European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje L


2025/2539

12.12.2025

DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2025/2539

tal-11 ta’ Diċembru 2025

li temenda d-Deċiżjoni (PESK) 2022/2269 dwar l-appoġġ tal-Unjoni għall-implimentazzjoni ta’ proġett “Promozzjoni tal-Innovazzjoni Responsabbli fl-Intelliġenza Artifiċjali għall-Paċi u s-Sigurtà”

IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 28(1) u l-Artikolu 31(1) tiegħu,

Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,

Billi:

(1)

Fit-18 ta’ Novembru 2022, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/2269 (1), li tikkonċerna l-appoġġ tal-Unjoni għall-implimentazzjoni tal-proġett “Promozzjoni tal-Innovazzjoni Responsabbli fl-Intelliġenza Artifiċjali għall-Paċi u s-Sigurtà” (il-“proġett”).

(2)

Fis-17 ta’ Ottubru 2025, l-aġenzija ta’ implimentazzjoni għall-proġett, l-Uffiċċju tan-Nazzjonijiet Uniti għall-Affarijiet ta’ Diżarm (UNODA), talbet estensjoni mingħajr spejjeż tal-proġett sal-31 ta’ Marzu 2026.

(3)

L-estensjoni ġiet mitluba minħabba sfidi sostanzjali fl-iżgurar tad-diversità xierqa fl-implimentazzjoni tal-proġett, ikkawżati, fost l-oħrajn, minn żieda fid-diffikultajiet fl-iżgurar tal-viżi għall-parteċipanti min-Nofsinhar Globali.

(4)

L-estensjoni ser tippermetti lill-UNODA jiffinalizza l-objettivi u l-attivitajiet tal-proġett, inkluż it-tisħiħ tal-attivitajiet tal-proġett u l-estensjoni tagħhom għal reġjun fin-Nofsinhar Globali, fost l-oħrajn permezz ta’ attività ta’ disseminazzjoni u tisħiħ tal-kapaċitajiet immirata lejn il-komunitajiet ċivili tal-IA u tal-politika fin-Nofsinhar Globali, li għandha titwettaq f’reġjun rilevanti,

ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:

Artikolu 1

Fl-Artikolu 5, it-tieni paragrafu, tad-Deċiżjoni (PESK) 2022/2269, l-ewwel sentenza hija sostitwita b’dan li ġej:

“Hija se tiskadi 39 xahar wara l-konklużjoni tal-ftehim ta’ kontribuzzjoni msemmi fl-Artikolu 3(3).”.

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.

Magħmul fi Brussell, il-11 ta’ Diċembru 2025.

Għall-Kunsill

Il-President

J. JENSEN


(1)  Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2269 tat-18 ta’ Novembru 2022 dwar l-appoġġ tal-Unjoni għall-implimentazzjoni ta’ proġett “Promozzjoni tal-Innovazzjoni Responsabbli fl-Intelliġenza Artifiċjali għall-Paċi u s-Sigurtà” (ĠU L 300, 21.11.2022, p. 11, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2022/2269/oj).


ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2025/2539/oj

ISSN 1977-074X (electronic edition)