22.4.2022   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 121/33


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2022/665

tal-21 ta' April 2022

li jemenda r-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003 tas-7 ta’ Lulju 2003 dwar ċerti restrizzjonijiet speċifiċi fuq relazzjonijiet ekonomiċi u finanzjarji mal-Iraq u li jirrevoka r-Regolament (KE) Nru 2465/96 (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 11(b) tiegħu,

Billi:

(1)

L-Annessi III u IV tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 jelenkaw il-persuni fiżiċi u ġuridiċi, il-korpi jew l-entitajiet assoċjati mar-reġim tal-ex President Saddam Hussein u soġġetti għal iffriżar tal-assi.

(2)

Fit-18 ta’ April 2022, il-Kumitat tas-Sanzjonijiet tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti ddeċieda li jneħħi żewġ persuni fiżiċi u entità waħda mil-lista ta’ persuni jew entitajiet li jenħtieġ li jintlaqtu mill-iffriżar ta’ assi.

(3)

Għaldaqstant, jenħtieġ li l-Annessi III u IV tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 jiġu emendati skont dan,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

L-Anness III tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 huwa emendat kif indikat fl-Anness I ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 2

L-Anness IV tar-Regolament (KE) Nru 1210/2003 huwa emendat kif indikat fl-Anness II ta' dan ir-Regolament.

Artikolu 3

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fil-jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-21 ta' April 2022.

Għall-Kummissjoni

F’isem il-President

Direttur Ġenerali

Id-Direttorat Ġenerali għall-Istabilità Finanzjarja, is-Servizzi Finanzjarji u l-Unjoni tas-Swieq Kapitali


(1)   ĠU L 169, 8.7.2003, p. 6.


ANNESS I

Fl-Anness III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003, titħassar l-entrata segwenti:

“3.

Rasheed Bank (psewdonimi (a) Al-Rashid Bank, (b) Al Rashid Bank, (c) Al-Rasheed Bank); PO Box 7177, Triq Haifa, Baghdad, Iraq, jew Al Masarif Street, Bagdad, l-Iraq.”

ANNESS II

Fl-Anness IV tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1210/2003, jitħassru l-entrati li ġejjin:

“72.

Asil Sami Mohammad Madhi Tabrah (psewdonimu Asil Tabra). Data tat-twelid: Is- 6 ta’ Ġunju 1964. Post tat-twelid: L-Iraq. Nazzjonalità: Iraqija”

“75.

Maki Mustafa Hamudat (psewdonimi (a) Maki Hamudat, (b) Mackie Hmodat, (c) Ġeneral Maki Al-Hamadat, (d) Macki Hamoudat Mustafa). Data tat-twelid: madwar l-1934. Indirizz: Baghdad, l-Iraq. Nazzjonalità: Iraqija”