Official Journal L 077 , 31/03/1993 P. 0014 - 0014
Finnish special edition: Chapter 3 Volume 48 P. 0270
Swedish special edition: Chapter 3 Volume 48 P. 0270
Ir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 746/93 tas-17 ta’ Marzu 1993 dwar l-għoti ta’ għajnuna biex tinkoraġġixxi l-formazzjoni u tiffaċilita l-operazzjoni ta’ organizzazzjonijiet tal-produtturi kif previst fir-Regolamenti (KEE) Nru 1035/72 u (KEE) Nru 1360/78 fil-Portugall IL-KUNSILL TAL-KOMUNITAJIET EWROPEJ, Wara li kkunsidra t-Trattat li jistabbilixxi l-Komunità Ekonomika Ewropea, u partikolarment l-Artikoli 42 u 43 tiegħu, Wara li kkunsidra l-proposta tal-Kummissjoni, Wara li kkunsidra l-opinjoni tal-Parlament Ewropew [1], Billi l-kisba ta’ Suq Waħdani teħtieġ it-tneħħija ta’ l-ostakoli kollha għall-kummerċ mhux biss bejn l-Istati Membri tal-Komunità kif kostitwiti mill-31 ta’ Diċembru 1985 iżda wkoll, sa fejn l-aktar possibbli, bejn dawk l-Istati Membru u Spanja u l-Portugall; billi bħala konsegwenza din tinvolvi t-tneħħija minn qabel ta’ numru kbir ta’ mekkaniżmi li jipproteġu s-suq Spanjol u Portugiż fuq bażi temporanja; Billi, minħabba s-sitwazzjoni, id-dewmien partikolari osservat fil-Portugall biex jiġu stabbiliti l-organizzazzjonijiet tal-produtturi jagħmel xieraq li jkunu nfurzati miżuri li jinkoraġġixxu l-formazzjoni tagħhom u jiffaċilitaw l-operazzjoni tagħhom kif previst fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1035/72 tat-18 ta’ Mejju 1972 dwar l-organizzazzjoni komuni tas-suq tal-frott u l-ħxejjex [2] u fir-Regolament tal-Kunsill (KEE) Nru 1360/78 tad-19 ta’ Ġunju 1978 dwar il-gruppi tal-produtturi u l-assoċjazzjonijiet tagħhom [3]; billi din l-intensifikazzjoni ta’ miżuri x’aktarx, minn naħa waħda, tiffaċilita sforzi għall-organizzazzjoni ta’ l-agrikoltura Portugiża biex jilqgħu għall-kompetizzjoni akbar minn Stati Membri oħra u, min-naħa l-oħra, tiffaċilita, fil-Portugall, l-eżerċizzju tad-dmirijiet allokati mill-politika agrikola komuni lill-organizzazzjonijiet tal-produtturi, ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT: Artikolu 1 Għajnuna maħsuba biex tinkoraġġixxi l-istabbiliment u li tiffaċilita l-funzjoni ta’ l-organizzazzjonijiet tal-produtturi prevista fl-Artikolu 13 tar-Regolament (KEE) Nru 1035/72 dwar il-gruppi tal-produtturi u l-assoċjazzjonijiet tagħhom previsti fir-Regolament (KEE) Nru 1360/78 tingħata lill-Portugall skond id-dispożizzjonijiet speċifiċi li ġejjin: (a) il-perċentwali preskritti fir-Regolament (KEE) Nru 1035/72, l-Artikolu 14(1), l-ewwel inċiż, u (KEE) Nru 1360/78, l-Artikolu 10(a)(2) l-ewwel inċiż għandhom jiżdiedu għal: 10, 10, 8, 6 u 4 %; (b) il-perċentwali preskritti fir-Regolament (KEE) Nru 1360/78, l-Artikolu 10(3)(a) għandhom jiżdiedu għal 100, 80 u 40 %; (ċ) l-ammont globali preskritt fl-Artikolu 10(3)(b) tar-Regolament (KEE) Nru 1360/78 għandu jiżdied għal 120000 ECU. Artikolu 2 Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ ġurnata wara l-pubblikazzjoni tiegħu fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej. Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha. Magħmul fi Brussel, fis-17 ta’ Marzu 1993. Għall-Kunsill Il-President B. Westh [1] ĠU Ċ 21, 25.1.1993. [2] ĠU L 118, 20.5.1972, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 1754/92 (ĠU L 180, 1.7.1992, p. 3). [3] ĠU L 166, 23.6.1978, p. 1. Ir-Regolament kif l-aħħar emendat bir-Regolament (KEE) Nru 3763/91 (ĠU L 356, 24.12.1991, p. 1). --------------------------------------------------