|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2026/1706 |
13.7.2026 |
DEĊIŻJONI TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2026/1706
tat-8 ta’ Lulju 2026
dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza relatati mal-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar fil-Kroazja u li tħassar id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2026/1389 u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2663
(notifikata bid-dokument C(2026) 4904)
(It-test bil-Kroat biss huwa awtentiku)
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tad-9 ta’ Marzu 2016 dwar il-mard trażmissibbli tal-annimali u li jemenda u jħassar ċerti atti fil-qasam tas-saħħa tal-annimali (“Liġi dwar is-Saħħa tal-Annimali”) (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 259(1) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
L-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar hija marda infettiva li taffettwa lill-annimali kaprini u ovini u jista’ jkollha impatt serju fuq il-popolazzjoni tal-annimali kkonċernati u fuq il-profittabbiltà tal-biedja u tikkawża disturb fil-movimenti tal-kunsinni ta’ dawk l-annimali u tal-prodotti tagħhom fl-Unjoni u fl-esportazzjonijiet lejn il-pajjiżi terzi. F’każ ta’ tifqigħa tal-pesta tar-ruminanti żgħar fl-annimali kaprini jew ovini, hemm riskju serju li dik il-marda tinxtered fi stabbilimenti oħra tal-annimali kaprini jew ovini. |
|
(2) |
Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 (2) jissupplimenta r-regoli għall-kontroll tal-mard elenkat imsemmi fl-Artikolu 9(1), il-punti (a), (b) u (c), tar-Regolament (UE) 2016/429, u definit bħala mard tal-kategoriji A, B u C fir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 (3). B’mod partikolari, l-Artikoli 21 u 22 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687 jipprevedu l-istabbiliment ta’ żona ristretta fil-każ ta’ tifqigħa ta’ marda tal-kategorija A, inkluż l-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar, u ċerti miżuri li jridu jiġu applikati fiha. Barra minn hekk, l-Artikolu 21(1) ta’ dak ir-Regolament Delegat jipprevedi li ż-żona ristretta trid tkun tinkludi żona ta’ protezzjoni u żona ta’ sorveljanza, u, jekk ikun meħtieġ, żoni ristretti ulterjuri madwar iż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza jew maġenbhom. |
|
(3) |
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/1389 (4) ġiet adottata fis-17 ta’ Ġunju 2026 abbażi tar-Regolament (UE) 2016/429 u tistabbilixxi ċerti miżuri interim ta’ emerġenza relatati mal-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar fil-Kroazja. Speċifikament, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2026/1389 tipprevedi li ż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza u ż-żona ristretta ulterjuri, li jridu jiġu stabbiliti minn dak l-Istat Membru wara tifqigħa tal-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar, f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, iridu jinkludu mill-inqas iż-żoni elenkati fl-Anness ta’ dik id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni. |
|
(4) |
Mid-data tal-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2026/1389, il-Kroazja nnotifikat lill-Kummissjoni, bejn il-21 ta’ Ġunju u t-2 ta’ Lulju 2026, b’sebgħa tifqigħat addizzjonali tal-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar fi stabbilimenti fejn jinżammu l-annimali ovini u kaprini, li jinsabu fil-kontea ta’ Bjelovarska-Bilogorska u Viroviticko-Podravska. F’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, il-Kroazja stabbiliet żoni ristretti, li jinkludu żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, fejn jiġu applikati l-miżuri ġenerali għall-kontroll tal-mard stabbiliti f’dak ir-Regolament Delegat, sabiex jiġi evitat aktar tixrid ta’ dik il-marda. |
|
(5) |
Sabiex jiġi kkontrollat it-tixrid tal-marda u jiġi evitat kull tfixkil bla bżonn fil-kummerċ fl-Unjoni u biex tiġi evitata l-impożizzjoni ta’ ostakoli mhux ġustifikati għall-kummerċ min-naħa tal-pajjiżi terzi, jeħtieġ jiġu stabbiliti malajr, fil-livell tal-Unjoni, b’kollaborazzjoni mal-Kroazja, il-post u d-durata ta’ dawk iż-żoni ristretti, li jinkludu ż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza kif ukoll żoni ristretti ulterjuri, stabbiliti minn dak l-Istat Membru f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687. |
|
(6) |
Fid-dawl tas-sitwazzjoni epidemjoloġika li tikkonċerna l-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar fil-Kroazja, u b’mod partikolari meta titqies din it-tifqigħa ġdida, il-miżuri ta’ emerġenza interim previsti fid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2026/1389 jenħtieġ li jiġu aġġustati, kemm fl-ispazju kif ukoll fiż-żmien, u jkomplu jiġu applikati sabiex jiġi evitat li l-mard ikompli jinxtered fil-Kroazja jew lejn il-bqija tal-Unjoni. Għalhekk, jenħtieġ li l-lista aġġornata taż-żoni fejn trid tiġi stabbilita żona ristretta fil-Kroazja fir-rigward tal-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar, kif ukoll id-durata prevista ta’ dawn iż-żoni, jiġu stabbiliti fl-Anness ta’ din id-Deċiżjoni. |
|
(7) |
Id-daqs taż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, u d-durata tal-miżuri li jridu jiġu applikati fihom, huma bbażati fuq il-kriterji stabbiliti fl-Artikolu 64(1) tar-Regolament (UE) 2016/429, kif ukoll fuq ir-regoli stabbiliti fl-Annessi X u XI tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687. Il-kriterji applikati għall-għażla tad-daqs taż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, kif ukoll tad-durata tal-miżuri li jridu jiġu applikati fihom, ma jqisux biss is-sitwazzjoni epidemjoloġika fir-rigward tal-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar fiż-żoni affettwati minn dak il-mard, iżda anke s-sitwazzjoni epidemjoloġika kumplessiva tal-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar fit-territorju kollu tal-Kroazja, kif ukoll il-livell tar-riskju li l-mard ikompli jinxtered. Għad-determinazzjoni tad-durata tal-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni, tqiesu l-istandards internazzjonali tal-Kodiċi tas-Saħħa tal-Annimali Terrestri tal-Organizzazzjoni Dinjija għas-Saħħa tal-Annimali (5) (WOAH). |
|
(8) |
Għalhekk, iż-żoni identifikati bħala żoni ta’ protezzjoni, żoni ta’ sorveljanza u żoni ristretti ulterjuri fil-Kroazja jenħtieġ li jiġu stabbiliti fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni kif xieraq, u jenħtieġ li tiġi stabbilita fiha d-durata ta’ dik ir-reġjonalizzazzjoni. Id-durata ta’ dik ir-reġjonalizzazzjoni tqis il-perjodi minimi għall-miżuri li jridu jiġu applikati fiż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza f’konformità mar-Regolament Delegat (UE) 2020/687. |
|
(9) |
Barra minn hekk, id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2663 (6) ġiet adottata fit-23 ta’ Diċembru 2025, abbażi tar-Regolament (UE) 2016/429, u tistabbilixxi ċerti miżuri ta’ emerġenza relatati mal-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar fil-Kroazja. |
|
(10) |
Wara tifqigħat ulterjuri tal-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar fil-Kroazja, l-Anness tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2663 ġie emendat l-aħħar bid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/317 (7). |
|
(11) |
Mid-19 ta’ Frar 2026, ma baqax neċessarju li l-miżuri għall-kontroll tal-mard previsti mid-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2663 jibqgħu jiġu applikati peress li, mill-adozzjoni tad-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2026/317, ma ġiet irrapportata l-ebda tifqigħa ġdida sal-11 ta’ Ġunju 2026. |
|
(12) |
Għalhekk, jenħtieġ li d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2026/1389 u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2663 jitħassru t-tnejn li huma b’din id-Deċiżjoni. |
|
(13) |
Minħabba l-urġenza tas-sitwazzjoni epidemjoloġika fl-Unjoni fir-rigward tat-tixrid tal-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar, u l-ħtieġa li l-marda ma tinxteridx mill-istabbilimenti affettwati fil-Kroazja lejn partijiet oħra ta’ dak l-Istat Membru jew lejn Stati Membri oħra, jenħtieġ li l-miżuri stabbiliti f’din id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni japplikaw malajr kemm jista’ jkun. |
|
(14) |
Il-miżuri previsti f’din id-Deċiżjoni huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf. |
ADOTTAT DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
Il-Kroazja għandha tiżgura li:
|
(a) |
tiġi stabbilita minnufih mill-awtorità kompetenti ta’ dak l-Istat Membru żona ristretta li tinkludi żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza, kif ukoll żona ristretta ulterjuri, f’konformità mal-Artikolu 21 tar-Regolament Delegat (UE) 2020/687, u skont il-kundizzjonijiet stabbiliti fih; |
|
(b) |
iż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza u ż-żoni ristretti ulterjuri imsemmija fil-punt (a) jinkludu mill-inqas iż-żoni elenkati fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni; |
|
(c) |
il-miżuri li jridu jiġu applikati fiż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza u fiż-żoni ristretti ulterjuri jibqgħu jiġu applikati mill-inqas sad-dati elenkati fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni; |
|
(d) |
Il-movimenti tal-annimali kaprini u ovini miż-żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza u miż-żona ristretta ulterjuri lejn destinazzjoni li tinsab barra l-perimetru estern taż-żona ristretta ulterjuri kif previst fil-Punt B tal-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni huma pprojbiti sad-dati elenkati għal kull żona fl-Anness I ta’ din id-Deċiżjoni; |
|
(e) |
Il-movimenti tal-annimali kaprini u ovini mit-territorju kollu tal-Kroazja lejn destinazzjoni li tinsab barra mill-Kroazja huma pprojbiti sat-30 ta’ Settembru 2026. |
Artikolu 2
Il-Kroazja għandha tapplika l-miżuri li huma applikabbli għal żoni ristretti ulterjuri, kif previst fir-Regolament Delegat (UE) 2020/687, fiż-żoni elenkati fl-Anness II ta’ din id-Deċiżjoni, u f’konformità mad-dati stabbiliti fih.
Artikolu 3
Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2026/1389 u d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2663 tħassru.
Artikolu 4
Din id-Deċiżjoni hija indirizzata lir-Repubblika tal-Kroazja.
Magħmul fi Brussell, it-8 ta’ Lulju 2026.
Għall-Kummissjoni
Olivér VÁRHELYI
Membru tal-Kummissjoni
(1) ĠU L 84, 31.3.2016, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2016/429/oj.
(2) Ir-Regolament Delegat tal-Kummissjoni (UE) 2020/687 tas-17 ta’ Diċembru 2019 li jissupplimenta r-Regolament (UE) 2016/429 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill fir-rigward tar-regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll ta’ ċertu mard elenkat (ĠU L 174, 3.6.2020, p. 64, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_del/2020/687/oj).
(3) Ir-Regolament ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2018/1882 tat-3 ta’ Diċembru 2018 dwar l-applikazzjoni ta’ ċerti regoli għall-prevenzjoni u l-kontroll tal-mard għal kategoriji ta’ mard elenkat u li jistabbilixxi lista ta’ speċijiet u gruppi ta’ speċijiet li jippreżentaw riskju konsiderevoli għat-tixrid ta’ dak il-mard elenkat (ĠU L 308, 4.12.2018, p. 21, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2018/1882/oj).
(4) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/1389 tas-17 ta’ Ġunju 2026 dwar ċerti miżuri interim ta’ emerġenza relatati mal-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar fil-Kroazja (ĠU L, 2026/1389, 18.6.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2026/1389/oj).
(5) https://www.woah.org/en/what-we-do/standards/codes-and-manuals/terrestrial-code-online-access/.
(6) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2025/2663 tat-23 ta’ Diċembru 2025 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza relatati mal-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar fil-Kroazja (ĠU L, 2025/2663, 30.12.2025, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2025/2663/oj).
(7) Id-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) 2026/317 tal-5 ta’ Frar 2026 li temenda d-Deċiżjoni ta’ Implimentazzjoni (UE) 2025/2663 dwar ċerti miżuri ta’ emerġenza relatati mal-infezzjoni bil-virus tal-pesta tar-ruminanti żgħar fil-Kroazja (ĠU L, 2026/317, 10.2.2026, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2026/317/oj).
ANNESS I
Parti A: żoni stabbiliti fil-livell tal-unjoni bħala żoni ristretti, li jinkludu żoni ta’ protezzjoni u ta’ sorveljanza fil-Kroazja
|
Numru ta’ referenza tal-ADIS għat-tifqigħa |
Żona li tinkludi: |
Data sa meta applikabbli |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
HR-PPR-2026-00004 HR-PPR-2026-00005 HR-PPR-2026-00006 HR-PPR-2026-00007 HR-PPR-2026-00008 HR-PPR-2026-00009 HR-PPR-2026-000010 HR-PPR-2026-000011 HR-PPR-2026-000012 HR-PPR-2026-000013 |
Protection zone includes areas of:
|
18.8.2026 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
HR-PPR-2026-00004 HR-PPR-2026-00005 HR-PPR-2026-00006 HR-PPR-2026-00007 HR-PPR-2026-00008 HR-PPR-2026-00009 HR-PPR-2026-000010 HR-PPR-2026-000011 HR-PPR-2026-000012 HR-PPR-2026-000013 |
Surveillance zone includes areas of:
|
5.9.2026 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
HR-PPR-2026-00004 HR-PPR-2026-00005 HR-PPR-2026-00006 HR-PPR-2026-00007 HR-PPR-2026-00008 HR-PPR-2026-00009 HR-PPR-2026-000010 HR-PPR-2026-000011 HR-PPR-2026-000012 HR-PPR-2026-000013 |
Surveillance zone includes areas of:
|
19.8.2026-5.9.2026 |
Parti B: Żoni stabbiliti bħala żoni ristretti ulterjuri fil-livell tal-Unjoni fil-Kroazja
|
Pajjiż |
Żona amministrattiva |
Żoni stabbiliti bħala żona ristretta ulterjuri, kif imsemmi fl-Artikolu 1 |
Data sa meta applikabbli |
|
Il-Kroazja |
Bjelovarsko – bilogorska županiji |
The entire territory of Bjelovarsko – bilogorska županija excluding the areas contained in any protection or surveillance zone. |
5.9.2026 |
|
Požeško – slavonska županija |
The entire territory of Požeško – slavonska županija excluding the areas contained in any protection or surveillance zone. |
5.9.2026 |
|
|
Virovitičko- podravska županija |
The entire territory of Virovitičko- podravska županija excluding the areas contained in any protection or surveillance zone. |
5.9.2026 |
|
|
Zagrebačkoj županija |
The entire territory of Zagrebačka županija excluding the areas contained in any protection or surveillance zone. |
5.9.2026 |
|
|
Koprivničko- križevačkoj županija |
The entire territory of Koprivničko- križevačka županija excluding the areas contained in any protection or surveillance zone. |
5.9.2026 |
|
|
Sisačko – moslavačkoj županija |
The entire territory of Sisačko – moslavačka županija excluding the areas contained in any protection or surveillance zone. |
5.9.2026 |
ANNESS II
|
Pajjiż |
Żona amministrattiva |
Żoni msemmijin fl-Artikolu 2 |
Data sa meta applikabbli |
|
Il-Kroazja |
Bjelovarsko – bilogorska županiji |
The entire territory of Bjelovarsko – bilogorska županija. |
6.9.2026-5.10.2026 |
|
Požeško – slavonska županija |
The entire territory of Požeško – slavonska županija. |
6.9.2026-5.10.2026 |
|
|
Virovitičko- podravska županija |
The entire territory of Virovitičko- podravska. |
6.9.2026-5.10.2026 |
|
|
Zagrebačkoj županija |
The entire territory of Zagrebačka županija. |
6.9.2026-5.10.2026 |
|
|
Koprivničko- križevačkoj županija |
The entire territory of Koprivničko- križevačka županija. |
6.9.2026-5.10.2026 |
|
|
Sisačko – moslavačkoj županija |
The entire territory of Sisačko – moslavačka županija. |
6.9.2026-5.10.2026 |
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec_impl/2026/1706/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)