<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><CONCLUSION NNC="YES" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.00-20081231.xd"><BIB.CONCLUSION><REF.CASE FILE="ECRCJ2007MTB.1101019501.case.xml"><NO.CASE>C-393/05</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62005C0393</NO.CELEX><NO.SEQ>0006.0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>10197</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>10215</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>19</PAGE.TOTAL></BIB.CONCLUSION><CURR.TITLE><LEFT>KONKLUŻJONIJIET SHARPSTON — KAWŻI C-393/05 U C-404/05</LEFT><RIGHT>IL-KUMMISSJONI vs L-AWSTRIJA</RIGHT></CURR.TITLE><CONTENTS.CONCLUSION><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Konklużjonijiet ta' l-Avukat Ġenerali</HT></P><P><HT TYPE="UC">Sharpston</HT></P><P>ippreżentati fit-<DATE ISO="20070712">12 ta' Lulju 2007</DATE><NOTE NOTE.ID="E0001" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Lingwa oriġinali: l-Ingliż.</P></NOTE></P></TI></TITLE><NP><NO.P>1.</NO.P><TXT>F'dawn il-proċedimenti parallell taħt l-Artikolu 226 KE, Il-Kummissjoni tissottometti li l-Awstrija u l-Ġermanja naqsu milli jissodisfaw l-obbligi tagħhom sabiex jassiguraw il-libertà li jiġu pprovduti servizzi peress li jirrikjedu li organizzazzjonijiet privati, approvati fi Stat Membru ieħor sabiex jipprovdu servizzi ta' spezzjoni fil-qasam tal-biedja organika, għandu jkollhom għall-inqas infrastruttura permanenti fit-territorji rispettivi tagħhom sabiex jipprovdu l-istess servizzi hemmhekk.</TXT></NP><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>Dawn il-kawżi jqajmu kwistjonijiet dwar il-portata ta' l-armonizzazzjoni Komunitarja fil-qasam ta' dawn l-ispezzjonijiet u l-possib-biltà ta' ġustifikazzjoni għal restrizzjonijiet tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi minħabba li s-servizzi involuti jinvolvu l-eżerċizzju ta awtorità pubblikà jew minħabba li r-restrizzjonijiet jinkludu rekwiżiti imper attivi ta' inter ess ġenerali marbuta mal-protezzjoni tal-konsumaturi.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Il-liġi Komunitarja</P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>It-Trattat KE</P></TI></TITLE><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>L-Artikolu 49 KE jipprojbixxi restrizzjonijiet fuq il-libertà li jiġu provduti servizzi fil-Komunità fir-rigward ta' ċittadini ta' Stati Membri li jkunu stabbiliti fi Stat tal-Komunità li ma jkunx dak tal-per suna li lilha jingħataw is-servizzi.</TXT></NP><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>Skond l-Artikolu 55 KE, l-Artikolu 45 KE japplika għal-libertà li jiġu pprovduti servizzi stabbilita fl-Artikolu 49 KE. L-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 45 KE jgħid:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0001" REF.END="QE0001" CODE="201C"/>Attivitajiet li fi kwalunkwe Stat, jaqgħu, anke inċidentalment, fl-ambitu ta' l-eżerċiz-zju ta' l-awtorità pubblika, jiġu eżentati millapplikazzjoni tad-disposizzjonijiet ta'dan il-Kapitolu sa fej n j irrigwar da dak l-Istat<QUOT.END ID="QE0001" REF.START="QS0001" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-10198"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Ir-Regolament Nru 2092/91</P></TI></TITLE><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>Ir-Regolament (KEE) Nru 2092/91<NOTE NOTE.ID="E0002" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Regolament tal-Kunsill, ta' l-<DATE ISO="19910624">24 ta' Ġunju 1991</DATE>, dwar il-produzzjoni organika ta' prodotti agrikoli u l-indikazzjonijiet li jirreferu għalihom fil-prodotti agrikoli u fl-oġġetti ta' l-ikel (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="198" DATE.PUB="1991" PAGE.FIRST="1">ĠU L 198, p. 1</REF.DOC.OJ>), kif emendat (iktar 'il quddiem ir-<QUOT.START ID="QS0002" REF.END="QE0002" CODE="201C"/>Regolament<QUOT.END ID="QE0002" REF.START="QS0002" CODE="201D"/>). Il-verżjoni Ingliża kkonsolidata applikabbbli tista' tiġi kkonsultata fuq is-sit internet: http://eur-lex.europa. eu/LexUriServ/site/en/consleg/1991/R/01991R2092-20020323-en.pdf.</P></NOTE> jistabbilixxi regoli Komunitarji fuq il-produzzjoni, l-ittikkettar u l-ispezzjoni ta' prodotti agrikoli u ta' oġġetti ta' l-ikel prodotti fuq bażi organika.</TXT></NP><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>Il-preambolu jispjega, b'mod partikolari, li għandu jkun hemm qafas ta' regoli Komunitarji sabiex tiġi protetta l-biedja organika, tiġi assigurata kompetizzjoni ġusta bejn il-produtturi, jingħata profil aktar distintiv lis-suq ta' prodotti organiċi u titjieb il-kredibilità ta' dawn il-prodotti f'għajnejn il-konsumaturi<NOTE NOTE.ID="E0003" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara l-ħames premessa.</P></NOTE>; li, fl-interess tal-produtturi u tax-xerreja, għandhom jigu stabbiliti prinċipji minimi<NOTE NOTE.ID="E0004" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara t-tmien premessa.</P></NOTE>; u li l-operaturi u l-istadji koliha tal-produzzjoni u tal-marketing għandhom ikunu suġġetti għal spezzjonijiet regolari, li jkunu jissodisfaw il-ħtiġijiet Komunitarji minimi u li jsiru minn awtoritajiet ta' spezzjoni maħ-tura u/jew minn entitajiet approvati u ssorveljati<NOTE NOTE.ID="E0005" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara t-tnax u t-tlettax-il premessa.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>7.</NO.P><TXT>L-Artikoli 1, 2 u 4 tar-Regolament jelenkaw il-prodotti koperti u l-indikazzjonijiet li jirreferu għall-produzzjoni organika, u jiddefinixxi diversi termini. L-Artikolu 3 jipprovdi li r-Regolament għandu japplika bla hsara għal dispożizzjonijiet ohra tad-dritt Komunitarja u bħal hsara għal dispożizzjonijiet nazzjonali konformi ma' dan id-dritt. L-Artikolu 5 jistabbilixxi l-kundizzjonijiet sabiex l-ittikkettjar u r-reklamar jirreferu għal metodi ta' produzzjoni organika, filwaqt li l-Artikolu 6 jistabbilixxi r-regoli ta' produzzjoni (iddefiniti b'aktar dettali fl-Anness I) li jimplika t-terminu <QUOT.START ID="QS0003" REF.END="QE0003" CODE="2018"/>metodu ta' produzzjoni organika<QUOT.END ID="QE0003" REF.START="QS0003" CODE="2019"/>.</TXT></NP><NP><NO.P>8.</NO.P><TXT>L-Artikoli 8 u 9 jikkonċernaw is-sistema ta l-ispezzjoni. B'mod partikolari l-Artikolu 9 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><NP><NO.P><QUOT.START ID="QS0004" REF.END="QE0004" CODE="201C"/>1.</NO.P><TXT>L-Istati Membri għandhom jistabbilixxu sistema ta' spezzjonijiet li tkun imhaddma minn xi awtorità nominata, waħda jew aktar, u/jew minn entitajiet privati approvati [...]</TXT></NP><P>[...]</P><NP><NO.P>3.</NO.P><TXT>Is-sistema ta' l-ispezzjoni għandha tinkludi mill-anqas l-applikazzjoni tal-miżuri ta' prekwazjoni u ta' spezzjoni speċifikati fl-Anness III.</TXT></NP><?PAGE NO="I-10199"?><NP><NO.P>4.</NO.P><TXT>Dwar l-applikazzjoni tas-sistema ta' l-ispezzjonijiet li tkun imħaddma minn organizzazzjonijiet privati, l-Istati Membri għandhom jinnominaw l-awtorita responsabbli għall-approvazzjoni u s-sorveljanza ta' dawn l-organizzazzjonijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>5.</NO.P><TXT>Għall-approvazzjoni ta' organizzazzjoni privata ta' l-ispezzjonijiet, għandu jitqies dan li ġej:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>il-proċedura normali ta' l-ispezzjonijiet li għandha tintuża, li tkun tinkludi deskrizzjoni dettaljata tal-miżuri dwar l-ispezzjonijiet u l-prekwazjonijiet li l-organizzazzjoni tintrabat li timponi fuq l-operaturi li jkunu suġġetti għall-ispez-zjoni minnha;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>il-penali li l-organizzazzjoni tkun bi ħsiebha timponi meta jinstabu xi irregolaritajiet u/jew ksur tal-liġi;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(c)</NO.P><TXT>id-disponabbiltà ta' riżorsi xierqa f'dak li huma nies kwalifìkati, faċilitajiet amministrattivi u tekniċi, esperjenza fl-ispezzjonijiet u kredibilità;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>l-oġġettività ta' l-organizzazzjoni ta' l-ispezzjonijiet vis-à-vis l-operaturi li jkunu suġġetti għall-ispezzjoni minnha.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>6.</NO.P><TXT>Wara li organizzazzjoni ta' l-ispezzjonijiet tkun approvata, l-awtorità kompetenti għandha:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>tassigura li l-ispezzjonijiet li jsiru millorganizzazzjoni ta' l-ispezzjonijiet ikunu oġġettivi;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>tivverifika l-effettività ta' l-ispezzjonijiet tagħha;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(ċ)</NO.P><TXT>tieħu nota ta' xi irregolaritajiet u/jew ksur tal-liġi li jinstabu u l-penali li jkunu imposti;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(d)</NO.P><TXT>tirtira l-approvazzjoni tal-organizzazzjoni ta' l-ispezzjonijet meta din tonqos milli tħares il-ħtiġiet referuti fi (a) u (b) jew ma tibqax thares il-kriterji indikati fil-paragrafu 5 jew tonqos milli thares il-ħtiġiet stabbiliti fil-paragrafi 7, 8, 9 u 11.</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[...]</P></NP><?PAGE NO="I-10200"?><NP><NO.P>7.</NO.P><TXT>L-awtorità ta' l-ispezzjonijiet u l-organizzazzjonijiet approvati ta' l-ispezzjonijiet referuri fü-paragrafu 1 għandhom:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>jassiguraw li mill-anqas il-miżuri dwar l-ispezzjonijiet u l-prekawzjonijiet speċi-fikati fl-Anness III jkunu applikati għal dawk l-impriżi li jkunu suġġetti għall-ispezzjonijiet minnhom;</TXT></NP></ITEM></LIST></P><P>[...]</P></NP><NP><NO.P>8.</NO.P><TXT>Organizzazzjonijiet approvati ta' l-ispezzjonijiet għandhom:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>jagħtu lill-awtorità kompetenti, għall-għan ta' l-ispezzjonijiet, aċċess għall-uffiċċji u l-faċilitajiet tagħhom, flimkien ma' xi informazzjoni u għajnuna meqjusa bħala meħtieġa mill-awtorità kompetenti għat-twettiq ta' lobbligazzjonijiet tagħha skond dan ir-Regolament;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>jibagħtu lill-awtorità kompetenti ta' l-Istat Membru sal-31 ta' Jannar ta' kull sena lista ta' l-operaturi li jkunu suġġetti għall-ispezzjoni minnhom [...]</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP><NP><NO.P>9.</NO.P><TXT>L-awtorità ta' l-ispezzjoni u l-organizzazzjonijiet ta' l-ispezzjoni referuti fil-paragrafu 1 għandhom:</TXT><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>(a)</NO.P><TXT>jassiguraw li, meta tinstab xi irregolarità rigward l-implimentazzjoni ta' l-Artikoli 5 u 6 jew tal-miżuri referuti fl-Anness III, l-indikazzjonijiet previsti fl-Artikolu 2 li jirreferu għall-metodu tal-produzzjoni organika jiġu mneħħija [...];</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>(b)</NO.P><TXT>meta jinstab li jkun hemm xi nuqqas [manifest] jew nuqqas li jkollu effetti fittül, jipprojbixxu lill-operatur ikkonċer-nat milli jqiegħed fis-suq il-prodotti b'indikazzjonijiet li jirreferu għall-metodu ta' produzzjoni organika għall-perijodu li jkun miftihem ma' l-awtorita kompetenti ta' l-Istat Membru.</TXT></NP></ITEM></LIST></P></NP><P>[...]</P><NP><NO.P>11.</NO.P><TXT>Sa mill-<DATE ISO="19980101">1 ta' Jannar 1998</DATE> u mingħajr preġudizzju għad-dispożizzjonijiet tal-paragrafi 5 u 6, korpi ta' spezzjoni approvati għandhom jissodisfaw il-ħtiġijiet imniżżla filkondizzjonijiet ta' l-istandard EN 45011 [<NOTE NOTE.ID="E0006" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Li jkopri rekwiżiti għal entitajiet li jħaddmu sistemi ta' ċertifikazzjoni ta' prodotti.</P></NOTE>].</TXT></NP><?PAGE NO="I-10201"?><P>[...]<QUOT.END ID="QE0004" REF.START="QS0004" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>9.</NO.P><TXT>L-Artikolu 10 jipprovdi għal indikazzjoni u/jew logo li għandhom jidhru fuq l-ittikkettar tal-prodotti suġġett għal skema ta' spezzjoni; f'dan ir-rigward l-Artikolu 10(3) jimponi fuq l-awtoritajiet ta' l-ispezzjonijiet obbligi ta' infurzar ekwivalenti għal dawk ta' l-Artikolu 9(9).</TXT></NP><NP><NO.P>10.</NO.P><TXT>L-Artikolu 10a, li jikkonċerna miżuri ġenerali ta' infurzar, jipprovdi li:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><NP><NO.P><QUOT.START ID="QS0005" REF.END="QE0005" CODE="201C"/>1.</NO.P><TXT>Fejn Stat Membru jikxef irregolaritajiet jew ksur tal-liġi li għandu x'jaqsam ma' lapplikazzjoni ta' dan ir-Regolament fi prodott li jkun ġej minn Stat Membru ieħor u [li] jkun iġorr indikazzjonijiet kif irriferiti ŕl-Artikolu 2 u/jew l-Anness V għandu javża b'dan lill-Istat Membru li jkun ħatar l-awtorità ta' spezzjoni jew approva l-korp ta' spezzjoni u lill-Kummissjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>2.</NO.P><TXT>L-Istati Membri għandhom jieħdu kull miżura u azzjoni meħtieġa biex [j]ipprevjen [u] l-użu frawdolenti ta' l-indikazzjonijiet riferiti fl-Artikolu 2 u/jew l-Anness V.<QUOT.END ID="QE0005" REF.START="QS0005" CODE="201D"/></TXT></NP></QUOT.S></P></NP><NP><NO.P>11.</NO.P><TXT>L-Annex III jistabbilixxi f'ċertu dettali il-ħtiġijiet minimi għall-ispezzjonijiiet u l-miżuri ta' prekawzjoni skond l-iskema ta' l-ispezzjonijiet mxemmija fl-Artikolus 8 u 9. L-Anness V jelenka l-indikazzjonijiet u llogos li jistgħu jintużaw fl-ittikkettar, f'lingwi differenti.</TXT></NP><NP><NO.P>12.</NO.P><TXT>Skond l-Artikolu 9(1) tar-Regolament, kemm l-Awstrija u kemm il-Ġermanja għażlu li jwaqqfu sistema ta' spezzjoni mħaddma minn entitajiet privati.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>II-liġi Awstrijaka</P></TI></TITLE><NP><NO.P>13.</NO.P><TXT>Fil-preżent m'hemm l-ebda rekwiżit fil-liġi li entitajiet privati ta' spezzjoni jridu jkunu stabbilit fl-Awstrija sabiex iwettqu lattivitajiet tagħhom hemmhekk. Hemm qbil iżda li, sabiex dawn l-entitajiet privati jkunu approvati, l-awtoritajiet Awstrijaċi jirrikjedu għall-anqas il-preżenza ta' fergħa bl-impjegati u bil-faċilitajiet amministrattivi u tekniċi meħtieġa<NOTE NOTE.ID="E0007" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Il-Kummissjoni tinnota li abbozz ta' liġi kurrenti jinkludi rekwiżit espress li, sabiex ikunu approvati, entitajiet ta' spezzjoni jridu jkunu stabbiliti fl-Awstrija.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>14.</NO.P><TXT>B'risposta għal domandi bil-miktub mill-Qorti tal-Ġustizzja, l-Awstrija spjegat li l-<?PAGE NO="I-10202"?>Gvernaturi tal-Länder differenti huma l-awtoritajiet kompetenti għall-għanijiet ta' l-Artikolu 9 tar-Regolament. Il-Gvernaturi huma responsabbli sabiex jilqgħu jew jiċħdu applikazzjonijiet għal approvazzjoni minn entitajiet privati ta' spezzjoni potenzjali, sabiex jassiguraw li l-proċeduri ta' rappur-taġġ ikunu segwiti u sabiex jissorveljaw lattivitajiet ta' entitajiet ta' spezzjoni approvati. Huma għandhom ukoll is-setgħa li jirtiraw approvazzjoni.</TXT></NP><NP><NO.P>15.</NO.P><TXT>Entitajiet privati ta' spezzjoni approvati m'għandhomx huma nfushom is-setgħa li jimponu jew jinfurzaw penali. Huma sempli-ċement jagħmlu rakkomandazzjonijiet lill-Gvernaturi tal-Länder. Madankollu, huma jistgħu jagħtu ċerti der ogi individwali previsti fir-Regolament (dejjem taħt is-superviżjoni tal-Gvernaturi tal-Länder).</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Il-liġi Ġermaniża</P></TI></TITLE><NP><NO.P>16.</NO.P><TXT>Fis-sistema Federali fil-Ġermanja, limplementazzjoni tar-Regolament hija f'idejn il-Länder individwali. Fl-1994 kumitat ta' ħidma ad hoc <HT TYPE="ITALIC">(Arbeitsgemeinschaft)</HT> imwaqqaf mil-Länder ħejja lista ta' linji gwida sabiex tiġi promossa l-applikazzjoni uniformi tas-sistema ta' spezzjoni. Għal-kemm il-linji gwida kienu intiżi bhala rakkomandazzjonijiet, il-Länder biddluhom parzjalment f'dispożizzjonijiet amministrattivi vinkolanti<NOTE NOTE.ID="E0008" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara <HT TYPE="ITALIC">s-Schlussbericht</HT> ta' l-<DATE ISO="20021004">4 ta' Ottubru 2002</DATE> tal-Forschungsinstitut für biologischen Landbau, Berlin, taħt punt 3.3.1.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>17.</NO.P><TXT>Il-punti 1 u 2 tal-linji gwida għamlu lill-awtoritajiet kompetenti tad-diversi Länder responsabbli għall-approvazzjoni u għas-superviżjoni ta' entitajiet privati li jwettqu l-proċedura ta' spezzjoni taht l-Artikolu 9 tar-Regolament.</TXT></NP><NP><NO.P>18.</NO.P><TXT>Il-punt 2.1 jgħid<NOTE NOTE.ID="E0009" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Nikkwota l-verżjoni tas-<DATE ISO="20010406">6 ta' April 2001</DATE>. Fl-ittra ta' notifika tagħha, il-Kummissjoni tirreferi għal verżjoni preċedenti b'numerazzjoni differenti.</P></NOTE>:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START ID="QS0006" REF.END="QE0006" CODE="201C"/>[...] Entità ta' spezzjoni tista' tiġi awtorizzata biss jekk ikollha post tan-negozju fl-UE. Entità ta' spezzjoni li m'għandhiex stabbiliment domestiku tista' tapplika għal awtorizzazzjoni biss jekk tkun ħatret rappreżentant residenti fil-[Gemanja] [...].</P><P>Id-delega [ta' awtorità] lil entitajiet ta' spezzjoni hija possibbli [...]<QUOT.END ID="QE0006" REF.START="QS0006" CODE="201D"/></P></QUOT.S></P></NP><?PAGE NO="I-10203"?><NP><NO.P>19.</NO.P><TXT>Fl-<DATE ISO="20020710">10 ta' Lulju 2002</DATE>, il-Ġermanja adottat il-Liġi dwar il-Biedja Organika<NOTE NOTE.ID="E0010" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Gesetz zur Durchführung der Rechtsakte der Europäischen Gemeinschaft auf dem Gebiet des ökologischen Landbaus — ÖLG (Öko-Landbaugesetz) ta' l-<DATE ISO="20020710">10 ta' Lulju 2002</DATE> (BGBl. 2002 I 47, p. 2558).</P></NOTE> (aktar 'il quddiem l-<QUOT.START ID="QS0007" REF.END="QE0007" CODE="201C"/>ÖLG<QUOT.END ID="QE0007" REF.START="QS0007" CODE="201D"/>) sabiex timplementa, <HT TYPE="ITALIC">inter alia,</HT> ir-Regolament Nru 2092/91. Skond il-paragrafu 15 ta' l-ÖLG, ċerti dispożizzjonijiet daħlu fis-seħħ fil-ġurnata ta' wara l-pubblikazzjoni, jiġifieri fis-<DATE ISO="20020716">16 ta' Lulju 2002</DATE>, u l-kumplament fl-<DATE ISO="20030401">1 ta' April 2003</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>20.</NO.P><TXT>Mid-dispożizzjonijiet li għalhekk kienu fis-seħħ fiż-żmien rilevanti għal din il-kawża<NOTE NOTE.ID="E0011" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>F'kawża taht l-Artikolu 226 KE, iż-żmien rilevanti sabiex jiġi evalwat jekk dispożizzjonijiet nazzjonali humiex kompatibbli ma' l-obbligi ta' Stat Membru taħt il-liġi Komunitarja huwa meta jiskadi t-terminu stabbilit fl-opinjoni motivata tal-Kummissjoni [ara l-iktar reċenti s-sentenza tal-Qorti tal-Gustizzja tas-<DATE ISO="20070607">7 ta' Ġunju 2007</DATE>, Il-Kummissjoni vs L-Olanda (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-50/06" YEAR="2007" PAGE.ECR="I-4383">C-50/06, Ġabra p. I-4383, punt 48</REF.DOC.ECR>)]. Fil-kawża preżenti dan it-terminu kien ta' xahrejn min-notifika ta' l-opinjoni motivata tas-<DATE ISO="20021016">16 ta' Ottubru 2002</DATE>.</P></NOTE>, il-paragrafu 2(3) ta' s-setgħa lil-Länder sabiex jiddelegaw, kompletament jew parzjalment, is-superviżjoni ta' l-osservanza tar-Regolament mill-prodotturi u mill-opertaturi lil entitajiet ta' spezzjoni jew lil persuni oħra, naturali jew persuni legali stabbiliti taħt id-dritt privat, jew sabiex jassenjawlhom rwol kooperattiv (parteċipattiv) f'dawn id-dmirijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>21.</NO.P><TXT>Mill-kumplament, għandu jiġi nnutat li skond il-paragrafu 3(1), meta l-Länder ma jkunux iddelegaw is-supervizjoni, entatajiet ta' spezzjoni għandhom iwettqu l-ispezzjoni prevista fir-Regolament <QUOT.START ID="QS0008" REF.END="QE0008" CODE="201C"/>safejn l-eżekuzzjoni tad-dmirijiet ma tinvolvix l-eżerċizzju ta' proċedura amministrattiva<QUOT.END ID="QE0008" REF.START="QS0008" CODE="201D"/>, u li l-paragrafu 4(1) (4) jagħmel aktar espress u rigoruż leffett tal-linji gwida preċedenti billi jirrikjedi post tan-negozju fìl-Ġermanja bħala waħda mill-kundizzjonijiet għall-awtorizzazzjoni ta entità ta' spezzjoni.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Kawża C-393/05</P></TI></TITLE><NP><NO.P>22.</NO.P><TXT>Fl-1999, il-Kummissjoni rċeviet ilment minn entità privata ta' spezzjoni stabbilita u approvata fìl-Ġermanja. Jidher li din l-entità kienet originarjament ġiet approvata sabiex tipprovdi ser vizzi fl-Awstrija iżda din lapprovazzjoni kienet ġiet irtirata per ess li ma kellha ebda post tan-negozju hemmhekk.</TXT></NP><NP><NO.P>23.</NO.P><TXT>Wara żewġ talbiet għal informazzjoni, il-Kummissjoni bagħtet lill-Awstrija ittra ta' intimazzjoni formali, bid-data tat-<DATE ISO="20001108">8 ta' Novembru 2000</DATE>, fejn spjegat il-fehma tagħha li r-rekwiżit li entità ta' spezzjoni privata bbażata u approvata fi Stat Membru ieħor għandu jkollha post tan-negozju jew stabbiliment fl-Awstrija sabiex twettaq spezzjonijiet hemmhekk jikser l-Artikolu 49 KE. L-Awstrija wieġbet b'ittra tal-<DATE ISO="20010425">25 ta' April 2001</DATE>. Fis-<DATE ISO="20021016">16 ta' Ottubru 2002</DATE>, il-Kummissjoni ħarġet opinjoni motivata.</TXT></NP><?PAGE NO="I-10204"?><NP><NO.P>24.</NO.P><TXT>Wara li kkunsidrat ir-risposta ta' l-Awstrija tat-<DATE ISO="20021223">23 ta' Diċembru 2002</DATE>, il-Kummissjoni ressqet din il-kawża fl-<DATE ISO="20051104">4 ta' November 2005</DATE> fejn qiegħda titlob lill-Qorti tal-Ġustizzja tiddikjara li, <QUOT.START ID="QS0009" REF.END="QE0009" CODE="201C"/>billi tirrikjedi li entitajiet privati ta' spezzjoni fü-qasam talbiedja organika li jinsabu u huma approvati fi Stat Membru għandu jkollhom post tannegozju jew stabbiliment permanenti ieħor fl-Awstrija sabiex iwettqu l-attivitajiet tagħ-hom hemmhekk, ir-Repubblika ta' l-Awstrija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 49 KE<QUOT.END ID="QE0009" REF.START="QS0009" CODE="201D"/>, u tordna lill-Awstrija tbati l-ispejjeż.</TXT></NP><NP><NO.P>25.</NO.P><TXT>Inizjalment, l-Awstrija talbet seduta iżda wara irtirat din it-talba. Għalhekk, ma nżammet l-ebda seduta.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Kawża C-404/05</P></TI></TITLE><NP><NO.P>26.</NO.P><TXT>B'ittra ta' intimazzjoni tat-<DATE ISO="20001108">8 ta' Novembru 2000</DATE>, il-Kummissjoni informat lill-Ġer-manja bil-fehma tagħha li r-rekwiżit li entità privata ta' spezzjoni bbażata u approvata fi Stat Membru ieħor għandu jkollha post ta' negozju jew stabbiliment fil-Ġermanja sabiex twettaq spezzjonijiet hemmhekk jikser l-Artikolu 49 KE. Il-Ġermanja wieġbet b'ittra tad-<DATE ISO="20010219">19 ta' Fr ar 2001</DATE>. Il-Kummissjoni ħarġet opinjoni motivata fis-<DATE ISO="20021016">16 ta' Ottubru 2002</DATE>.</TXT></NP><NP><NO.P>27.</NO.P><TXT>Wara li kkunsidrat ir-risposta tal-Ġer-manja tat-<DATE ISO="20030213">13 ta' Frar 2003</DATE>, il-Kummissjoni ressqet din il-kawża fis-<DATE ISO="20051117">17 ta' Novembru 2005</DATE>, fejn qiegħda titlob lill-Qorti tal-Ġustiz-zja tagħmel dikjarazzjoni, fil-konfront tar-Repubblika Federali tal-Ġermanja, fl-istess termini bhad-dikjarazzjoni mitluba fil-konfront ta' l-Awstrija, u tordna lill-Ġermanja tbati l-ispejjeż.</TXT></NP><NP><NO.P>28.</NO.P><TXT>L-ebda seduta ma ntalbet u l-ebda seduta ma nżammet.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Analiżi</P></TI></TITLE><NP><NO.P>29.</NO.P><TXT>Huwa paċifiku li d-dispożizzjonijiet fis-seħħ fl-Awstrija u fil-Ġermanja fil-fatt ifixklu l-prowista ta' servizzi taħt ir-Regolament minn entitajiet ta' spezzjoni stabbiliti u approvati fi Stati Membri oħrajn iżda li m'għandhomx stabbiliment fl-Awstrija jew fil-Ġermanja, skond il-każ. Il-Kummissjoni ssostni li r-rekwiżit li tali entità jkollha stabbiliment fl-Istat Membru ospitanti jċaħ-hadha mil-libertà li jiġu pprovduti servizzi skond l-Artikolu 49 KE.</TXT></NP><?PAGE NO="I-10205"?><NP><NO.P>30.</NO.P><TXT>Kwistjoni preliminari tikkonċerna l-livell ta' armonizzazzjoni milħuq bir-Regolament. Il-Ġermanja targumenta li r-Regolament jarmonizza b'mod eżawrjenti l-iskema ta' spezzjoni li huwa jistabbilixxi, b'tali mod li l-libertajiet fundamentali tat-Trattat m'għad-homx il-kejl li fid-dawl tagħhom trid tiġi mistħarrġa l-legalità tal-liġi nazzjonali ta' Stat Membru. L-Awstrija, għall-kuntrarju, tikkunsidra li r-Regolament ma jarmonizzax l-aspetti koliha ta' l-approvazzjoni u s-super-viżjoni ta' entitajiet privati ta' spezzjoni, b'tali mod li kemm id-dispożizzjonijiet tat-Trattat fuq il-libertà li jiġu pprovduti servizzi u kemm il-ġustifikazzjonijiet għal derogi minn dawn id-dispożizzjonijiiet għandhom japplikaw għall-aspetti li mhumiex armonizzati.</TXT></NP><NP><NO.P>31.</NO.P><TXT>Sussegwentement, l-Awstrija u l-Ġer-manja jressqu, essenzjalment, żewġ eċċez-zjonijiet.</TXT></NP><NP><NO.P>32.</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, huma jsostnu li l-attività ta' entitajiet privati ta' spezzjoni tirrikjedi eżerċizzju ta' awtorità pubblika fis-sens ta' l-ewwel paragrafu ta' l-Artikolu 45 KE.</TXT></NP><NP><NO.P>33.</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, (u fil-każ tal-Ġermanja, alternattivament), huma jinvokaw raġunijiet imperattivi ta' interess ġenerali<NOTE NOTE.ID="E0012" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Bħala motiv ta' ġustifikazzjoni żviluppat fil-ġurisprudenza tal-Qorti tal-ċustizzja; Ara, per eżempju, is-sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja tat-<DATE ISO="19951130">30 ta' Novembru 1995</DATE>, Gebhard (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-55/94" YEAR="1995" PAGE.ECR="I-4165">C-55/94, Ġabra p. I-4165, punt 37</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE> sabiex jiġġustifikaw ir-rekwiżit li entità ta' spezzjoni li topera fit-territorju tagħhom għandha tkun stabbilita hemmhekk ukoll.</TXT></NP><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-portata ta' l-armonizzazzjoni milħuqa mir-Regolarnent</P></TI></TITLE><NP><NO.P>34.</NO.P><TXT>Skond il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, meta leġiżlazzjoni Komunitarja tirregola, b'mod eżawrjenti, attivitajiet b'mod armonizzat, id-dispożizzjonijiet nazzjonali għandhom jiġu evalwati fid-dawl tad-dispo-żizzjonijiet rilevanti ta' dik il-leġiżlazzjoni aktar milli fid-dawl ta' l-artikoli tat-Trattat<NOTE NOTE.ID="E0013" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara s-sentenza tat-<DATE ISO="20030123">23 ta' Jannar 2003</DATE>, Il-Kummissjoni vs L-Awstrija (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-221/00" YEAR="2003" PAGE.ECR="I-1007">C-221/00, Ġabra p. I-1007, punt 42</REF.DOC.ECR>, u l-ġurispru-denza ċċitata).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>35.</NO.P><TXT>Ir-raġunament wara dan il-prinċipju huwa bbażat fuq il-preżunzjoni (raġonevoli) li l-Kunsill, meta jintroduċi armonizzazzjoni totali f'qasam partikolari, ikun għamel dan b'mod kompatibbli mal-libertajiet fundamentali stabbiliti fit-Trattat. Għal din ir-raġuni, peress li armonizzazzjoni totali tkun diġà nkisbet, il-kompatibbiltà tal-leġiżlaz-zjoni nazzjonali f'dawn il-każijiet għandha tiġi evalwata b'referenza għar-regolament li jarmonizza, aktar milli b'referenza għat-Trattat stess.</TXT></NP><?PAGE NO="I-10206"?><NP><NO.P>36.</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, filwaqt r-regolazzjoni ta' l-oqsma esklużi mill-armonizzazzjoni Komunitarja tibqa' fil-kompetenza ta' l-Istati Membri, meta jirregolaw dawn l-oqsma l-Istati Membri għandhom iħarsu l-libertajiet fundamentali ggarantiti mit-Trattat<NOTE NOTE.ID="E0014" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara s-sentenza ta' l-<DATE ISO="20010201">1 ta' Frar 2001</DATE>, Mac Quen <HT TYPE="ITALIC">et</HT> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-108/96" YEAR="2001" PAGE.ECR="I-837">C-108/96, Ġabra p. I-837, punt 24</REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata) u s-sentenza tal-<DATE ISO="20020711">11 ta' Lulju 2002</DATE>, Gräbner (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-294/00" YEAR="2002" PAGE.ECR="I-6515">C-294/00, Ġabra p. I-6515, punt 26</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. IIQorti tal-Gustizzja diġà applikat dan il-prinċipju għal sitwazzjoni fejn il-leġiżlazzjoni Komutarja tarmonizza ċerti aspetti tal-pro-ċeduri ta' spezzjoni iżda mhux il-post ta stabbiliment ta' entitajiet ta' spezzjoni, fejn iddeċidiet li huwa kuntrarju għall-Artikolu 49 KE li Stat Membru jirrikjedi li impriża għandha tkun stabbilita fit-territorju tiegħu sabiex tkun appprovata bħala entità ta' spezzjoni<NOTE NOTE.ID="E0015" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenza ta' l-<DATE ISO="20061214">14 ta' Diċembru 2006</DATE>, Il-Kummissjoni vs L-Awstrija (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-257/05" YEAR="2006" PAGE.ECR="I-134">C-257/05, Ġabra p. I-134, punt 18</REF.DOC.ECR> u d-dispożittiv). Il-leġiżlazzjoni Komunitarja in kwistjoni kienet id-Direttiva 97/23/KE tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill, tad-<DATE ISO="19970529">29 ta' Mejju 1997</DATE>, dwar l-approssimazzjoni tal-liġijiet ta' l-Istati Membri li għandhom x'jaqsmu ma' apparat ta' pressioni (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="181" DATE.PUB="1997" PAGE.FIRST="1">ĠU L 181, p. 1</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>37.</NO.P><TXT>Fil-każ preżenti, fil-fehma tiegħi, jidher ċar li l-armonizzazzjoni ta' l-attivitajiet ta' spezzjoni mhijiex sħiħa<NOTE NOTE.ID="E0016" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Jista' jingħad ukoll li, kif osservai il-Kummissjoni, ir-Regolament Nru 2092/91 mhuwiex ibbażat fuq it-tieni paragrafu ta' l-Artikolu 45 KE, li jipprovdi li l-Kunsill jista' jiddeċiedi li d-dispożizzjonijiet tal-Kapitolu fuq il-libertà li jiġu pprovduti servizzi ma japplikawx għal ċerti attivitajiet.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>38.</NO.P><TXT>L-użu tat-termini <QUOT.START ID="QS0010" REF.END="QE0010" CODE="2018"/>minimi<QUOT.END ID="QE0010" REF.START="QS0010" CODE="2019"/> u <QUOT.START ID="QS0011" REF.END="QE0011" CODE="2018"/>qafas<QUOT.END ID="QE0011" REF.START="QS0011" CODE="2019"/> filpreambolu diġà jindika li m'hemmx armonizzazzjoni eżawrjenti. Bl-istess mod, l-Artikoli 9(3) u (7)(a) jirreferu għall-assiguraz-zjoni li <QUOT.START ID="QS0012" REF.END="QE0012" CODE="2018"/>mill-anqas<QUOT.END ID="QE0012" REF.START="QS0012" CODE="2019"/> jiġu applikati l-miżuri ta spezzjoni u ta' prekawzjoni speċifikati ŕl-Anness III.</TXT></NP><NP><NO.P>39.</NO.P><TXT>B'mod aktar sinjifikattiv, iżda, l-Artikolu 3 jipprovdi espressament li r-Regolament japplika <QUOT.START ID="QS0013" REF.END="QE0013" CODE="201C"/>mingħajr preġudizzju għal dispo-żizzjonijiet oħra tal-Komunità jew dispożiz-zjonijiet nazzjonali, f'konformità mal-liġi tal-Komunità<QUOT.END ID="QE0013" REF.START="QS0013" CODE="201D"/>, dwar is-suġġett tiegħu.</TXT></NP><NP><NO.P>40.</NO.P><TXT>Ir-Regolament ma jgħid xejn dwar ilprowista ta' servizzi fi Stat Membru wieħed minn entità privata stabbilita u approvata fi Stat Membru ieħor. Insibha diffidi sabiex ninterpreta l-Artikolu 3 fis-sens li jeskludi dawn is-ser vizzi mill-kamp ta' applikazzjoni ta' l-Artikolu 49 KE. Għalhekk, ir-rekwiżit ta' l-Awstrija u tal-Ġermnja li entitajiet ta' spezzjoni għandu jkollhom ukoll stabbiliment ta' negozju fit-territorji nazzjonali rispettivi tagħhom għandu, fil-fehma tiegħi, jiġi evalwat fid-dawl ta' dan l-artikolu u ta' kwalunkwe ġustifikazzjonijiet għal derogi minn dan l-artikolu li jirriżultaw mit-Trattat jew mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustiz-zja.</TXT></NP></GR.SEQ><?PAGE NO="I-10207"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-problema mqajma mir-Regolament</P></TI></TITLE><NP><NO.P>41.</NO.P><TXT>Minħabba li prestazzjoni transfruntaliera ta' servizzi mhijiex koperta mir-Regolament, jista j kun ta' għajnuna f'dan l-istadju li tiġi eżaminata l-pożizzjoni legali.</TXT></NP><NP><NO.P>42.</NO.P><TXT>Ir-Regolament Nru 2092/91 jistabbilixxi ċerti rekwiżiti minimi għal prodotti li għandhom indikazzjoni jew logo Komunitarju li jiċċertifika metodi ta produzzjoni organika. Dan ir-regolament jobbliga lill-Istati Membri sabiex iwaqqfu sistema li tissorvelja l-produzzjoni u l-ittikkettar ta' dawn il-prodotti. Fuq għażla ta' l-Istat Membru, din is-sistema tista' titħalla f'idejn awtorità jew awtoritajiet ta' spezzjoni ta' l-Istat u/jew f'idejn entitajiet privati ta' spezzjoni approvati u ssorveljati minn awtorità Statali. Is-sistema ta' spezzjoni għandha hija stess tassigura l-applikazzjoni ta' ċerti miżuri minimi.</TXT></NP><NP><NO.P>43.</NO.P><TXT>Meta Stati Membri jagħżlu li jħallu l-ispezzjoni esklużivament f'idejn awtorità jew awtoritajiet Statali, ma jqumux kwistjonijiet ta' provvista transfruntaliera ta' servizzi. Bis-saħħa tad-deċiżjoni meħuda, entitajiet privati ma jkunux kompetenti sabiex jagħmlu spezzjonijiet f'dawn l-Istati Membri, irrispettivament min-nazzjonalità tagħhom u mill-post jew postijiet ta' stabbiliment tagħhom. L-awtoritajiet ta' l-Istat stess, min-natura tagħhom, mhumiex kompetenti sabiex jagħmlu spezzjonijiet barra mit-territorju tagħhom.</TXT></NP><NP><NO.P>44.</NO.P><TXT>Ir-Regolament ma jistabbilixxi ebda regoli u ma jagħti ebda għajnuna fil-każ fejn entitajiet privati ta' spezzjoni approvati fi Stat Membru jkunu jixtiequ joffru s-servizzi tagħhom fi Stat Membru ieħor li jkun għażel li jagħti r-responsabbiltà ta' spezzjoni lil dawn l-entitajiet. Fil-prinċipju, dawn l-enti-tajiet għandu madankollu jkollhom id-dritt li joffru dawn is-servizzi, skond l-Artikolu 49 KE u suġġett għal kull limitazzjoni fuq dan id-dritt li hija awtorizzata mit-Trattat jew mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP><NP><NO.P>45.</NO.P><TXT>Madankollu, iqumu problemi prattiċi, u wiehed jista' jifhem li Stat Membru jfittex li jindirizzhom.</TXT></NP><NP><NO.P>46.</NO.P><TXT>Entitajiet ta' spezzjoni approvati ghandhom, <HT TYPE="ITALIC">inter alia,</HT> jagħtu lill-awtorità ta' sorveljanza kompetenti aċċess għall-uffiċċji u l-faċilitajiet tagħhom (Artikolu 9(8) tar-Regolament). L-awtorità ta' sorveljanza kompetenti għandha, <HT TYPE="ITALIC">inter alia,</HT> tassigura li l-ispezzjonijiet isiru b'mod oġġettiv u jivverifikaw l-effettività tagħhom (Artikolu 9(6)).</TXT></NP><NP><NO.P>47.</NO.P><TXT>L-osservanza ta' dawn l-obbligi tqajjem kwistjonijiet jekk l-awtorità ta' sorveljanza kompetenti u l-entità ta' spezzjoni jkunu fi Stati Membri differenti. Tista' awtorità ta' sorveljanza kompetenti tiwerifika fit-territorju tagħha stess l-ispezzjonijiet li jsiru minn entità approvata mill-awtorità ta' Stat Membru ieħor? Tista' tali awtorità titlob<?PAGE NO="I-10208"?> aċċess għall-uffiċċji u l-faċilitajiet ta' entità ta' spezzjoni fi Stat Membru ieħor, jew fejn hija stess tkun approvai I-entità jew fejn l-entità hija approvata fl-Istat Membru l-ieħor? Tista' tali awtorità tiwerifika l-ispezzjonijiet li jkunu saru fi Stat Membru ieħor minn entità li hija stess tkun approvai? Hemm periklu li entità ta' spezzjoni tevadi superviżjoni fir-rigward ta' ser vizzi li hija tipprovdi fi Stat Membru li ma jkunx dak fejn tkun ġiet approvata?</TXT></NP><NP><NO.P>48.</NO.P><TXT>L-Awstrija u l-Ġermanja, li t-tnejn li huma għażlu sistema ta' spezzjoni li ssir minn entitajiet privati approvati, solvew dawn il-kwistjonijiet billi jirrikjedu stabbiliment permanenti (jew, fil-każ tal-Ġermanja — għall-inqas skond il-linji gwida — rappre-żentazzjoni, li tista' tiġi mxebbha ma' stabbiliment<NOTE NOTE.ID="E0017" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara s-sentenza ta' l-<DATE ISO="19861204">4 ta' Diċembru 1986</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Ġermanja (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="205/84" YEAR="1986" PAGE.ECR="3755">205/84, Ġabra p. 3755, punt 21</REF.DOC.ECR>). Ara wkoll, f'qasam differenti, l-Artikolu 3 tat-Tieni Direttiva tal-Kunsill 88/357/KEE, tat-<DATE ISO="19880622">22 ta' Ġunju 1988</DATE>, dwar il-koordinazzjoni ta' liġijiet, regolamenti u dispożizzjonijiet amministrattivi li għandhom x'jaqsmu ma' assigurazzjoni diretta ta' xorta oħra minn assigurazzjoni tal-ħajja u li jistipulaw id-dispożizzjoni-jiet li jiffaċilitaw l-eżerċizzju effettiv tal-libertà li jiġu pprovduti servizzi u li temenda d-Direttiva 73/239/KEE (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="172" DATE.PUB="1988" PAGE.FIRST="1">ĠU L 172, p. 1</REF.DOC.OJ>).</P></NOTE>) fit-territorju tagħhom bhala pre-rekwiżit sabiex tingħata approvazzjoni għall-prowista ta' ser vizzi ta' spezzjoni hemmhekk.</TXT></NP><NP><NO.P>49.</NO.P><TXT>Madankollu, jidher li huwa wkoll possibbli (u proprozjonat) li kull diffikultà tiġi solvuta permezz ta' kooperazzjoni bejn lawtoritajiet ta' l-Istati Membri. Mhuwiex kompitu tal-Qorti tal-Ġustizzja li tippreskrivi I-mezzi in kwistjoni — dak huwa r-rwol tal-leġiżlatur Komunitarju — iżda waqt il-fażi prekontenzjuża ta' dawn il-kawżi, il-Kummissjoni pproponiet proċedura ta' awtorizzazzjoni possibbli għal dan l-iskop<NOTE NOTE.ID="E0018" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Il-proċedura li ssuġġeriet tikkunsidra elementi li diġà ġew vverifikati kif jixraq fl-Istat Membru ta' fejn tinsab, iżda l-Istat Membru ospitanti jkollu dritt jivverifika li l-entità ta' spezzjoni (i) kellha persuni kkwalifikati, faċilitajiet amministrattivi u tekniċi sabiex twettaq spezzjonijiet fit-territorju tagħha u tista' tiggarantixxi l-esperjenza, il-kredibbiltà u l-oġġettività tagħha; (ii) twettaq sorveljanza adegwata skond l-Artikolu 9(6), u b'mod partikolari, tinforma lill-awtorità kompetenti sistematikament u b'mod effiċjenti b'kull irregolarità jew ksur; (iii) tapplika korrettement il-kriterji tassistema ta' spezzjoni.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>50.</NO.P><TXT>Rekwiżit ġenerali tat-tip infurzat mill-Awstrija u l-Ġermanja jidher għalhekk li jmur kontra l-Artikolu 49 KE, sakemm ma jkunx iġġustifikat fuq raġunijiet permissibbli. Żewġ raġunijiet tressqu mill-Awstrija u lĠermanja.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>L-eżerćizzju ta' awtorità pubblika</P></TI></TITLE><NP><NO.P>51.</NO.P><TXT>Bis-saħħa ta' l-Artikolu 45 KE (moqri flimkien ma' l-Artikolu 55 KE), l-Artikolu 49 KE ma japplikax għal attivitajiet li jaqgħu, anki inċidentalment, fl-ambitu ta' l-eżerċizzju ta' awtorità pubblika fi Stat Membru partikolari.</TXT></NP><?PAGE NO="I-10209"?><NP><NO.P>52.</NO.P><TXT>Bħala deroga minn liberta fundamentali ggarantita mit-Trattat, l-Artikolu 45 KE għandu jingħata interpretazzjoni li tillimita l-portata tiegħu għal dak li huwa strettament neċessarju sabiex jiġu mħarsa l-interessi li l-Istati Membri jistgħu jipproteġu abbażi ta' din id-dispożizzjoni<NOTE NOTE.ID="E0019" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenzi tal-<DATE ISO="19880315">15 ta' Marzu 1988</DATE>, Il-Kummissjoni vs Il-Greċja (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="147/86" YEAR="1988" PAGE.ECR="1637">147/86, Ġabra p. 1637, punt 7</REF.DOC.ECR>); tad-<DATE ISO="19981029">29 ta' Ottubru 1998</DATE>, Il-Kummissjoni vs Spanja (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-114/97" YEAR="1998" PAGE.ECR="I-6717">C-114/97, Ġabra p. I-6717, punt 34</REF.DOC.ECR>), u tat-<DATE ISO="20060330">30 ta' Marzu 2006</DATE>, Servizi Ausiliari Dottori Commercialisti (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-451/03" YEAR="2006" PAGE.ECR="I-2941">C-451/03, Ġabra p. I-2941, punt 45</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Għalhekk, dan l-artikolu jkopri biss attivitajiet li fihom infushom huma marbuta direttament u speċifikament ma' l-eżerċizzju ta' awtorità pubblika<NOTE NOTE.ID="E0020" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenza tal-<DATE ISO="19740721">21 ta' Lulju 1974</DATE>, Revners (2/74, Cabra p. 631, punt 45), u s-sentenza Servizi Ausiliari Dottori Commercialisti (punt 46 u l-ġurisprudenza ċċitata).</P></NOTE>. Dan jeskludi funzjonijiet li huma sempliċement awżiljari u preparatorji <HT TYPE="ITALIC">vis-àvis</HT> I-entità li teżerċita awtorità pubblika billi tieħu d-deċiżjoni finali<NOTE NOTE.ID="E0021" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenza tat-<DATE ISO="19930713">13 ta' Lulju 1993</DATE>, Thijssen (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-42/92" YEAR="1993" PAGE.ECR="I-4047">C-42/92, Ġabra p. I-4047, punt 22</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>. Il-kriterju li l-Qorti tal-Ġustizzja tapplika sabiex tiddetermina jekk attività tikkostitwixxix l-eżerċizzju ta' awtorità pubblika taht l-Artikolu 45 KE huwa jekk deċiżjonijiet ta' persuna jew ta' entità li twettaq din l-attività humiex obbligatorji<NOTE NOTE.ID="E0022" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara s-sentenzi Reyners, punti 52 sa 53, u Thijssen, punt 21, kif ukoll is-sentenza ta' l-<DATE ISO="19911210">10 ta' Diċembru 1991</DATE>, IIKummissjoni vs Il-Greċja (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-306/89" YEAR="1991" PAGE.ECR="I-5863">C-306/89, Ġabra p. I-5863, punt 7</REF.DOC.ECR>).</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>53.</NO.P><TXT>Fil-każijiet preżenti, entitajiet privati approvati huma suġġetti għas-superviżjoni u l-kontroll ta' l-awtorità kompetenti ŕl-Istat Membru tagħhom. L-entitajiet privati stess iwettqu l-ispezzjonijiet neċessarji taht ir-Regolament. Huma jistgħu japplikaw penali, inklużi dawk elenkati taht l-Artikoli 9(9) u 10 (3), għal ksur mill-operaturi. Kif irrilevat il-Ġermanja, huma jistgħu anki jagħtu ċerti derogi.</TXT></NP><NP><NO.P>54.</NO.P><TXT>Madankollu, is-sistema implementata bir-Regolament hija wahda fejn, essenzjalment, l-entitajiet ta' spezzjoni jhaddmu sistema ta' ċertifikazzjoni ta' prodotti taht is-superviżjoni ta' l-awtorità kompetenti<NOTE NOTE.ID="E0023" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Fil-fatt, taht l-Artikolu 9(11) tar-Regolament huma għand-hom josservaw l-EN 45011, li tkopri rekwiżiti għal entitajiet li jhaddmu sistemi ta' ċertifikazzjoni ta' prodotti.</P></NOTE>. Fil-fehma tiegħi, mill-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja dwar l-Artikolu 45 KE, id-dmirijiet imwettqa mill-kummissarji ta' l-assigurazzjoni fis-sentenza Thijssen jistgħu jittieħdu bħala eżempju parallel utli għal dawn il-każijiet<NOTE NOTE.ID="E0024" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Iċċitata iktar 'il fuq fin-nota ta' qiegħ il-paġna 21.</P></NOTE>. F'dik il-kawża, il-kummissarji kienu approvati u ssorveljati mill-Ispettorat ta' Assigurazzjoni Belġjan, entità pubblika. Impriża ta' l-assigurazzjoni kienet obbligata taħtar kummissarju approvat, li kellu jipprovdi lill-Ispettorat b'r apport fuq l-impriża u jinformaha bi ksur u b'kull ħaġa ohra li tista' tagħmel ħsara lill-pożizzjoni finanzjarja ta' l-impriża. Il-kummissarju kellu s-setgħa li jissospendi, sa tmien ġranet, limplementazzjoni ta' deċiżjoni li tista' tikkostitwixxi ksur<NOTE NOTE.ID="E0025" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P><HT TYPE="ITALIC">Idem,</HT> punti 11, u 16 sa 19. Ara wkoll ir-rapport għas-seduta.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>55.</NO.P><TXT>Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li d-dmirijiet tal-kummissarji kienu awżiljari u preparatorji għall-funzjonijiet ta' l-Ispettorat, li kien jieħu d-deċiżjonijiet finali. Għalhekk,<?PAGE NO="I-10210"?> huma ma kellhomx konnessjoni diretta u speċifika ma' l-eżerċizzju ta' awtorità pubblika. Dan japplika wkoll għas-setgħa ta' veto temporanju, peress li d-deċiżjoni finali kienet tittieħed mill-Ispettorat, li ma kienx marbut mal-veto tal-kummissarju<NOTE NOTE.ID="E0026" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P><HT TYPE="ITALIC">Idem,</HT> punti 21 sa 22.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>56.</NO.P><TXT>Bl-istess mod, ir-Regolament fih innifsu ma jindikax u ma jimplikax li l-funzjonijiet imwettqa minn entitajiet privati ta' spezzjoni jinvolvu l-eżerċizzju ta' awtorità pubblika kif mifhuma mill-Qorti tal-Ġustizzja.</TXT></NP><NP><NO.P>57.</NO.P><TXT>Xi ngħidu dwar il-mod kif, fil-prattika, ir-Regolament ġie implementat fil-Ġermanja u fl-Awstrija?</TXT></NP><NP><NO.P>58.</NO.P><TXT>Jidher li l-prattika fil-Ġermanja tvarja skond il-Länder. Xi Länder għażlu li jiddelegaw setgħat lil entitajiet privati ta' spezzjoni jew jassenjawlhom rwol parteċipattiv. F'oh-rajn, entitajiet privati ta spezzjoni joperaw esklużivament taht id-dritt nazzjonali. Fil-każijiet koliha, iżda, l-entitajiet ta' spezzjoni huma suġġetti għall-awtorità kompetenti rilevanti.</TXT></NP><NP><NO.P>59.</NO.P><TXT>Il-kompetenza ta' l-entitajiet ta spezzjoni li jimponu penali tvarja konsiderevolment fost il-Länder. Xi wħud jistgħu jimponu, jew waħedhom jew b'kooperazzjoni ma' l-awtorità kompetenti, uħud jew il-miżuri koliha previsti fl-Artikolu 9(9) u l-Artikolu 10(3) tar-Regolament. F'każijiet ohra dawn il-miżuri huma imposti mill-awtoritajiet tal-Länder. Fejn ġiet iddelegata l-awtorità, dawn il-kompetenzi huma amministrattivi. Dawn il-miżuri iżda jistgħu jkunu previsti wkoll fil-kuntratt bejn l-entitajiet ta' spezzoni u l-produtturi, u għalhekk jaqgħu taht il-liġi privata (ċivili). Is-setgħa li jiġu inforzati penali (kif ukoll li jiġu ppenalizzati ċerti ksur) hija, bxi eċċezzjonijiet, irriżervata għall-awtoritajiet kompetenti.</TXT></NP><NP><NO.P>60.</NO.P><TXT>Il-pożizzjoni fl-Awstrija hija aktar ċara. Huma l-Gvernaturi tal-Länder li jissorveljaw l-entitajiet privati ta' spezzjoni u, filwaqt li jimxu fuq il-parir (li ma jorbotx) tagħhom, jippenalizzaw ksur.</TXT></NP><NP><NO.P>61.</NO.P><TXT>L-aktar viċin li l-entitajiet privati ta' spezzjoni approvati jersqu għat-twettiq ta' att uffiċjali huwa meta joħorġu ċertifikati. Fil-fehma tiegħi, din l-attività ma tikkostitwixxix l-eżerċizzju ta' awtorità pubblika għall-iskopijiet ta' l-Artikolu 45 KE<NOTE NOTE.ID="E0027" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara s-sentenza Thijssen, iċċitata fil-punti 54 sa 55 iktar 'il fuq.</P></NOTE>.</TXT></NP><?PAGE NO="I-10211"?><NP><NO.P>62.</NO.P><TXT>Barra minn dan, mhemm xejn fil-kawżi preżenti li jissuġġerixxi li restrizzjoni totali fuq il-libertà li jiġu pprovduti ser vizzi privati ta' spezzjoni transfruntalieri lil Stat Membru ospitanti li jkun għażel li jippermetti li dawn is-servizzi ta' spezzjoni jsiru minn entitajiet privati approvati stabbiliti fit-territorju tagħha hija strettament neċessarja' għall-ħarsien ta' l-interessi ta' l-Istati Membri kkonċernati<NOTE NOTE.ID="E0028" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara punt 52 iktar 'il fuq.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>63.</NO.P><TXT>Ir-Regolament ma jipprekludix lill-Istati Membri milli jiddelegaw setgħat amministrativi lil entitajiet ta' spezzjoni; u għalhekk l-Awstrija u l-Ġermanja huma ovvjament hielsa li jagħmlu hekk. Madankollu, huma m'għandhomx b'hekk jillimitaw il-libertajiet fundamentali.</TXT></NP><NP><NO.P>64.</NO.P><TXT>L-Awstrija tibbaża ħafna fuq Van Schaik<NOTE NOTE.ID="E0029" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenza tal-<DATE ISO="19941005">5 ta' Ottubru 1994</DATE> (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-55/93" YEAR="1994" PAGE.ECR="I-4837">C-55/93, Ġabra p. I-4837</REF.DOC.ECR>)</P></NOTE> (li kienet tikkonċerna l-ħruġ ta' ċertifikati ta' eżami għal karozzi). L-Avukat Ġenerali Jacobs qies li din I-attività ma kinitx marbuta ma' l-eżerċizzju ta' awtorità pubblika<NOTE NOTE.ID="E0030" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara punt 17 tal-konklużjonijiet tiegħu ppreżentati fil-kawża Schaik.</P></NOTE>. Il-Qorti tal-Ġustizzja ddeċidiet li <QUOT.START ID="QS0014" REF.END="QE0014" CODE="201C"/>rrikonoxximent mill-Istat Olandiż [...] lil garaxxijiet stabbiliti fi Stati Membri ohra jinvolvi l-estensjoni barra mit-territorju nazzjonali ta' drittijiet u setgħat li huma parti mill-eżerċizzju ta' awtorità Statali u, għal-hekk, ma jaqax taht l-ambitu ta' l-Artikolu [49] tat-Trattat<QUOT.END ID="QE0014" REF.START="QS0014" CODE="201D"/><NOTE NOTE.ID="E0031" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Fil-punt 16 tas-sentenza.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>65.</NO.P><TXT>Madankollu, mhuwiex ċar jekk l-eżerċiz-zju ta' awtorità pubblika li tirreferi għalih il-Qorti tal-Ġustizzja kienx irrikonoxximent mill-Olanda ta' garaxxijiet fi Stati Membri ohra, jew l-attività speċifika ta' ċertifikazzjoni tal-karozzi. Jekk dan ta' l-aħħar huwa l-każ, huma sorprendenti li l-Qorti tal-Ġustizzja ma tat l-ebda motivazzjoni għall-konstataz-zjoni tagħha (u lanqas ma semmiet dak li llum huwa l-Artikolu 45 KE) fid-dawl, lewwel nett, tal-ġurisprudenza tagħha stess li tillimita I-portata ta' din id-deroga u, it-tieni nett, tal-fehma kuntrarja espressa mill-Avukat Ġenerali. Fil-fehma tiegħi, is-sentenza Van Schaik għalhekk mhijiex ta' għajnuna fissoluzzjoni ta' dawn il-kawżi.</TXT></NP><NP><NO.P>66.</NO.P><TXT>Nikkonkludi li l-attivitajiet ta' entitajiet privati ta' spezzjoni approvati ma jikkostitwixxux l-eżerċizzju ta' awtorità pubblika fissens ta' l-Artikolu 45 KE.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Raġunijiet imper attivi ta' inter ess ġenerali</P></TI></TITLE><NP><NO.P>67.</NO.P><TXT>Bhala alternattiva għad-deroga ta' l-Artikolu 45 KE, iż-żewġ Stati Membri<?PAGE NO="I-10212"?> jinvokaw il-protezzjoni tal-konsumaturi bħala interess imperattiv. Huma jqisu li r-rekwiżit li entità privata ta' spezzjoni tkun stabbilita fit-territorju nazzjonali huwa proporzjonat għal dan il-ghan, peress li huwa meħtieġ sabiex jassigura l-oġġettività u livell għoli ta' superviżjoni. Id-dmirijiet ta' awtorità ta' sorveljanza kompetenti taht l-Artikolu 9 (6) tar-Regolament huma kontinwi. Dawn id-dmirijiet jistghu jitwettqu b'mod effettiv biss jekk l-entitajiet ta' spezzjoni jkunu jinsabu fl-istess pajjiż bhal dak ta' l-awtorità kompetenti. Il-proċedura taht l-Artikolu 10a fej n Stati Membri ohra u l-Kummissjoni jiġu informati dwar irregolaritajiet fil-prodotti ma tistax tiġi estiża b'analoġija ghall-entitajiet ta' spezzjoni. Entitajiet ta' spezzjoni jwettqu kompiti differenti skond l-obbligi imposti fuqhom mill-Istat Membru taghhom. Ghalhekk, il-livell ta' superviżjoni mhuwiex l-istess. Proċedura ta' approvazzjoni aktar sempliċi, kif proposta mill-Kummissjoni, tkun ghalhekk ineffettiva.</TXT></NP><NP><NO.P>68.</NO.P><TXT>Skond il-ġurisprudenza tal-Qorti tal-Ġustizzja, raġunijiet imperattivi ta' interess generali jistghu jiġġustifikaw restrizzjoni imposta minn miżura nazzjonali fuq illibertà li jiġu pprovduti ser vizzi fej n dan l-interess mhuwiex diga protett minn miżuri Komunitarji ta' armonizzazzjoni<NOTE NOTE.ID="E0032" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenzi tal-<DATE ISO="19910725">25 ta' Lulju 1991</DATE>, Collectieve Antennevoorziening Gouda (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-288/89" YEAR="1991" PAGE.ECR="I-4007">C-288/89, Ġabra p. I-4007, punt 12</REF.DOC.ECR>), u IIKummissjoni vs L-Awstrija (iċċitata iktar 'il fuq fin-nota ta' qiegħ il-paġna 15, punt 23).</P></NOTE> jew imħa-res minn dispożizzjonijiet li għalihom huwa suġġett il-prestatarju ta' ser vizzi fl-Istat Membru ta stabbiliment tieghu<NOTE NOTE.ID="E0033" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenzi tas-<DATE ISO="19811217">17 ta' Diċembru 1981</DATE>, Webb (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="279/80" YEAR="1981" PAGE.ECR="3305">279/80, Ġabra p. 3305, punt 17</REF.DOC.ECR>); Gebhard (iċċitata iktar 'il fuq fin-nota ta' qiegħ il-paġna 12, punt 38), u s-sentenza tad-<DATE ISO="19970709">9 ta' Lulju 1997</DATE>, Parodi (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-222/95" YEAR="1997" PAGE.ECR="I-3899">C-222/95, Ġabra p. I-3899, punt 21</REF.DOC.ECR> u l-ġurisprduenza ċċitata).</P></NOTE>. Madankollu, tali miżura restrittiva ghandha tapplika għall-persuni jew għall-impriżi koliha li jeżerċitaw attività fl-Istat Membru ta' destinazzjoni u tista' tkun iġġustifikata biss jekk hija meħtieġa sabiex thares I-interessi li hija intiża li tiggarantixxi u jekk dan l-ghan ma jistax jiġi mħares permezz ta mezzi anqas restrittivi<NOTE NOTE.ID="E0034" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenzi ċċitati iktar 'il fuq Collectieve Antennevoorziening Gouda, punti 12 u 15 u l-ġurisprudenza ċċitata, u Parodi, punt 21.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>69.</NO.P><TXT>Il-protezzjoni tal-konsumaturi tista' tikkostitwixxi raġuni prevalenti marbuta ma' l-interess ġenerali<NOTE NOTE.ID="E0035" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Sentenza Collectieve Antennevoorziening Gouda, punt 14.</P></NOTE> u r-rekwiżit ta' stabbiliment fl-Awstrija u fil-Ġermanja japplika ghall-entitajiet privati ta' spezzjoni koliha li jipprovdu servizzi.</TXT></NP><NP><NO.P>70.</NO.P><TXT>Ghalhekk, filwaqt li ma jintroduċix armonizzazzjoni sħiħa fil-qasam tal-biedja organika<NOTE NOTE.ID="E0036" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara l-punt 40 iktar 'il fuq.</P></NOTE>, ir-Regolament jipprovdi kriterji armonizzati li abbażi taghhom is-sorveljanza ghandha tikkonforma ma' l-istess rekwiżiti minimi fil-Komunita. Ghalhekk, jekk entità ta' spezzjoni hija stabbilita fi Stat Membru iehor fejn l-uffiċċji u l-faċilitajiet tagħha huma ssorveljati mill-awtorità nazzjonali kompetenti, dan huwa biżżejjed sabiex ma tibqax meħtieġa kwalunkwe duplikazzjoni ta' l-istess sorveljanza mill-Awstrija u l-Ġermanja,<?PAGE NO="I-10213"?> kif ikun il-każ, u sabiex tiġi eskluża kull ġustifikazzjoni għal stabbiliment fl-Istat ospitanti<NOTE NOTE.ID="E0037" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Ara, b'anoloġija, is-sentenza ta' l-<DATE ISO="20061214">14 ta' Diċembru 2006</DATE>, IIKummissjoni vs L-Awstrija, iċċitata iktar 'il fuq fin-nota ta' qiegħ il-paġna 15, punti 26 sa 27, kawża dwar il-liberta' ta' spetturi ta'kaldaruni li jipprovdu servizzi. Ir-Regolament Nru 2092/91 huwa madankollu pjuttost differenti mil-leġiżlaz-zjoni Komunitarja in kwistjoni fil-kawża li wasslet għas-sentenza ta' l-<DATE ISO="19920520">20 ta' Mejju 1992</DATE>, Ramrath (<REF.DOC.ECR EDITION="GEN" NO.CASE="C-106/91" YEAR="1992" PAGE.ECR="I-3351">C-106/91, Ġabra p. I-3351</REF.DOC.ECR>), li fuqha bbażat l-Awstrija fid-difiża tagħha. Dik il-leġiżlazzjoni tirrikjedi espressament li l-Istati Membri jwettqu l-evalwazzjonijiet rilevanti skond il-liġi nazzjonali. Ara s-sentenza Ramrath, punt 34.</P></NOTE>.</TXT></NP><NP><NO.P>71.</NO.P><TXT>Fil-fehma tiegħi, l-argument ta' l-Istati Membri konvenuti bbażat fuq raġunijiet imperattivi ta' interess ġenerali għandu għalhekk jiġi miċħud.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P>Il-forma ta' dikjarazzjoni mitluba</P></TI></TITLE><NP><NO.P>72.</NO.P><TXT>Fl-aħħar indur fuq punt ta' dettali, li mhumiex mingħajr sinjifikat.</TXT></NP><NP><NO.P>73.</NO.P><TXT>Id-dikjarazzjoni mitluba mill-Kummissjoni fiż-żewġ kawżi hija fis-sens li l-Istat Membru naqas milli josserva l-Artikolu 49 KE billi jirrikjedi li entitajiet ta' spezzjoni li jinsabu u li huma approvati fi Stat Membru ieħor iżommu għall-inqas stabbiliment permanenti fit-territorju tiegħu <HT TYPE="ITALIC">sabiex iwettqu l-attivitajiet tagħhom</HT> hemmhekk.</TXT></NP><NP><NO.P>74.</NO.P><TXT>Madankollu, il-prattika<NOTE NOTE.ID="E0038" NUMBERING.CONTINUED="YES"><P>Jiġi mfakkar li, għall-inqas fiż-żmien materjali għall-evalwaz-zjoni tal-kompatibbilità tar-regoli nazzjonali, dawn ir-regoli kienu inklużi essenzjalment fi prassi amministrattiva iktar milli fil-leġiżlazzjoni.</P></NOTE> kemm fl-Awstrija u l-Ġermanja, kif spjegat fis-sottomissjonijiet, hija li dawn l-entitajiet huma rikjesti li jkollhom għall-inqas stabbiliment permanentí fit-territorju tagħhom <HT TYPE="ITALIC">sabiex ikunu approvati</HT> hemmhekk, u li dawn l-entitajiet ma jistgħux iwettqu attivitajiet ta' spezzjoni hemmhekk sakemm ma jkunux approvati mill-awtoritajiet nazzjonali.</TXT></NP><NP><NO.P>75.</NO.P><TXT>L-atti tal-kawża għalhekk juru sitwazzjoni aktar kumplessa minn dik fid-dikjarazzjoni mitluba mill-Kummissjoni. Peress li s-sitwazzjoni spjegata fis-sottomissjonijiet tinkludi s-sitwazzjoni spjegata fid-dikjarazzjoni mitluba, m'hemm l-ebda xkiel sabiex tintlaqa' t-talba tal-Kummissjoni fiż-żewġ każijiet. Id-differenza iżda għanda konsegwenzi dwar l-azzjoni rimedjali li għandha tittiehed mill-Istati Membri.</TXT></NP><NP><NO.P>76.</NO.P><TXT>Essenzjalment, jekk entita ta' spezzjoni approvata fi Stat Membru għandha tithalla tipprovdi s-servizzi tagħha mingħajr xkiel, iżda suġġetta għal superviżjoni adegwata, fi Stat Membru iehor, allura t-tieni Stat Membru għandu żewġ għażliet. Dan jista' jew japprova l-entità stess, abbażi ta' l-approvazzjoni oriġinali, u mbagħad jissuġġetta l-atti vitajiet ta' l-entità fit-territorju tiegħu<?PAGE NO="I-10214"?> għas-superviżjoni tiegħu stess, jew jista' jaċċetta l-entità ta' spezzjoni mingħajr approvazzjoni oħra u jissorvelja l-attivitajiet tagħha b'kooperazzjoni ma' l-awtorità li tissorvelja fl-Istat Membru ta' l-entità. Għalkemm mhuwiex il-kompitu tal-Qorti tal-Ġustizzja li tippreskrivi pjan ta' azzjoni partikolari, u huwa ta' dispjaċir li l-leġiżlatur m'għamilx dan, kwalunkwe wieħed minn dawn iż-żewġ metodi jidhirli li huwa aċċettabbli fid-dawl ta' l-Artikolu 49 KE.</TXT></NP></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>L-ispejjeż</P></TI></TITLE><NP><NO.P>77.</NO.P><TXT>Skond l-Artikolu 69(2) tar-Regoli tal-Proċedura, il-parti li titlef il-kawża għandha tbati l-ispejjeż, jekk dawn ikunu ġew mitluba. Jien tal-fehma li r-rikors għandu jintlaqa' fiż-żewġ kawżi, u l-Kummissjoni talbet l-ispejjeż fiż-żewġ kawżi, kemm kontra l-Ġermanja kif ukoll l-Awstrija.</TXT></NP></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P>Konklużjoni</P></TI></TITLE><NP><NO.P>78.</NO.P><TXT>Jien għalhekk nirrakkomanda li l-Qorti tal-Ġustizzja għandha:</TXT><P>Fil-Kawża C-393/05,</P><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tiddikjara li, billi tirrikjedi li entitajiet privati ta' spezzjoni fil-qasam tal-biedja organika li jinsabu u huma approvati fi Stat Membru iehor għandu jkollhom post tan-negozju jew stabbiliment permanenti iehor fl-Awstrija sabiex iwettqu l-attivitajiet tagħhom hemmhekk, ir-Repubblika ta' l-Awstrija naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taht l-Artikolu 49 KE;</P></ITEM><?PAGE NO="I-10215"?><ITEM><P>tikkundanna lir-Repubblika ta' l-Awstrija għall-ispejjeż;</P></ITEM></LIST></P><P>u, fil-Kawża C-404/05:</P><P><LIST TYPE="DASH"><ITEM><P>tiddikjara li, billi tirrikjedi li entitajiet privati ta' spezzjoni fil-qasam tal-biedja organika li jinsabu u huma approvati fi Stat Membru ieħor għandu jkollhom post tan-negozju jew stabbiliment permanenti ieħor fil-Ġermanja sabiex iwettqu l-attivitajiet tagħhom hemmhekk, ir-Repubblika Federali tal-Ġermanja naqset milli twettaq l-obbligi tagħha taħt l-Artikolu 49 KE;</P></ITEM><ITEM><P>tikkundanna lir-Repubblika Federali tal-Ġermanja għall-ispejjeż.</P></ITEM></LIST></P></NP></GR.SEQ></CONTENTS.CONCLUSION></CONCLUSION>