European flag

Il-Ġurnal Uffiċjali
ta'l-Unjoni Ewropea

MT

Is-serje C


C/2025/4070

17.7.2025

Notifika minn qabel ta’ konċentrazzjoni

(Każ M.12042 — DSBJ / GMD)

Każ li jista’ jiġi kkunsidrat għal proċedura ssimplifikata

(Test b'rilevanza għaż-ŻEE)

(C/2025/4070)

1.   

Fid-9 ta’ Lulju 2025, il-Kummissjoni rċeviet notifika ta’ konċentrazzjoni proposta skont l-Artikolu 4 tar-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 (1).

Din in-notifika tikkonċerna l-impriżi li ġejjin:

—

DSBJ PTE. LTD. (“DSBJ”), hija proprjetà sħiħa ta’ Suzhou Dongshan Precision Manufacturing Co., Ltd. (“SDPM”, it-tnejn iċ-Ċina),

—

Groupe Mécanique Découpage S.A. (“GMD”, Franza).

DSBJ se takkwista, skont it-tifsira tal-Artikolu 3(1)(b) tar-Regolament dwar l-Għaqdiet, il-kontroll esklużiv ta’ GMD.

Il-konċentrazzjoni titwettaq permezz tax-xiri ta’ ishma.

2.   

L-attivitajiet kummerċjali tal-impriżi kkonċernati huma li ġejjin:

—

DSBJ hija attiva f’firxa wiesgħa ta’ setturi, inkluż il-prodotti tal-iġjene u l-provvisti mediċi mhux riutilizzabbli u tagħmir protettiv, il-produzzjoni u l-bejgħ ta’ prodotti elettroniċi u r-riċerka dwar it-teknoloġija tal-industrija tal-enerġija tax-xemx. Fis-settur awtomobilistiku, in-negozju ewlieni ta’ DSBJ jikkonsisti fil-manifattura ta’ bordijiet ta’ ċirkwiti stampati, komponenti ta’ preċiżjoni, moduli ta’ pannelli tattili u prodotti ta’ apparat LED,

—

GMD hija manifattur tal-komponenti awtomobilistiċi li jopera taħt tliet linji kummerċjali: (i) it-“Taqsima tal-Istampar”, li tiddisinja u tipproduċi partijiet awtomobilistiċi tekniċi u kumplessi, u twettaq l-assemblaġġ (jiġifieri, asserzjoni, irbit bi msiemer irbattuti u wweldjar manwali), (ii) it-“Taqsima tal-Ikkastjar”, li tispeċjalizza fid-disinn, l-iżvilupp u l-produzzjoni f’serje ta’ partijiet tekniċi tal-aluminju ffondati bi pressjoni għolja għas-suq awtomobilistiku u tat-trakkijiet, u (iii) it-“Taqsima tal-Plastiks u l-Ġilda”, li tispeċjalizza fl-iżvilupp u l-produzzjoni ta’ moduli u komponenti għat-tirqim intern u estern tal-vetturi (plastik u ġilda).

3.   

Wara eżami preliminari, il-Kummissjoni tqis li t-tranżazzjoni notifikata tista’ taqa’ fil-kamp ta’ applikazzjoni tar-Regolament dwar l-Għaqdiet. Madankollu, id-deċiżjoni finali dwar dan il-punt hija riżervata.

Skont l-Avviż tal-Kummissjoni dwar trattament issimplifikat għal ċerti konċentrazzjonijiet skont ir-Regolament tal-Kunsill (KE) Nru 139/2004 dwar il-kontroll ta’ konċentrazzjonijiet bejn impriżi (2) għandu jiġi nnutat li dan il-każ jista’ jiġi kkunsidrat għal trattament skont il-proċedura stabbilita fl-Avviż.

4.   

Il-Kummissjoni tistieden lil terzi persuni interessati biex jibagħtulha l-kummenti li jista’ jkollhom dwar il-konċentrazzjoni proposta.

Il-kummenti jridu jaslu għand il-Kummissjoni mhux aktar tard minn 10 ijiem wara d-data ta’ din il-pubblikazzjoni. Ir-referenza li ġejja għandha dejjem tiġi speċifikata:

M.12042 — DSBJ / GMD

Il-kummenti jistgħu jintbagħtu lill-Kummissjoni permezz tal-posta elettronika jew bil-posta. Uża d-dettalji ta’ kuntatt ta’ hawn taħt:

Email: COMP-MERGER-REGISTRY@ec.europa.eu

Indirizz Postali:

European Commission

Directorate-General for Competition

Merger Registry

1049 Bruxelles/Brussel

BELGIQUE/BELGIË


(1)   ĠU L 24, 29.1.2004, p. 1 (Ir-“Regolament dwar l-Għaqdiet”).

(2)   ĠU C 160, 5.5.2023, p. 1.


ELI: http://data.europa.eu/eli/C/2025/4070/oj

ISSN 1977-0987 (electronic edition)