31998D0704



Official Journal L 335 , 10/12/1998 P. 0061 - 0065


Id-Deċiżjoni tal-Kunsill

tat-22 ta' Ġunju 1998

dwar l-estensjoni tal-perjodu ta' żmiem tal-Ftehim fost il-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, il-Ġappun, il-Gvern tal-Federazzjoni Russa u l-Gvern ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika dwar koperazzjoni f'attivitajiet tad-disinn ta' l-inġinerija (EDA) għar-reattur esperimentali internazzjonali termonukleari (ITER)

(98/704/Euratom)

IL-KUNSILL TA' L-UNJONI EWROPEA

Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, u b'mod partikolari t-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 101 tiegħu,

Wara li kkunsidra l-abbozz tad-deċiżjoni mibgħuta mill-Kummissjoni,

Billi l-Kummissjoni wettqet, skond id-Direttivi tal-Kunsill tat-8 ta' April 1998, negozjati dwar l-estensjoni tal-Ftehim fost il-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, il-Gvern tal-Ġappun, il-Gvern tal-Federazzjoni Russa u l-Gvern ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika dwar koperazzjoni f'attivitajiet tad-disinn ta' l-inġinerija (EDA) għar-reattur esperimentali internazzjonali termonukleari (ITER) ("il-Ftehim ITER EDA");

Billi l-estensjoni għall-perjodu ta' żmien ta' l-ITER EDA għandha tiġi approvata,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu Waħdieni

L-estensjoni mill-Kummissjoni, għal u għan-nom tal-Komunità, tal-perjodu ta' żmien tal-Ftehim fost il-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, il-Gvern tal-Ġappun, il-Gvern tal-Federazzjoni Russa u l-Gvern ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika dwar koperazzjoni fl-attivitajiet tad-disinn ta' l-inġinerija għar-reattur esperimentali internazzjonali termonukleari hija b'dan approvata.

It-test ta' l-Emenda li testendi l-Ftehim ITER EDA huwa anness ma’ din id-Deċiżjoni flimkien mat-test tal-Qbil għall-estensjoni tal-perjodu ta' żmien tal-Ftehim ITER EDA.

Magħmul fil-Lussemburgu, fit-22 ta' Ġunju 1998.

Għall-Kunsill

Il-President

J. Battle

--------------------------------------------------

ANNESS

Emenda Li Testendi L-Ftehim ITER EDA

Emenda li testendi l-Ftehim ITER EDA fost il-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika, il-Gvern tal-Ġappun, il-Gvern tal-Federazzjoni Russa u l-Gvern ta' l-Istati Uniti dwar koperazzjoni fl-attivitajiet tad-disinn ta' inġinerija għar-reattur esperimentali internazzjonali termonukleari

IL-KOMUNITÀ EWROPEA DWAR L-ENERĠIJA ATOMIKA, IL-GVERN TAL-ĠAPPUN, IL-GVERN TAL-FEDERAZZJONI RUSSA U L-GVERN TA' L-ISTATI UNITI TA' L-AMERIKA ("il-partijiet"),

WARA LI KKUNSIDRAW il-Ftehim fost il-Partijiet dwar Koperazzjoni fl-Attivitajiet tad-Disinn ta' Inġinerija (EDA) għar-Reattur Esperimentali Internazzjonali Termonukleari (ITER), konkluż fil-21 ta' Lulju 1992 ("il-Ftehim"), u l-Protokoll 2 għall-Ftehim konkluż fil-21 ta' Marzu 1994,

WARA li nnutaw il-progress miksub u l-proposti magħmula fuq attitudnijiet għall-implimentazzjoni konġunta li għandha titkompla, kollha fi ħdan il-qafas tal-Ftehim,

WAQT LI JIXTIEQU li jkomplu x-xogħol fil qafas tal-Ftehim biex ikunu permessi deċiżjonijiet futuri dwar il-kostruzzjoni u l-operazzjoni ta' l-ITER skond l-Artikolu 1 tal-Ftehim, u

WAQT LI JAĠIXXU skond l-Artikoli 22 u 25(2) tal-Ftehim,

FTIEHMU LI jemendaw il-Ftehim kif ġej:

Issostitwixxi l-kliem "sitt snin" fl-Artikolu 25(1) bil-kliem "disa’ snin".

Din l-Emenda għandha tidħol fis-seħħ ma’ l-iffirmar tal-Partijiet.

| Date |

+++++ TIFF +++++

Għall-Komunità Europea għall-Enerġija Atomika | 30 ta' Ġunju 1998 |

+++++ TIFF +++++

Għall-Gvern tal-Ġappun | 14 ta' Lulju 1998 |

+++++ TIFF +++++

Għall-Gvern tal-Federazzjoni Russa | Data 16 ta' Ġunju 1998 |

Għall-Gvern ta' l-Istati Uniti ta' l-Amerika | |

Qbil għall-estensjoni tal-perjodu ta' żmien tal-Ftehim ITER EDA

I. KAMP TA' L-APPLIKAZZJONI TA' L-ATTIVITAJIET KONĠUNTI TEKNIĊI

(1) Attivitajiet speċifiċi fuq sit/i-:

- adattazzjonijiet tad-disinn speċifiċi għal siti u l-istima tan-nefqa tagħhom,

- analiżi tas-sigurezza u sostenn tekniku għall-preparazzjoni għall-applikazzjonijiet tal-liċenzja

(2) Disinn, inklużi għażliet aktar wiesgħa u l-istima tan-nefqa tagħhom, l-ittestjar tal-prototip u l-R& D, inklużi studji tal-fiżika.

(3) Preparazzjoni ta' dokumentazzjoni għall-ksib fil-futur li jinkorpora r-riżultati tal-partiti (1) u (2) innutati hawn fuq.

II. ATTIVITAJIET OĦRA LI JIPPERMETTU

Il-Partijiet għandhom ukoll:

(1) jiżviluppaw proposti u l-informazzjoni kollha meħtieġa ta' sostenn għar-realizzazzjoni kompleta ta' l-ITER inkluż abbozz ta' ftehim għall-kostruzzjoni u l-operazzjoni u abbozz assoċjat ta' arranġamenti ta' implimentazzjoni, kif ukoll informazzjoni dwar l-impatt possibbli ta' kunċetti aktar wiesa’ dwar il-mixja ta' l-iżvilupp lejn enerġija ta' fużjoni;

(2) jadattaw l-istrutturi u modi ta' operazzjoni tal-JCT/HT bil-ħsieb li jillanċjaw bidu effiċjenti ta' kostruzzjoni futura, jekk u meta hekk jiddeċiedu;

(3) lejn it-tmiem tat-tieni sena, jirrevedu konġuntement l-attivitajiet tekniċi konġunti fil-punt I hawn fuq, per eżempu, oreparazzjonijiet ta' liċenzjar, estimi tan-nefqa, evoluzzjoni ta' l-organizzazzjoni, preparazzjonijiet ta' kostruzzjoni u sitwazzjonijiet domestiċi u, wara dan jippreparaw stima konġunta għall-użu minn kull Parti.

III. SOSTENN TAL-PARTIJIET GĦALL-ATTIVITAJIET KONĠUNTI

(1) Attivitajiet speċifiċi fuq is-sit/i

Kull Parti għandu jkollha interess u involviment fix-xogħol li għandu jkun ibbażat fuq il-karatteristiċi kollha provduti tas-sit. Ix-xogħol, għalhekk, għandu jitwettaq konġuntement u hekk amministrat taħt ir-responsabbiltà tad-Direttur ITER fi ħdan il-qafas EDA bl-eċċezzjoni tal-preparazzjoni minn kelliema tal-lokal tad-dokumenti meħtieġa fil-lingwa u l-formati tal-Parti/pajjiż li jospita.

Il-Partijiet interessati għandhom:

- jipprovdu sa l-14-il laqgħa tal-Kunsill ta' l-ITER (IC-14 ta' Lulju 1998) karatteristiċi tas-sit skond il-ħtiġiet tas-sit u d-dokument ta' l-assunzjonijiet tad-disinn tas-sit,

- jippermettu fuq bażi f'waqtu djalogu informali ma’ regolaturi għall-għan tal-preparazzjoni ta' applikazzjonijiet għal-liċenzi biex jinbena u jitħaddem l-ITER.

Id-Direttur u l-mexxejja tal-grupp li jospita (HT) għandhom jibdew konsultazzjoni informali sabiex, fid-dawl tal-karatteristiċi tas-sit ipprovduti mill-Partijiet interessati, il-kompiti tal-punt I(1) ikunu jistgħu jidhru fil-programm tax-xogħol li għandu jintbagħat lill-IC-14 permezz tal-laqgħa tal-Kumitat xieraq ta' Ġestjoni ta' Konsulenza (MAC).

L-adattazzjonijiet tad-disinn għandhom jitwettqu b'enfasi debitu fuq il-kontroll tan-nefqa stmata tal-proġett.

(2) Sostenn ġenerali

Il-Partijiet għandhom:

- iżommu l-grupp konġunt ċentrali (JCT) u jwettqu l-kompiti assenjati,

- jipprovdu kontribuzzjoni volontarja fiż-żoni varji, inkluża l-konsolidazzjoni tal-bażi xjentifika għall-attivitajiet fil-punt I(2), per eżempju, billi jittieħed vantaġġ ta' l-arranġamenti eżistenti volontarji,

- ikomplu jipprovdu siti konġunti tax-xogħol (JWS) u jsostnu interkonessjoni mtejba.

(3) Riżorsi stmati

Ir-riżorsi stmati għall-iskop tax-xogħol maħsub innotati fil-punt I ('l hinn minn dawk ġa kommessi pernezz tal-patti ta' Ftehim tal-Kompiti) mill-proposti tad-Ditretturi kif sostnuti mill-Kunsill ITER (IC-12-il rekord tad-deċiżjonijiet 6.1.1, id-9 anness) huma li ġejjin:

— Persunal JCT | bejn wieħed u ieħor 396 ppy |

Sforz tad-disinn HT | bejn wieħed u ieħor 370 ppy |

— Sostenn CAD | 1 għal kull 4 disinjaturi |

— Fond konġunt | bejn wieħed u ieħor 2,5 miljun USD fis-sena |

— Teknoloġija R&D | bejn wieħed u ieħor 175kIUA (kontijiet ta' unità ITER). |

Kull Parti għandha tagħmel l-aħjar sforzi tagħha biex tipprovdi s-sehem tagħha tar-riżorsi (L-Artikoli 12 u 14 tal-Ftehim) fit-twettiq ta' l-obbligi tagħha skond l-Artikolu 17(1) tal-Ftehim.

IV. ARRANĠAMENTI FIS-SEĦĦ

(1) Dawn il-patti ta' Qbil għandhom ikunu fis-seħħ matul il-perjodu estiż flimkien mas-settijiet ta' patti ta' qbil ta' qabel, milħuqa fiż-żminijiet ta' l-iffirmar tal-Ftehim u l-Protokoll 2, sakemm mhux mod ieħor stabbiliti bil-miktub mill-Partijiet.

(2) L-arranġamenti kurrenti li jinvolvu pajjiżi oħra skond l-Artikolu 19 tal-Ftehim għandhom ikomplu jibqgħu fis-seħħ.

(3) L-IAEA għandu jkompli jipprovdi faċilitazzjonijiet u assistenza skond l-Artikolu 20 tal-Ftehim.

V. PATT TA' QBIL TA' KONKLUŻJONI

Il-Partijiet għandhom iwettqu l-attivitajiet konġunti bil-ħsieb ġenerali li jassiguraw bidu effiċjenti għall-kostruzzjoni possibbli, futura, u jagħrfu l-importanza f'dan ir-rigward ta' l-insegwiment ta' sforzi preparatorji fl-oqsma kollha relevanti.

--------------------------------------------------