9.1.2020   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

C 5/6


Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Il-Każ M.9569 — EssilorLuxottica/GrandVision)

(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)

(2020/C 5/05)

1.   

Fit-23 ta’ Diċembru 2019, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

EssilorLuxottica S.A. (EssilorLuxottica)(Franża u l-Italja),

—

GrandVision N.V. (GrandVision)(in-Netherlands), li l-azzjonist maġġoritarju huwa HAL Optical Investments B.V.

EssilorLuxottica takkwista, fit-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll uniku ta’ GrandVision.

Il-konċentrazzjoni hija mwettqa permezz ta’ xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma:

—

EssilorLuxottica: (i) kull fażi tal-iżvilupp tal-lenti (korrettiva) oftalmika, mid-disinn sal-manifattura għall-bejgħ bl-ingrossa, (ii) id-disinn, il-manifattura u d-distribuzzjoni tat-tagħmir ottiku, kif ukoll (iii) il-bejgħ bl-imnut ta’ prodotti ottiċi,

—

GrandVision: il-bejgħ bl-imnut ta’ prodotti ottiċi.

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lill-partijiet terzi interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni sa mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Jenħtieġ li r-referenza li ġejja dejjem tiġi speċifikata:

(Kawża M.9569 — EssilorLuxottica/GrandVision

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika, permezz tal-fax jew bil-posta. Jekk jogħġbok uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email:COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Fax+32 22964301

Indirizz postali:

Il-Kummissjoni Ewropea

Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni

Reġistru tal-Fużjonijiet

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)  ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).