<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><ORDER xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.ORDER><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>T-19/21</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62021TO0019</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2021:730">EU:T:2021:730</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>10</PAGE.TOTAL><AUTHOR>T</AUTHOR></BIB.ORDER><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Digriet tal‑<DATE ISO="20211014">14.10.2021</DATE> – Kawża T‑19/21</HT></P><P><HT TYPE="SC">Amazon.com <HT TYPE="ITALIC">et</HT> vs Il-Kummissjoni</HT></P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Digriet tal-Qorti Ġenerali</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20211014">14 ta’ Ottubru 2021</DATE><NOTE TYPE="FOOTNOTE" NUMBERING="STAR" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: l‑Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rikors għal annullament</KEYWORD><KEYWORD>Kompetizzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Abbuż minn pożizzjoni dominanti</KEYWORD><KEYWORD>Bejgħ online</KEYWORD><KEYWORD>Deċiżjoni dwar il-ftuħ ta’ investigazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Kamp ta’ applikazzjoni territorjali tal-investigazzjoni</KEYWORD><KEYWORD>Esklużjoni tal-Italja</KEYWORD><KEYWORD>Att li ma jistax jiġi kkontestat</KEYWORD><KEYWORD>Att preparatorju</KEYWORD><KEYWORD>Inammissibbiltà</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><ORDER.INIT><P>Fil-Kawża T‑19/21,</P></ORDER.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">Amazon.com, Inc</HT>., stabbilita f’Wilmington, Delaware (l-Istati Uniti),</P><P><HT TYPE="BOLD">Amazon Services Europe Sàrl</HT>, stabbilita fil-Lussemburgu (il-Lussemburgu),</P><P><HT TYPE="BOLD">Amazon EU Sàrl</HT>, stabbilita fil-Lussemburgu,</P><P><HT TYPE="BOLD">Amazon Europe Core Sàrl</HT>, stabbilita fil-Lussemburgu,</P><P>irrappreżentati minn A. Komninos u G. Tantulli, avukati,</P><PARTY.STATUS>rikorrenti,</PARTY.STATUS></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Il-Kummissjoni Ewropea</HT>, irrappreżentata minn B. Ernst, T. Franchoo, G. Meessen u C. Sjödin, bħala aġenti,</P><PARTY.STATUS>konvenuta,</PARTY.STATUS></DEFENDANTS></PARTIES><P>li għandha bħala suġġett talba bbażata fuq l-Artikolu 263 TFUE u intiża għall‑annullament parzjali tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni C(2020) 7692 final tal‑<DATE ISO="20201110">10 ta’ Novembru 2020</DATE>, dwar il-ftuħ ta’ proċedura skont l-Artikolu 102 TFUE fil-Każ AT.40703 Amazon – Buy Box,</P><PREAMBLE.GEN><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI ĠENERALI (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn H. Kanninen, President, M. Jaeger u N. Półtorak (Relatur), Imħallfin,</P><P>Reġistratur: E. Coulon,</P></PREAMBLE.INIT><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE.GEN><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.ORDER><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Digriet</HT></P></TI></TITLE></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-fatti li wasslu għall-kawża</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti, Amazon.com, Inc., Amazon Services Europe Sàrl, Amazon EU Sàrl u Amazon Europe Core Sàrl (iktar ’il quddiem, meħuda flimkien, <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Amazon<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>), jagħmlu parti mill-impriża Amazon. B’mod partikolari, Amazon hija attiva fuq l-internet, u teżerċita b’mod partikolari tranżazzjonijiet ta’ bejgħ bl-imnut online u ta’ provvista ta’ diversi servizzi online.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Fl‑<DATE ISO="20201110">10 ta’ Novembru 2020</DATE>, il-Kummissjoni Ewropea adottat id-Deċiżjoni C(2020) 7692 final, dwar il-ftuħ tal-proċedura fil-Każ AT.40703 Amazon – Buy Box (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>deċiżjoni kkontestata<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>Fil-fehma tal-Kummissjoni, ċerti prattiki kummerċjali ta’ Amazon jistgħu jiffavorixxu artifiċjalment l-offerti ta’ bejgħ bl-imnut tagħha stess u l-offerti tal-bejjiegħa tal-post tas-suq tagħha li jużaw is-servizzi loġistiċi u distributorji ta’ Amazon.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>Il-Kummissjoni qieset li, ġaladarba pprovata, il-prattika inkwistjoni tista’ tkun kuntrarja għall-Artikolu 102 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Fid-deċiżjoni kkontestata, il-Kummissjoni affermat li l-investigazzjoni kienet ser tkopri ż-Żona Ekonomika Ewropea (ŻEE) kollha, bl-eċċezzjoni tal-Italja, li hija ġġustifikat, fl-istqarrija għall-istampa marbuta mal-adozzjoni tal-imsemmija deċiżjoni, bil-fatt li l-awtorità Taljana tal-kompetizzjoni kienet bdiet tinvestiga problemi parzjalment simili f’April 2019, billi kkonċentrat fuq is-suq Taljan.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-proċedura u t-talbiet tal-partijiet</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>Permezz ta’ att ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fid‑<DATE ISO="20210119">19 ta’ Jannar 2021</DATE>, Amazon ippreżentat dan ir-rikors.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Permezz ta’ att separat ippreżentat fid‑<DATE ISO="20210119">19 ta’ Jannar 2021</DATE>, Amazon ressqet talba għall-proċedura mħaffa skont l-Artikolu 152 tar-Regoli tal-Proċedura tal-Qorti Ġenerali. B’deċiżjoni tal‑<DATE ISO="20210211">11 ta’ Frar 2021</DATE>, il-Qorti Ġenerali ddeċidiet li ma tilqax din it-talba.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Permezz ta’ att separat ippreżentat fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fid‑<DATE ISO="20210329">29 ta’ Marzu 2021</DATE>, il-Kummissjoni qajmet eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà skont l-Artikolu 130 tar-Regoli tal-Proċedura. Amazon ippreżentat l-osservazzjonijiet tagħha dwar din l-eċċezzjoni fl‑<DATE ISO="20210514">14 ta’ Mejju 2021</DATE>.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Permezz ta’ atti ppreżentati fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali, fil‑21 u fit‑<DATE ISO="20210422">22 ta’ April 2021</DATE> rispettivament, ir-Repubblika Taljana u l-Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato (l-Awtorità għall-Osservanza tal-Kompetizzjoni u tar-Regoli tas-Suq, l-Italja) talbu li jintervjenu f’din il-kawża insostenn tat-talbiet tal-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>Permezz ta’ atti ppreżentati fir-Reġistru tal-Qorti Ġenerali fil‑<DATE ISO="20210421">21 ta’ April 2021</DATE>, iċ-Chamber of Commerce of the United States of America (il-Kamra tal-Kummerċ tal-Istati Uniti tal-Amerika) u l-Computer &amp; Communications Industry Association talbu li jintervjenu f’din il-kawża insostenn tat-talbiet ta’ Amazon.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="3"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>Fir-rikors tagħha, Amazon titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tannulla parzjalment id-deċiżjoni kkontestata, sa fejn din teskludi lill-Italja mill-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tal-investigazzjoni;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lill-Kummissjoni għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>Fl-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà tagħha, il-Kummissjoni titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha:</TXT><P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>tiċħad ir-rikors bħala inammissibbli;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lil Amazon għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Fl-osservazzjonijiet dwar l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà, Amazon titlob li l-Qorti Ġenerali jogħġobha tiċħad l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Id-dritt</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Insostenn tal-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà, il-Kummissjoni tinvoka tliet motivi ta’ inammissibbiltà bbażati, l-ewwel, fuq l-assenza ta’ att li jista’ jkun is-suġġett ta’ rikors għal annullament skont l-Artikolu 263 TFUE, it-tieni, fuq l-assenza ta’ interess ġuridiku ta’ Amazon u, it-tielet, fuq l-impossibbiltà, għall-Qorti Ġenerali, li tipproċedi bl-annullament parzjali tad-deċiżjoni kkontestata u li tordnalha temenda l-perimetru ġeografiku tal-investigazzjoni li hija fetħet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>Ir-rikorrenti jqisu li ċ-ċirkustanzi partikolari ta’ din il-kawża jikkonferixxu lid‑deċiżjoni kkontestata n-natura ta’ att li jista’ jiġi kkontestat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 130(1) u (7) tar-Regoli tal-Proċedura, jekk il-konvenut jitlob hekk, il-Qorti Ġenerali tista’ tiddeċiedi dwar l-inammissibbiltà jew in-nuqqas ta’ kompetenza mingħajr ma tidħol fil-mertu tal-kawża. F’dan il-każ, peress li l‑Kummissjoni talbet deċiżjoni dwar l-inammissibbiltà, il-Qorti Ġenerali, li tqis li għandha biżżejjed informazzjoni mid-dokumenti fil-proċess, għandha tiddeċiedi li taqta’ l-kawża mingħajr ma tkompli bil-proċedura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Minn ġurisprudenza stabbilita jirriżulta li jitqiesu bħala atti li jistgħu jiġu kkontestati fis-sens tal-Artikolu 263 TFUE, id-dispożizzjonijiet kollha adottati mill-istituzzjonijiet tal-Unjoni Ewropea, indipendentement mill-għamla tagħhom, li għandhom bħala għan li jipproduċi effetti legali vinkolanti. Dawn l-effetti legali vinkolanti għandhom jiġu evalwati fid-dawl tas-sustanza ta’ dan l-att u skont kriterji oġġettivi, bħall-kontenut ta’ dan l-att, billi jittieħdu inkunsiderazzjoni, skont il-każ, il-kuntest tal-adozzjoni ta’ dan tal-aħħar kif ukoll is-setgħat tal-istituzzjoni li tkun l-awtriċi tiegħu (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tat‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20140213">13 ta’ Frar 2014</DATE>, <NAME.CASE>L-Ungerija vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑31/13 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2014:70">EU:C:2014:70</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0054">54</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0055">55</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata, u tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20171025">25 ta’ Ottubru 2017</DATE>, <NAME.CASE>Ir-Rumanija vs Il‑Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑599/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:801">EU:C:2017:801</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0047">47</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>Għaldaqstant, bħala prinċipju, ir-rikors għal annullament jintuża biss fil-konfront ta’ miżura li permezz tagħha l-istituzzjoni kkonċernata tistabbilixxi definittivament, fi tmiem proċedura amministrattiva, il-pożizzjoni tagħha. Kuntrarjament, ma jistgħux jiġu kklassifikati bħala atti li<?PAGE NO="4"?> jistgħu jiġu kkontestati l-atti intermedjarji, li l-għan tagħhom huwa li jippreparaw id-deċiżjoni finali (sentenza tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170119">19 ta’ Jannar 2017</DATE>, <NAME.CASE>Il-Kummissjoni vs Total u Elf Aquitaine</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑351/15 P</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:27">EU:C:2017:27</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>F’dan il-kuntest, għalkemm miżuri ta’ natura purament preparatorja ma jistgħux fihom innifishom ikunu s-suġġett ta’ rikors għal annullament, l-illegalitajiet possibbli li jivvizzjawhom jistgħu jiġu invokati insostenn tar-rikors ippreżentat kontra l-att definittiv li fir-rigward tiegħu huma jkunu stadju ta’ preparazzjoni, li jiggarantixxi protezzjoni ġudizzjarja effettiva u kompleta (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19811111">11 ta’ Novembru 1981</DATE>, <NAME.CASE>IBM vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>60/81</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1981:264">EU:C:1981:264</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0012">12</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>L-effetti u n-natura ġuridika tad-deċiżjoni kkontestata, adottata skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 773/2004 tas‑<DATE ISO="20040407">7 ta’ April 2004</DATE> dwar it-tmexxija ta’ proċeduri mill-Kummissjoni skond l-Artikolu [101 u 102 TFUE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 3, p. 81), kif emendat mir-Regolament tal-Kummissjoni (UE) 2015/1348 tat‑<DATE ISO="20150803">3 ta’ Awwissu 2015</DATE> (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="208" PAGE.FIRST="3" DATE.PUB="2015">ĠU 2015, L 208, p. 3</REF.DOC.OJ>), għandhom jiġu evalwati skont il-funzjoni ta’ din fil-kuntest tal-proċedura li twassal għal deċiżjoni ta’ applikazzjoni tal-Kapitolu III tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 1/2003 tas‑<DATE ISO="20021216">16 ta’ Diċembru 2002</DATE> fuq l-implimentazzjoni tar-regoli tal-kompetizzjoni mniżżlin fl-Artikoli [101 u 102 TFUE] (ĠU Edizzjoni Speċjali bil-Malti, Kapitolu 8, Vol. 2, p. 205), kif emendat mir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 487/2009 tal‑<DATE ISO="20090525">25 ta’ Mejju 2009</DATE> dwar l-applikazzjoni tal-Artikolu 81(3) tat-Trattat għal ċerti kategoriji ta’ akkordji u prattiċi miftiehma fis-settur tat-trasport bl-ajru (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="148" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2009">ĠU 2009, L 148, p. 1</REF.DOC.OJ>) (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19811111">11 ta’ Novembru 1981</DATE>, <NAME.CASE>IBM vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>60/81</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1981:264">EU:C:1981:264</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0013">13</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Din il-proċedura ġiet elaborata sabiex tippermetti lill-impriżi kkonċernati jesprimu l-fehma tagħhom u sabiex il-Kummissjoni tiġi pprovduta bl-aħħar kjarifika possibbli qabel ma din tieħu deċiżjoni li taffettwa l-interessi tagħhom. Għaldaqstant, din għandha l-għan li toħloq, favur dawn, garanziji proċedurali, u, kif jirriżulta mill-Artikolu 10 tar-Regolament Nru 773/2004, li tistabbilixxi d-dritt tagħhom li jinstemgħu mill-Kummissjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19811111">11 ta’ Novembru 1981</DATE>, <NAME.CASE>IBM vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>60/81</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1981:264">EU:C:1981:264</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0014">14</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Madankollu, rikors għal annullament intiż kontra l-ftuħ ta’ proċedura skont l-Artikolu 102 TFUE jista’ jobbliga lill-qorti tal-Unjoni tevalwa kwistjonijiet li dwarhom il-Kummissjoni għad ma kellhiex l-opportunità li tiddeċiedi, u għalhekk għandu bħala konsegwenza antiċipazzjoni tad-dibattitu fil-mertu u konfużjoni tal-fażijiet differenti tal-proċeduri amministrattivi u ġudizzjarji. B’hekk, dan ikun inkompatibbli mas-sistemi ta’ tqassim tal-kompetenzi bejn il-Kummissjoni u l-qorti tal-Unjoni u tar-rimedji previsti mit-Trattat, kif ukoll mar-rekwiżiti ta’ amministrazzjoni tajba tal-ġustizzja u tal-iżvolġiment korrett tal-proċedura amministrattiva tal-Kummissjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19811111">11 ta’ Novembru 1981</DATE>, <NAME.CASE>IBM vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>60/81</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1981:264">EU:C:1981:264</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Isegwi li, skont il-ġurisprudenza, att li permezz tiegħu l-Kummissjoni tiftaħ proċedura skont l-Artikolu 102 TFUE, jipproduċi biss, bħala prinċipju, l-effetti proprji ta’ att proċedurali u ma jaffettwax, għajr minn aspett proċedurali, is-sitwazzjoni ġuridika tar-rikorrenti (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="19811111">11 ta’ Novembru 1981</DATE>, <NAME.CASE>IBM vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>60/81</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:1981:264">EU:C:1981:264</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0017">17</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u d-digriet tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190315">15 ta’ Marzu 2019</DATE>, <NAME.CASE>Silgan Closures u Silgan Holdings vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑410/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2019:166">EU:T:2019:166</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0019">19</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="5"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>F’dan il-każ, għandu madankollu jiġi rrilevat li r-rikorrenti jikkontestaw biss il-parti tad-deċiżjoni kkontestata li permezz tagħha l-Kummissjoni teskludi Stat Membru mill-perimetru ġeografiku tal-proċedura li hija tiftaħ, u mhux id-deċiżjoni kkontestata bħala tali. Konsegwentement, għandu jiġi vverifikat jekk, fid-dawl tal-prinċipji mfakkra fil-punti 17 sa 23 iktar ’il fuq, din il-parti tad-deċiżjoni kkontestata tipproduċix ukoll sempliċement l-effetti proprji ta’ att proċedurali.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 773/2004, il-Kummissjoni tista’ f’kull mument tiddeċiedi li tiftaħ il-proċedura bil-ħsieb li tadotta deċiżjoni skont il-Kapitolu III tar-Regolament Nru 1/2003, iżda mhux iktar tard mid-data li fiha hija toħroġ dikjarazzjoni tal-oġġezzjonijiet.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Għalhekk, l-att li bih il-Kummissjoni tinforma lil impriża bl-intenzjoni tagħha li tiftaħ proċedura sabiex tadotta waħda mid-deċiżjonijiet imsemmija fil-Kapitolu III tar-Regolament Nru 1/2003 għandu jispeċifika l-allegat ksur tal-Artikoli 101 u 102 TFUE, imwettaq minn impriża waħda jew iktar matul perijodu wieħed jew iktar fuq suq ta’ prodotti wieħed jew iktar u suq ġeografiku wieħed jew iktar, li jirrigwarda dan l-att (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210225">25 ta’ Frar 2021</DATE>, <NAME.CASE>Slovak Telekom</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑857/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:139">EU:C:2021:139</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0029">29</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li diversi indikazzjonijiet għandhom obbligatorjament ikunu inklużi f’deċiżjoni tal-Kummissjoni meħuda abbażi tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 773/2004, fosthom is-suq jew is-swieq ġeografiċi li ser tkun qiegħda tittratta l-investigazzjoni tal-Kummissjoni. Għalhekk, id-delimitazzjoni ta’ dan il-perimetru ġeografiku hija biss wieħed mill-elementi obbligatorji ta’ deċiżjoni li tinfetaħ proċedura bil-għan li tiġi adottata waħda mid-deċiżjonijiet imsemmija fil-Kapitolu III tar-Regolament Nru 1/2003.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Konsegwentement, billi ddeċidiet, f’dan il-każ, li tiftaħ proċedura bil-għan li tadotta waħda mid-deċiżjonijiet imsemmija fil-Kapitolu III tar-Regolament Nru 1/2003 li ma jikkonċernax it-territorju tal-Italja, il-Kummissjoni llimitat ruħha li tiddelimita l-perimetru ġeografiku tal-imsemmija proċedura, kif meħtieġ minn deċiżjoni meħuda abbażi tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 773/2004.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Amazon tirrileva madankollu li ċerti deċiżjonijiet ta’ natura proċedurali jistgħu jipproduċu effetti legali vinkolanti u definittivi fis-sens tal-Artikolu 263 TFUE, kif interpretat mill-ġurisprudenza.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Minn naħa, dawn jinkludu deċiżjonijiet li, filwaqt li jikkostitwixxu stadji ta’ proċedura amministrattiva pendenti, ma jistabbilixxux biss il-kundizzjonijiet għall-iżvolġiment sussegwenti tagħha, iżda jipproduċu effetti li jmorru lil hinn mill-kuntest proċedurali u jbiddlu d-drittijiet u l-obbligi tal-persuni kkonċernati fuq il-livell sostantiv. Min-naħa l-oħra, ċerti deċiżjonijiet ta’ natura proċedurali jistgħu jiġu kkontestati abbażi tal-fatt li huma jiksru drittijiet proċedurali (ara s-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20030115">15 ta’ Jannar 2003</DATE>, <NAME.CASE>Philip Morris International vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑377/00, T‑379/00, T‑380/00, T‑260/01 u T‑272/01</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2003:6">EU:T:2003:6</NO.ECLI>, punti <REF.NP.ECR REF="NP0096">96</REF.NP.ECR>, <REF.NP.ECR REF="NP0097">97</REF.NP.ECR> u <REF.NP.ECR REF="NP0099">99</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Madankollu, f’dan il-każ, l-esklużjoni mill-Italja tal-perimetru ġeografiku tal-proċedura miftuħa mill-Kummissjoni wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata ma tbiddilx id-drittijiet u l-obbligi ta’ Amazon fuq il-livell sostantiv, u lanqas ma tippreġudika d-drittijiet proċedurali tagħha.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="6"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Fil-fatt, minn naħa, din id-delimitazzjoni tal-perimetru ġeografiku tal-investigazzjoni miftuħa mill-Kummissjoni għandha bħala għan li tkun ta’ preparazzjoni għad-deċiżjoni finali, u f’dan ir-rigward tista’ tevolvi, peress li jibqa’ possibbli għall-Kummissjoni, matul il-proċedura amministrattiva, li temenda l-perimetru ġeografiku tal-investigazzjoni tagħha, billi testendih jew tnaqqsu, sabiex tadattah, skont il-każ, għall-informazzjoni li jista’ jkollha għarfien tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Huwa biss meta l-Kummissjoni tkun adottat deċiżjoni finali dwar l-allegat ksur tal-Artikolu 102 TFUE kontra Amazon u li tintemm il-proċedura inkwistjoni li l-Kummissjoni tkun iddeċidiet b’mod definittiv dwar il-portata ġeografika tal-allegat ksur.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, billi ddeċidiet, fid-deċiżjoni kkontestata, li s-suq ġeografiku li fuqu kellha ssir l-investigazzjoni tagħha kien ifisser iż-ŻEE kollha, bl-esklużjoni tal-Italja, il-Kummissjoni użat is-setgħa diskrezzjonali tagħha sabiex tiddelimita l-perimetru ġeografiku tal-investigazzjoni tagħha, li huwa ekwivalenti għal tħejjija ta’ lista ta’ Stati li minnha tkun assenti l-Italja. Konsegwentement, din l-esklużjoni tal-Italja mill-perimetru tal-investigazzjoni mibdija mill-Kummissjoni hija konsegwenza purament proċedurali li tirriżulta mill-ftuħ ta’ din l-investigazzjoni, b’tali mod li ma tistax tibdel id-deċiżjoni kkontestata f’att li jaffettwa s-sitwazzjoni legali ta’ Amazon u għalhekk f’att li jista’ jiġi kkontestat.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>L-istess konklużjoni għandha tinsilet fir-rigward tal-allegazzjonijiet ta’ Amazon li jipprovdu li d-deċiżjoni kkontestata, minn naħa, tobbligaha tiddefendi ruħha kontra żewġ awtoritajiet differenti, l-awtorità Taljana tal-kompetizzjoni u l-Kummissjoni, b’osservanza tar-regoli proċedurali, tal-garanziji u, b’mod ġenerali, ta’ sistemi differenti u, min-naħa l-oħra, tista’ twassal għal applikazzjoni diverġenti tad-dritt tal-kompetizzjoni tal-Unjoni kif ukoll għall-impożizzjoni ta’ sanzjonijiet diverġenti, li jistgħu jippreġudikaw l-approċċ Ewropew uniformi tal-attivitajiet tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Fil-fatt, minn naħa, il-fatt li Amazon għandha tiddefendi ruħha quddiem żewġ awtoritajiet differenti ma għandux effetti għajr dawk tal-kuntest proċedurali u għalhekk ma jaffettwax is-sitwazzjoni legali tagħha, bħalma seta’ jiġi deċiż fir-rigward tar-regoli dwar il-preskrizzjoni (ara, f’dan is-sens, id-digriet tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190315">15 ta’ Marzu 2019</DATE>, <NAME.CASE>Silgan Closures u Silgan Holdings vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑410/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2019:166">EU:T:2019:166</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0026">26</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Min-naħa l-oħra, ir-riskju ta’ deċiżjonijiet inkoerenti jew ta’ sanzjonijiet diverġenti, imposti kemm mill-awtorità tal-kompetizzjoni Taljana kif ukoll mill-Kummissjoni, ma huwiex il-konsegwenza tad-deċiżjoni kkontestata, iżda huwa konsegwenza ta’ dawn il-proċeduri amministrattivi jew tad-deċiżjonijiet finali sussegwenti. Kif indikat fil-punt 19 iktar ’il fuq, huwa biss fi tmiem il-proċeduri miftuħa mill-Kummissjoni u mill-awtorità Taljana tal-kompetizzjoni, li Amazon tkun tista’ tinvoka l-illegalitajiet eventwali li jivvizzjaw l-imsemmija proċeduri jew id-deċiżjonijiet meħuda fi tmiem tagħhom insostenn ta’ rikors ippreżentat kontra l-att definittiv.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Barra minn hekk, mill-ġurisprudenza jirriżulta li deċiżjoni ta’ ftuħ tal-proċedura, fis-sens tal-Artikolu 2(1) tar-Regolament Nru 773/2004, ma għandhiex l-effett li ċċaħħad lid-destinatarji tagħha mid-drittijiet proċedurali tagħhom. Din il-proċedura ġiet żviluppata sabiex tippermetti lill-impriżi kkonċernati jesprimu l-fehma tagħhom u sabiex il-Kummissjoni tiġi pprovduta bl-aħħar kjarifika possibbli qabel ma din tieħu deċiżjoni li taffettwa l-interessi tagħhom (digriet tad‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20200129">29 ta’ Jannar 2020</DATE>, <NAME.CASE>Silgan Closures u Silgan Holdings vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑418/19 P</NO.CASE>, mhuwiex ippubblikat, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2020:43">EU:C:2020:43</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0048">48</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Għaldaqstant, din għandha l-għan li toħloq, favur dawn, garanziji proċedurali, u, kif jirriżulta mill-premessa 32 tar-Regolament Nru 1/2003 u mill-premessa 10 tar-Regolament Nru 773/2004, li tistabbilixxi d-dritt tal-impriżi li jinstemgħu mill-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li d-deċiżjoni li l-Italja tiġi eskluża mill-perimetru tal-proċedura miftuħa mill-Kummissjoni wara l-adozzjoni tad-deċiżjoni kkontestata tipproduċi biss l-effetti proprji ta’ att proċedurali u ma taffettwax, għajr minn aspett proċedurali, is-sitwazzjoni ġuridika ta’ Amazon.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Din il-konklużjoni ma tistax tiġi kkontestata mill-allegazzjonijiet ta’ Amazon, li jipprovdu li d-deċiżjoni kkontestata, għalkemm ta’ natura proċedurali, tipproduċi effetti legali u vinkolanti, sa fejn l-esklużjoni mit-territorju Taljan mill-kamp ta’ applikazzjoni tagħha ċċaħħad lil Amazon mill-protezzjoni kontra l-proċeduri paralleli prevista fl-Artikolu 11(6) tar-Regolament Nru 1/2003.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, mill-ġurisprudenza jirriżulta li, skont l-ewwel sentenza tal-Artikolu 11(6) tar-Regolament Nru 1/2003, fejn il-Kummissjoni tiftaħ proċedura kontra impriża waħda jew iktar minħabba allegat ksur tal-Artikoli 101 jew 102 TFUE, l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri jiċċaħħdu mill-kompetenza tagħhom li jressqu proċeduri kontra l-istess impriżi għall-istess aġir allegatament antikompetittiv, li jseħħ fl-istess suq jew swieq ta’ prodotti u ġeografiċi matul l-istess perijodu jew perijodi (sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210225">25 ta’ Frar 2021</DATE>, <NAME.CASE>Slovak Telekom</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑857/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:139">EU:C:2021:139</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0030">30</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>Dan it-tiċħid tal-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni huwa ġġustifikat mill‑għan imfittex mir-Regolament Nru 1/2003, li huwa intiż li tiġi żgurata applikazzjoni effettiva tar-regoli tal-kompetizzjoni tal-Unjoni billi tawtorizza lill-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri japplikaw dan id-dritt b’mod parallel mal-Kummissjoni. Madankollu, l-applikazzjoni parallela tal-imsemmija regoli ma tistax issir għad-detriment tal-impriżi. Għalhekk, iċ-ċaħda tal-kompetenza tal-awtoritajiet tal-kompetizzjoni nazzjonali tippermetti li l-impriżi jiġu protetti minn proċeduri paralleli min-naħa ta’ dawn l-awtoritajiet u tal-Kummissjoni (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20210225">25 ta’ Frar 2021</DATE>, <NAME.CASE>Slovak Telekom</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑857/19</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2021:139">EU:C:2021:139</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont l-Artikolu 16(2) tar-Regolament Nru 1/2003, meta l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri jiddeċiedu fuq ftehim, deċiżjonijiet jew prattiki li jaqgħu taħt l-Artikoli 101 jew 102 TFUE u li diġà huma s-suġġett ta’ deċiżjoni tal-Kummissjoni, huma ma jistgħux jieħdu deċiżjonijiet li jmorru kontra d-deċiżjoni adottata mill-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Madankollu, il-protezzjoni prevista mill-Artikolu 11(6) tar-Regolament Nru 1/2003 tikkonċerna l-każ ta’ żewġ proċeduri paralleli, fil-każ fejn il-Kummissjoni tiddeċiedi li tiftaħ proċedura ta’ investigazzjoni, u mhux dik ta’ talba għall-ftuħ ta’ proċedura f’suq speċifiku bil-għan li wieħed jibbenefika minn din il-protezzjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Fi kwalunkwe każ, mill-ġurisprudenza ċċitata fil-punt 41 iktar ’il fuq, jirriżulta li l-għan imfittex mill-Artikolu 11(6) tar-Regolament Nru 1/2003, li jistabbilixxi regola proċedurali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120214">14 ta’ Frar 2012</DATE>, <NAME.CASE>Toshiba Corporation <HT TYPE="ITALIC">et</HT></NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑17/10</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:72">EU:C:2012:72</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0070">70</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>), huwa li jipproteġi impriżi minn proċeduri paralleli min-naħa tal-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni u tal-Kummissjoni, billi jċaħħad lil tal-ewwel mill-kompetenza tagħhom li japplikaw l-Artikoli 101 u 102 TFUE fir-rigward ta’ fatti li huma s-suġġett ta’ proċedura mibdija mill-Kummissjoni. B’hekk, l-Artikolu 11(6) tar-Regolament Nru 1/2003 għandu bħala effett li jipproteġi lil impriżi minn proċeduri paralleli min-naħa ta’ dawn l-awtoritajiet differenti (ara, f’dan is-sens, id-digriet tal‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190315">15 ta’ Marzu 2019</DATE>, <NAME.CASE>Silgan Closures u Silgan Holdings vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑410/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2019:166">EU:T:2019:166</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0020">20</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="8"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Madankollu, din il-protezzjoni minn proċeduri paralleli prevista mill-ġurisprudenza ma timplika ebda dritt, għall-benefiċċju ta’ impriża, li kawża tiġi ttrattata kompletament mill-Kummissjoni. F’dan ir-rigward, għandu jitfakkar li, skont l-Artikoli 4 u 5 tar-Regolament Nru 1/2003, il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri għandhom kompetenzi paralleli fir-rigward tal-applikazzjoni tal-Artikoli 101 u 102 TFUE u li l-istruttura tar-Regolament Nru 1/2003 hija bbażata fuq kooperazzjoni mill-qrib bejniethom (ara sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141217">17 ta’ Diċembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Si.mobil vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑201/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:1096">EU:T:2014:1096</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>La r-Regolament Nru 1/2003 u lanqas il-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Kooperazzjoni fi Ħdan in-Network tal-Awtoritajiet tal-Kompetizzjoni (<REF.DOC.OJ COLL="C" NO.OJ="101" PAGE.FIRST="43" DATE.PUB="2004">ĠU 2004, C 101, p. 43</REF.DOC.OJ>) ma jipprevedu regola ta’ tqassim ta’ kompetenzi bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet tal-kompetizzjoni tal-Istati Membri.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0047"><NO.P>47</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, il-Qorti Ġenerali diġà ddeċidiet li ma jistax jitqies li l-Artikolu 13(1) tar-Regolament Nru 1/2003, li jippermetti lil awtorità tal-kompetizzjoni tissospendi jew tagħlaq każ minħabba li awtorità oħra tkun qiegħda tittratta jew tkun ittrattat l-istess kawża, u li l-premessa 18, li minnha jirriżulta li <QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>l-għan hu li kull każ għandu jkun negozjat minn awtorità waħda<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/>, jistabbilixxu kriterju ta’ attribuzzjoni jew ta’ tqassim tal-kawżi jew tal-kompetenzi bejn il-Kummissjoni u l-awtoritajiet nazzjonali possibbilment ikkonċernati mill-kawża inkwistjoni (ara sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141217">17 ta’ Diċembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Si.mobil vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑201/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:1096">EU:T:2014:1096</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0048"><NO.P>48</NO.P><TXT>Barra minn hekk, fir-rigward tal-Komunikazzjoni tal-Kummissjoni dwar il-Kooperazzjoni fi Ħdan in-Network tal-Awtoritajiet tal-Kompetizzjoni, il-punt 4 tagħha jispeċifika li l-konsultazzjonijiet u l-iskambji fi ħdan in-network jirrigwardaw awtoritajiet li jaġixxu fl-interess pubbliku u l-punt 31 tagħha jżid li hija ma tagħtix lill-impriżi involuti dritt individwali li l-kawża tiġi ttrattata minn awtorità speċifika. B’mod iktar ġenerali, la r-Regolament Nru 1/2003 u lanqas l-imsemmija komunikazzjoni ma joħolqu drittijiet jew aspettattivi għal impriża fir-rigward tat-trattament tal-kawża tagħha minn awtorità ta’ kompetizzjoni speċifika (ara sentenza tas‑<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20141217">17 ta’ Diċembru 2014</DATE>, <NAME.CASE>Si.mobil vs Il-Kummissjoni</NAME.CASE>, <NO.CASE>T‑201/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:T:2014:1096">EU:T:2014:1096</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0039">39</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0049"><NO.P>49</NO.P><TXT>Minn dan isegwi li Amazon ma għandhiex raġun issostni li hija ġiet imċaħħda, mill-parti kkontestata tad-deċiżjoni kkontestata, mill-protezzjoni prevista mill-Artikolu 11(6) tar-Regolament Nru 1/2003, sa fejn dan l-effett protettiv ma jimplikax li l-Kummissjoni hija obbligata tiftaħ proċedura sabiex l-awtoritajiet nazzjonali tal-kompetizzjoni jiċċaħħdu mill-kompetenza tagħhom li japplikaw l-Artikoli 101 u 102 TFUE.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0050"><NO.P>50</NO.P><TXT>Barra minn hekk, jekk jitqies li l-awtorità Taljana tal-kompetizzjoni, bi ksur tal-protezzjoni kontra l-proċeduri paralleli prevista fl-Artikolu 11(6) tar-Regolament Nru 1/2003, tmexxi proċedura li tikkonċerna l-istess perimetru ġeografiku u l-istess allegat ksur tar-regoli tal-kompetizzjoni bħal dik mibdija mill-Kummissjoni, Amazon tibqa’ f’pożizzjoni li tikkontesta dan il-fatt quddiem il-qrati nazzjonali billi tinvoka, b’mod partikolari, in-nuqqas ta’ kompetenza tal-imsemmija awtorità. Jekk jitqies ukoll li hemm irregolaritajiet matul il-proċedura mibdija mill-Kummissjoni, dawn tal-aħħar jistgħu, jekk ikun il-każ, jiġu kkontestati fil-kuntest tar-rikors ippreżentat kontra d-deċiżjoni finali tal-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="9"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0051"><NO.P>51</NO.P><TXT>Mill-evalwazzjonijiet preċedenti jirriżulta li l-parti kkontestata tad-deċiżjoni kkontestata, sa fejn teskludi lill-Italja mill-kamp ta’ applikazzjoni territorjali tal-investigazzjoni, tikkostitwixxi att preparatorju li ma jipproduċix effetti legali fil-konfront ta’ Amazon fis-sens tal-Artikolu 263 TFUE, b’tali mod li l-eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà mqajma mill-Kummissjoni għandha tintlaqa’ u li, għaldaqstant, ir-rikors għandu jiġi miċħud bħala inammissibbli, mingħajr ma huwa neċessarju li jiġu eżaminati ż-żewġ eċċezzjonijiet l-oħra ta’ inammissibbiltà mqajma mill-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0052"><NO.P>52</NO.P><TXT>Konformement mal-Artikolu 144(3) tar-Regoli tal-Proċedura, meta l-konvenut jinvoka eċċezzjoni ta’ inammissibbiltà jew ta’ nuqqas ta’ kompetenza kif prevista fl-Artikolu 130(1), id-deċiżjoni dwar it-talba għal intervent ma għandhiex tittieħed qabel ma din l-eċċezzjoni tiġi miċħuda jew titħalla għad-deċiżjoni fil-mertu. F’dan il-każ, peress li r-rikors huwa miċħud bħala inammissibbli fl-intier tiegħu, ma hemmx lok li tingħata deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent imsemmija fil-punti 9 u 10 iktar ’il fuq.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0053"><NO.P>53</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 134(1) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef il-kawża għandha tiġi kkundannata għall-ispejjeż, jekk dawn ikunu ntalbu. Peress li r-rikorrenti tilfu, hemm lok li huma jiġu kkundannati għall-ispejjeż kif mitlub mill-Kummissjoni.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0054"><NO.P>54</NO.P><TXT>Barra minn hekk, skont l-Artikolu 144(10) tar-Regoli tal-Proċedura, jekk, bħal f’dan il-każ, l-istanza fil-kawża prinċipali tingħalaq qabel ma tingħata deċiżjoni dwar it-talba għal intervent, min ressaq it-talba għal intervent u l-partijiet prinċipali għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom marbuta mat-talba għal intervent. Peress li t-talbiet għal intervent ma ġewx innotifikati lir-rikorrenti u lill-Kummissjoni u, għaldaqstant, dawn ma tpoġġewx f’sitwazzjoni li jbatu l-ispejjeż, għandu jitqies li r-Repubblika Taljana, l-Awtorità għall-Osservanza tal-Kompetizzjoni u tar-Regoli tas-Suq, il-Kamra tal-Kummerċ tal-Istati Uniti tal-Amerika u l-Computer &amp; Communications Industry Association għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom f’dan ir-rigward.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO><P>Għal dawn il-motivi,</P><P>IL-QORTI ĠENERALI (L-Ewwel Awla)</P><P>tordna:</P></INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-rikors huwa miċħud.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ma hemmx lok li tittieħed deċiżjoni dwar it-talbiet għal intervent tar‑Repubblika Taljana, tal-Autorità Garante della Concorrenza e del Mercato (l-Awtorità għall-Osservanza tal-Kompetizzjoni u tar-Regoli tas-Suq), taċ-Chamber of Commerce of the United States of America (il-Kamra tal-Kummerċ tal-Istati Uniti tal-Amerika) u tal-Computer &amp; Communications Industry Association.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">3)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Amazon.com, Inc., Amazon Services Europe Sàrl, Amazon EU Sàrl u Amazon Europe Core Sàrl għandhom ibatu, minbarra l-ispejjeż rispettivi tagħhom, l-ispejjeż sostnuti mill-Kummissjoni Ewropea.</HT></TXT></NP></ITEM><?PAGE NO="10"?><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">4)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Ir-Repubblika Taljana, l-Awtorità għall-Osservanza tal-Kompetizzjoni u tar-Regoli tas-Suq, il-Kamra tal-Kummerċ tal-Istati Uniti tal‑Amerika u l-Computer &amp; Communications Industry Association għandhom ibatu l-ispejjeż rispettivi tagħhom marbuta mat-talbiet għal intervent.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.ORDER><SIGNATURE.CASE><P>Magħmul fil-Lussemburgu, fl‑<DATE ISO="20211014">14 ta’ Ottubru 2021</DATE>.</P><SIGNATORY><P>Ir-Reġistratur</P><P>E. Coulon</P></SIGNATORY><SIGNATORY><P>Il-President</P><P>H. Kanninen</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></ORDER>