|
22.1.2019 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 19/3 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUNSILL (UE) 2019/93
tal-21 ta' Jannar 2019
li jimplimenta r-Regolament (UE) 2017/1509 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidra r-Regolament tal-Kunsill (UE) 2017/1509 tat-30 ta' Awwissu 2017 dwar miżuri restrittivi kontra r-Repubblika Demokratika tal-Poplu tal-Korea u li jħassar ir-Regolament (KE) Nru 329/2007 (1), u b'mod partikolari l-Artikolu 47(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta' Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fit-30 ta' Awwissu 2017, il-Kunsill adotta r-Regolament (UE) 2017/1509. |
|
(2) |
Żewġ persuni fiżiċi indikati fl-Anness XV għar-Regolament (UE) 2017/1509 mietu, u jenħtieġ li l-entrati tagħhom jitneħħew minn dak l-Anness. |
|
(3) |
Għalhekk, jenħtieġ li l-Anness XV għar-Regolament (UE) 2017/1509 jiġi emendat skont dan, |
ADOTTA DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
L-Anness XV għar-Regolament (UE) 2017/1509 huwa emendat kif jinsab fl-Anness għal dan ir-Regolament.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fid-data wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, il-21 ta' Jannar 2019.
Għall-Kunsill
Il-President
F. MOGHERINI
ANNESS
Fir-Regolament (UE) 2017/1509, l-Anness XV, il-Parti (a), jitneħħew l-entrati li ġejjin:
|
2. |
CHU Kyu-Chang (D.O.B. 25.11.1928) |
|
4. |
KIM Yong-chun (D.O.B. 4.3.1935). |