12.6.2008   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali ta’ l-Unjoni Ewropea

L 154/36


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 18/2008

ta' l-1 ta' Frar 2008

li temenda l-Anness XXI (Statistika) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat bil-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness XXI tal-Ftehim kien emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 170/2007 tas-7 ta' Diċembru 2007 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 847/2007 tat-18 ta' Lulju 2007 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 808/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistiċi tal-Komunità dwar is-soċjetà ta' l-informazzjoni (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 973/2007 ta’ l-20 ta’ Awissu 2007 li jemenda ċerti Regolamenti tal-KE dwar oqsma speċifiċi ta’ l-istatistika li jimplimentaw il-klassifikazzjoni ta’ l-istatistika ta’ l-attivitajiet ekonomiċi tan-NACE Reviżjoni 2 (3) għandu jiġi nkorporat fil-Ftehim,

IDDEĊIEDA KIF ĠEJ:

Artikolu 1

L-Anness XXI tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

Dan il-punt li jmiss għandu jiġi miżjud mal-punt 28b (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1031/2006):

“28c.

32007 R 0847: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 847/2007 tat-18 ta' Lulju 2007 li jimplimenta r-Regolament (KE) Nru 808/2004 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill dwar l-istatistiċi tal-Komunità dwar is-soċjetà ta' l-informazzjoni (ĠU L 187, 19.7.2007, p. 5).”

2.

L-inċiż li ġej għandu jiżdied mal-punti 18ai (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 430/2005), 18db (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1916/2000), 18e (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1726/1999) u 18h (Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1216/2003):

“—

32007 R 0973: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 973/2007 ta' l-20 ta’ Awissu 2007 (ĠU L 216, 21.8.2007, p. 10).”

3.

Dan li ġej għandu jkun miżjud mal-punti 4ac (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 912/2004), 7e (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 2163/2001), 18m (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1983/2003), 27a (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 782/2005), 30 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 753/2004) u 31 (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1450/2004):

“, kif emendat b'li ġej:

—

32007 R 0973: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 973/2007 ta' l-20 ta’ Awissu 2007 (ĠU L 216, 21.8.2007, p. 10).”

Artikolu 2

Għandhom ikunu awtentiċi t-testi tar-Regolamenti (KE) Nri 847/2007 u 973/2007 fl-ilsien Islandiz u l-ilsien Norveġiż, li jridu jiġu ppubblikati fis-Suppliment għaż-ŻEE mal-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-2 ta' Frar 2008, sakemm ikunu saru n-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tkun ippublikata fis-Sezzjoni ŻEE ta', u fis-Suppliment ŻEE ta', il-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, 1 ta’ Frar 2008.

Għall-Kumitat Konġunt ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)   ĠU L 124, 8.5.2008, p. 38.

(2)   ĠU L 187, 19.7.2007, p. 5.

(3)   ĠU L 216, 21.8.2007, p. 10.

(*1)  Ebda obbligi kostituzzjonali m'huma indikati.