|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2025/1403 |
17.7.2025 |
REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) 2025/1403
tas-16 ta’ Lulju 2025
dwar l-awtorizzazzjoni taż-żejt essenzjali tas-salvja Spanjola minn Salvia officinalis ssp. lavandulifolia (Vahl) Gams u taż-żejt essenzjali tal-ispika minn Lavandula angustifolia Mill. bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali
(Test b’rilevanza għaż-ŻEE)
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u l-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 9(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 jipprevedi l-awtorizzazzjoni ta’ addittivi għall-użu fin-nutrizzjoni tal-annimali u r-raġunijiet u l-proċeduri għall-għoti ta’ tali awtorizzazzjoni. L-Artikolu 10(2) ta’ dak ir-Regolament jipprevedi l-evalwazzjoni mill-ġdid tal-addittivi awtorizzati skont id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE (2). |
|
(2) |
Is-sustanzi żejt essenzjali tas-salvja Spanjola minn Salvia officinalis ssp. lavandulifolia (Vahl) Gams u żejt essenzjali tal-ispika minn Lavandula angustifolia Mill. ġew awtorizzati mingħajr limitu ta’ żmien f’konformità mad-Direttiva 70/524/KEE bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali. Dawk is-sustanzi wara ddaħħlu fir-Reġistru tal-Addittivi tal-Għalf bħala prodott eżistenti, f’konformità mal-Artikolu 10(1), il-punt (b), tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(3) |
F’konformità mal-Artikolu 10(2) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, flimkien mal-Artikolu 7 tiegħu, tressqet applikazzjoni għall-awtorizzazzjoni taż-żejt essenzjali tas-salvja Spanjola minn Salvia officinalis ssp. lavandulifolia (Vahl) Gams u ż-żejt essenzjali tal-ispika minn Lavandula angustifolia Mill. bħala addittivi tal-għalf għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, li talbet li l-addittivi jiġu kklassifikati fil-kategorija tal-addittivi “addittivi sensorji” u fil-grupp funzjonali “komposti tat-togħma”. L-applikazzjoni kienet akkumpanjata mid-dettalji u d-dokumenti meħtieġa skont l-Artikolu 7(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(4) |
L-applikant talab li s-sustanzi kkonċernati jiġu awtorizzati wkoll għall-użu fl-ilma għax-xorb. Madankollu, ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 ma jippermettix l-awtorizzazzjoni ta’ “komposti tat-togħma” għall-użu fl-ilma għax-xorb. Għalhekk, jenħtieġ li l-użu ta’ dawn l-addittivi fl-ilma għax-xorb ma jiġix permess. |
|
(5) |
Fl-opinjonijiet tagħha tas-17 ta’ Settembru 2024 (3) , (4) l-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel (“l-Awtorità”) ikkonkludiet li ż-żejt essenzjali tas-salvja minn Salvia officinalis ssp. lavandulifolia (Vahl) Gams huwa sikur sal-livell ta’ użu ta’ 14 mg/kg ta’ għalf komplet għall-ispeċijiet kollha tal-annimali, u dak iż-żejt essenzjali tal-lavanda mil-Lavandula angustifolia Mill. huma sikuri f’ċerti konċentrazzjonijiet massimi speċifikati ulterjorment għal kull speċi. Sabet ukoll li l-użu taż-żejt essenzjali tas-salvja Spanjola minn Salvia officinalis ssp. lavandulifolia (Vahl) Gams u ż-żejt essenzjali tal-ispika minn Lavandula angustifolia Mill. fil-kundizzjonijiet tal-użu proposti huwa sikur għall-konsumaturi u għall-ambjent. L-Awtorità kkonkludiet li ż-żejt essenzjali tas-salvja Spanjola minn Salvia officinalis ssp. lavandulifolia (Vahl) Gams u taż-żejt essenzjali tal-ispika minn Lavandula angustifolia Mill. jenħtieġ li jitqies bħala irritanti għall-ġilda u għall-għajnejn, u bħala sensitizzaturi tal-ġilda u respiratorji. L-Awtorità kkonkludiet ukoll li peress li ż-żejt tal-weraq ta’ Salvia officinalis ssp. lavandulifolia (Vahl) Gams u ż-żejt tal-inwar ta’ Lavandula angustifolia Mill huma rikonoxxuti li jagħtu t-togħma lill-ikel u l-funzjoni tagħhom fl-għalf tkun essenzjalment l-istess bħal dik fl-ikel, ma titqies meħtieġa l-ebda dimostrazzjoni ulterjuri tal-effikaċja. Hija vverifikat ukoll ir-rapport dwar il-metodu ta’ analiżi tal-addittivi fl-għalf imressaq mil-Laboratorju ta’ Referenza stabbilit bir-Regolament (KE) Nru 1831/2003. |
|
(6) |
Fid-dawl ta’ dan ta’ hawn fuq, il-Kummissjoni tqis li ż-żejt essenzjali tas-salvja minn Salvia officinalis ssp. lavandulifolia (Vahl) Gams u ż-żejt essenzjali tal-ispika minn Lavandula angustifolia Mill. jissodisfaw l-kundizzjonijiet previsti fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003. Għaldaqstant, jenħtieġ li jiġi awtorizzat l-użu ta’ dawk is-sustanzi kif speċifikat fl-Anness ta’ dan ir-Regolament. Barra minn hekk, il-Kummissjoni hija tal-fehma li jenħtieġ li jittieħdu miżuri protettivi xierqa biex jiġu evitati effetti avversi fuq saħħet l-utenti tal-addittivi. |
|
(7) |
Il-Kummissjoni tqis li r-raġunijiet ta’ sikurezza ma jirrikjedux l-istabbiliment ta’ livelli massimi għaż-żejt essenzjali tas-salvja Spanjol minn Salvia officinalis ssp. lavandulifolia (Vahl) Gams u żejt essenzjali tal-ispika minn Lavandula angustifolia Mill. Biex ikun jista’ jkun hemm kontroll aħjar, jenħtieġ li l-kontenut massimu rakkomandat jiġi indikat fuq it-tikketta tal-addittivi tal-għalf. Meta jinqabeż il-kontenut massimu rrakkomandat, jenħtieġ li ċerta informazzjoni tiġi indikata fuq it-tikketta tal-premixxeli kkonċernati. |
|
(8) |
Peress li m’hemmx raġunijiet ta’ sikurezza li jirrikjedu l-applikazzjoni immedjata tal-modifiki tal-kundizzjonijiet tal-awtorizzazzjoni għas-sustanzi kkonċernati, jixraq li jiġi previst perjodu ta’ tranżizzjoni biex il-partijiet interessati jħejju ruħhom ħalli jissodisfaw ir-rekwiżiti l-ġodda li jirriżultaw mill-awtorizzazzjoni. |
|
(9) |
Il-miżuri previsti f’dan ir-Regolament huma f’konformità mal-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Pjanti, l-Annimali, l-Ikel u l-Għalf, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
Awtorizzazzjoni
Is-sustanzi speċifikati fl-Anness, li jaqgħu taħt il-kategorija tal-addittivi “addittivi sensorjali” u l-grupp funzjonali “komposti tat-togħma”, huma awtorizzati bħala addittivi tal-għalf fin-nutrizzjoni tal-annimali soġġett għall-kundizzjonijiet stabbiliti f’dak l-Anness.
Artikolu 2
Miżuri tranżizzjonali
1. L-addittivi tal-għalf żejt essenzjali tas-salvja Spanjola minn Salvia officinalis ssp. lavandulifolia (Vahl) Gams, kif awtorizzat skont id-Direttiva 70/524/KEE u l-premixxeli li fihom dawn l-addittiv, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel is-6 ta’ Frar 2026 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel is-6 ta’ Awwissu 2025 jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet eżistenti.
2. L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom l-addittivi tal-għalf imsemmi fil-paragrafu 1, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel is-6 ta’ Awwissu 2026 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel is-6 ta’ Awwissu 2025 jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet ikkonċernati jekk ikunu maħsubin għall-annimali li jipproduċu l-ikel.
3. L-għalf kompost u l-materjali tal-għalf li fihom l-addittivi tal-għalf imsemmi fil-paragrafu 1, li jiġu prodotti u ttikkettati qabel is-6 ta’ Awwissu 2027 f’konformità mar-regoli applikabbli qabel is-6 ta’ Awwissu 2025 jistgħu jibqgħu jiġu introdotti fis-suq u jintużaw sakemm jispiċċaw l-istokkijiet ikkonċernati jekk ikunu maħsubin għall-annimali li ma jipproduċux l-ikel.
Artikolu 3
Dħul fis-seħħ
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Lulju 2025.
Għall-Kummissjoni
Il-President
Ursula VON DER LEYEN
(1) ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29, ELI: http://data.europa.eu/eli/reg/2003/1831/oj.
(2) Id-Direttiva tal-Kunsill 70/524/KEE tat-23 ta’ Novembru 1970 li tirrigwarda addittivi f’għalf għall-bhejjem (ĠU L 270, 14.12.1970, p. 1, ELI: http://data.europa.eu/eli/dir/1970/524/oj).
(3) EFSA Journal 2024; 22(10), e9015, https://doi.org/10.2903/j.efsa.2024.9015.
(4) EFSA Journal 2024; 22(10), e9017, https://doi.org/10.2903/j.efsa.2024.9017.
ANNESS
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal- addittiv tal-għalf |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija ta’ annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||||||||
|
mg ta’ addittiv għal kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||||||||||||||||||||||
|
Kategorija: Addittivi sensorjali. Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti |
||||||||||||||||||||||||||||||
|
2b413-eo |
Żejt essenzjali tas-salvja Spanjola |
Kompożizzjoni tal-addittiv Żejt essenzjali mill-weraq tas-Salvia officinalis ssp. lavandulifolia (Vahl) Gams (sinonimu: S. lavandulifolia Vahl.) Forma likwida Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Żejt essenzjali tas-salvja Spanjola: Żejt essenzjali kif definit mill-Kunsill tal-Ewropa (KtE) (1), miksub mill-weraq ta’ Salvia officinalis ssp. lavandulifolia (Vahl) Gams permezz tad-distillazzjoni bil-fwar u l-kondensazzjoni ulterjuri ta’ kostitwenti volatili u s-separazzjoni mill-fażi milwiema permezz tad-dikantazzjoni. Numru CAS: 8016-65-7 Numru EINECS: 290-272-9 Numru FEMA: 3003 Numru CoE: 413 Speċifikazzjonijiet:
Metodu analitiku (2) Għad-determinazzjoni ta’ 1,8-ċineoleand tal-ganfra (markatur fitokimiku) fl-addittiv tal-għalf:
|
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
— |
— |
— |
|
Is-6 ta’ Awwissu 2035 |
||||||||||||||||||||||
|
Numru ta’ identifikazzjoni tal- addittiv tal-għalf |
Addittiv |
Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku |
Speċi jew kategorija ta’ annimal |
Età massima |
Kontenut minimu |
Kontenut massimu |
Dispożizzjonijiet oħrajn |
Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
mg ta’ addittiv għal kull kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ ndewwa ta’ 12 % |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
Kategorija: Addittivi sensorjali. Grupp funzjonali: Komposti aromatizzanti |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
|
2b257-eo |
Żejt essenzjali tal-lavanda |
Kompożizzjoni tal-addittiv Żejt essenzjali mill-inwar frisk ta’ Lavandula angustifolia Mill. Forma likwida Karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva Żejt essenzjali tal-ispika: Żejt essenzjali kif definit mill-Kunsill tal-Ewropa (3), miksub mill-inwar frisk ta’ Lavandula angustifolia Mill. permezz tad-distillazzjoni bil-fwar u l-kondensazzjoni ulterjuri tal-kostitwenti volatili u s-separazzjoni mill-fażi milwiema permezz tad-dikantazzjoni. Numru CAS: 8000–28–0 Numru EINECS: 289-995-2 Numru FEMA: 2622 Numru CoE: 257 Speċifikazzjonijiet
Metodu analitiku (4) Għad-determinazzjoni tal-aċetat tal-linalil u tal-linalol (markaturi fitokimiċi) fl-addittiv tal-għalf:
|
L-ispeċijiet kollha tal-annimali |
- |
- |
- |
|
Is-6 ta’ Awwissu 2035 |
||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||||
(1) Natural sources of flavourings – Report No 2 (2007).
(2) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en.
(3) Natural sources of flavourings – Report No 2 (2007).
(4) Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz tal-Laboratorju ta’ Referenza li ġej: https://joint-research-centre.ec.europa.eu/eurl-fa-eurl-feed-additives/eurl-fa-authorisation/eurl-fa-evaluation-reports_en.
ELI: http://data.europa.eu/eli/reg_impl/2025/1403/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)