|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/1492 |
27.5.2024 |
DEĊIŻJONI (UE) 2024/1492 TAR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI
tat-22 ta’ Mejju 2024
li taħtar żewġ imħallfin fil-Qorti tal-Ġustizzja
IR-RAPPREŻENTANTI TAL-GVERNIJIET TAL-ISTATI MEMBRI TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 19 tiegħu,
Wara li kkunsidraw it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikoli 253 u 255 tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-mandati ta’ tlettax-il Imħallef u ħames Avukati Ġenerali tal-Qorti tal-Ġustizzja ser jiskadu fis-6 ta’ Ottubru 2024. Jenħtieġ li jkun hemm ħatriet biex jimtlew dawn il-karigi għall-perjodu li jibda mis-7 ta’ Ottubru 2024 u li jiskadi fis-6 ta’ Ottubru 2030. |
|
(2) |
Is-Sur Massimo CONDINANZI u s-Sa Ramona FRENDO ġew proposti għall-ewwel mandat bħala Mħallfin tal-Qorti tal-Ġustizzja. |
|
(3) |
Il-kumitat stabbilit permezz tal-Artikolu 255 tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea ta opinjoni favorevoli dwar l-idoneità ta’ dawn il-kandidati għall-qadi tal-funzjonijiet ta’ mħallef tal-Qorti Ġustizzja, |
ADOTTAW DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-persuni li ġejjin għandhom jinħatru Mħallfin tal-Qorti tal-Ġustizzja għall-perjodu mis-7 ta’ Ottubru 2024 sas-6 ta’ Ottubru 2030:
|
— |
is-Sur Massimo CONDINANZI, |
|
— |
is-Sa Ramona FRENDO. |
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tagħha f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta’ Mejju 2024.
Il-President
D. VAN DE VOORDE
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1492/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)