|
4.8.2023 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
C 275/21 |
Avviż għall-attenzjoni tal-persuni fiżiċi u ġuridiċi, l-entitajiet u l-korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK, kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1592, u bir-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 765/2006, kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/1591 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna
(2023/C 275/09)
L-informazzjoni li ġejja qed tinġieb għall-attenzjoni tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi li jidhru fl-Anness għad-Deċiżjoni tal-Kunsill 2012/642/PESK (1), kif emendata bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2023/1592 (2), u fl-Anness I għar-Regolament tal-Kunsill (UE) Nru 765/2006 (3), kif implimentat bir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kunsill (UE) 2023/1591 (4) dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna.
Il-Kunsill tal-Unjoni Ewropea ddeċieda li dawk il-persuni, l-entitajiet u l-korpi jenħtieġ li jiġu inklużi fil-lista ta' persuni, entitajiet u korpi soġġetti għall-miżuri restrittivi previsti fid-Deċiżjoni 2012/642/PESK u fir-Regolament (UE) Nru 765/2006 dwar miżuri restrittivi fir-rigward tal-Belarussja u l-involviment tal-Belarussja fl-aggressjoni Russa kontra l-Ukrajna. Ir-raġunijiet li ddeterminaw id-deżinjazzjoni ta' dawk il-persuni, entitajiet u korpi jidhru fl-entrati rilevanti f'dawk l-Annessi.
Qed tinġibed l-attenzjoni ta' dawk il-persuni, l-entitajiet u l-korpi għall-possibbiltà li ssir applikazzjoni lill-awtoritajiet kompetenti tal-Istat(i) Membru/i rilevanti, kif indikat fis-siti web fl-Anness II għar-Regolament (UE) Nru 765/2006, sabiex tinkiseb awtorizzazzjoni biex jintużaw il-fondi ffriżati għal ħtiġijiet bażiċi jew ħlasijiet speċifiċi (ara l-Artikolu 3 tar-Regolament).
Il-persuni, l-entitajiet u l-korpi kkonċernati jistgħu jippreżentaw talba lill-Kunsill, flimkien ma' dokumentazzjoni ta' sostenn, biex id-deċiżjoni li huma jiġu inklużi fil-lista msemmija hawn fuq tiġi kkunsidrata mill-ġdid, fl-indirizz li ġej qabel it-30 ta' Novembru 2023.
|
Kunsill tal-Unjoni Ewropea |
|
Segretarjat Ġenerali |
|
RELEX.1 |
|
Rue de la Loi/Wetstraat 175 |
|
1048 Bruxelles/Brussel |
|
BELGIQUE/BELGIË |
Email: sanctions@consilium.europa.eu
Qiegħda tinġibed ukoll l-attenzjoni tal-persuni, l-entitajiet u l-korpi kkonċernati għall-possibbiltà li d-Deċiżjoni tal-Kunsill tiġi kkontestata quddiem il-Qorti Ġenerali tal-Unjoni Ewropea, f'konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti fl-Artikolu 275, it-tieni paragrafu, u l-Artikolu 263, ir-raba' u s-sitt paragrafi, tat-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea.
(1) ĠU L 285, 17.10.2012, p. 1.
(2) ĠU L 195 I, 3.8.2023, p. 31.