ebda aċċess għal informazzjoni kunfidenzjali jew sensittiva relatata ma’ dawk l-entitajiet matul il-perjodu ta’ preklużjoni. Fil-każ ta’ reklutaġġ mill-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 3, il-punti (b)(i) u (ii), it-tul tal-perjodu ta’ preklużjoni ma għandux ikun inqas minn sitt xhur għall-membri tal-persunal direttament involuti fis-superviżjoni tal-entitajiet msemmija fil-paragrafu 3, il-punt (b)(i), istituzzjonijiet u mhux inqas minn tnax-il xahar għall-membri tal-korp ta’ governanza tal-awtorità kompetenti. Fil-każ ta’ reklutaġġ minn entitajiet imsemmija fil-paragrafu 3, il-punt (b)(iii), it-tul tal-perjodu ta’ preklużjoni ma għandux ikun inqas minn tliet xhur kemm għall-membri tal-persunal u għall-membri tal-korp ta’ governanza tal-awtorità kompetenti. L-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti jissoġġettaw lill-membri tal-persunal tagħhom u lill-membri tal-korpi ta’ governanza tagħhom li għalihom japplika l-paragrafu 3, il-punt (b)(i), għal perjodu ta’ preklużjoni fil-każ tar-reklutaġġ tagħhom minn kompetituri diretti ta’ waħda mill-entitajiet imsemmija f’dak il-punt. Għal dawk il-finijiet, it-tul tal-perjodu ta’ preklużjoni ma għandux ikun inqas minn tliet xhur għall-membri tal-persunal direttament involuti fis-superviżjoni ta’ dawk l-entitajiet u mhux inqas minn sitt xhur għall-membri tal-korp ta’ governanza tal-awtorità kompetenti. 5. B’deroga mill-paragrafu 4, l-Istati Membri jistgħu jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti japplikaw perjodi ta’ preklużjoni iqsar ta’ minimu ta’ tliet xhur għall-membri tal-persunal direttament involuti fis-superviżjoni tal-istituzzjonijiet biss meta perjodu itwal ta’ preklużjoni:
6. Il-membri tal-persunal u l-membri ta’ korp ta’ governanza ta’ awtorità kompetenti soġġetti għall-projbizzjoni prevista fil-paragrafu 3, il-punt (b), għandhom ikunu intitolati għal kumpens xieraq għal dik il-projbizzjoni. L-Istati Membri għandhom jiddeċiedu dwar il-forma xierqa ta’ tali kumpens. 7. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-membri tal-persunal u l-membri ta’ korp ta’ governanza ta’ awtorità kompetenti jkunu soġġetti għal dikjarazzjoni ta’ interess. Dik id-dikjarazzjoni għandha tinkludi informazzjoni dwar il-parteċipazzjonijiet tal-membri fil-forma ta’ stokks, ekwitajiet, bonds, fondi mutwi, fondi ta’ investiment, fondi tat-tip imħallat, fondi spekulattivi u fondi nnegozjati fil-borża, li jistgħu jqajmu tħassib dwar kunflitt ta’ interess. Il-persuni kkonċernati għandhom jippreżentaw id-dikjarazzjoni ta’ interess qabel il-ħatra tagħhom u sussegwentement fuq bażi annwali. Id-dikjarazzjoni ta’ interess għandha tkun mingħajr preġudizzju għal kwalunkwe rekwiżit li tiġi ppreżentata dikjarazzjoni dwar il-ġid skont ir-regoli nazzjonali applikabbli. 8. Fejn membru tal-persunal jew membru ta’ korp ta’ governanza ta’ awtorità kompetenti jkollu, fil-mument li jiġi impjegat jew maħtur jew fi kwalunkwe ħin wara dan, strumenti finanzjarji li jistgħu jwasslu għal kunflitti ta’ interess, l-awtorità kompetenti għandu jkollha s-setgħa li tirrikjedi fuq bażi ta’ każ b’każ li dawk l-istrumenti jinbiegħu jew jitneħħew fi żmien raġonevoli. L-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom ukoll is-setgħa li jippermettu, fuq bażi ta’ każ b’każ, li dawk il-membri jbigħu jew jiddisponu minn strumenti finanzjarji li kellhom meta ġew impjegati jew maħtura. 9. Sabiex tiżgura applikazzjoni proporzjonata ta’ dan l-Artikolu, l-ABE għandha, sal-10 ta’ Lulju 2026 toħroġ linji gwida, f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, indirizzati lill-awtoritajiet kompetenti, dwar il-prevenzjoni ta’ kunflitti ta’ interess fil-awtoritajiet kompetenti u dwar l-indipendenza tagħhom, b’kont meħud tal-aħjar prattiki internazzjonali. (*3) Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12)." (*4) Ir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 1024/2013 tal-15 ta’ Ottubru 2013 li jikkonferixxi kompiti speċifiċi lill-Bank Ċentrali Ewropew fir-rigward ta’ politiki relatati mas-superviżjoni prudenzjali ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu (ĠU L 287, 29.10.2013, p. 63)." (*5) Ir-Regolament (UE) Nru 468/2014 tal-Bank Ċentrali Ewropew tas-16 ta’ April 2014 li jistabbilixxi qafas għal kooperazzjoni fil-Mekkaniżmu Superviżorju Uniku bejn il-Bank Ċentrali Ewropew u l-awtoritajiet nazzjonali kompetenti u ma’ awtoritajiet nazzjonali nominati (Regolament Qafas tal-MSU) (BĊE/2014/17) (ĠU L 141, 14.5.2014, p. 1)." (*6) Ir-Regolament (UE) Nru 806/2014 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Lulju 2014 li jistabbilixxi regoli uniformi u proċedura uniformi għar-riżoluzzjoni tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u ċerti ditti tal-investiment fil-qafas ta’ Mekkaniżmu Uniku ta’ Riżoluzzjoni u Fond Uniku għar-Riżoluzzjoni u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 1093/2010 (ĠU L 225, 30.7.2014, p. 1).”;" |
|
(5) |
l-Artikolu 8a huwa emendat kif ġej:
|
|
(6) |
fl-Artikolu 18, jiżdied il-punt li ġej:
; |
|
(7) |
l-Artikolu 21a huwa emendat kif ġej:
|
|
(8) |
fl-Artikolu 21b, jiddaħħal il-paragrafu li ġej: “6a. L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika l-formati u d-definizzjonijiet uniformi, u għandha tiżviluppa s-soluzzjonijiet tal-IT uniformi li għandhom jiġu applikati fl-Unjoni, għar-rappurtar tal-informazzjoni msemmija fil-paragrafu 6. L-ABE għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Jannar 2026. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi implimentattivi msemmija fit-tieni subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.” |
|
(9) |
jiddaħħal l-artikolu li ġej: “Artikolu 21c Rekwiżit biex tiġi stabbilita fergħa għall-forniment ta’ servizzi bankarji minn impriżi ta’ pajjiżi terzi 1. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-impriżi stabbiliti f’pajjiż terz kif imsemmi fl-Artikolu 47 jistabbilixxu fergħa fit-territorju tagħhom u japplikaw għal awtorizzazzjoni f’konformità mat-Titolu VI biex jibdew jew ikomplu jwettqu l-attivitajiet imsemmija fl-Artikolu 47(1) fl-Istat Membru rilevanti. 2. Ir-rekwiżit stabbilit fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma għandux japplika meta l-impriża stabbilita f’pajjiż terz tipprovdi servizz jew attività lil klijent jew kontroparti stabbilita jew li tinsab fl-Unjoni li tkun:
Mingħajr preġudizzju għall-ewwel subparagrafu, il-punt (c), meta impriża ta’ pajjiż terz tissolleċita klijent jew kontroparti, jew klijent potenzjali jew kontroparti, imsemmija fil-punt (a) ta’ dak is-subparagrafu, permezz ta’ entità li taġixxi f’isimha stess jew li jkollha rabtiet mill-qrib ma’ tali impriża ta’ pajjiż terz jew permezz ta’ kwalunkwe persuna oħra li taġixxi f’isem tali impriża, dan ma għandux jitqies li huwa servizz ipprovdut fuq l-inizjattiva proprja esklużiva tal-klijent jew kontroparti, jew tal-klijent potenzjali jew kontroparti. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa li jirrikjedu li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu u l-fergħat stabbiliti fit-territorju tagħhom jipprovdulhom l-informazzjoni li jeħtieġu biex jimmonitorjaw is-servizzi pprovduti fuq l-inizjattiva esklużiva tal-klijent jew tal-kontroparti stabbilita jew li tinsab fit-territorju tagħhom fejn tali servizzi huma pprovduti minn impriżi stabbiliti f’pajjiżi terzi li jagħmlu parti mill-istess grupp. 3. Inizjattiva minn klijent jew minn kontroparti kif imsemmi fil-paragrafu 2 ma għandhiex tagħti d-dritt lill-impriża ta’ pajjiż terz li tikkummerċjalizza kategoriji oħrajn ta’ prodotti, ta’ attivitajiet jew ta’ servizzi minbarra dawk li l-klijent jew il-kontroparti tkun talbet, għajr permezz ta’ fergħa ta’ pajjiż terz stabbilita fi Stat Membru. Madankollu, l-istabbiliment ta’ fergħa ta’ pajjiż terz ma għandux ikun meħtieġ għal kwalunkwe servizz, attività jew prodott meħtieġ għall-forniment tas-servizz, il-prodott jew l-attività oriġinarjament solleċitata mill-klijent jew mill-kontroparti, jew relatat mill-qrib miegħu, inkluż fejn tali servizzi, attivitajiet jew prodotti relatati mill-qrib jiġu pprovduti sussegwentement lil dawk oriġinarjament solleċitati. 4. Ir-rekwiżit stabbilit fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu ma għandux japplika għal servizzi jew attivitajiet elenkati fl-Anness I, it-Taqsima A, tad-Direttiva 2014/65/UE, inkluż kwalunkwe servizz anċillari li jakkomodahom, bħal teħid ta’ depożiti relatati jew l-għoti ta’ kreditu jew self li l-iskop tagħhom ikun il-provvediment ta’ servizzi skont dik id-Direttiva. 5. Sabiex jippreserva d-drittijiet miksuba tal-klijenti skont kuntratti eżistenti, ir-rekwiżit stabbilit fil-paragrafu 1 għandu jkun mingħajr preġudizzju għall-kuntratti eżistenti li saru qabel il-11 ta’ Lulju 2026. 6. Sal-10 ta’ Lulju 2025, l-ABE, wara li tikkonsulta mal-EIOPA u l-ESMA, għandha tirrieżamina jekk kwalunkwe entità tas-settur finanzjarju flimkien mal-istituzzjonijiet ta’ kreditu għandhiex tiġi eżentata mir-rekwiżit li tistabbilixxi fergħa għall-forniment ta’ servizzi bankarji minn impriżi ta’ pajjiżi terzi f’konformità ma’ dan l-Artikolu. L-ABE għandha tippreżenta rapport dwar dan lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni. Dak ir-rapport għandu jqis it-tħassib dwar l-istabbiltà finanzjarja u l-impatt fuq il-kompetittività tal-Unjoni. Abbażi ta’ dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha, fejn xieraq, tippreżenta proposta leġiżlattiva lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill.” |
|
(10) |
fl-Artikolu 22(2), l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrikonoxxu, bil-miktub, il-wasla tan-notifika skont il-paragrafu 1 jew ta’ informazzjoni addizzjonali skont il-paragrafu 3 minnufih u fi kwalunkwe każ fi żmien 10 ijiem ta’ xogħol wara li jirċievu n-notifika jew l-informazzjoni.” ; |
|
(11) |
l-Artikolu 23 huwa emendat kif ġej:
|
|
(12) |
fit-Titolu III, jiżdiedu l-kapitoli li ġejjin: “KAPITOLU 3 AKKWIŻIZZJONI JEW ĊESSJONI TA’ PARTEĊIPAZZJONI MATERJALI Artikolu 27a Notifika u valutazzjoni tal-akkwist 1. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu lill-istituzzjonijiet, u kumpaniji azzjonarji finanzjarji u kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 21a(1) (l-‘akkwirent propost’) jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti bil-miktub minn qabel meta jkunu biħsiebhom jakkwistaw, direttament jew indirettament, parteċipazzjoni materjali (l-‘akkwist propost’). In-notifika għandha tindika d-daqs tal-akkwist propost u l-informazzjoni rilevanti, kif speċifikat fl-Artikolu 27b(5). 2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, parteċipazzjoni għandha titqies materjali meta tkun ugwali jew aktar minn 15 % tal-kapital eliġibbli tal-akkwirent propost. 3. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, meta l-akkwirent propost ikun istituzzjoni, il-livell limitu msemmi fil-paragrafu 2 għandu japplika kemm fuq bażi individwali kif ukoll fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata tal-grupp. Meta l-livell limitu msemmi fil-paragrafu 2 jinqabeż biss fuq bażi individwali, l-akkwirent propost għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru fejn ikun stabbilit. Dik l-awtorità kompetenti għandha tivvaluta l-akkwist propost. Meta dak il-livell limitu jinqabeż fuq bażi individwali u fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata tal-grupp, l-akkwirent propost għandu wkoll jinnotifika lis-superviżur konsolidanti. Dak is-superviżur konsolidanti għandu jivvaluta l-akkwist propost. 4. Meta l-akkwirent propost ikun kumpanija azzjonarja finanzjarja jew kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 21a(1), il-livell limitu msemmi fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu għandu japplika abbażi tas-sitwazzjoni konsolidata, u s-superviżur konsolidanti għandu jkun l-awtorità kompetenti għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. 5. L-awtorità kompetenti għandha tirrikonoxxi, bil-miktub, il-wasla tan-notifika msemmija fil-paragrafu 1 jew ta’ kwalunkwe informazzjoni addizzjonali f’konformità mal-paragrafu 9 minnufih u fi kwalunkwe każ fi żmien 10 ijiem ta’ xogħol wara li tirċievi n-notifika jew l-informazzjoni addizzjonali. 6. L-awtorità kompetenti għandu jkollha 60 jum ta’ xogħol mid-data tar-rikonoxximent bil-miktub tal-wasla tan-notifika u mill-wasla tad-dokumenti kollha, inkluż dawk meħtieġa mill-Istat Membru li jiġu mehmużin man-notifika f’konformità mal-Artikolu 27b(5) (il-‘perjodu ta’ valutazzjoni’), biex twettaq il-valutazzjoni prevista fl-Artikolu 27b(1). Meta l-akkwist propost jikkonċerna parteċipazzjoni kwalifikanti f’istituzzjoni ta’ kreditu kif imsemmi fl-Artikolu 22(1), l-akkwirent propost għandu jkun soġġett ukoll għar-rekwiżit ta’ notifika u għall-valutazzjoni skont dak l-Artikolu. F’dak il-każ, iż-żmien għall-awtorità kompetenti biex twettaq kemm il-valutazzjoni prevista fl-Artikolu 27b(1) u dik imsemmija fl-Artikolu 22(2) għandu jiskadi biss meta jiskadi t-tieni perjodu ta’ valutazzjoni rilevanti. 7. Meta l-akkwist propost ta’ parteċipazzjoni materjali jitwettaq bejn entitajiet tal-istess grupp kif imsemmi fl-Artikolu 113(6) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew bejn entitajiet fl-istess skema ta’ protezzjoni istituzzjonali kif imsemmi fl-Artikolu 113(7) ta’ dak ir-Regolament, l-awtorità kompetenti ma għandhiex tkun meħtieġa twettaq il-valutazzjoni prevista fl-Artikolu 27(b)1 ta’ din id-Direttiva. 8. L-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-akkwirent propost dwar id-data tal-iskadenza tal-perjodu ta’ valutazzjoni meta tikkonferma r-riċevuta kif imsemmi fil-paragrafu 5. 9. L-awtorità kompetenti tista’, matul il-perjodu ta’ valutazzjoni, fejn meħtieġ, u fi kwalunkwe każ mhux aktar tard minn nhar il-50 jum ta’ xogħol tal-perjodu ta’ valutazzjoni, titlob informazzjoni addizzjonali li tkun meħtieġa biex tiġi kkompletata l-valutazzjoni prevista fl-Artikolu 27b(1). Talba bħal din għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa. 10. Il-perjodu ta’ valutazzjoni għandu jiġi sospiż bejn id-data tat-talba għal informazzjoni addizzjonali mill-awtorità kompetenti u d-data tal-wasla ta’ tweġiba għaliha mill-akkwirent propost, li fiha tiġi pprovduta l-informazzjoni mitluba kollha. Dik is-sospensjoni ma għandhiex teċċedi l-20 jum ta’ xogħol. Kwalunkwe talba ulterjuri mill-awtorità kompetenti għall-ikkompletar jew għall-kjarifika tal-informazzjoni pprovduta għandha tkun fid-diskrezzjoni tagħha iżda ma għandhiex tirriżulta f’sospensjoni tal-perjodu ta’ valutazzjoni. 11. L-awtorità kompetenti tista’ testendi s-sospensjoni msemmija fil-paragrafu 10 sa massimu ta’ 30 jum ta’ xogħol fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:
12. Meta l-approvazzjoni ta’ kumpanija azzjonarja finanzjarja jew ta’ kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 21a(1) isseħħ fl-istess ħin tal-valutazzjoni prevista fl-Artikolu 27b(1), l-awtorità kompetenti għall-finijiet tal-Artikolu 21a(1) għandha tikkoordina, kif adatt, mas-superviżur konsolidanti u, fejn ikun differenti, l-awtorità kompetenti fl-Istat Membru fejn tkun stabbilita l-kumpanija azzjonarja finanzjarja jew il-kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta. F’dan il-każ, il-perjodu ta’ valutazzjoni għandu jiġi sospiż sakemm titlesta l-proċedura stabbilita fl-Artikolu 21a. 13. Meta l-awtorità kompetenti tiddeċiedi li topponi l-akkwist propost, hija għandha, fi żmien jumejn ta’ xogħol wara li titlesta l-valutazzjoni prevista fl-Artikolu 27b(1), u qabel tmiem il-perjodu ta’ valutazzjoni, tinforma lill-akkwirent propost bil-miktub, filwaqt li tipprovdi r-raġunijiet għall-oppożizzjoni tagħha. 14. Meta l-awtorità kompetenti ma topponix l-akkwist propost fil-perjodu ta’ validazzjoni u bil-miktub, dan għandu jitqies approvat. 15. L-awtorità kompetenti tista’ tistabbilixxi perjodu massimu għall-ikkompletar tal-akkwist propost u testendih, fejn ikun xieraq. Artikolu 27b Kriterji ta’ valutazzjoni 1. Fil-valutazzjoni tan-notifika tal-akkwist propost prevista fl-Artikolu 27a(1) u l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 27a(9), l-awtorità kompetenti għandha tivvaluta l-prospettiva għal ġestjoni soda u prudenti mill-akkwirent propost u, b’mod partikolari, ir-riskji li għalihom huwa jew jista’ jkun espost l-akkwirent propost, f’konformità mal-kriterji li ġejjin:
2. Għall-fini tal-valutazzjoni tal-kriterju stabbilit fil-paragrafu 1, il-punt (b), ta’ dan l-Artikolu, l-awtorità kompetenti għandha tikkonsulta, fil-kuntest tal-verifiki tagħha, lill-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni tal-akkwirent propost f’konformità mad-Direttiva (UE) 2015/849. 3. L-awtorità kompetenti tista’ topponi l-akkwist propost biss jekk ikun hemm motivazzjonijiet raġonevoli għal dan abbażi tal-kriterji stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, jew jekk l-informazzjoni pprovduta mill-akkwirent propost ma tkunx kompluta minkejja talba magħmula f’konformità mal-Artikolu 27a(9). Għall-finijiet ta’ dan il-paragrafu u fir-rigward tal-kriterju stabbilit fil-paragrafu 1, il-punt (b), ta’ dan l-Artikolu, opinjoni negattiva mill-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni tal-akkwirent propost f’konformità mad-Direttiva (UE) 2015/849, riċevuta mill-awtoritajiet kompetenti fi żmien 30 jum tax-xogħol mit-talba inizjali, għandha titqies kif xieraq mill-awtoritajiet kompetenti meta jivvalutaw l-akkwist propost u tista’ tikkostitwixxi raġuni valida għal oppożizzjoni. 4. L-Istati Membri la għandhom jimponu xi kundizzjonijiet minn qabel fir-rigward tal-livell ta’ akkwist propost u lanqas ma għandhom jippermettu lill-awtorità kompetenti teżamina l-akkwist propost f’termini tal-ħtiġijiet ekonomiċi tas-suq. 5. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw lista tal-informazzjoni meħtieġa sabiex titwettaq il-valutazzjoni. L-akkwirent propost għandu jipprovdi dik l-informazzjoni lill-awtorità kompetenti fi żmien in-notifika msemmija fl-Artikolu 27a(1). L-informazzjoni meħtieġa għandha tkun proporzjonata u xierqa għan-natura tal-akkwist propost. L-Istati Membri ma għandhomx jirrikjedu informazzjoni li mhijiex rilevanti għall-valutazzjoni prudenzjali skont dan l-Artikolu. 6. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 27a(5) sa (11), meta jkunu ġew innotifikati żewġ proposti jew aktar għall-akkwist ta’ parteċipazzjonijiet materjali fl-istess entità, l-awtorità kompetenti għandha titratta lill-akkwirenti proposti b’mod mhux diskriminatorju. 7. L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, l-ABE għandha tieħu inkunsiderazzjoni t-Titolu II tad-Direttiva (UE) 2017/1132. L-ABE għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Lulju 2026. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tissupplimenta din id-Direttiva billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. Artikolu 27c Kooperazzjoni bejn awtoritajiet kompetenti 1. L-awtorità kompetenti għandha tikkonsulta l-awtoritajiet fdati bid-dmir pubbliku li jissorveljaw entitajiet oħra tas-settur finanzjarju kkonċernati meta twettaq il-valutazzjoni prevista fl-Artikolu 27b(1) meta l-akkwist propost jikkonċerna waħda minn dawn li ġejjin:
2. Meta l-akkwirent propost ikun istituzzjoni u l-livell limitu msemmi fl-Artikolu 27a(2) jinqabeż biss fuq bażi individwali, l-awtorità kompetenti li tivvaluta l-akkwist propost għandha tinnotifika lis-superviżur konsolidanti dwar l-akkwist propost fi żmien 10 ijiem ta’ xogħol wara li tirċievi n-notifika mill-akkwirent propost, jekk l-akkwirent propost ikun parti minn grupp u l-awtorità kompetenti tkun differenti mis-superviżur konsolidanti. L-awtorità kompetenti għandha tibgħat ukoll il-valutazzjoni tagħha lis-superviżur konsolidanti. Meta l-akkwirent propost ikun kumpanija azzjonarja finanzjarja jew kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 21a(1), is-superviżur konsolidanti li jivvaluta l-akkwist propost għandu jinnotifika lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru fejn l-akkwirent propost ikun stabbilit bl-akkwist propost fi żmien 10 ijiem ta’ xogħol wara li jirċievi n-notifika mill-akkwirent propost, jekk dik l-awtorità kompetenti tkun differenti mis-superviżur konsolidanti. Is-superviżur konsolidanti għandu jibgħat ukoll il-valutazzjoni tiegħu lil dik l-awtorità kompetenti. Meta l-akkwirent propost ikun istituzzjoni u l-livell limitu msemmi fl-Artikolu 27a(2) jinqabeż kemm fuq bażi individwali kif ukoll fuq bażi tas-sitwazzjoni konsolidata tal-grupp, l-awtorità kompetenti u s-superviżur konsolidanti li jivvaluta l-akkwist propost għandhom ifittxu li jikkoordinaw il-valutazzjonijiet tagħhom, b’mod partikolari fir-rigward tal-konsultazzjoni tagħhom mal-awtoritajiet rilevanti msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. 3. Meta l-valutazzjoni tal-akkwist propost tkun teħtieġ li titwettaq mis-superviżur konsolidanti msemmi fl-Artikolu 27a(3) u s-superviżur konsolidanti jkun differenti mill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru fejn ikun stabbilit l-akkwirent propost, iż-żewġ awtoritajiet għandhom jaħdmu flimkien b’konsultazzjoni sħiħa. Is-superviżur konsolidanti għandu jħejji valutazzjoni dwar l-akkwist propost u jibgħat dik il-valutazzjoni lill-awtorità kompetenti fl-Istat Membru fejn ikun stabbilit l-akkwirent propost. Iż-żewġ awtoritajiet għandhom jagħmlu dak kollu li hu fis-setgħa tagħhom biex jaslu għal deċiżjoni konġunta fi żmien xahrejn minn meta jirċievu dik il-valutazzjoni. Dik id-deċiżjoni konġunta għandha tiġi dokumentata u motivata kif meħtieġ. Is-superviżur konsolidanti għandu jikkomunika dik id-deċiżjoni konġunta lill-akkwirent propost. Fil-każ li ma titteħidx deċiżjoni fi żmien xahrejn minn meta jirċievu l-valutazzjoni, is-superviżur konsolidanti jew l-awtorità kompetenti fl-Istat Membru fejn l-akkwirent propost ikun stabbilit għandhom joqogħdu lura milli jieħdu deċiżjoni u għandhom jirreferu l-kwistjoni lill-ABE f’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. L-ABE għandha tieħu d-deċiżjoni tagħha fi żmien xahar mill-wasla tar-riferiment lill-ABE. L-awtoritajiet kkonċernati għandhom jadottaw deċiżjoni konġunta f’konformità mad-deċiżjoni tal-ABE. 4. L-awtoritajiet kompetenti għandhom, mingħajr dewmien, jipprovdu lil xulxin bi kwalunkwe informazzjoni li tkun essenzjali jew rilevanti għall-valutazzjoni. F’dak ir-rigward, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw lil xulxin b’talba jew b’inizjattiva tagħhom stess l-informazzjoni rilevanti kollha għall-valutazzjoni. L-awtoritajiet kompetenti għandhom ifittxu li jikkoordinaw il-valutazzjonijiet tagħhom u jiżguraw il-konsistenza tad-deċiżjonijiet tagħhom. Għal dak il-għan, id-deċiżjoni mill-awtorità kompetenti responsabbli għall-valutazzjoni għandha tindika kwalunkwe fehma jew riżerva magħmula mill-awtoritajiet kompetenti rilevanti l-oħra. 5. L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni sabiex tistabbilixxi proċeduri u formoli komuni u għandha tiżviluppa mudelli għall-proċess ta’ konsultazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti rilevanti kif imsemmi f’dan l-Artikolu. L-ABE għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sal-10 ta’ lulju 2026. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. Artikolu 27d Notifika ta’ ċessjoni L-Istati Membri għandhom jirrikjedu lill-istituzzjonijiet, u l-kumpaniji azzjonarji finanzjarji u l-kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 21a(1), jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti meta jkun biħsiebhom iċedu, direttament jew indirettament, parteċipazzjoni materjali kif iddeterminat f’konformità mal-Artikolu 27a(2). Dik in-notifika għandha ssir bil-miktub u qabel iċ-ċessjoni, filwaqt li jiġi indikat id-daqs tal-parteċipazzjoni kkonċernata. Artikolu 27e Obbligi ta’ informazzjoni u penali Meta l-akkwirent propost jonqos milli jinnotifika l-akkwist propost minn qabel f’konformità mal-Artikolu 27a(1) jew ikun akkwista parteċipazzjoni materjali kif imsemmi f’dak l-Artikolu minkejja l-oppożizzjoni mill-awtorità kompetenti, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-awtorità kompetenti tieħu miżuri xierqa. Meta parteċipazzjoni materjali tinkiseb minkejja oppożizzjoni mill-awtorità kompetenti, l-Istati Membri għandhom, mingħajr preġudizzju għal penali potenzjali, jipprevedu li l-eżerċizzju tad-drittijiet tal-vot korrispondenti jiġi sospiż jew li l-voti mitfugħa jiġu ddikjarati nulli u bla effett. KAPITOLU 4 TRASFERIMENTI MATERJALI TA’ ASSI U TA’ OBBLIGAZZJONIJIET Artikolu 27f Notifika tat-trasferimenti materjali tal-assi u tal-obbligazzjonijiet 1. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu lill-istituzzjonijiet, u l-kumpaniji azzjonarji finanzjarji u l-kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 21a(1) jinnotifikaw lill-awtorità kompetenti tagħhom bil-miktub minn qabel dwar kwalunkwe trasferiment materjali ta’ assi jew ta’ obbligazzjonijiet li jeżegwixxu jew permezz ta’ bejgħ jew kwalunkwe tip ieħor ta’ tranżazzjoni (l-‘operazzjoni proposta’). Meta l-operazzjoni proposta tkun tinvolvi biss entitajiet mill-istess grupp, dawk l-entitajiet għandhom ikunu soġġetti wkoll għall-ewwel subparagrafu. Għall-finijiet tal-ewwel u t-tieni subparagrafi, kull waħda mill-entitajiet involuti fl-istess operazzjoni proposta għandha tkun soġġetta individwalment għall-obbligu ta’ notifika stabbilit fihom. 2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, l-operazzjoni proposta għandha titqies bħala materjali għal entità meta tkun mill-inqas ugwali għal 10 % tal-assi jew tal-obbligazzjonijiet totali tagħha, għajr jekk l-operazzjoni proposta titwettaq bejn entitajiet tal-istess grupp, li f’dak il-każ l-operazzjoni proposta għandha titqies bħala materjali għal entità meta tkun mill-inqas ugwali għal 15 % tal-assi jew tal-obbligazzjonijiet totali tagħha. Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, għall-kumpaniji azzjonarji finanzjarji prinċipali u l-kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta prinċipali msemmija fil-paragrafu 1, il-perċentwali għandhom japplikaw fuq il-bażi tas-sitwazzjoni konsolidata tagħhom. Dawn li ġejjin ma għandhomx jitqiesu għall-kalkolu tal-perċentwali msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu:
3. L-awtorità kompetenti għandha tirrikonoxxi, bil-miktub, il-wasla tan-notifika skont il-paragrafu 1 minnufih u fi kwalunkwe każ fi żmien 10 ijiem ta’ xogħol wara li tirċievi n-notifika. Artikolu 27g Obbligi ta’ informazzjoni u penali Meta l-entitajiet jonqsu milli jinnotifikaw l-operazzjoni proposta minn qabel f’konformità mal-Artikolu 27f(1), l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-awtoritajiet kompetenti jieħdu miżuri xierqa. KAPITOLU 5 FUŻJONIJIET U DIVIŻJONIJIET Artikolu 27h Kamp ta’ applikazzjoni u definizzjonijiet Dan il-Kapitolu huwa mingħajr preġudizzju għall-applikazzjoni tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (*10) u tad-Direttiva (UE) 2017/1132. Fużjonijiet u diviżjonijiet li jirriżultaw mill-applikazzjoni tad-Direttiva 2014/59/UE ma għandhomx ikunu soġġetti għall-obbligi stabbiliti f’dan il-Kapitolu. Għall-finijiet ta’ dan il-Kapitolu, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
Artikolu 27i Notifika u valutazzjoni tal-fużjoni jew tad-diviżjoni 1. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-istituzzjonijiet, u l-kumpaniji azzjonarji finanzjarji u l-kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-Artikolu 21a(1) (il-‘partijiet ikkonċernati finanzjarji’) li jwettqu fużjoni jew diviżjoni (l-‘operazzjoni proposta’), jinnotifikaw, wara l-adozzjoni tal-abbozz tat-termini tal-operazzjoni proposta u qabel it-tlestija tal-operazzjoni proposta, lill-awtorità kompetenti li ser tkun responsabbli mis-superviżjoni tal-entitajiet li jirriżultaw minn dik l-operazzjoni proposta, u jindikaw l-informazzjoni rilevanti, kif speċifikat f’konformità mal-Artikolu 27j(5). Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, fejn l-operazzjoni proposta tikkonsisti minn diviżjoni, l-awtorità kompetenti responsabbli mis-superviżjoni tal-entità li twettaq l-operazzjoni proposta għandha tkun l-awtorità kompetenti li għandha tiġi nnotifikata u responsabbli mill-valutazzjoni prevista fl-Artikolu 27j(1). 2. B’deroga mill-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, fejn l-operazzjoni proposta tkun fużjoni li tinvolvi biss partijiet ikkonċernati finanzjarji mill-istess grupp, inkluż grupp ta’ istituzzjonijiet ta’ kreditu li huma affiljati b’mod permanenti ma’ korp ċentrali u li taħt superviżjoni bħala grupp, l-awtorità kompetenti ma għandhiex tkun meħtieġa twettaq il-valutazzjoni prevista fl-Artikolu 27j(1). 3. Il-valutazzjoni prevista fl-Artikolu 27j(1) ma għandhiex titwettaq fejn l-operazzjoni proposta tkun teħtieġ awtorizzazzjoni f’konformità mal-Artikolu 8, jew approvazzjoni f’konformità mal-Artikolu 21a. 4. L-awtorità kompetenti għandha tirrikonoxxi, bil-miktub, il-wasla tan-notifika msemmija fil-paragrafu 1 jew tal-informazzjoni addizzjonali ppreżentata f’konformità mal-paragrafu 5 minnufih u fi kwalunkwe każ fi żmien għaxart ijiem ta’ xogħol wara li tirċievi n-notifika jew l-informazzjoni addizzjonali. Fejn l-operazzjoni proposta tinvolvi biss partijiet ikkonċernati finanzjarji mill-istess grupp, l-awtorità kompetenti għandu jkollha 60 jum ta’ xogħol mid-data tal-konferma bil-miktub tal-wasla tan-notifika u mill-wasla tad-dokumenti kollha meħtieġa mill-Istat Membru li għandhom jiġu mehmużin man-notifika f’konformità mal-Artikolu 27j(5) (‘il-perjodu ta’ valutazzjoni’), biex twettaq il-valutazzjoni prevista fl-Artikolu 27j(1). L-awtorità kompetenti għandha tinforma lill-partijiet ikkonċernati finanzjarji dwar id-data tal-iskadenza tal-perjodu ta’ valutazzjoni meta tikkonferma l-wasla. 5. L-awtorità kompetenti tista’ titlob informazzjoni addizzjonali li tkun neċessarja sabiex titlesta l-valutazzjoni prevista fl-Artikolu 27j(1). Talba bħal din għandha ssir bil-miktub u għandha tispeċifika l-informazzjoni addizzjonali meħtieġa. Meta l-operazzjoni proposta tinvolvi biss partijiet ikkonċernati finanzjarji mill-istess grupp, l-awtorità kompetenti tista’ titlob informazzjoni addizzjonali sa mhux aktar tard mill-50 jum ta’ xogħol tal-perjodu ta’ valutazzjoni. Il-perjodu ta’ valutazzjoni għandu jiġi sospiż bejn id-data tat-talba għal informazzjoni addizzjonali mill-awtorità kompetenti u d-data tal-wasla ta’ tweġiba għaliha mill-partijiet ikkonċernati finanzjarji, li fiha tiġi pprovduta l-informazzjoni mitluba kollha. Dik is-sospensjoni ma għandhiex teċċedi l-20 jum ta’ xogħol. Kwalunkwe talba ulterjuri mill-awtorità kompetenti għall-ikkompletar jew għall-kjarifika tal-informazzjoni pprovduta għandha tkun fid-diskrezzjoni tagħha iżda ma għandhiex tirriżulta f’sospensjoni tal-perjodu ta’ valutazzjoni. 6. L-awtorità kompetenti tista’ testendi s-sospensjoni msemmija fil-paragrafu 5, it-tielet subparagrafu, għal massimu ta’ 30 jum ta’ xogħol fis-sitwazzjonijiet li ġejjin:
7. L-operazzjoni proposta ma għandhiex titlesta qabel ma l-awtorità kompetenti tkun ħarġet opinjoni pożittiva. 8. L-awtorità kompetenti għandha, fi żmien jumejn ta’ xogħol mit-tlestija tal-valutazzjoni tagħha, toħroġ opinjoni pożittiva jew negattiva motivata bil-miktub. Il-partijiet ikkonċernati finanzjarji għandhom jittrażmettu dik l-opinjoni motivata lill-awtoritajiet responsabbli, skont il-liġi nazzjonali, mill-iskrutinju tal-operazzjoni proposta. 9. Fejn l-operazzjoni proposta tinvolvi biss partijiet ikkonċernati finanzjarji mill-istess grupp u l-awtorità kompetenti ma topponix bil-miktub l-operazzjoni proposta fil-perjodu ta’ valutazzjoni, l-opinjoni għandha titqies bħala pożittiva. 10. L-opinjoni pożittiva motivata maħruġa mill-awtorità kompetenti tista’ tipprevedi perjodu limitat li matulu għandha titwettaq l-operazzjoni proposta. Artikolu 27j Kriterji ta’ valutazzjoni 1. Fil-valutazzjoni tan-notifika tal-operazzjoni proposta prevista fl-Artikolu 27i(1) u l-informazzjoni msemmija fl-Artikolu 27i(5), l-awtorità kompetenti għandha, sabiex tiżgura s-solidità tal-profil prudenzjali tal-partijiet ikkonċernati finanzjarji wara t-tlestija tal-operazzjoni proposta u b’mod partikolari biex tindirizza r-riskji li għalihom il-partijiet ikkonċernati finanzjarji huma jew jistgħu jkunu skoperti matul l-operazzjoni proposta u r-riskji li għalihom tista’ tkun skoperta l-entità li tirriżulta mill-operazzjoni proposta, tivvaluta l-operazzjoni proposta skont il-kriterji li ġejjin:
Il-pjan ta’ implimentazzjoni msemmi fl-ewwel subparagrafu, il-punt (d), għandu jkun soġġett għal monitoraġġ xieraq mill-awtorità kompetenti sat-tlestija tal-operazzjoni proposta. 2. Għall-fini tal-valutazzjoni tal-kriterju stabbilit fil-paragrafu 1, il-punt (e), ta’ dan l-Artikolu, l-awtorità kompetenti għandha tikkonsulta, fil-kuntest tal-verifiki tagħha, lill-awtoritajiet responsabbli għas-superviżjoni tal-partijiet ikkonċernati finanzjarji f’konformità nad-Direttiva (UE) 2015/849. 3. L-awtorità kompetenti tista’ toħoroġ opinjoni negattiva fir-rigward tal-operazzjoni proposta fil-każ biss li ma jiġux issodisfati l-kriterji stipulati fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu jew meta l-informazzjoni pprovduta mill-parti kkonċernata finanzjarja ma tkunx kompluta minkejja talba magħmula f’konformità mal-Artikolu 27i(5). Fir-rigward tal-kriterju stabbilit fil-paragrafu 1, il-punt (e), ta’ dan l-Artikolu, opinjoni negattiva mill-awtoritajiet responsabbli mis-superviżjoni tal-partijiet ikkonċernati finanzjarji f’konformità mad-Direttiva (UE) 2015/849, riċevuta mill-awtorità kompetenti fi żmien 30 jum tax-xogħol mit-talba inizjali, għandha titqies kif xieraq mill-awtorità kompetenti meta tivvaluta l-operazzjoni proposta u tista’ tikkostitwixxi raġuni valida għal opinjoni negattiva, kif imsemmi fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu. 4. L-Istati Membri ma għandhomx jippermettu lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom jeżaminaw l-operazzjoni proposta f’termini tal-ħtiġijiet ekonomiċi tas-suq. 5. L-Istati Membri għandhom jippubblikaw lista tal-informazzjoni meħtieġa sabiex titwettaq il-valutazzjoni prevista fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. Il-partijiet ikkonċernati finanzjarji għandhom jipprovdu dik l-informazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti fil-mument tan-notifika msemmija fl-Artikolu 27i(1). L-informazzjoni meħtieġa għandha tkun proporzjonata u xierqa għan-natura tal-operazzjoni proposta. L-Istati Membri ma għandhomx jirrikjedu informazzjoni li ma tkunx rilevanti għal valutazzjoni prudenzjali skont dan l-Artikolu. Artikolu 27k Kooperazzjoni bejn awtoritajiet kompetenti 1. L-awtorità kompetenti għandha tikkonsulta lill-awtoritajiet fdati bid-dmir pubbliku tas-superviżjoni ta’ entitajiet oħra kkonċernati tas-settur finanzjarju meta twettaq il-valutazzjoni prevista fl-Artikolu 27j(1) fejn l-operazzjoni proposta tinvolvi, minbarra l-partijiet ikkonċernati finanzjarji, entitajiet li jkunu waħda minn dawn li ġejjin:
2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom, mingħajr dewmien, jipprovdu lil xulxin b’kull informazzjoni li tkun essenzjali jew rilevanti għall-valutazzjoni. F’dan ir-rigward, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkomunikaw lil xulxin meta jintalbu jagħmlu dan jew fuq inizjattiva tagħhom stess l-informazzjoni kollha rilevanti għall-valutazzjoni. Opinjoni minn awtorità kompetenti ta’ parti kkonċernata finanzjarja għandha tindika kwalunkwe fehma jew riżerva espressa mill-awtorità kompetenti li tissorvelja waħda jew aktar mill-entitajiet elenkati fil-paragrafu 1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom ifittxu li jikkoordinaw il-valutazzjonijiet tagħhom u jiżguraw il-konsistenza tal-opinjonijiet tagħhom. 3. L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni sabiex tistabbilixxi proċeduri u formoli komuni u għandha tiżviluppa mudelli komuni għall-proċess ta’ konsultazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti rilevanti kif imsemmi f’dan l-Artikolu. Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, l-ABE għandha tqis it-titolu II tad-Direttiva (UE) 2017/1132. L-ABE għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Jannar 2027. Il-Kummissjoni qed tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmijin fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. Artikolu 27l Obbligi ta’ informazzjoni u penali Fejn il-partijiet ikkonċernati finanzjarji jonqsu milli jinnotifikaw minn qabel l-operazzjoni proposta f’konformità mal-Artikolu 27i(1) jew ikunu wettqu l-operazzjoni proposta kif imsemmi f’dak l-Artikolu mingħajr opinjoni pożittiva minn qabel mill-awtoritajiet kompetenti, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-awtoritajiet kompetenti jieħdu miżuri xierqa. (*9) Id-Direttiva (UE) 2019/2162 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-27 ta’ Novembru 2019 dwar il-ħruġ ta’ bonds koperti u s-superviżjoni pubblika ta’ bonds koperti u li temenda d-Direttivi 2009/65/KE u 2014/59/UE (ĠU L 328, 18.12.2019, p. 29)." (*10) Ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 tal-20 ta’ Jannar 2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (ir-Regolament tal-KE dwar l-Għaqdiet) (ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1).”;" |
|
(13) |
It-Titolu VI huwa sostitwit b’dan li ġej: “TITOLU VI SUPERVIŻJONI PRUDENZJALI TA’ FERGĦAT TA’ PAJJIŻI TERZI U RELAZZJONIJIET MA’ PAJJIŻI TERZI KAPITOLU 1 SUPERVIŻJONI PRUDENZJALI TA’ FERGĦAT TA’ PAJJIŻI TERZI TAQSIMA I Dispożizzjonijiet ġenerali Artikolu 47 Kamp ta’ applikazzjoni u definizzjonijiet 1. Dan il-Kapitolu jistabbilixxi r-rekwiżiti minimi dwar it-twettiq fi Stat Membru tal-attivitajiet li ġejjin minn fergħa ta’ pajjiż terz:
2. Meta impriża stabbilita f’pajjiż terz tipprovdi attivitajiet u servizzi elenkati fl-Anness I, Taqsima A, tad-Direttiva 2014/65/UE u kwalunkwe servizz anċillari li jakkomodahom, bħal teħid ta’ depożiti relatati jew l-għoti ta’ kreditu jew self li l-iskop tagħhom ikun il-provvediment ta’ servizzi skont dik id-Direttiva, dik l-impriża ma għandhiex tkun inkluża fil-kamp ta’ applikazzjoni tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu. 3. Għall-finijiet ta’ dan it-Titolu, japplikaw id-definizzjonijiet li ġejjin:
Artikolu 48 Projbizzjoni tad-diskriminazzjoni L-Istati Membri ma għandhomx japplikaw għal fergħat ta’ pajjiżi terzi, meta dawk ikunu qed jibdew jew ikomplu jwettqu n-negozju tagħhom, dispożizzjonijiet li jirriżultaw fi trattament aktar favorevoli minn dak mogħti lil fergħat ta’ istituzzjonijiet li jkollhom l-uffiċċju prinċipali tagħhom fi Stat Membru ieħor. Artikolu 48a Klassifikazzjoni ta’ fergħat ta’ pajjiżi terzi 1. L-Istati Membri għandhom jikklassifikaw fergħat ta’ pajjiżi terzi bħala tal-Klassi 1 meta dawk il-fergħat jissodisfaw kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
2. L-Istati Membri għandhom jikklassifikaw fergħat ta’ pajjiżi terzi li ma jissodisfaw ebda waħda mill-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1 bħala tal-Klassi 2. 3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jaġġornaw il-klassifikazzjoni ta’ fergħat ta’ pajjiżi terzi kif ġej:
4. L-Istati Membri jistgħu japplikaw għal fergħat ta’ pajjiżi terzi awtorizzati fit-territorju tagħhom, jew għal ċerti kategoriji tagħhom, l-istess rekwiżiti li japplikaw għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu awtorizzati skont din id-Direttiva, minflok ir-rekwiżiti stabbiliti f’dan it-Titolu. Fejn it-trattament stabbilit f’dan il-paragrafu japplika biss għal ċerti kategoriji ta’ fergħat ta’ pajjiżi terzi, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu l-kriterji ta’ klassifikazzjoni rilevanti għall-finijiet ta’ dak it-trattament. Il-paragrafi 1, 2 u 3 ta’ dan l-Artikolu ma għandhomx japplikaw għal dawk il-fergħat ta’ pajjiżi terzi, ħlief għall-finijiet tal-Artikolu 48p. Artikolu 48b Kundizzjonijiet għal fergħat ta’ pajjiżi terzi kwalifikanti 1. Meta jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet li ġejjin fir-rigward ta’ fergħa ta’ pajjiż terz, dik il-fergħa għandha titqies bħala fergħa ta’ pajjiż terz kwalifikanti għall-finijiet ta’ dan it-Titolu:
2. Il-Kummissjoni tista’ tadotta, permezz ta’ atti ta’ implimentazzjoni, deċiżjonijiet dwar jekk il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-punti (a) u (b), tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu humiex issodisfati fir-rigward tal-qafas regolatorju bankarju ta’ pajjiż terz. Dawk l-atti ta’ implimentazzjoni għandhom jiġu adottati f’konformità mal-proċedura ta’ eżami msemmija fl-Artikolu 147(2). 3. Qabel ma tadotta d-deċiżjoni msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, il-Kummissjoni tista’ titlob l-assistenza tal-ABE f’konformità mal-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010 sabiex twettaq valutazzjoni tal-qafas regolatorju bankarju u tar-rekwiżiti ta’ kunfidenzjalità tal-pajjiż terz rilevanti u sabiex toħroġ rapport dwar il-konformità ta’ dak il-qafas u ta’ dawk ir-rekwiżiti mal-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1, il-punti (a) u (b), ta’ dan l-Artikolu. L-ABE għandha tippubblika l-eżitu tal-valutazzjoni tagħha fis-sit web tagħha. 4. L-ABE għandha żżomm reġistru pubbliku tal-pajjiżi terzi u tal-awtoritajiet ta’ pajjiżi terzi li jissodisfaw il-kundizzjonijiet stabbiliti fil-paragrafu 1. 5. Malli tirċievi applikazzjoni għal awtorizzazzjoni f’konformità mal-Artikolu 48c, l-awtorità kompetenti għandha tivvaluta l-kundizzjonijiet stipulati fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u fl-Artikolu 48a sabiex tikklassifika l-fergħa ta’ pajjiż terz bħala tal-Klassi 1 jew tal-Klassi 2. Meta l-pajjiż terz rilevanti ma jkunx irreġistrat fir-reġistru pubbliku msemmi fil-paragrafu 4 ta’ dan l-Artikolu, l-awtorità kompetenti għandha titlob lill-Kummissjoni tivvaluta l-qafas regolatorju bankarju u r-rekwiżiti ta’ kunfidenzjalità tal-pajjiż terz għall-finijiet tal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu, dment li tiġi ssodisfata l-kundizzjoni msemmija fil-paragrafu 1, il-punt (c), ta’ dan l-Artikolu. L-awtorità kompetenti għandha tikklassifika l-fergħa ta’ pajjiż terz bħala tal-Klassi 1 dment li l-Kummissjoni tadotta deċiżjoni f’konformità mal-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu. TAQSIMA II Rekwiżiti ta’ awtorizzazzjoni u regolatorji
Artikolu 48c Kundizzjonijiet minimi għall-awtorizzazzjoni ta’ fergħat ta pajjiżi terzi 1. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu, f’konformità mal-Artikolu 21c, li l-impriżi ta’ pajjiżi terzi jistabbilixxu fergħa fit-territorju tagħhom qabel ma jibdew jew ikomplu l-attivitajiet imsemmijin fl-Artikolu 47(1). L-istabbiliment ta’ fergħa ta’ pajjiż terz għandu jkun soġġett għal awtorizzazzjoni minn qabel f’konformità ma’ dan il-Kapitolu. 2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jagħmlu ħilithom biex jikkonkludu ftehimiet amministrattivi jew arranġamenti oħra mal-awtoritajiet kompetenti rilevanti ta’ pajjiżi terzi qabel ma fergħa ta’ pajjiż terz tibda l-attivitajiet tagħha fl-Istat Membru rilevanti. Dawk il-ftehimiet għandhom ikunu bbażati fuq il-mudell tal-arranġamenti amministrattivi żviluppati mill-ABE f’konformità mal-Artikolu 33(5) tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. Dak ir-rekwiżit ma għandux japplika meta l-fergħat ta’ pajjiżi terzi jkunu soġġetti għal rekwiżiti nazzjonali aktar stretti. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jissottomettu lill-ABE mingħajr dewmien informazzjoni dwar kwalunkwe ftehim amministrattiv jew arranġament ieħor konkluż mal-awtoritajiet kompetenti ta’ pajjiżi terzi. 3. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-applikazzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta’ fergħat ta’ pajjiżi terzi jkunu akkumpanjati minn programm ta’ operazzjonijiet li jistabbilixxi n-negozju previst, l-attivitajiet li jkunu ser jitwettqu minn fost dawk imsemmijin fl-Artikolu 47(1) u l-istruttura organizzattiva u l-ġestjoni tar-riskji tal-fergħa fl-Istat Membru rilevanti f’konformità mal-Artikolu 48g. 4. Il-fergħat ta’ pajjiżi terzi għandhom jiġu awtorizzati biss meta, bħala minimu, jiġu ssodisfati l-kundizzjonijiet kollha li ġejjin:
5. Għall-finijiet tal-valutazzjoni ta’ jekk tkunx issodisfata l-kundizzjoni stabbilita fil-paragrafu 4, il-punt (f), ta’ dan l-Artikolu, l-awtorità kompetenti għandha tikkonsulta lill-awtorità responsabbli għas-superviżjoni tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus jew tal-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu fl-Istat Membru f’konformità mad-Direttiva (UE) 2015/849 u tikseb konferma bil-miktub li l-kundizzjoni tiġi ssodisfata qabel ma tipproċedi għall-awtorizzazzjoni tal-fergħa ta’ pajjiż terz. 6. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jiddeċiedu li l-awtorizzazzjonijiet ta’ fergħat ta’ pajjiżi terzi mogħtija sal-10 ta’ Jannar 2027 għandhom jibqgħu validi, dment li l-fergħat ta’ pajjiżi terzi li ngħataw dawk l-awtorizzazzjonijiet jikkonformaw mar-rekwiżiti minimi stabbiliti f’dan it-Titolu. 7. L-ABE għandha timmonitorja l-operazzjonijiet bejn il-fergħat ta’ pajjiżi terzi tal-istess impriża ewlenija awtorizzati fi Stati Membri differenti u għandha tippreżenta rapport lill-Kummissjoni li jispjega s-sejbiet tagħha sal-10 ta’ Lulju 2028. 8. Sal-10 ta’ Lulju 2026, l-ABE għandha toħroġ linji gwida, f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, biex tispeċifika aktar:
Artikolu 48d Kundizzjonijiet għar-rifjut jew għall-irtirar ta’ awtorizzazzjoni ta’ fergħa ta’ pajjiż terz 1. Bħala minimu, l-Istati Membri għandhom jipprevedu l-kundizzjonijiet li ġejjin għar-rifjut jew għall-irtirar tal-awtorizzazzjoni ta’ fergħa ta’ pajjiż terz:
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (b), il-fergħat ta’ pajjiżi terzi għandhom jinnotifikaw minnufih lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom meta jseħħu ċ-ċirkostanzi msemmijin f’dak il-punt. 2. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu wkoll jirtiraw l-awtorizzazzjoni mogħtija lil fergħa ta’ pajjiż terz meta tiġi ssodisfata kwalunkwe waħda mill-kundizzjonijiet li ġejjin:
3. Għall-fini tal-valutazzjoni ta’ jekk tkunx issodisfata l-kundizzjoni stabbilita fil-paragrafu 2, il-punt (g), ta’ dan l-Artiolu, l-awtorità kompetenti għandha tikkonsulta lill-awtorità responsabbli għas-superviżjoni tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus jew tal-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu fl-Istat Membru f’konformità mad-Direttiva (UE) 2015/849. 4. L-Istati Membri għandhom jipprovdu proċeduri ċari għar-rifjut jew l-irtirar tal-awtorizzazzjoni ta’ fergħa ta’ pajjiż terz f’konformità mal-paragrafi 1, 2 u 3.
Artikolu 48e Rekwiżit ta’ allokazzjoni kapitali 1. Mingħajr preġudizzju għal rekwiżiti ta’ kapital applikabbli oħrajn f’konformità mal-liġi nazzjonali, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-fergħat ta’ pajjiżi terzi jżommu f’kull ħin allokazzjoni kapitali minima li tkun tal-anqas ugwali għal:
2. Il-fergħat ta’ pajjiżi terzi għandhom jissodisfaw ir-rekwiżit minimu ta’ allokazzjoni kapitali msemmi fil-paragrafu 1 b’assi fil-forma ta’ kwalunkwe waħda minn dawn li ġejjin:
3. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-fergħat ta’ pajjiżi terzi jiddepożitaw l-istrumenti ta’ allokazzjoni kapitali msemmijin fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu f’kont miżmum minn terzi fl-Istat Membru fejn il-fergħa hija awtorizzata ma’ istituzzjoni ta’ kreditu li mhijiex parti mill-grupp tal-impriża ewlenija jew, fejn permess skont il-liġi nazzjonali, mal-bank ċentrali tal-Istat Membru. L-istrumenti ta’ allokazzjoni kapitali ddepożitati fil-kont miżmum minn terzi għandhom ikunu disponibbli għall-użu għall-finijiet tal-Artikolu 96 tad-Direttiva 2014/59/UE fil-każ ta’ riżoluzzjoni tal-fergħa ta’ pajjiż terz u għall-finijiet tal-istralċ tal-fergħa ta’ pajjiż terz f’konformità mal-liġi nazzjonali. 4. Sal-10 ta’ Lulju 2026, l-ABE għandha toħroġ linji gwida f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, sabiex tispeċifika r-rekwiżit stabbilit fil-paragrafu 2, il-punt (c), ta’ dan l-Artikolu fir-rigward ta’ strumenti li huma disponibbli għal użu mhux ristrett u immedjat sabiex ikopru r-riskji jew it-telf hekk kif iseħħu dawk ir-riskji jew it-telf. Artikolu 48f Rekwiżiti tal-likwidità 1. Mingħajr preġudizzju għal rekwiżiti applikabbli oħrajn tal-likwidità f’konformità mal-liġi nazzjonali, l-Istati Membri għandhom tal-anqas jirrikjedu li l-fergħat ta’ pajjiżi terzi jżommu f’kull ħin volum ta’ assi mhux aggravati u likwidi suffiċjenti sabiex ikopru l-flussi ta’ ħruġ ta’ likwidità fuq perjodu minimu ta’ 30 jum. 2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-fergħat ta’ pajjiżi terzi tal-Klassi 1 jikkonformaw mar-rekwiżit ta’ kopertura tal-likwidità stabbilit fil-Parti Sitta, it-Titolu I, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u fir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/61 (*11). 3. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-fergħat ta’ pajjiżi terzi jiddepożitaw l-assi likwidi miżmumin sabiex jikkonformaw ma’ dan l-Artikolu f’kont miżmum fl-Istat Membru fejn il-fergħa hija awtorizzata ma’ istituzzjoni ta’ kreditu li mhijiex parti mill-grupp tal-impriża ewlenija jew, fejn permess skont il-liġi nazzjonali, mal-bank ċentrali tal-Istat Membru. Meta jkun hemm assi likwidi li jifdal fil-kont wara li jkunu ġew applikati biex ikopru l-flussi ta’ ħruġ tal-likwidità f’konformità mal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, dawk l-assi likwidi li jifdal għandhom ikunu disponibbli għall-użu għall-finijiet tal-Artikolu 96 tad-Direttiva 2014/59/UE fil-każ ta’ riżoluzzjoni tal-fergħa ta’ pajjiż terz u għall-finijiet tal-istralċ tal-fergħa ta’ pajjiż terz f’konformità mal-liġi nazzjonali. 4. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrinunzjaw ir-rekwiżit tal-likwidità stabbilit f’dan l-Artikolu għal fergħat ta’ pajjiżi terzi kwalifikanti. Artikolu 48g Governanza interna u ġestjoni tar-riskji 1. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-fergħat ta’ pajjiżi terzi jkollhom tal-anqas żewġ persuni fl-Istat Membru rilevanti li effettivament imexxu n-negozju tagħhom soġġetti għall-approvazzjoni minn qabel mill-awtoritajiet kompetenti. Dawn il-persuni għandhom ikunu ta’ reputazzjoni tajba u jkollhom għarfien, ħiliet u esperjenza suffiċjenti u jimpenjaw biżżejjed żmien għat-twettiq ta’ dmirijiethom. 2. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-fergħat ta’ pajjiżi terzi tal-Klassi 1 jikkonformaw mal-Artikoli 74 u 75, mal-Artikolu 76(5) u (6) u mal-Artikoli 92, 94 u 95. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu li l-fergħat ta’ pajjiżi terzi jistabbilixxu kumitat ta’ ġestjoni lokali sabiex jiżguraw governanza adegwata tal-fergħa. 3. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-fergħat ta’ pajjiżi terzi tal-Klassi 2 jikkonformaw mal-Artikoli 74, 75, 92, 94 u 95 u li jkollhom funzjonijiet ta’ kontroll intern kif previsti fl-Artikolu 76(5) u l-Artikolu 76(6), l-ewwel, it-tieni u r-raba’ subparagrafi. Skont id-daqs, l-organizzazzjoni interna u n-natura, l-ambitu u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħhom, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jirrikjedu li l-fergħat ta’ pajjiżi terzi tal-Klassi 2 jaħtru kapijiet ta’ funzjonijiet ta’ kontroll intern kif previst fl-Artikolu 76(6), it-tielet u l-ħames subparagrafi. 4. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-fergħat ta’ pajjiżi terzi jistabbilixxu linji ta’ rappurtar lill-korp ta’ ġestjoni tal-impriża ewlenija li jkopru r-riskji materjali u l-politiki kollha ta’ ġestjoni tar-riskji u l-bidliet fihom u li jkollhom fis-seħħ sistemi tat-teknoloġija tal-informazzjoni u l-komunikazzjoni (ICT) u kontrolli adegwati biex jiżguraw li l-politiki jiġu rrispettati kif xieraq. 5. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-fergħat ta’ pajjiżi terzi jimmonitorjaw u jimmaniġġaw l-arranġamenti ta’ esternalizzazzjoni tagħhom, u jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti tagħhom ikollhom aċċess sħiħ għall-informazzjoni kollha li jeħtieġu sabiex jeżerċitaw il-funzjoni superviżorja tagħhom. 6. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-fergħat ta’ pajjiżi terzi li jinvolvu rwieħhom f’operazzjonijiet back-to-back jew intragrupp ikollhom riżorsi adegwati sabiex jidentifikaw u jimmaniġġaw kif xieraq ir-riskju ta’ kreditu tal-kontroparti tagħhom meta r-riskji materjali assoċjati mal-assi rreġistrati fil-kotba mill-fergħa ta’ pajjiż terz jiġu ttrasferiti lill-kontroparti. 7. Meta funzjonijiet kritiċi jew importanti tal-fergħa ta’ pajjiż terz jitwettqu mill-impriża ewlenija tagħha, dawk il-funzjonijiet għandhom jitwettqu f’konformità ma’ arranġamenti interni jew ftehimiet intragrupp. L-awtoritajiet kompetenti responsabbli mis-superviżjoni ta’ fergħat ta’ pajjiżi terzi għandu jkollhom aċċess għall-informazzjoni kollha li jeħtieġu sabiex jeżerċitaw il-funzjoni superviżorja tagħhom. 8. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrikjedu li terza persuna indipendenti tivvaluta fuq bażi regolari l-implimentazzjoni u l-konformità kontinwa tal-fergħa ta’ pajjiż terz mar-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-Artikolu u tippreżenta rapport lill-awtorità kompetenti bis-sejbiet u bil-konklużjonijiet tagħha. 9. Sal-10 ta’ Jannar 2027, l-ABE għandha toħroġ linji gwida, f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, dwar l-applikazzjoni tal-arranġamenti, tal-proċessi u tal-mekkaniżmi msemmijin fl-Artikolu 74(1) ta’ din id-Direttiva għal fergħat ta’ pajjiżi terzi, filwaqt li tqis l-Artikolu 74(2), u dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 75 u tal-Artikolu 76(5) u (6) ta’ din id-Dreittiva għal fergħat ta’ pajjiżi terzi. Artikolu 48h Rekwiżiti ta’ reġistrazzjoni fil-kotba 1. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-fergħat ta’ pajjiżi terzi jżommu reġistru li jippermetti lil dawk il-fergħat ta’ pajjiżi terzi jintraċċaw u jżommu rekord komprensiv u preċiż tal-assi u tal-obbligazzjonijiet kollha rreġistrati fil-kotba jew li joriġinaw mill-fergħa ta’ pajjiż terz fl-Istat Membru u jimmaniġġaw dawk l-assi u l-obbligazzjonijiet b’mod awtonomu fil-fergħa ta’ pajjiż terz. Ir-reġistru għandu jipprovdi l-informazzjoni kollha li tkun neċessarja u suffiċjenti dwar ir-riskji ġġenerati mill-fergħa tal-pajjiż terz u dwar kif jiġu mmaniġġati. 2. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-fergħat ta’ pajjiżi terzi jiżviluppaw u jirrieżaminaw u jaġġornaw regolarment politika dwar l-arranġamenti ta’ reġistrazzjoni fil-kotba għall-ġestjoni tar-reġistru msemmi fil-paragrafu 1. Politika bħal din għandha tiġi ddokumentata u approvata mill-korp ta’ tmexxija rilevanti tal-impriża ewlenija. Il-politika għandha tipprovdi raġunament ċar għall-arranġamenti ta’ reġistrazzjoni u tistabbilixxi kif dawk l-arranġamenti jallinjaw mal-istrateġija ta’ negozju tal-fergħa ta’ pajjiż terz. 3. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-fergħat ta’ pajjiżi terzi jiżguraw li titħejja regolarment opinjoni indipendenti bil-miktub u motivata dwar l-implimentazzjoni tar-rekwiżiti stabbiliti f’dan l-Artikolu u l-konformità kontinwa magħhom u li din tiġi indirizzata lill-awtorità kompetenti u jkollha fiha s-sejbiet u l-konklużjonijiet. 4. L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika l-arranġamenti ta’ reġistrazzjoni fil-kotba li l-fergħat ta’ pajjiżi terzi jridu japplikaw għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, b’mod partikolari rigward:
L-ABE għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Jannar 2026. Il-Kummissjoni qed tiġi ddelegata s-setgħa li tissupplimenta din id-Direttiva billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010.
Artikolu 48i Setgħa li jkun rikjest l-istabbiliment ta’ sussidjarja 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħa li jirrikjedu li fergħat ta’ pajjiżi terzi japplikaw għall-awtorizzazzjoni skont it-Titolu III, il-Kapitolu 1, tal-anqas meta:
Is-setgħa msemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu tista’ tintuża wara l-applikazzjoni tal-miżuri fl-Artikolu 48j jew 48o, skont kif xieraq, jew meta l-awtorità kompetenti tkun tista’ tiġġustifika, għal raġunijiet differenti dawk elenkati fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, li dawk il-miżuri ma jkunux suffiċjenti biex jiġi indirizzat it-tħassib superviżorju materjali. 2. Qabel ma jeżerċitaw is-setgħa msemmija fil-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkonsultaw lill-ABE u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fejn il-grupp ta’ pajjiż terz rilevanti jkun stabbilixxa fergħat ta’ pajjiżi terzi jew istituzzjonijiet sussidjarji oħra. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, il-punti (b) u (c), ta’ dan l-Artikolu u meta jwettqu l-valutazzjoni msemmija fl-Artikolu 48j, l-awtoritajiet kompetenti jew, fejn xieraq, l-awtoritajiet nominati għandhom iqisu indikaturi xierqa biex jivvalutaw l-importanza sistemika ta’ fergħat ta’ pajjiżi terzi, li għandhom jinkludu b’mod partikolari:
Artikolu 48j Valutazzjoni tal-importanza sistemika u rekwiżiti dwar fergħat ta’ pajjiżi terzi li jkollhom importanza sistemika 1. Il-fergħa ta’ pajjiż terz għandha tkun soġġetta għall-valutazzjoni stabbilita fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu meta l-fergħat kollha ta’ pajjiżi terzi fl-Unjoni li jappartjenu għall-istess grupp ta’ pajjiż terz ikollhom ammont aggregat ta’ assi fl-Unjoni kif irrappurtat f’konformità mas-Subtaqsima 4 li jkun ugwali għal EUR 40 biljun jew aktar, jew:
Il-livell limitu tal-assi msemmi fl-ewwel subparagrafu ma għandux jinkludi l-assi miżmumin mill-fergħa ta’ pajjiż terz b’rabta mal-operazzjonijiet tas-suq tal-bank ċentrali li jsiru mal-banek ċentrali tas-SEBĊ. 2. L-awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni ta’ fergħa ta’ pajjiż terz li tappartjeni għal grupp ta’ pajjiż terz fejn il-fergħat kollha ta’ pajjiżi terzi fl-Unjoni jkollhom ammont aggregat ta’ assi fl-Unjoni li jkun ugwali għal EUR 40 biljun jew aktar għandha tivvaluta jekk il-fergħa ta’ pajjiż terz taħt is-superviżjoni tagħha għandhiex importanza sistemika u toħloqx riskji sinifikanti għall-istabbiltà finanzjarja tal-Unjoni jew għall-Istat Membru fejn tkun stabbilita. Għal dawk il-finijiet, l-awtoritajiet kompetenti għandhom, b’mod partikolari, iqisu l-indikaturi ta’ importanza sistemika msemmijin fl-Artikolu 48i(2) u fl-Artikolu 131(3). 3. Bħala parti mill-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 2, l-awtorità kompetenti jew, fejn xieraq, l-awtorità nominata għandha tikkonsulta lill-ABE u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fejn il-grupp ta’ pajjiż terz rilevanti jkun stabbilixxa fergħat ta’ pajjiżi terzi jew istituzzjonijiet sussidjarji oħra, sabiex tivvaluta r-riskji għall-istabbiltà finanzjarja li l-fergħa ta’ pajjiż terz rilevanti toħloq għall-Istati Membri għajr l-Istat Membru fejn tkun stabbilita. L-awtorità kompetenti jew, fejn xieraq, l-awtorità nnominata għandha tipprovdi l-valutazzjoni motivata tagħha tal-importanza sistemika tal-fergħa ta’ pajjiż terz għall-Unjoni jew għall-Istat Membru fejn tkun stabbilita lill-ABE u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fejn il-grupp rilevanti ta’ pajjiż terz ikun stabbilixxa fergħat ta’ pajjiżi terzi jew istituzzjonijiet sussidjarji oħra. Meta l-awtoritajiet kompetenti li jiġu kkonsultati ma jaqblux mal-valutazzjoni tal-importanza sistemika tal-fergħa ta’ pajjiż terz, huma għandhom jinfurmaw lill-awtorità kompetenti li tkun wettqet il-valutazzjoni msemmija fil-paragrafu 2 fi żmien 10 ijiem tax-xogħol minn meta jirċievu l-valutazzjoni. L-awtoritajiet kompetenti, bl-assistenza tal-ABE, għandhom jagħmlu l-almu tagħhom biex jilħqu kunsens dwar il-valutazzjoni u, fejn applikabbli, dwar ir-rekwiżiti mmirati msemmijin fil-paragrafu 4 mhux aktar tard minn tliet xhur mid-data li fiha l-awtorità kompetenti jew, fejn xieraq, l-awtorità nnominata tkun qajmet l-oġġezzjoni tagħha. Wara li dak il-perjodu jkun skada, l-awtorità kompetenti responsabbli għas-superviżjoni tal-fergħa ta’ pajjiż terz li tkun qed tiġi vvalutata għandha tiddeċiedi dwar il-valutazzjoni tal-importanza sistemika tal-fergħa ta’ pajjiż terz u dwar ir-rekwiżiti mmirati msemmijin fil-paragrafu 4. 4. Fejn xieraq biex jiġu indirizzati r-riskji identifikati, l-awtorità kompetenti jew, fejn xieraq, l-awtorità nominata tista’ tissoġġetta l-fergħa ta’ pajjiż terz għal rekwiżiti mmirati li jistgħu jinkludu:
Meta l-awtorità kompetenti jew, fejn xieraq, l-awtorità nominata, tqis li fergħa ta’ pajjiż terz ikollha importanza sistemika, iżda tiddeċiedi li ma teżerċita l-ebda waħda mis-setgħat imsemmijin fl-ewwel subparagrafu, il-punt (a), ta’ dan il-paragrafu jew fl-Artikolu 48i, hija għandha tipprovdi notifika motivata lill-ABE u lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istati Membri fejn il-grupp ta’ pajjiż terz rilevanti jkun stabbilixxa fergħat ta’ pajjiżi terzi jew istituzzjonijiet sussidjarji oħrajn bir-raġunijiet għaliex tkun iddeċidiet li ma teżerċitax dawk is-setgħat. 5. Sal-31 ta’ Diċembru 2028, l-ABE għandha tirrapporta lill-Parlament Ewropew, lill-Kunsill u lill-Kummissjoni, dwar:
Artikolu 48k Informazzjoni regolatorja u finanzjarja dwar il-fergħat ta’ pajjiżi terzi u dwar l-impriża ewlenija 1. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-fergħat ta’ pajjiżi terzi jirrappurtaw perjodikament lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom informazzjoni dwar:
Għall-finijiet tar-rappurtar tal-informazzjoni dwar l-assi u l-obbligazzjonijiet miżmumin fil-kotba tagħhom f’konformità mal-ewwel subparagrafu, il-punt (a), il-fergħat ta’ pajjiżi terzi għandhom japplikaw l-istandards internazzjonali tal-kontabilità kif applikati f’konformità ma r-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*13) jew il-prinċipji tal-kontabilità ġeneralment aċċettati applikabbli fl-Istat Membru. 2. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-fergħat ta’ pajjiżi terzi jirrappurtaw lill-awtoritajiet kompetenti tagħhom l-informazzjoni li ġejja dwar l-impriża ewlenija tagħhom:
3. Ir-rekwiżiti ta’ rappurtar stabbiliti f’dan l-Artikolu ma għandhomx jipprevjenu lil awtorità kompetenti milli timponi rekwiżiti ta’ rappurtar addizzjonali fuq fergħat ta’ pajjiżi terzi meta tqis li informazzjoni addizzjonali tkun neċessarja biex tikseb stampa komprensiva tal-fergħat tal-pajjiżi terzi jew tan-negozju, tal-attivitajiet jew tas-solidità finanzjarja tal-impriża ewlenija tagħhom, biex tivverifika l-konformità tal-fergħat u tal-impriża ewlenija tagħhom mal-liġi applikabbli u biex tiżgura l-konformità tal-fergħat tal-pajjiżi terzi ma’ dik il-liġi. Artikolu 48l Formoli u mudelli standard u frekwenza tar-rappurtar 1. L-ABE għandha tiżviluppa abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni biex tispeċifika formati u definizzjonijiet uniformi għar-rappurtar, u l-frekwenza tiegħu, u għandha tiżviluppa s-soluzzjonijiet tal-IT li jridu jiġu applikati għall-finijiet tal-Artikolu 48k. Ir-rekwiżiti ta’ rappourtar imsemmija fl-Artikolu 48k għandhom ikunu proporzjonati għall-klassifikazzjoni ta’ fergħat ta’ pajjiżi terzi bħala jew tal-Klassi 1 jew tal-Klassi 2. L-ABE għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi ta’ implimentazzjoni lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Jannar 2026. Il-Kummissjoni tingħata s-setgħa li tadotta l-istandards tekniċi ta’ implimentazzjoni msemmijin fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikolu 15 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. 2. L-informazzjoni regolatorja u finanzjarja msemmija fl-Artikolu 48k għandha tiġi rrappurtata tal-anqas darbtejn fis-sena mill-fergħat ta’ pajjiżi terzi tal-Klassi 1 u tal-anqas darba fis-sena mill-fergħat ta’ pajjiżi terzi tal-Klassi 2. 3. Awtorità kompetenti tista’ tirrinunzja r-rekwiżiti kollha jew parti minnhom għar-rappurtar ta’ informazzjoni dwar l-impriża ewlenija stabbilitia fil-paragrafu 48k(2) għal fergħat ta’ pajjiżi terzi kwalifikanti, dment li dik l-awtorità kompetenti tkun tista’ tikseb l-informazzjoni rilevanti direttament mingħand l-awtoritajiet superviżorji tal-pajjiż terz rilevanti. TAQSIMA III Superviżjoni Artikolu 48m Superviżjoni ta’ fergħat ta’ pajjiżi terzi u programm ta’ eżami superviżorju 1. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-awtoritajiet kompetenti jikkonformaw ma’ din it-Taqsima u, mutatis mutandis, mat-Titolu VII għall-finijiet tas-superviżjoni ta’ fergħat ta’ pajjiżi terzi. 2. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinkludu fergħat ta’ pajjiżi terzi fil-programm ta’ eżami superviżorju msemmi fl-Artikolu 99. Artikolu 48n Proċess ta’ rieżami u ta’ evalwazzjoni superviżorji 1. L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-awtoritajiet kompetenti jirrieżaminaw l-arranġamenti, l-istrateġiji, il-proċessi u l-mekkaniżmi implimentati minn fergħat ta’ pajjiżi terzi sabiex jikkonformaw mad-dispożizzjonijiet li japplikaw għalihom skont din id-Direttiva u, fejn applikabbli, ma’ kwalunkwe rekwiżit regolatorju addizzjonali skont il-liġi nazzjonali. 2. Fuq il-bażi tar-rieżami msemmi mal-paragrafu 1, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jevalwaw jekk l-arranġamenti, l-istrateġiji, il-proċessi u l-mekkaniżmi implimentati minn fergħat ta’ pajjiżi terzi u l-allokazzjoni kapitali u l-likwidità miżmuma minnhom jiżgurawx ġestjoni u kopertura sodi tar-riskji materjali tagħhom u l-vijabbiltà tal-fergħat ta’ pajjiżi terzi. 3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom iwettqu r-rieżami u l-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafi 1 u 2 ta’ dan l-Artikolu f’konformità mal-kriterji għall-applikazzjoni tal-prinċipju tal-proporzjonalità ppubblikat f’konformità mal-Artikolu 143(1), il-punt (c). B’mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jistabbilixxu livell ta’ frekwenza u intensità għar-rieżami msemmi fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu li jkun proporzjonat għall-klassifikazzjoni bħala fergħat ta’ pajjiżi terzi tal-Klassi 1 u Klassi 2 u li jqis kriterji rilevanti oħrajn, bħan-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tal-fergħat ta’ pajjiżi terzi. 4. Meta rieżami, b’mod partikolari tal-arranġamenti ta’ governanza, il-mudell ta’ negozju, jew l-attivitajiet tal-fergħa ta’ pajjiż terz, jagħti lill-awtoritajiet kompetenti motivazzjonijiet raġonevoli biex jissuspettaw li, b’rabta ma’ dik il-fergħa ta’ pajjiż terz, ikun qed jitwettaq jew twettaq jew sar tentattiv li jitwettaq ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu skont it-tifsira fl-Artikolu 1 tad-Direttiva (UE) 2015/849, jew li jkun hemm riskju akbar ta’ dan, l-awtorità kompetenti għandha tinnotifika minnufih lill-ABE u lill-awtorità li hija responsabbli għas-superviżjoni tal-fergħa ta’ pajjiż terz f’konformità mad-Direttiva (UE) 2015/849. Meta jkun hemm riskju akbar ta’ ħasil tal-flus jew ta’ finanzjament tat-terroriżmu, l-awtorità kompetenti u l-awtorità li hija responsabbli għas-superviżjoni tal-fergħa ta’ pajjiż terz f’konformità mad-Direttiva (UE) 2015/849 għandhom iżommu kuntatt u jinnotifikaw il-valutazzjoni komuni tagħhom immedjatament lill-ABE. L-awtorità kompetenti għandha tieħu, kif xieraq, miżuri f’konformità ma’ din id-Direttiva, li jistgħu jinkludu l-irtirar tal-awtorizzazzjoni tal-fergħa ta’ pajjiż terz skont l-Artikolu 48d(2), il-punt (g), ta’ din id-Direttiva. 5. L-awtorità kompetenti, l-unità tal-intelligence finanzjarja u l-awtorità responsabbli mis-superviżjoni tal-fergħa ta’ pajjiż terz f’konformità mad-Direttiva (UE) 2015/849 għandhom jikkooperaw mill-qrib ma’ xulxin fil-kompetenzi rispettivi tagħhom u għandhom jiskambjaw l-informazzjoni rilevanti għal din id-Direttiva, dment li tali kooperazzjoni u skambju ta’ informazzjoni ma jfixklux xi investigazzjoni li tkun għaddejja, investigazzjoni jew proċedimenti skont il-liġi kriminali jew amministrattiva tal-Istat Membru fejn tkun tinsab l-awtorità kompetenti, l-unità tal-intelligence finanzjarja jew l-awtorità responsabbli mis-superviżjoni tal-fergħa ta’ pajjiż terz f’konformità mad-direttiva (UE) 2015/849. L-ABE tista’ tassisti lill-awtoritajiet kompetenti u lill-awtoritajiet responsabbli mis-superviżjoni tal-fergħa ta’ pajjiż terz f’konformità mad-Direttiva (UE) 2015/849 fil-każ ta’ nuqqas ta’ qbil dwar il-koordinazzjoni tal-attivitajiet superviżorji skont dan l-Artikolu fuq inizjattiva tagħha stess. F’każ bħal dan, l-ABE għandha taġixxi f’konformità mal-Artikolu 19 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. 6. Sal-10 ta’ Lulju 2026, l-ABE għandha toħroġ linji gwida, f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, biex tispeċifika aktar:
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (a), il-proċeduri u l-metodoloġiji msemmijin fih għandhom jiġu stabbiliti b’mod li jkun proporzjonat għall-klassifikazzjoni tal-fergħat ta’ pajjiżi terzi bħala tal-Klassi 1 jew tal-Klassi 2, u għal kriterji xierqa oħrajn bħan-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tagħhom. Artikolu 48o Miżuri u setgħat superviżorji 1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrikjedu li l-fergħat ta’ pajjiżi terzi jieħdu l-miżuri neċessarji fi stadju bikri sabiex:
2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1, is-setgħat tal-awtoritajiet kompetenti għandhom jinkludu, tal-inqas, is-setgħa li jirrikjedu li l-fergħat ta’ pajjiżi terzi:
Artikolu 48p Kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-kulleġġi tas-superviżuri 1. L-awtoritajiet kompetenti li jissorveljaw il-fergħat ta’ pajjiżi terzi u l-istituzzjonijiet sussidjarji tal-istess grupp ta’ pajjiż terz għandhom jikkooperaw mill-qrib u jaqsmu l-informazzjoni ma’ xulxin. L-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom fis-seħħ arranġamenti bil-miktub ta’ koordinazzjoni u ta’ kooperazzjoni f’konformità mal-Artikolu 115. 2. Għall-finijiet tal-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, il-fergħat ta’ pajjiżi terzi tal-Klassi 1 għandhom ikunu soġġetti għas-superviżjoni komprensiva ta’ kulleġġ tas-superviżuri f’konformità mal-Artikolu 116. Għal dawk il-finijiet għandhom japplikaw ir-rekwiżiti li ġejjin:
3. Għall-finijiet tal-paragrafu 2, il-punti (b) u (c), ta’ dan l-Artikolu, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li jkun hemm awtorità kompetenti prinċipali li twettaq l-istess rwol bħas-superviżur konsolidanti f’konformità mal-Artikolu 116. L-awtorità kompetenti prinċipali għandha tkun dik tal-Istat Membru bl-akbar fergħa ta’ pajjiż terz f’termini tal-valur totali tal-assi rreġistrati fil-kotba. 4. Minbarra l-kompiti stabbiliti fl-Artikolu 116, il-kulleġġi tas-superviżuri għandhom:
5. Il-kulleġġ tas-superviżuri għandu jiżgura koordinazzjoni u kooperazzjoni xierqa mal-awtoritajiet superviżorji rilevanti ta’ pajjiżi terzi, fejn xieraq. 6. L-ABE għandha tikkontribwixxi għall-promozzjoni u għall-monitoraġġ tal-funzjonament effiċjenti, effikaċi u konsistenti tal-kulleġġi tas-superviżuri msemmijin f’dan l-Artikolu f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. 7. L-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji biex tispeċifika:
L-ABE għandha tippreżenta dawk l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Jannar 2026. Il-Kummissjoni qed tiġi ddelegata s-setgħa li tissupplimenta din id-Direttiva billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. Artikolu 48q Notifika lill-ABE L-awtoritajiet kompetenti għandhom jinnotifikaw lill-ABE dwar dawn li ġejjin:
L-ABE għandha tippubblika fuq is-sit web tagħha lista tal-fergħat kollha ta’ pajjiżi terzi awtorizzati biex joperaw fl-Unjoni f’konformità ma’ dan it-Titolu, li tindika l-Istati Membri fejn ikunu awtorizzati joperaw. KAPITOLU 2 RELAZZJONIJIET MA’ PAJJIŻI TERZI Artikolu 48r Kooperazzjoni mal-awtoritajiet superviżorji ta’ pajjiżi terzi dwar is-superviżjoni fuq bażi konsolidata 1. L-Unjoni tista’ tikkonkludi ftehimiet ma’ pajjiż terz wieħed jew aktar rigward il-mezzi ta’ eżerċitar tas-superviżjoni fuq bażi konsolidata dwar dawn li ġejjin:
2. Il-ftehimiet imsemmija fil-paragrafu 1 għandu jkollhom l-għan, b’mod partikolari, li jiżguraw li:
3. Mingħajr preġudizzju għall-Artikolu 218 TFUE, il-Kummissjoni għandha, bl-assistenza tal-Kumitat tal-Banek Ewropej, teżamina l-eżitu tan-negozjati msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu u s-sitwazzjoni li tirriżulta. 4. L-ABE għandha tassisti lill-Kummissjoni għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu f’konformità mal-Artikolu 33 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. (*11) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2015/61 tal-10 ta’ Ottubru 2014 li jissupplimenta r-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill rigward ir-rekwiżit ta’ kopertura tal-likwidità għall-Istituzzjonijiet ta’ Kreditu (ĠU L 11, 17.1.2015, p. 1)." (*12) Id-Direttiva 2014/49/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ April 2014 dwar skemi ta’ garanzija tad-depożiti (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 149)." (*13) Ir-Regolament (KE) Nru 1606/2002 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-19 ta’ Lulju 2002 rigward l-applikazzjoni ta’ standards internazzjonali tal-kontabilità (ĠU L 243, 11.9.2002, p. 1).”;" |
|
(14) |
fl-Artikolu 53(1), it-tieni subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “Informazzjoni kunfidenzjali li tali persuni, awdituri jew esperti jirċievu matul it-twettiq tad-dmirijiet tagħhom tista’ tiġi żvelata biss f’forma mqassra jew aggregata, b’tali mod li l-istituzzjonijiet ta’ kreditu individwali ma jistgħux ikunu identifikati, mingħajr preġudizzju għall-każijiet koperti bil-liġi kriminali jew tat-taxxa.” ; |
|
(15) |
fl-Artikolu 56, jiżdied il-paragrafu li ġej: “L-Artikolu 53(1) u l-Artikolu 54 ma għandhomx jipprekludu l-iskambju ta’ informazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet tat-taxxa fl-istess Stat Membru, f’konformità mal-liġi nazzjonali. Meta l-informazzjoni toriġina fi Stat Membru ieħor, din għandha tiġi skambjata biss kif imsemmi fl-ewwel sentenza ta’ dan il-paragrafu bil-qbil espliċitu tal-awtoritajiet kompetenti li jkunu żvelawha.” ; |
|
(16) |
l-Artikoli 65 u 66 huma sostitwiti b’dan li ġej: “Artikolu 65 Penali amministrattivi, pagamenti perjodiċi ta’ penali u miżuri amministrattivi oħrajn 1. Mingħajr preġudizzju għas-setgħat superviżorji tal-awtoritajiet kompetenti msemmijin fl-Artikolu 64 ta’ din id-Direttiva u għad-dritt tal-Istati Membri li jipprevedu u jimponu pieni kriminali, l-Istati Membri għandhom jistabbilixxu regoli dwar penali amministrattivi, pagamenti perjodiċi ta’ penali u miżuri amministrattivi oħrajn fir-rigward ta’ ksur ta’ dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u ta’ deċiżjonijiet meħuda minn awtorità kompetenti abbażi ta’ dawk id-dispożizzjonijiet jew dak ir-Regolament, u għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha sabiex jiżguraw li dawn jiġu implimentati. Il-penali amministrattivi, il-pagamenti perjodiċi ta’ penali u miżuri amministrattivi oħrajn għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. 2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fejn l-obbligi msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu japplikaw għal istituzzjonijiet, kumpaniji azzjonarji finanzjarji u kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu, f’każ ta’ ksur tad-dispożizzjonijiet nazzjonali li jittrasponu din id-Direttiva, tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 jew ta’ deċiżjonijiet meħuda minn awtorità kompetenti abbażi ta’ dawk id-dispożizzjonijiet jew dak ir-Regolament, japplikaw pagamenti perjodiċi ta’ penali u miżuri amministrattivi oħrajn għall-membri tal-korp ta’ ġestjoni, il-maniġment superjuri, it-titolari ta’ funzjonijiet ewlenin, membri oħrajn tal-persunal li l-attivitajiet professjonali tagħhom għandhom impatt materjali fuq il-profil tar-riskju tal-istituzzjoni kif imsemmi fl-Artikolu 92(3) ta’ din id-Direttiva u għal persuni fiżiċi oħrajn, dment li dawn ikunu responsabbli għall-ksur skont il-liġi nazzjonali. 3. L-applikazzjoni ta’ pagamenti perjodiċi ta’ penali ma għandhiex tipprevjeni lill-awtoritajiet kompetenti milli jimponu penali amministrattivi jew miżuri amministrattivi oħra għall-istess ksur. 4. L-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom disponibbli s-setgħat kollha meħtieġa b’rabta mal-investigazzjoni u l-ġbir ta’ informazzjoni għat-twettiq tal-funzjonijiet tagħhom. Dawk is-setgħat għandhom jinkludu:
5. Permezz ta’ deroga mill-paragrafu 1, meta l-ordinament ġuridiku ta’ Stat Membru ma tipprevedix penali amministrattivi, dan l-Artikolu jista’ jiġi applikat b’tali mod li l-penali tinbeda mill-awtorità kompetenti u tiġi imposta minn awtorità ġudizzjarja, filwaqt li jiġi żgurat li dawk ir-rimedji legali jkunu effettivi u jkollhom effett ekwivalenti għall-penali amministrattivi imposti mill-awtoritajiet kompetenti. Fi kwalunkwe każ, il-penali imposti għandhom ikunu effettivi, proporzjonati u dissważivi. L-Istati Membri msemmija fl-ewwel subparagrafu għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni l-miżuri tal-liġi nazzjonali li jadottaw skont dan il-paragrafu sal-10 ta’ Jannar 2026 u, mingħajr dewmien, kwalunkwe emenda sussegwenti għalihom. Artikolu 66 Penali amministrattivi, pagamenti perjodiċi ta’ penali u miżuri amministrattivi oħrajn għal ksur tar-rekwiżiti ta’ awtorizzazzjoni u rekwiżiti għal akkwiżizzjonijiet jew għal ċessjoni ta’ parteċipazzjonijiet materjali, għal trasferimenti materjali ta’ assi u ta’ obbligazzjonijiet, għal fużjonijiet jew għal diviżjonijiet 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi tagħhom jipprevedu penali amministrattivi, pagamenti perjodiċi ta’ penali u miżuri amministrattivi oħrajn tal-anqas meta:
2. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li fil-każijiet imsemmijin fil-paragrafu 1, il-miżuri li jistgħu jiġu applikati jinkludu tal-anqas dawn li ġejjin:
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (b), l-Istati Membri jistgħu jistabbilixxu ammont massimu ogħla għall-pagamenti perjodiċi ta’ penali li jridu jiġu applikati għal kull jum tal-ksur. B’deroga mill-ewwel subparagrafu, il-punt (b), l-Istati Membri jistgħu japplikaw pagamenti perjodiċi ta’ penali fuq bażi ta’ kull ġimgħa jew ta’ kull xahar. F’dak il-każ, l-ammont massimu ta’ pagamenti perjodiċi ta’ penali li jridu jiġu applikati għall-perjodu rilevanti ta’ kull ġimgħa jew ta’ kull xahar meta jseħħ ksur ma għandux jaqbeż l-ammont massimu ta’ pagamenti perjodiċi ta’ penali li japplikaw kuljum f’konformità ma’ dak il-punt għall-perjodu rilevanti. Il-pagamenti perjodiċi ta’ penali jistgħu jiġu imposti f’data partikolari u jibdew japplikaw f’data aktar tard. 3. Il-fatturat nett annwali totali msemmi fil-paragrafu 2, il-punt (a)(i), ta’ dan l-Artikolu għandu jkun is-somma tal-entrati li ġejjin, iddeterminata f’konformità mal-Annessi III u IV tar-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/451 (*15):
Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu, il-bażi għall-kalkolu għandha tkun l-aktar informazzjoni finanzjarja superviżorja annwali reċenti li tipproduċi indikatur ogħla minn żero. Meta l-persuna ġuridika msemmija fil-paragrafu 2 ta’ dan l-Artikolu ma tkunx soġġetta għar-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) 2021/451, il-fatturat nett annwali totali rilevanti għandu jkun il-fatturat nett annwali totali jew it-tip korrispondenti ta’ introjtu f’konformità mal-qafas tal-kontabbiltà applikabbli. Meta l-impriża kkonċernata tkun parti minn grupp, il-fatturat nett annwali totali rilevanti għandu jkun il-fatturat nett annwali totali li jirriżulta mill-kont konsolidat tal-impriża prinċipali aħħarija. 4. Il-fatturat nett medju ta’ kuljum imsemmi fil-paragrafu 2, il-punt (b)(i), għandu jkun il-valur tal-bejgħ nett annwali totali msemmi fil-paragrafu 3 diviż bi 365. (*14) Ir-Regolament (UE) 2022/2554 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Diċembru 2022 dwar ir-reżiljenza operazzjonali diġitali għas-settur finanzjarju u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 1060/2009, (UE) Nru 648/2012, (UE) Nru 600/2014, (UE) Nru 909/2014 u (UE) 2016/1011 (ĠU L 333, 27.12.2022, p. 1)." (*15) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2021/451 tas-17 ta’ Diċembru 2020 li jistabbilixxi standards tekniċi ta’ implimentazzjoni għall-applikazzjoni tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-rappurtar superviżorju tal- istituzzjonijiet u li jħassar ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni (UE) Nru 680/2014 (ĠU L 97, 19.3.2021, p. 1).”;" |
|
(17) |
l-Artikolu 67 huwa emendat kif ġej:
|
|
(18) |
l-Artikolu 70 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 70 Applikazzjoni effettiva tal-penali amministrattivi u ta’ miżuri amministrattivi oħra, u eżerċizzju tas-setgħat ta’ impożizzjoni ta’ penali mill-awtoritajiet kompetenti 1. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li, meta jiddeterminaw it-tip u l-livell ta’ penali amministrattivi u ta’ miżuri amministrattivi oħrajn, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jieħdu kont taċ-ċirkostanzi rilevanti kollha, inkluż, fejn xieraq:
2. Fl-eżerċizzju tas-setgħat tagħhom li jimponu penali amministrattivi u miżuri amministrattivi oħra, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkooperaw mill-qrib sabiex jiżguraw li dawk il-penali u l-miżuri jipproduċu r-riżultati mmirati minn din id-Direttiva. Huma għandhom jikkoordinaw ukoll l-azzjonijiet tagħhom sabiex jipprevjenu l-akkumulazzjoni u t-trikkib meta japplikaw penali ammnistrattivi u miżuri amministrattivi oħra għal każijiet transfruntiera. 3. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu japplikaw penali fir-rigward tal-istess persuna fiżika jew ġuridika responsabbli għall-istess att jew ommissjoni fil-każ ta’ akkumulazzjoni ta’ proċedimenti amministrattivi u kriminali relatati mal-istess ksur. Madankollu, tali akkumulazzjoni ta’ proċedimenti u ta’ penali għandha tkun strettament neċessarja u proporzjonata sabiex jintlaħqu objettivi differenti u komplementari ta’ interess ġenerali. 4. L-Istati Membri għandu jkollhom fis-seħħ mekkaniżmi xierqa li jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti u l-awtoritajiet ġudizzjarji jiġu infurmati kif xieraq, fil-ħin, meta jinbdew proċedimenti amministrattivi u proċedimenti kriminali kontra l-istess persuna fiżika jew ġuridika li tista’ tinżamm responsabbli għall-istess kondotta fiż-żewġ proċedimenti. 5. Sat-18 ta’ Lulju 2029, l-ABE għandha tippreżenta rapport lill-Kummissjoni dwar il-kooperazzjoni bejn l-awtoritajiet kompetenti fil-kuntest tal-applikazzjoni ta’ penali amministrattivi, pagamenti perjodiċi ta’ penali u miżuri amministrattivi oħra. Barra minn hekk, l-ABE għandha tivvaluta kwalunkwe diverġenza fl-applikazzjoni ta’ penali amministrattivi bejn l-awtoritajiet kompetenti f’dak ir-rigward. B’mod partikolari, l-ABE għandha tivvaluta:
|
|
(19) |
fl-Artikolu 73, l-ewwel subparagrafu huwa sostitwit b’dan li ġej: “L-istituzzjonijiet għandu jkollhom fis-seħħ strateġiji u proċessi sodi, effikaċi u komprensivi sabiex jivvalutaw u jżommu fuq bażi kontinwa l-ammonti, it-tipi u d-distribuzzjoni tal-kapital intern li huma jqisu bħala xieraq sabiex ikopru n-natura u l-livell tar-riskji li huma esposti għalihom jew li jistgħu jkunu esposti għalihom. L-istituzzjonijiet għandhom iqisu b’mod espliċitu t-terminu qasir, medju u fit-tul għall-kopertura tar-riskji tal-ESG.” ; |
|
(20) |
Fl-Artikolu 74, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. L-istituzzjonijiet għandu jkollhom arranġamenti ta’ governanza robusti, li jinkludu:
Il-politiki u l-prattiki dwar ir-remunerazzjoni msemmijin fl-ewwel subparagrafu, il-punt (e), għandhom ikunu newtrali għall-ġeneru.” |
|
(21) |
l-Artikolu 76 huwa emendat kif ġej:
|
|
(22) |
l-Artikolu 77 huwa emendat kif ġej:
|
|
(23) |
l-Artikolu 78 huwa emendat kif ġej:
|
|
(24) |
fl-Artikolu 79, jiżdied il-punt li ġej:
; |
|
(25) |
L-Artikolu 81 huwa sostitwit b’li ġej: “Artikolu 81 Riskju ta’ konċentrazzjoni L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li r-riskju ta’ konċentrazzjoni li joriġina minn skoperturi għal kull kontroparti, inklużi kontropartijiet ċentrali, gruppi ta’ kontropartijiet konnessi, u kontropartijiet fl-istess settur ekonomiku, reġjun ġeografiku jew mill-istess attività jew prodott bażiku, l-applikazzjoni tat-tekniki ta’ mitigazzjoni tar-riskji tal-kreditu, u inkluż b’mod partikolari r-riskji assoċjati ma’ skoperturi indiretti kbar ta’ kreditu, bħal emittent ta’ kollateral waħdieni, ikun indirizzat u kkontrollat, inkluż permezz ta’ politiki u proċeduri bil-miktub. Għall-kriptoassi mingħajr emittent identifikabbli, ir-riskju ta’ konċentrazzjoni għandu jitqies f’termini ta’ skopertura għall-kriptoassi b’karatteristiċi simili.” |
|
(26) |
fl-Artikolu 83, jiżdied il-paragrafu li ġej: “4. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet iwettqu valutazzjoni ex ante ta’ kwalunkwe skopertura tal-kriptoassi li jkun beħsiebhom jindirizzaw u tal-adegwatezza tal-proċessi u tal-proċeduri eżistenti għall-ġestjoni tar-riskji tas-suq, u jirrappurtaw dwar dawk il-valutazzjonijiet lill-awtorità kompetenti tagħhom.” |
|
(27) |
fl-Artikolu 85, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet jimplimentaw politiki u proċessi biex jevalwaw u jimmaniġġaw l-iskoperturi għar-riskju operazzjonali, inkluż ir-riskji li jirriżultaw minn arranġamenti ta’ esternalizzazzjoni u skoperturi diretti u indiretti għall-kriptoassi u għall-fornituri ta’ servizzi tal-kriptoassi, u biex ikopru avvenimenti severi ħafna bi frekwenza baxxa. L-istituzzjonijiet għandhom jartikolaw dak li jikkostitwixxi riskju operazzjonali għall-finijiet ta’ dawk il-politiki u l-proċeduri.” |
|
(28) |
jiddaħħal l-artikolu li ġej: “Artikolu 87a Riskji ambjentali, soċjali u ta’ governanza 1. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet ikollhom, bħala parti mill-arranġamenti ta’ governanza tagħhom, inkluż il-qafas tal-ġestjoni tar-riskji meħtieġ skont l-Artikolu 74(1), strateġiji, politiki, proċessi u sistemi robusti għall-identifikazzjoni, il-kejl, il-ġestjoni u l-monitoraġġ tar-riskji tal-ESG fuq terminu qasir, medju u fit-tul. 2. L-istrateġiji, il-politiki, il-proċessi u s-sistemi msemmijin fil-paragrafu 1 għandhom ikunu proporzjonati għall-iskala, in-natura u l-kumplessità tar-riskji tal-ESG tal-mudell ta’ negozju u għall-ambitu tal-attivitajiet tal-istituzzjoni, u jikkunsidraw it-terminu qasir u medju, u perjodu ta’ żmien fit-tul ta’ mill-inqas 10 snin. 3. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet jittestjaw ir-reżiljenza tagħhom għall-impatti negattivi fit-tul tal-fatturi tal-ESG, kemm fix-xenarju bażi kif ukoll fix-xenarji negattivi f’perjodu ta’ żmien partikolari, billi jibdew mill-fatturi relatati mal-klima. Għal dan l-ittestjar tar-reżiljenza, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li l-istituzzjonijiet jinkludu numru ta’ xenarji ESG li jirriflettu l-impatti potenzjali tal-bidliet ambjentali u soċjali u l-ordni pubbliku assoċjat dwar l-ambjent tan-negozju fit-tul. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiżguraw li fil-proċess tal-ittestjar tar-reżiljenza, l-istituzzjonijiet jużaw xenarji kredibbli, abbażi tax-xenarji elaborati minn organizzazzjonijiet internazzjonali. 4. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw u jimmonitorjaw l-iżvilupp tal-prattiki tal-istituzzjonijiet li jikkonċernaw l-istrateġiji ESG u l-ġestjoni tar-riskji tagħhom, inkluż il-pjanijiet li jinkludu miri kwantifikabbli u proċessi għall-monitoraġġ u l-indirizzar tar-riskji tal-ESG li jirriżultaw fuq terminu qasir, medju u twil, li għandhom jitħejjew f’konformità mal-Artikolu 76(2). Dik il-valutazzjoni għandha tqis l-offerti ta’ prodotti relatati mas-sostenibbiltà tal-istituzzjonijiet, il-politiki ta’ finanzjament ta’ tranżizzjoni tagħhom, il-politiki relatati dwar l-oriġinazzjoni tas-self, u l-miri u l-limiti relatati mal-ESG. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jivvalutaw ir-robustezza ta’ dawk il-pjanijiet bħala parti mill-proċess ta’ rieżami u ta’ evalwazzjoni superviżorji. Fejn rilevanti, għall-valutazzjoni msemmija fl-ewwel subparagrafu, l-awtoritajiet kompetenti jistgħu jikkooperaw mal-awtoritajiet jew mal-korpi pubbliċi responsabbli mit-tibdil fil-klima u s-superviżjoni ambjentali. 5. Sal-10 ta’ Jannar 2026, l-ABE għandha toħroġ linji gwida, f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, biex tispeċifika:
Fejn rilevanti, il-metodoloġiji u s-suppożizzjonijiet li jsostnu l-miri, l-impenji u d-deċiżjonijiet strateġiċi ddivulgati bil-kontenut tal-pjanijiet imsemmija fl-Artikolu 19a jew 29a tad-Direttiva 2013/34/UE, jew oqfsa rilevanti oħra ta’ divulgazzjoni u ta’ diliġenza dovuta, għandhom ikunu konsistenti mal-kriterji, mal-metodoloġiji u mal-miri kif imsemmija fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, kif ukoll mas-suppożizzjonijiet u mal-impenji inklużi f’dawk il-pjanijiet. L-ABE għandha taġġorna l-linji gwida msemmija fl-ewwel subparagrafu fuq bażi regolari, biex jirriflettu l-progress li jkun sar fil-kejl u l-ġestjoni tar-riskji tal-ESG kif ukoll l-iżvilupp tal-objettivi regolatorji tal-Unjoni dwar is-sostenibbiltà.” |
|
(29) |
l-Artikolu 88 huwa emendat kif ġej:
|
|
(30) |
L-Artikolu 91 huwa sostitwit b’li ġej: “Artikolu 91 Korp ta’ ġestjoni u valutazzjoni tal-idoneità 1. L-istituzzjonijiet, u l-kumpaniji azzjonarji finanzjarji u l-kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta li jkunu ngħataw approvazzjoni f’konformità mal-Artikolu 21a(1) (‘l-entitajiet’), għandu jkollhom ir-responsabbiltà primarja li jiżguraw li l-membri tal-korp ta’ ġestjoni jkunu f’kull ħin ta’ reputazzjoni tajba biżżejjed, jaġixxu b’onestà, integrità u indipendenza tal-ħsieb u jkollhom biżżejjed għarfien, ħiliet u esperjenza biex iwettqu dmirijiethom u jissodisfaw il-kriterji u r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 2 sa 6 ta’ dan l-Artikolu, ħlief fir-rigward ta’ amministraturi temporanji maħtura minn awtoritajiet kompetenti skont l-Artikolu 29(1) tad-Direttiva 2014/59/UE u maniġers speċjali maħtura mill-awtoritajiet ta’ riżoluzzjoni skont l-Artikolu 35(1) ta’ dik id-Direttiva. In-nuqqas ta’ kundanna kriminali jew ta’ prosekuzzjonijiet li jkunu għaddejjin għal reat kriminali ma għandux fih innifsu jkun biżżejjed biex jissodisfa r-rekwiżit li wieħed ikun ta’ reputazzjoni tajba u jaġixxi b’onestà u integrità. 1a. L-entitajiet għandhom jiżguraw li l-membri tal-korp ta’ ġestjoni jissodisfaw f’kull ħin il-kriterji u r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 2 sa 6 u għandhom jivvalutaw l-idoneità tal-membri tal-korp ta’ ġestjoni filwaqt li jqisu l-aspettattivi superviżorji, qabel ma jieħdu l-pożizzjoni tagħhom u perjodikament, kif stipulat fil-liġijiet u r-regolamenti, il-linji gwida u l-politiki interni dwar l-idoneità applikabbli. Madankollu, fejn il-maġġoranza tal-membri tal-korp ta’ ġestjoni għandha tiġi sostitwita fl-istess ħin minn membri maħtura ġodda u l-applikazzjoni tal-ewwel subparagrafu twassal għal sitwazzjoni fejn il-valutazzjoni tal-idoneità tal-membri li jmiss titwettaq mill-membri li jkunu temmew il-mandat tagħhom, l-Istati Membri jistgħu jippermettu li l-valutazzjoni ssir wara li l-membri maħtura ġodda jkunu ħadu l-pożizzjoni tagħhom. Meta tippreżenta l-applikazzjoni lill-awtorità kompetenti, f’konformità mal-paragrafu 1f, l-entità għandha tikkonferma wkoll l-eżistenza ta’ dawk il-kundizzjonijiet. 1b. Meta l-entitajiet jikkonkludu, abbażi tal-valutazzjoni interna tal-idoneitàmsemmija fil-paragrafu 1a, li l-membru jew il-membru prospettiv ikkonċernat ma jissodisfax il-kriterji u r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 1, l-entitajiet għandhom:
1c. L-entitajiet għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar l-idoneità tal-membri tal-korp ta’ ġestjoni tibqa’ aġġornata. L-entitajiet għandhom, fuq talba, jipprovdu dik l-informazzjoni lill-awtorità kompetenti permezz ta’ mezzi determinati mill-awtorità kompetenti. 1d. L-Istati Membri għandhom tal-anqas jiżguraw li għall-entitajiet li ġejjin, l-awtorità kompetenti tirċievi applikazzjoni tal-idoneità mingħajr dewmien żejjed, u hekk kif ikun hemm intenzjoni ċara li jinħatar membru tal-korp ta’ ġestjoni fil-funzjoni eżekuttiva tiegħu jew il-president tal-korp ta’ ġestjoni fil-funzjoni maniġerjali tiegħu, u, fi kwalunkwe każ, mhux aktar tard minn 30 jum ta’ xogħol qabel ma l-membri prospettivi jieħdu l-pożizzjoni tagħhom:
1e. L-applikazzjoni tal-idoneità msemmija fil-paragrafu 1d għandha tkun akkumpanjata minn:
L-entitajiet għandhom jipprovdu l-applikazzjoni tal-idoneità u d-dokumenti ta’ akkumpanjament lill-awtorità kompetenti permezz ta’ mezzi determinati mill-awtorità kompetenti. Meta awtorità kompetenti ma jkollhiex biżżejjed informazzjoni biex twettaq il-valutazzjoni tal-idoneità abbażi tal-punti elenkati fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, hija tista’ tirrikjedi li l-membru prospettiv ma jiħux il-pożizzjoni qabel ma tkun ġiet ipprovduta l-informazzjoni meħtieġa, sakemm l-awtorità kompetenti ma tkunx sodisfatta li mhuwiex possibbli li tiġi pprovduta tali informazzjoni. Meta l-awtorità kompetenti jkollha tħassib dwar jekk il-membru prospettiv jissodisfax il-kriterji u r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 2 sa 6 ta’ dan l-Artikolu, hija għandha tidħol fi djalogu msaħħaħ mal-istituzzjoni biex tindirizza t-tħassib identifikat bil-ħsieb li tiżgura li l-membru prospettiv huwa jew isir idoneju meta jieħu l-pożizzjoni. L-ABE għandha toħroġ linji gwida, f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, biex tispeċifika kif għandu jitwettaq id-djalogu msaħħaħ biex jiġi indirizzat it-tħassib dwar l-idoneità. 1f. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jivvalutaw jekk il-membri tal-korp ta’ ġestjoni jissodisfawx f’kull ħin il-kriterji u r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 2 sa 6. L-entitajiet għandhom jipprovdu l-applikazzjoni tal-idoneità u informazzjoni oħra meħtieġa għall-valutazzjoni tal-idoneità tal-membri tal-korp ta’ ġestjoni tagħhom lill-awtorità kompetenti permezz ta’ mezzi determinati mill-awtorità kompetenti. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu informazzjoni jew dokumentazzjoni addizzjonali, inkluż intervisti jew seduti ta’ smigħ. 1g. B’mod partikolari, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jivverifikaw jekk ir-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafi 2 sa 6 ta’ dan l-Artikolu jkunux għadhom issodisfati meta jkun hemm motivazzjonijiet raġonevoli sabiex jissuspettaw li qed jitwettaq jew twettaq jew sar tentattiv li jitwettaq ħasil tal-flus jew finanzjament tat-terroriżmu fis-sens tal-Artikolu 1 tad-Direttiva (UE) 2015/849, jew li hemm riskju akbar ta’ dan, b’rabta mal-entità. 1h. Meta l-membri tal-korp ta’ ġestjoni ma jissodisfawx f’kull ħin il-kriterji u r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafi 2 sa 6, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħat meħtieġa biex:
Hekk kif isir magħruf kwalunkwe fatt ġdid jew ċirkostanza oħra li tista’ taffettwa l-idoneità tal-membri tal-korp ta’ ġestjoni, l-entitajiet għandhom jivvalutaw mill-ġdid l-idoneità ta’ dawk il-membri u għandhom jinfurmaw mingħajr dewmien żejjed lill-awtorità kompetenti dwar dan. Meta l-awtorità kompetenti ssir konxja li l-informazzjoni rilevanti dwar l-idoneità tal-membri tal-korp ta’ ġestjoni tkun inbidlet u tali bidla tista’ taffettwa l-idoneità tal-membri kkonċernati, l-awtorità kompetenti għandha tivvaluta mill-ġdid l-idoneità tagħhom. L-awtoritajiet kompetenti ma għandhomx ikunu meħtieġa jirrivalutaw l-idoneità tal-membri tal-korp ta’ ġestjoni meta jiġġedded il-mandat tagħhom sakemm ma tkunx inbidlet l-informazzjoni rilevanti li tkun magħrufa mill-awtoritajiet kompetenti u tali bidla tkun tista’ taffettwa l-idoneità tal-membru kkonċernat. 1i. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu lill-awtorità responsabbli għas-superviżjoni tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus jew tal-ġlieda kontra l-finanzjament tat-terroriżmu f’konformità mad-Direttiva (UE) 2015/849 biex jikkonsultaw, fil-kuntest tal-verifiki tagħhom, u fuq bażi sensittiva għar-riskju, l-informazzjoni rilevanti dwar il-membri tal-korp ta’ ġestjoni. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu wkoll aċċess għall-bażi tad-data ċentrali tal-AML/CFT imsemmija fir-Regolament (UE) 2024/1620 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill (*19). L-Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu stabbilita b’dak ir-Regolament (l-‘Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu’), għandha tiddeċiedi jekk tagħtix tali aċċess. 1j. Tal-anqas fir-rigward tal-ħatra tal-membri tal-korp ta’ ġestjoni għal pożizzjoni fl-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 1d, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw kif xieraq l-istabbiliment ta’ perjodu massimu għall-konklużjoni tal-valutazzjoni tal-idoneità. Dak il-perjodu massimu jista’ jiġi estiż, fejn xieraq. 2. Kull membru tal-korp ta’ ġestjoni għandu jiddedika ħin biżżejjed għat-twettiq tal-funzjonijiet ta’ dak il-membru fl-entitajiet. 2a. Kull membru tal-korp ta’ ġestjoni għandu jkun ta’ reputazzjoni tajba, jaġixxi b’onestà, b’integrità u b’indipendenza tal-ħsieb sabiex jivvaluta u jikkontesta b’mod effettiv id-deċiżjonijiet tal-korp ta’ ġestjoni fejn neċessarju u sabiex jissorvelja u jwettaq monitoraġġ b’mod effettiv fuq it-teħid ta’ deċiżjonijiet ta’ ġestjoni. Li wieħed ikun membru tal-korp ta’ ġestjoni ta’ istituzzjoni ta’ kreditu affiljata b’mod permanenti ma’ korp ċentrali fih innifsu ma għandux jikkostitwixxi ostaklu sabiex wieħed jaġixxi b’indipendenza tal-ħsieb. 2b. Il-korp ta’ ġestjoni għandu jkollu għarfien, ħiliet u esperjenza kollettivi adegwati biex ikun jista’ jifhem l-attivitajiet tal-entità, kif ukoll ir-riskji assoċjati li tkun esposta għalihom, u l-impatti li toħloq fuq terminu qasir, medju u twil, filwaqt li jitqiesu l-fatturi tal-ESG. Il-kompożizzjoni ġenerali tal-korp ta’ ġestjoni għandha tkun suffiċjentement diversifikata biex tirrifletti medda adegwatament wiesgħa ta’ esperjenza. 3. In-numru ta’ karigi ta’ direttur li jista’ jkollu membru tal-korp ta’ ġestjoni fl-istess waqt għandu jqis iċ-ċirkostanzi individwali u n-natura, l-iskala u l-kumplessità tal-attivitajiet tal-entità. Ħlief meta l-membri tal-korp ta’ ġestjoni jirrappreżentaw l-interessi ta’ Stat Membru, il-membri tal-korp ta’ ġestjoni ta’ entità li tkun sinifikanti f’termini tad-daqs tagħha, l-organizzazzjoni interna u n-natura tagħha, tal-ambitu u tal-kumplessità tal-attivitajiet tagħha, għandhom, mill-1 ta’ Lulju 2014, ikollhom biss waħda, u mhux aktar, mill-kombinazzjonijiet li ġejjin ta’ karigi ta’ direttur fl-istess ħin:
4. Għall-finijiet tal-paragrafu 3, dawn li ġejjin jgħoddu bħala kariga waħda ta’ direttur:
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (a), ta’ dan il-paragrafu, grupp għandu jfisser grupp ta’ impriżi li huma relatati ma’ xulxin kif deskritt fl-Artikolu 22 tad-Direttiva 2013/34/UE jew grupp ta’ impriżi li huma sussidjarji tal-istess kumpanija azzjonarja finanzjarja jew fl-istess kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta. 5. Il-karigi ta’ direttur f’organizzazzjonijiet li ma jsegwux b’mod predominanti objettivi kummerċjali ma għandhomx jgħoddu għall-finijiet tal-paragrafu 3. 6. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jawtorizzaw membri tal-korp ta’ ġestjoni biex ikollhom kariga addizzjonali ta’ direttur mhux eżekuttiv. 7. L-entitajiet għandhom jiddedikaw riżorsi umani u finanzjarji adegwati għall-induzzjoni u t-taħriġ tal-membri tal-korp ta’ ġestjoni, inkluż dwar ir-riskji u l-impatti ESG u dwar ir-riskju tal-ICT kif definit fl-Artikolu 4(1), il-punt (52c), tar-Regolament (UE) Nru 575/2013. 8. L-Istati Membri jew l-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrikjedu li l-entitajiet u l-kumitati tan-nominazzjoni rispettivi tagħhom, fejn stabbiliti, jinvolvu sett wiesa’ ta’ kwalitajiet u kompetenzi meta jirreklutaw membri u jippromwovu b’mod proporzjonali d-diversità u l-bilanċ bejn il-ġeneri fil-korp ta’ ġestjoni. Għal dak l-għan, l-entitajiet għandhom jistabbilixxu politika li tippromwovi d-diversità fil-korp ta’ ġestjoni. 9. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jiġbru l-informazzjoni żvelata f’konformità mal-Artikolu 435(2), il-punt (c) tar-Regolament (UE) Nru 575/2013 u għandhom jagħmlu użu minn dik l-informazzjoni biex jivvalutaw b’mod komparattiv il-prattiki ta’ diversità. L-awtoritajiet kompetenti għandhom jipprovdu dik l-informazzjoni lill-ABE. L-ABE għandha tuża dik l-informazzjoni għall-valutazzjoni komparattiva tal-prattiki ta’ diversità fil-livell tal-Unjoni. 10. Għall-finijiet ta’ dan l-Artikolu u tal-Artikolu 91a, l-ABE għandha tiżviluppa abbozz ta’ standards tekniċi regolatorji għall-entitajiet elenkati fil-paragrafu 1d ta’ dan l-Artikolu biex tispeċifika aktar il-kontenut minimu tal-kwestjonarju dwar l-idoneità, il-curricula vitae u l-valutazzjoni interna tal-idoneità li għandha tiġi ppreżentata lill-awtoritajiet kompetenti għat-twettiq tal-valutazzjoni tal-idoneità msemmija fil-paragrafu 1f ta’ dan l-Artikolu u fl-Artikolu 91a(5). L-Istati Membri għandhom jiżguraw li jiġu żviluppati standards xierqa għal entitajiet għajr dawk imsemmija fil-paragrafu 1d ta’ dan l-Artikolu. L-ABE għandha tippreżenta l-abbozzi ta’ standards tekniċi regolatorji msemmija fl-ewwel subparagrafu lill-Kummissjoni sal-10 ta’ Lulju 2026. Il-Kummissjoni qed tiġi ddelegata s-setgħa li tissupplimenta din id-Direttiva billi tadotta l-istandards tekniċi regolatorji msemmijin fl-ewwel subparagrafu ta’ dan il-paragrafu f’konformità mal-Artikoli 10 sa 14 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010. 11. Sal-10 ta’ Lulju 2026, l-ABE għandha toħroġ linji gwida, f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, biex tispeċifika aktar:
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (f), l-ABE għandha tikkoopera mill-qrib mal-ESMA u mal-Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu). 12. Sal-31 ta’ Diċembru 2029, l-ABE, f’kooperazzjoni mill-qrib mal-BĊE, għandha tirrieżamina u tirrapporta dwar l-applikazzjoni tal-paragrafi 1d sa 1j u dwar l-effettività tagħhom fl-iżgurar li l-qafas ta’ ‘kompetenza u idoneità’ jkun adatt għall-iskop tiegħu, filwaqt li jitqies il-prinċipju tal-proporzjonalità. L-ABE għandha tippreżenta dak ir-rapport lill-Parlament Ewropew u lill-Kunsill. Abbażi ta’ dak ir-rapport, il-Kummissjoni għandha tippreżenta proposta leġiżlattiva, jekk xieraq. 13. Dan l-Artikolu u l-Artikolu 91a għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Istati Membri dwar ir-rappreżentanza tal-impjegati fil-korp ta’ ġestjoni. 14. Dan l-Artikolu u l-Artikolu 91a għandhom ikunu mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-Istati Membri dwar il-ħatra ta’ membri tal-korp ta’ ġestjoni fil-funzjoni superviżorja tiegħu minn korpi eletti reġjonali jew lokali jew dwar ħatriet fejn il-korp ta’ ġestjoni ma jkollu l-ebda kompetenza fil-proċess tal-għażla u l-ħatra tal-membri tiegħu. F’dawk il-każijiet, għandhom jiġu stipulati salvagwardji xierqa biex tiġi żgurata l-idoneità ta’ dawk il-membri tal-korp ta’ ġestjoni. (*19) Ir-Regolament (UE) 2024/1620 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2024 li jistabbilixxi l-Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L, 2024/1620, 19.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1620/oj).”;" |
|
(31) |
jiddaħħal l-artikolu li ġej: “Artikolu 91a Titolari ta’ funzjonijiet ewlenin u valutazzjoni tal-idoneità 1. L-entitajiet imsemmijin fl-Artikolu 91(1) għandu jkollhom ir-responsabbiltà primarja li jiżguraw li t-titolari ta’ funzjonijiet ewlenin ikunu f’kull ħin ta’ reputazzjoni tajba suffiċjenti, jaġixxu b’onestà u b’integrità u jkollhom l-għarfien, il-ħiliet u l-esperjenza suffiċjenti neċessarji biex iwettqu dmirijiethom. In-nuqqas ta’ kundanna kriminali jew ta’ prosekuzzjonijiet li jkunu għaddejjin għal reat kriminali ma għandux fih innifsu jkun biżżejjed biex jissodisfa r-rekwiżit li wieħed ikun ta’ reputazzjoni tajba u jaġixxi b’onestà u integrità. 2. L-entitajiet għandhom jiżguraw li t-titolari ta’ funzjonijiet ewlenin jissodisfaw f’kull ħin il-kriterji u r-rekwiżiti stipulati fil-paragrafu 1 u għandhom jivvalutaw l-idoneità tat-titolari ta’ funzjonijiet ewlenin qabel ma jieħdu l-pożizzjoni tagħhom u perjodikament, filwaqt li jqisu l-aspettattivi superviżorji, kif stipulat fil-liġijiet u r-regolamenti, il-linji gwida u l-politiki interni dwar l-idoneità applikabbli. 3. Fejn l-entitajiet jikkonkludu, abbażi tal-valutazzjoni interna tal-idoneità msemmija fil-paragrafu 2, li persuna ma tissodisfax il-kriterji u r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1, l-entitajiet għandhom:
L-entitajiet għandhom jieħdu l-miżuri neċessarji kollha sabiex jiżguraw il-funzjonament xieraq tal-pożizzjoni ta’ titolar ta’ funzjoni ewlenija, inkluż is-sostituzzjoni tat-titolar ta’ funzjoni ewlenija jekk dik il-persuna ma tibqax tissodisfa l-kriterji ta’ idoneità u r-rekwiżiti. 4. L-entitajiet għandhom jiżguraw li l-informazzjoni dwar l-idoneità tat-titolari ta’ funzjonijiet ewlenin tibqa’ aġġornata. L-entitajiet għandhom, fuq talba, jipprovdu dik l-informazzjoni lill-awtorità kompetenti bil-mezzi determinati mill-awtorità kompetenti. 5. L-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jivvalutaw li l-kapijiet tal-funzjonijiet ta’ kontroll intern u l-uffiċjal kap finanzjarju jissodisfaw f’kull ħin il-kriterji u r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 meta dawk il-kapijiet jew l-uffiċjal jinħatru għal rwoli tal-inqas fl-entitajiet li ġejjin:
6. Meta l-kapijiet tal-funzjonijiet ta’ kontroll intern u l-uffiċjal kap finanzjarju ma jissodisfawx f’kull ħin il-kriterji u r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1, l-Istati Membri għandhom jiżguraw li l-awtoritajiet kompetenti jkollhom is-setgħat meħtieġa biex:
Hekk kif isir magħruf kwalunkwe fatt ġdid jew ċirkostanza oħra li tista’ taffettwa l-idoneità tal-kapijiet tal-funzjonijiet ta’ kontroll intern u tal-uffiċjal kap finanzjarju, l-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 5 għandhom jivvalutaw mill-ġdid l-idoneità ta’ dawk il-kapijiet u dak l-uffiċjal, u għandhom jinfurmaw lill-awtorità kompetenti b’dan mingħajr dewmien żejjed. Meta l-awtorità kompetenti ssir konxja li l-informazzjoni rilevanti dwar l-idoneità tal-kapijiet tal-funzjonijiet ta’ kontroll intern u tal-uffiċjal kap finanzjarju tkun inbidlet u li tali bidla tista’ taffettwa l-idoneità tal-kapijiet jew tal-uffiċjal ikkonċernat, l-awtorità kompetenti għandha tivvaluta mill-ġdid l-idoneità tagħhom. M’għandux ikun meħtieġ mill-awtoritajiet kompetenti li jivvalutaw mill-ġdid l-idoneità ta’ tali kapijiet jew tal-uffiċjal meta jiġġedded jew jiġi estiż il-kuntratt tagħhom, sakemm ma tkunx inbidlet l-informazzjoni rilevanti li tkun magħrufa mill-awtoritajiet kompetenti u tali bidla tkun tista’ taffettwa l-idoneità tal-kapijiet jew tal-uffiċjal kkonċernati. Tal-anqas fir-rigward tal-ħatra ta’ dawk il-kapijiet ta’ funzjonijiet ta’ kontroll intern u dak l-uffiċjal kap finanzjarju għal pożizzjoni fl-entitajiet imsemmija fil-paragrafu 5, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jikkunsidraw kif xieraq l-istabbiliment ta’ perjodu massimu għall-konklużjoni tal-valutazzjoni tal-idoneità. Dak il-perjodu massimu jista’ jiġi estiż, fejn xieraq. 7. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu lill-awtorità responsabbli għas-superviżjoni tal-ġlieda kontra l-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu f’konformità mad-Direttiva (UE) 2015/849 biex jikkonsultaw, fil-kuntest tal-verifiki tagħhom, u fuq bażi sensittiva għar-riskju, l-informazzjoni rilevanti dwar il-kapijiet ta’ funzjonijiet ta’ kontroll intern u l-uffiċjal kap finanzjarju. L-awtoritajiet kompetenti jistgħu jitolbu wkoll aċċess għall-bażi tad-data ċentrali tal-AML/CFT imsemmija fir-Regolament (UE) 2024/1620. L-Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu, ladarba tkun stabbilita, għandha tiddeċiedi jekk tagħtix tali aċċess. 8. Sal-10 ta’ Lulju 2026, l-ABE għandha toħroġ linji gwida, f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, biex tispeċifika aktar:
Għall-finijiet tal-ewwel subparagrafu, il-punt (c), l-ABE għandha tikkoopera mill-qrib mal-ESMA u mal-Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu.” |
|
32) |
l-Artikolu 92 huwa emendat kif ġej:
|
|
(33) |
l-Artikolu 94 huwa emendat kif ġej:
|
|
(34) |
fl-Artikolu 97(4), it-tieni subparagrafu jinbidel b’dan li ġej: “Meta jwettqu r-rieżami u l-evalwazzjoni msemmija fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu, l-awtoritajiet kompetenti għandhom japplikaw il-prinċipju tal-proporzjonalità f’konformità mal-kriterji żvelati skont l-Artikolu 143(1), il-punt (c). B’mod partikolari, sabiex jitwettqu r-rieżami u l-evalwazzjoni ta’ istituzzjoni, l-awtorità kompetenti tista’ tqis jekk il-kundizzjonijiet kollha li ġejjin ġewx issodisfati:
|
|
(35) |
l-Artikolu 98 huwa emendat kif ġej:
|
|
(36) |
fl-Artikolu 100, jiżdiedu l-paragrafi li ġejjin: “3. L-istituzzjonijiet u partijiet terzi li jaġixxu f’kapaċità ta’ konsultazzjoni mal-istituzzjonijiet fil-kuntest ta’ eżerċizzji ta’ ttestjar għal stress għandhom iżommu lura minn attivitajiet li jistgħu jfixklu l-ittestjar għal stress, bħall-valutazzjoni komparattiva, l-iskambju ta’ informazzjoni bejniethom, ftehimiet dwar imġiba komuni, jew l-ottimizzazzjoni tas-sottomissjonijiet tagħhom għal ittestjar għal stress. Mingħajr preġudizzju għal dispożizzjonijiet rilevanti oħrajn stabbiliti f’din id-Direttiva u fir-Regolament (UE) Nru 575/2013, l-awtoritajiet kompetenti għandu jkollhom is-setgħat kollha ta’ ġbir ta’ informazzjoni u investigattivi li jkunu neċessarji sabiex jidentifikaw dawk l-attivitajiet. 4. L-ABE, l-EIOPA u l-AETS għandhom, permezz tal-Kumitat Konġunt imsemmi fl-Artikolu 54 tar-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010, jiżviluppaw linji gwida sabiex jiżguraw li l-konsistenza, il-kunsiderazzjonijiet fit-tul u l-istandards komuni għall-metodoloġiji ta’ valutazzjoni jiġu integrati fl-ittestjar għal stress tar-riskji tal-ESG. Il-Kumitat Konġunt għandu jippubblika dawk il-linji gwida sa sal-10 ta’ Jannar 2026. L-ABE, l-EIOPA u l-ESMA għandhom, permezz ta’ dak il-Kumitat Konġunt, jeżaminaw kif ir-riskji soċjali u relatati mal-governanza jistgħu jiġu integrati fl-ittestjar għal stress.” |
|
(37) |
fl-Artikolu 101, il-paragrafu 3 huwa sostitwit b’dan li ġej: “3. Jekk għal post tan-negozjar li juża mudell tar-riskju tas-suq intern, ir-riżultati tal-ittestjar retrospettiv jew it-test tal-attribuzzjoni tal-profitt u t-telf jindikaw li l-mudell ma għadux preċiż biżżejjed, l-awtoritajiet kompetenti għandhom jirrieżaminaw il-kundizzjonijiet għall-permess biex jintuża l-mudell intern jew jimponu miżuri xierqa biex jiżguraw li l-mudell jittejjeb fil-pront.” |
|
(38) |
l-Artikolu 104 huwa emendat kif ġej:
|
|
(39) |
l-Artikolu 104a huwa emendat kif ġej:
|
|
(40) |
fl-Artikolu 104b, jiddaħħal il-paragrafu li ġej: “4a. Meta istituzzjoni tintrabat bil-minimu tal-output, l-awtorità kompetenti tagħha tista’ tirrieżamina l-gwida tagħha dwar il-fondi proprji addizzjonali kkomunikati lil dik l-istituzzjoni sabiex tiżgura li l-kalibrazzjoni tagħha tibqa’ xierqa.” |
|
(41) |
fl-Artikolu 106, il-paragrafu 1 huwa sostitwit b’dan li ġej: “1. L-Istati Membri għandhom jagħtu s-setgħa lill-awtoritajiet kompetenti biex:
Sal-10 ta’ Lulju 2025, l-ABE, b’kont meħud tal-Parti Tmienja tar-Regolament (UE) Nru 575/2013, għandha toħroġ linji gwida, f’konformità mal-Artikolu 16 tar-Regolament (UE) Nru 1093/2010, biex tispeċifika r-rekwiżiti stabbiliti fil-paragrafu 1 ta’ dan l-Artikolu.” |
|
(42) |
fit-Titolu VII, il-Kapitolu 3, tiddaħħal it-Taqsima li ġejja qabel it-Taqsima I: “TAQSIMA I Applikazzjoni ta’ dan il-Kapitolu għal gruppi ta’ ditti tal-investiment Artikolu 110a Kamp ta’ applikazzjoni għal gruppi ta’ ditti tal-investiment Dan il-Kapitolu japplika għal gruppi ta’ ditti tal-investiment, kif iddefiniti fl-Artikolu 4(1), il-punt (25) tar-Regolament (UE) 2019/2033, fejn tal-anqas ditta tal-investiment waħda f’dak il-grupp tkun soġġetta għar-Regolament (UE) Nru 575/2013 skont l-Artikolu 1(2) jew (5) tar-Regolament (UE) 2019/2033. Dan il-Kapitolu ma japplikax għal gruppi ta’ ditti tal-investiment meta l-ebda ditta tal-investiment f’dak il-grupp ma tkun soġġetta għar-Regolament (UE) Nru 575/2013 skont l-Artikolu 1(2) jew (5) tar-Regolament (UE) 2019/2033.” |
|
(43) |
l-Artikolu 121 huwa sostitwit b’dan li ġej: “Artikolu 121 Kwalifiki tal-membri tal-korp ta’ ġestjoni L-Istati Membri għandhom jirrikjedu li l-membri tal-korp ta’ ġestjoni ta’ kumpanija azzjonarja finanzjarja jew kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta, minbarra dawk li jkunu ngħataw approvazzjoni f’konformità mal-Artikolu 21a(1), ikunu ta’ reputazzjoni tajba biżżejjed u jkollhom għarfien, ħiliet u esperjenza suffiċjenti kif imsemmi fl-Artikolu 91(1) biex iwettqu dawk id-dmirijiet, b’kont meħud tar-rwol speċifiku ta’ kumpanija azzjonarja finanzjarja jew ta’ kumpanija azzjonarja finanzjarja mħallta. Il-kumpaniji azzjonarji finanzjarji jew il-kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta għandu jkollhom ir-responsabbiltà primarja li jiżguraw l-idoneità tal-membri tal-korp ta’ ġestjoni tagħhom.” |
|
(44) |
l-Artikolu 131 huwa emendat kif ġej:
|
|
(45) |
l-Artikolu 133 huwa emendat kif ġej:
|
|
(46) |
l-Artikolu 142 huwa emendat kif ġej:
|
|
(47) |
l-Artikolu 161 huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Traspożizzjoni
1. L-Istati Membri għandhom jadottaw u jippubblikaw, sal-10 ta’ Jannar 2026, il-liġijiet, ir-regolamenti u d-dispożizzjonijiet amministrattivi meħtieġa sabiex jikkonformaw ma’ din id-Direttiva. Huma għandhom minnufih jgħarrfu lill-Kummissjoni b’dan.
Huma għandhom japplikaw dawk il-miżuri mill-11 ta’ Jannar 2026.
Madankollu, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw mal-emendi stabbiliti fl-Artikolu 1, il-punti (9) u (13), mill-11 ta’ Jannar 2027.
B’deroga mit-tielet subparagrafu ta’ dan il-paragrafu, l-Istati Membri għandhom japplikaw il-miżuri meħtieġa biex jikkonformaw mal-emendi stabbiliti fl-Artikolu 1, il-punt (13), ta’ din id-Direttiva fir-rigward tal-Artikoli 48k u 48l tad-Direttiva 2013/36/UE mill-11 ta’ Jannar 2026, u mal-emendi stabbiliti fl-Artikolu 1, il-punt (9), ta’ din id-Direttiva fir-rigward tal-Artikolu 21c(5) tad-Direttiva 2013/36/UE mill-11 ta’ Lulju 2026.
Meta l-Istati Membri jadottaw dawk il-miżuri, huma għandhom jirreferu għal din id-Direttiva jew għandhom jinkludu referenza għaliha meta jiġu ppubblikati uffiċjalment. Il-metodi ta’ kif issir tali referenza għandha tiġi stabbilita mill-Istati Membri.
2. L-Istati Membri għandhom jikkomunikaw lill-Kummissjoni t-test tal-miżuri ewlenin tal-liġi nazzjonali li jadottaw fil-qasam kopert minn din id-Direttiva.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ u applikazzjoni
Din id-Direttiva għandha tidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
L-Artikolu 1, il-punt (44)(c) u l-punt (45)(c), għandu japplika mid-29 ta’ Lulju 2024.
Artikolu 4
Destinatarji
Din id-Direttiva hija indirizzata lill-Istati Membri.
Magħmul fi Brussell, il-31 ta’ Mejju 2024.
Għall-Parlament Ewropew
Il-President
R. METSOLA
Għall-Kunsill
Il-President
H. LAHBIB
(1) ĠU C 248, 30.6.2022, p. 87.
(2) Pożizzjoni tal-Parlament Ewropew tal-24 ta’ April 2024 (għadha mhix ippubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali)] u d-deċiżjoni tal-Kunsill tat-30 ta’ Mejju 2024.
(3) Id-Direttiva 2013/36/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar l-aċċess għall-attività tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u s-superviżjoni prudenzjali tal-istituzzjonijiet ta’ kreditu u tad-ditti tal-investiment, li temenda d-Direttiva 2002/87/KE u li tħassar id-Direttivi 2006/48/KE u 2006/49/KE (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 338).
(4) Ir-Regolament (UE) Nru 1093/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Bankarja Ewropea) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/78/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 12).
(5) Id-Direttiva 2014/65/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-15 ta’ Mejju 2014 dwar is-swieq fl-istrumenti finanzjarji u li temenda d-Direttiva 2002/92/KE u d-Direttiva 2011/61/UE (ĠU L 173, 12.6.2014, p. 349).
(6) Ir-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-4 ta’ Lulju 2012 dwar derivati OTC, kontropartijiet ċentrali u repożitorji tad-data dwar it-tranżazzjonijiet (ĠU L 201, 27.7.2012, p. 1).
(7) Id-Direttiva (UE) 2015/849 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2015 dwar il-prevenzjoni tal-użu tas-sistema finanzjarja għall-finijiet tal-ħasil tal-flus jew il-finanzjament tat-terroriżmu, li temenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, u li tħassar id-Direttiva 2005/60/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u d-Direttiva tal-Kummissjoni 2006/70/KE (ĠU L 141, 5.6.2015, p. 73).
(8) Id-Direttiva (UE) 2019/878 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 li temenda d-Direttiva 2013/36/UE fir-rigward ta’ entitajiet eżentati, kumpaniji azzjonarji finanzjarji, kumpaniji azzjonarji finanzjarji mħallta, remunerazzjoni, miżuri u setgħat superviżorji u miżuri ta’ konservazzjoni ta’ kapital (ĠU L 150, 7.6.2019, p. 253).
(9) Ir-Regolament (UE) Nru 575/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tatas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar ir-rekwiżiti prudenzjali għall-istituzzjonijiet ta’ kreditu u d-ditti tal-investiment u li jemenda r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 176, 27.6.2013, p. 1).
(10) Id-Direttiva (UE) 2017/1132 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-14 ta’ Ġunju 2017 dwar ċerti aspetti tal-liġi dwar il-kumpaniji (ĠU L 169, 30.6.2017, p. 46).
(11) Ir-Regolament (UE) Nru 182/2011 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-16 ta’ Frar 2011 li jistabbilixxi r-regoli u l-prinċipji ġenerali dwar il-modalitajiet ta’ kontroll mill-Istati Membri tal-eżerċizzju mill-Kummissjoni tas-setgħat ta’ implimentazzjoni (ĠU L 55, 28.2.2011, p. 13).
(12) Ir-Regolament (UE) 2019/876 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-20 ta’ Mejju 2019 li jemenda r-Regolament (UE) Nru 575/2013 dwar il-proporzjon ta’ lieva finanzjarja, il-proporzjon ta’ finanzjament stabbli nett, rekwiżiti għall-fondi proprji u obbligazzjonijiet eliġibbli, riskju ta’ kreditu tal-kontroparti, riskju tas-suq, skoperturi għal kontropartijiet ċentrali, skoperturi għal impriżi ta’ investiment kollettiv, skoperturi kbar, rekwiżiti ta’ rappurtar u divulgazzjoni, u r-Regolament (UE) Nru 648/2012 (ĠU L 150, 7.6.2019, p. 1).
(13) ĠU L 282, 19.10.2016, p. 4.
(14) Ir-Regolament (UE) 2021/1119 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-30 ta’ Ġunju 2021 li jistabbilixxi l-qafas biex tinkiseb in-newtralità klimatika u li jemenda r-Regolamenti (KE) Nru 401/2009 u (UE) 2018/1999 (“il-Liġi Ewropea dwar il-Klima”) (ĠU L 243, 9.7.2021, p. 1).
(15) Id-Direttiva 2013/34/UE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-26 ta’ Ġunju 2013 dwar id-dikjarazzjonijiet finanzjarji annwali, id-dikjarazzjonijiet finanzjarji konsolidati u r-rapporti relatati ta’ ċerti tipi ta’ impriżi, u li temenda d-Direttiva 2006/43/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill u li tħassar id-Direttivi tal-Kunsill 78/660/KEE u 83/349/KEE (ĠU L 182, 29.6.2013, p. 19).
(16) Ir-Regolament (UE) 2021/240 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-10 ta’ Frar 2021 li jistabbilixxi Strument ta’ Appoġġ Tekniku (ĠU L 57, 18.2.2021, p. 1).
(17) Ir-Regolament (UE) Nru 1094/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tal-Assigurazzjoni u l-Pensjonijiet tax-Xogħol), u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u li jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/79/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 48).
(18) Ir-Regolament (UE) Nru 1095/2010 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-24 ta’ Novembru 2010 li jistabbilixxi Awtorità Superviżorja Ewropea (Awtorità Ewropea tat-Titoli u s-Swieq) u li jemenda d-Deċiżjoni Nru 716/2009/KE u jħassar id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni 2009/77/KE (ĠU L 331, 15.12.2010, p. 84).
(19) Ir-Regolament (UE) 2024/1620 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tal-31 ta’ Mejju 2024 li jistabbilixxi l-Awtorità għall-Ġlieda Kontra l-Ħasil tal-Flus u l-Finanzjament tat-Terroriżmu u li jemenda r-Regolamenti (UE) Nru 1093/2010, (UE) Nru 1094/2010 u (UE) Nru 1095/2010 (ĠU L, 2024/1620, 19.6.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2024/1620/oj).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/2024/1619/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)