21999D0189



Official Journal L 074 , 15/03/2001 P. 0024 - 0025


Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Nru 189/1999

tas-17 ta' Diċembru 1999

li temenda l-Anness I (Materji Veterinarji u Fitosanitarji) tal-Ftehim taż-ŻEE

Il-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif adattat bil-Protokoll li jbiddel il-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, aktar il-quddiem magħruf bħala "l-Ftehim", u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1) L-Anness I tal-Ftehim ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 134/1999 tal-5 ta' Novembru 1999 [1];

(2) Direttiva tal-Kunsill Nru 91/67/KEE tat-28 ta' Jannar 1998 [2] dwar il-kondizzjonijiet tas-saħħa tal-annimali li jirregolaw it-tqegħid fis-suq ta' annimali u prodotti ta' akwakultura ġiet inkorporata fil-Ftehim bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 69/98 tas-17 Lulju 1998 [3],

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-bdil f'punt 5 (Direttiva tal-Kunsill 91/67/KEE) fit-Taqsima 4.1 tal-Kapitolu I tal-Anness I tal-Ftehim għandu jiġi mibdul b'dan li ġej

"l-inċiżi li ġejjin għandhom jiġi inseriti f'dan l-Artikolu:

"Artikolu 28c

1. Id-Direttiva preżenti għandha tgħodd għal kunsinni lejn u minn-Norveġja

2. Madankollu, kunsinni ta'ħut frisk tal-ispeċi salmonid, kif ukoll il-bajd u ċ-ċelluli riproduttivi tagħhom, m' għandhomx jiġu awtorizzati matul perjodu transitorju sal-31 ta' Diċembru 1999. Fuq talba ta'wieħed mill-partijiet kontraenti, il-perjodu transitorju għandu jiġi estiż ta' kull sena. Madankollu, il-perjodu transitorju m' għandux jiġi estiż sa wara l-31 ta' Diċembru 2002.

3. Matul il-perjodu transitorju, u mingħajr preġudizzju għal paragrafu 1, in-Norveġja hija awtorizzata li żżomm regoli aktar ħorox dwar it-tqegħid fis-suq tal-ħut imrobbi fin-Norveġja.

Artikolu 28d

1. hija awtorizzata l-kunsinna ta' dawn l-ispeċi li ġejjin lejn u mill-Iżlanda:

- Salamun atlantiku: bajd u ċelluli riproduttivi

- Qawsalla, speċi fil-ġeneru tas-Salamun: bajd u ċelluli riproduttivi

- Artiku l-ispeċi fil-ġeneru Salvelinus: bajd u ċelluli riproduttivi

- spnotta: bajd biss

- halibut: allevins biss

- Awwist: ħajjin għall-ikel

2. Għall-kunsinni lejn u mill-Iżlanda barra dawk deskritti fil-paragrafu 1, l-Iżlanda għandha tingħata perjodu transitorju sal-31 ta' Ġunju 2001. Waqt il-perjodu transitorju, għandhom jibqgħu japplikaw ir-regoli nazzjonali.""

Artikolu 2

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-18 ta' Diċembru 1999, iżda n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim saru lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi ppubblikata fit-taqsima ŻEE, u fis-Suppliment ŻEE tal-Ġurnal Uffiċċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Magħmul fi Brussel, 17 Diċembru 1999.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

N. v. Liechtenstein

[1] ĠU L 15, tat-18.1.2001, p. 18.

[2] ĠU L 46, tad-19.2.1991, p. 1.

[3] ĠU L 158, ta' l-24.6.1999, p. 1.

--------------------------------------------------