16.5.2012   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 128/5


REGOLAMENT TA’ IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 414/2012

tal-15 ta’ Mejju 2012

li jemenda r-Regolament (KE) Nru 554/2008 fir-rigward tal-kontenut minimu u tad-doża minima rakkomandata ta’ preparazzjoni enżimatika ta’ 6-fitażi bħala addittiv tal-għalf għad-dundjani tas-simna

(Test b’relevanza għaż-ŻEE)

IL-KUMMISSJONI EWROPEA,

Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,

Wara li kkunsidrat ir-Regolament (KE) Nru 1831/2003 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tat-22 ta’ Settembru 2003 fuq l-addittivi għall-użu fl-għalf tal-annimali (1), u b’mod partikolari l-Artikolu 13(3) tiegħu,

Billi:

(1)

Il-preparazzjoni enżimatika ta’ 6-fitażi (EC 3.1.3.26), li tappartjeni għall-kategorija tal-addittivi “addittivi żootekniċi”, ġiet awtorizzata għal għaxar snin bħala addittiv tal-għalf għall-użu għat-tiġieġ tas-simna, għat-tiġieġ tal-bajd, għall-papri tas-simna, għad-dundjani tas-simna u għall-ħnienes miftuma, permezz tar-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 554/2008 (2).

(2)

Skont l-Artikolu 13(3) tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003, id-detentur tal-awtorizzazzjoni ppropona li jinbidlu t-termini tal-awtorizzazzjoni tal-preparazzjoni kkonċernata billi jitnaqqsu l-kontenut minimu u d-doża minima rakkomandata tagħha minn 1 000 FTU/kg għal 500 FTU/kg ta’ għalf komplet, fir-rigward tal-użu għad-dundjani tas-simna. Din l-applikazzjoni ġiet ippreżentata flimkien mad-dejta ta’ sostenn rilevanti.

(3)

L-Awtorità Ewropea dwar is-Sigurtà fl-Ikel, fl-opinjoni tagħha tat-13 ta’ Novembru 2011, ikkonkludiet li l-preparazzjoni kkonċernata għandha l-potenzjal li ttejjeb l-utilizzazzjoni tal-fosforu fid-dundjani tas-simna fid-doża minima mitluba ta’ 500 FTU/kg (3) ta’ għalf komplet.

(4)

Il-kundizzjonijiet stipulati fl-Artikolu 5 tar-Regolament (KE) Nru 1831/2003 kienu sodisfatti.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 554/2008 għandu għalhekk jiġi emendat skont dan.

(6)

Il-miżuri stipulati f’dan ir-Regolament huma skont l-opinjoni tal-Kumitat Permanenti dwar il-Katina Alimentari u s-Saħħa tal-Annimali,

ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:

Artikolu 1

Ir-Regolament (KE) Nru 554/2008 huwa emendat skont l-Anness ta’ dan ir-Regolament.

Artikolu 2

Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ fl-għoxrin jum wara dak tal-pubblikazzjoni tiegħu f’Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.

Magħmul fi Brussell, il-15 ta’ Mejju 2012.

Għall-Kummissjoni

Il-President

José Manuel BARROSO


(1)   ĠU L 268, 18.10.2003, p. 29.

(2)   ĠU L 158, 18.6.2008, p. 14.

(3)   EFSA Journal 2012; 10(1):2533.


ANNESS

L-Anness tar-Regolament (KE) Nru 554/2008 qed jinbidel b’dan li ġej:

“ANNESS

Numru ta’ identifikazzjoni tal-addittiv

Isem id-detentur tal-awtorizzazzjoni

Addittiv

Kompożizzjoni, formula kimika, deskrizzjoni, metodu analitiku

Speċi jew kategorija ta’ annimali

Età massima

Kontenut minimu

Kontenut massimu

Dispożizzjonijet oħra

Tmiem il-perjodu ta’ awtorizzazzjoni

Unitajiet ta’ attività/kg ta’ għalf komplet b’kontenut ta’ umdità ta’ 12 %

Il-kategorija tal-addittivi żootekniċi. IL-grupp funzjonali: is-sustanzi li jtejbu d-diġestibilità

4a5

AB Enzymes GmbH

6-fitażi

EC 3.1.3.26

 

Il-kompożizzjoni tal-addittiv

Preparazzjoni ta’ 6-fitażi EC 3.1.3.26 prodotta minn Pichia pastoris (DSM 15927) b’attività minima ta’:

 

Għamla solida: 2 500  FTU/g (1)

 

Għamla likwida: 5 000  FTU/ml

 

Il-karatterizzazzjoni tas-sustanza attiva

6-fitażi EC 3.1.3.26 prodotta minn Pichia pastoris (DSM 15927)

 

Metodu analitiku  (2)

Metodu kolorimetriku bbażat fuq ir-reazzjoni tal-vanadomolibdat fuq fosfat organiku prodott b’reazzjoni fuq substrat ta’ (fosfat tas-sodju) b’pH 5,5 u 37 °C.

Tiġieġ tas-simna

—

500  FTU

—

1.

Fl-istruzzjonijiet għall-użu tal-addittiv u tat-taħlita lesta minn qabel, indika t-temperatura għall-ħażna, kemm żmien tista’ tinżamm il-ħażna, u l-istabbiltà għall-pelleting.

2.

Id-doża rakkomandata għal kull kilogramm ta’ għalf komplet:

—

it-tiġieġ tas-simna: 500-2 500  FTU;

—

it-tiġieġ tal-bajd: 250-2 000  FTU;

—

il-papri tas-simna: 250-2 000  FTU;

—

id-dundjani tas-simna: 500-2 700  FTU;

—

il-ħnienes (miftuma): 100-2 500 FTU.

3.

Għall-użu f’għalf kompost li fih aktar minn 0,25 % ta’ fosforu li huwa marbut mal-fitin.

4.

Għall-użu fi ħnienes miftuma sa madwar 35 kg.

5.

Għas-sikurezza: għandhom jintużaw il-protezzjoni għan-nifs, in-nuċċalijiet u l-ingwanti waqt l-immaniġġar.

8.7.2018

Tiġieġ tal-bajd

—

250  FTU

—

Papri tas-simna

—

250  FTU

—

Dundjani tas-simna

—

500  FTU

—

Ħnienes (miftuma)

—

100  FTU

—


(1)  1 FTU huwa l-ammont ta’ enżimi li jillibera 1 mikromol ta’ fosfat inorganiku fil-minuta mill-fitat tas-sodju b’pH 5,5 u 37 °C.

(2)  Id-dettalji tal-metodi analitiċi huma disponibbli fl-indirizz li ġej tal-Laboratorju Komunitarju ta’ Referenza: www.irmm.jrc.be/crl-feed-additives.”