|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje C |
|
C/2024/6215 |
16.10.2024 |
Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni
(Kawża M.11650 – RIL / TWDC /BTS1 / SIPL)
Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata
(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)
(C/2024/6215)
1.
Fid-9 ta’ Ottubru 2024, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).Dan l-avviż jikkonċerna l-impriżi li ġejjin:
|
— |
Reliance Industries Limited (“RIL”, l-Indja), |
|
— |
The Walt Disney Company (“TWDC”, l-Istati Uniti), |
|
— |
BTS Investment 1 Pte, Ltd. (“BTS1”, Singapor), finalment ikkontrollata minn James Murdoch (l-Istati Uniti) u s-Sur Uday Shankar (l-Indja), u |
|
— |
Impriża konġunta li għadha kif inħolqot, Star India Private Limited (“SIPL”, l-Indja). |
RIL, TWDC and BTS1 se jakkwistaw, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) u 3(4) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet il-kontroll konġunt ta’ SIPL kollha kemm hi.
Il-konċentrazzjoni qed issir permezz ta’ xiri ta’ ishma f’kumpanija li għadha kif ġiet maħluqa li tikkostitwixxi impriża konġunta.
2.
L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma dawn li ġejjin:|
— |
RIL huwa konglomerat multinazzjonali li huwa attiv f’għadd ta’ negozji madwar id-dinja, inklużi (i) il-media u d-divertiment (inkluż permezz tas-sussidjarja tiegħu Viacom18); (ii) esplorazzjoni u produzzjoni tal-idrokarburi; (iii) raffinar u kummerċjalizzazzjoni taż-żejt mhux raffinat; (iv) materjali u komposti avvanzati; (v) sorsi ta’ enerġija rinnovabbli (solari u idroġenu); (vi) forniment ta’ servizzi ta’ bejgħ bl-imnut u diġitali; u (vii) forniment ta’ servizzi tat-telekomunikazzjoni, |
|
— |
TWDC hija intrapriża tal-media u tad-divertiment internazzjonali diversifikata li tinkludi tliet segmenti ewlenin tan-negozju: divertiment, sport, u esperjenzi, elenkati fil-Borża ta’ New York. |
|
— |
BTS1 huwa investitur f’opportunitajiet ta’ teknoloġija tal-konsumatur fl-Asja tax-Xlokk, b’enfasi partikolari fuq l-Indja. |
3.
Il-JV, SIPL, se tkun attiva fin-negozji tad-divertiment primarjament fl-Indja.
4.
Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament simplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ koċentrazzjonijiet bejn l-impriżi (2) jenħtieġ li jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.
5.
Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar l-operazzjoni proposta lill-Kummissjoni.Il-kummenti jenħtieġ li jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn għaxart ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja dejjem għandha tiġi speċifikata:
M.11650 - RIL / TWDC / BTS1 / SIPL
Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz ta’ email jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:
Posta elettronika: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu
Indirizz postali:
|
Il-Kummissjoni Ewropea |
|
Id-Direttorat Ġenerali għall-Kompetizzjoni |
|
Ir-Reġistru tal-Fużjonijiet |
|
1049 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
(1) ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).
ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2024/6215/oj
ISSN 1977-0987 (electronic edition)