<?xml version="1.0" encoding="UTF-8"?><JUDGMENT xmlns:fmx="http://opoce" xmlns:xsi="http://www.w3.org/2001/XMLSchema-instance" xsi:noNamespaceSchemaLocation="http://formex.publications.europa.eu/schema/formex-05.58-20161101.xd"><BIB.JUDGMENT><REF.CASE FILE="n.a."><NO.CASE>C-712/17</NO.CASE></REF.CASE><NO.CELEX>62017CJ0712</NO.CELEX><NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:374">EU:C:2019:374</NO.ECLI><NO.SEQ>0001</NO.SEQ><PAGE.FIRST.ECR>1</PAGE.FIRST.ECR><PAGE.SEQ>1</PAGE.SEQ><PAGE.LAST.ECR>8</PAGE.LAST.ECR><PAGE.TOTAL>8</PAGE.TOTAL><AUTHOR>CJ</AUTHOR></BIB.JUDGMENT><CURR.TITLE><PAGE.HEADER><P><HT TYPE="SC">Sentenza tat‑<DATE ISO="20190508">8.5.2019</DATE> – Kawża C‑712/17</HT></P><P>EN.SA.</P></PAGE.HEADER></CURR.TITLE><TITLE><TI><P><HT TYPE="UC">Sentenza tal-Qorti tal-Ġustizzja</HT> (L-Ewwel Awla)</P><P><DATE ISO="20190508">8 ta’ Mejju 2019</DATE><NOTE NUMBERING="STAR" TYPE="FOOTNOTE" NOTE.ID="E0001"><P>Lingwa tal-kawża: it-Taljan.</P></NOTE></P></TI></TITLE><INTERMEDIATE><INDEX IDX.CLOSE="”" SEPARATOR=" – " IDX.OPEN="“"><KEYWORD>Rinviju għal deċiżjoni preliminari</KEYWORD><KEYWORD>Taxxa fuq il-valur miżjud (VAT)</KEYWORD><KEYWORD>Tranżazzjonijiet fittizji</KEYWORD><KEYWORD>Impossibbiltà li titnaqqas it-taxxa</KEYWORD><KEYWORD>Obbligu, għal min joħroġ fattura, li jħallas il-VAT li tidher fuqha</KEYWORD><KEYWORD>Multa ta’ ammont ugwali għal dak tal-VAT imnaqqsa indebitament</KEYWORD><KEYWORD>Kompatibbiltà mal-prinċipji ta’ newtralità tal-VAT u ta’ proporzjonalità</KEYWORD></INDEX></INTERMEDIATE><JUDGMENT.INIT><P>Fil-Kawża C‑712/17,</P><P>li għandha bħala suġġett talba għal deċiżjoni preliminari taħt l‑Artikolu 267 TFUE, imressqa mill-Commissione tributaria regionale di Lombardia (il-Kummissjoni fiskali reġjonali ta’ Lombardia, l-Italja), permezz ta’ deċiżjoni tad-<DATE ISO="20171009">9 ta’ Ottubru 2017</DATE>, li waslet fil-Qorti tal-Ġustizzja fl‑<DATE ISO="20171220">20 ta’ Diċembru 2017</DATE>, fil-proċedura</P></JUDGMENT.INIT><PARTIES><PLAINTIFS><P><HT TYPE="BOLD">EN.SA. Srl</HT></P></PLAINTIFS><AGAINST>vs</AGAINST><DEFENDANTS><P><HT TYPE="BOLD">Agenzia delle Entrate – Direzione Regionale Lombardia Ufficio Contenzioso,</HT></P></DEFENDANTS></PARTIES><PREAMBLE><PREAMBLE.INIT><P>IL-QORTI TAL-ĠUSTIZZJA (L-Ewwel Awla),</P><P>komposta minn J.‑C. Bonichot (Relatur), President tal-Awla, C. Toader, A. Rosas, L. Bay Larsen u M. Safjan, Imħallfin,</P><P>Avukat Ġenerali: J. Kokott,</P><P>Reġistratur: A. Calot Escobar,</P></PREAMBLE.INIT><GR.VISA><VISA>wara li rat il-proċedura bil-miktub,</VISA></GR.VISA><GR.CONSID><CONSID><P>wara li kkunsidrat l-osservazzjonijiet ippreżentati:</P><LIST TYPE="NDASH"><ITEM><P>għall-Gvern Taljan, minn G. Palmieri, bħala aġent, assistita minn M. Capolupo u G. De Bellis, avvocati dello Stato,</P></ITEM><ITEM><P>għall-Kummissjoni Ewropea, minn N. Gossement u F. Tomat, bħala aġenti,</P></ITEM></LIST></CONSID></GR.CONSID><GR.VISA><VISA>wara li semgħet il-konklużjonijiet tal-Avukat Ġenerali ppreżentati fis-seduta tas‑<DATE ISO="20190117">17 ta’ Jannar 2019</DATE>,</VISA></GR.VISA><PREAMBLE.FINAL>tagħti l-preżenti</PREAMBLE.FINAL></PREAMBLE><?PAGE NO="2"?><CONTENTS.JUDGMENT><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Sentenza</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0001"><NO.P>1</NO.P><TXT>It-talba għal deċiżjoni preliminari tirrigwarda l-interpretazzjoni tad-Direttiva tal‑Kunsill 2006/112/KE, tat-<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE>, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud (<REF.DOC.OJ COLL="L" NO.OJ="347" PAGE.FIRST="1" DATE.PUB="2006">ĠU 2006, L 347, p. 1</REF.DOC.OJ>, iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0001" ID="QS0001"/>Direttiva tal-VAT<QUOT.END REF.START="QS0001" CODE="201D" ID="QE0001"/>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0002"><NO.P>2</NO.P><TXT>Din it-talba saret fil-kuntest ta’ tilwima bejn EN.SA. Srl u l-Agenzia delle Entrate – Direzione Regionale della Lombardia (Amministrazzjoni tat-taxxa – Direttorat Reġjonali ta’ Lombardia, l-Italja) (iktar ’il quddiem l-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0002" ID="QS0002"/>Amministrazzjoni tat-taxxa<QUOT.END REF.START="QS0002" CODE="201D" ID="QE0002"/>) fir-rigward ta’ rkupru tat-taxxa li kienet suġġetta għalih din il-kumpannija, li jikkorrispondi għal żieda fit-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) dovuta, flimkien ma’ interessi u sanzjonijiet.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kuntest ġuridiku</HT></P></TI></TITLE><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt tal-Unjoni</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0003"><NO.P>3</NO.P><TXT>L-Artikolu 63 tad-Direttiva dwar il-VAT jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0003" ID="QS0003"/>Għandu jkun hemm avveniment li jagħti lok għal ħlas u l-VAT għandha tiġi imposta meta l-merkanzija jew is–servizzi huma pprovduti.<QUOT.END REF.START="QS0003" CODE="201D" ID="QE0003"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0004"><NO.P>4</NO.P><TXT>L-Artikolu 167 ta’ din id-direttiva jipprevedi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0004" ID="QS0004"/>Dritt ta’ tnaqqis iseħħ fil-ħin meta t-taxxa mnaqqsa tiġi imposta.<QUOT.END REF.START="QS0004" CODE="201D" ID="QE0004"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0005"><NO.P>5</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 168 tad-direttiva msemmija:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0005" ID="QS0005"/>Sakemm il-merkanzija u s-servizzi jintużaw għall-iskopijiet tat-tranżazzjonijiet taxxabbli ta’ persuna taxxabbli, il-persuna taxxabbli għandha tkun intitolata, fl-Istat Membru li fih twettaq dawn it-tranżazzjonijiet, li tnaqqas mll-VAT li għandha tħallas dan li ġej:</P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>il-VAT dovuta jew imħallsa f’dak l-Istat Membru rigward provvisti li sarulha ta’ merkanzija jew servizzi, li twettqu jew li għad iridu jitwettqu minn persuna taxxabli oħra;</TXT></NP></ITEM></LIST><P>[…]<QUOT.END REF.START="QS0005" CODE="201D" ID="QE0005"/></P></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0006"><NO.P>6</NO.P><TXT>L-Artikolu 203 tal-istess direttiva jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0006" ID="QS0006"/>Il-VAT għandha titħallas minn kwalunkwe persuna li tniżżel il-VAT fuq fattura.<QUOT.END REF.START="QS0006" CODE="201D" ID="QE0006"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0007"><NO.P>7</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 273 tad-Direttiva dwar il-VAT:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0007" ID="QS0007"/>L-Istati Membri jistgħu jimponu obbligi oħrajn li jidhrulhom meħtieġa biex jiżguraw il-ġbir korrett ta’ VAT u biex ma ssirx frodi, soġġett għall-ħtieġa ta’ trattament indaqs bejn tranżazzjonijiet domestiċi u tranżazzjonijiet li jsiru bejn Stati Membri minn persuni taxxabbli u sakemm dawn l-obbligi, fin-negozju bejn Stati Membri, ma jagħtux lok għal formalitajiet konnessi mal-qsim ta’ fruntieri.</ALINEA><ALINEA>L-għażla skond l-ewwel paragrafu ma tistax tintuża biex timponi obbligi tal-fatturazzjoni addizzjonali aktar minn dawk stabbiliti fil-Kapitolu 3.<QUOT.END REF.START="QS0007" CODE="201D" ID="QE0007"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ><?PAGE NO="3"?><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Id-dritt Taljan</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0008"><NO.P>8</NO.P><TXT>Id-Decreto del Presidente della Repubblica n. 633 – Istituzione e disciplina dell’imposta sul valore aggiunto (id-Digriet tal-President tar-Repubblika Nru 633 li joħloq u jirregola t-taxxa fuq il-valur miżjud) tas-<DATE ISO="19721026">26 ta’ Ottubru 1972</DATE>, fil-verżjoni tiegħu applikabbli għat-tilwima fil-kawża prinċipali (iktar ’il quddiem id-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0008" ID="QS0008"/>DPR Nru 633/1972<QUOT.END REF.START="QS0008" CODE="201D" ID="QE0008"/>), jipprovdi, fl-Artikolu 17(1) tiegħu:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0009" ID="QS0009"/>It-taxxa hija dovuta mill-persuni li jwettqu trasferimenti ta’ proprjetà u provvista ta’ servizzi taxxabbli, liema persuni għandhom iħallsuha lit-Teżor, b’mod kumulattiv għat-tranżazzjonijiet kollha mwettqa u netti mit-tnaqqis previst fl-Artikolu 19, skond il-modalitajiet previsti fit-Titolu II.<QUOT.END REF.START="QS0009" CODE="201D" ID="QE0009"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0009"><NO.P>9</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 19(1) tad-DPR Nru 633/1972:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0010" ID="QS0010"/>Sabiex tiġi ddeterminata t-taxxa dovuta skont l-Artikolu 17(1), jew l-eċċess previst fl-Artikolu 30(2), huwa permess it-tnaqqis, mill-ammont tat-taxxa relatata mat-tranżazzjonijiet imwettqa, tat-taxxa mħallsa jew dovuta mill-persuna taxxabbli jew li ġiet iffatturata lilha bħala korrispettiv tad-dritt fir-rigward tal-oġġetti u s-servizzi importati jew mixtrija għall-finijiet tal-operar tal-impriża tagħha jew tal-eżerċizzju tal-attività jew tal-professjoni tagħha. Id-dritt għal tnaqqis tat-taxxa fuq l-oġġetti u s-servizzi mixtrija jew importati jinħoloq meta t-taxxa ssir eżiġibbli u dan id-dritt jista’ jiġi eżerċitat l-iktar tard fid-dikjarazzjoni tat-taxxa relattiva għat-tieni sena wara dik li matulha jinħoloq id-dritt għal tnaqqis u suġġett għall-kundizzjonijiet li jeżistu fil-mument meta d-dritt innifsu jinħoloq.<QUOT.END REF.START="QS0010" CODE="201D" ID="QE0010"/></ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0010"><NO.P>10</NO.P><TXT>L-Artikolu 21 tad-DPR Nru 633/1972 jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0011" ID="QS0011"/>Jekk tinħareġ fattura għal tranżazzjonijiet ineżistenti, jiġifieri jekk fil-fattura l-ħlasijiet tat-tranżazzjonijiet jew it-taxxi relatati jiġu indikati f’ammont ogħla minn dak reali, it-taxxa tkun dovuta għall-ammont sħiħ indikat jew korrispondenti għall-indikazzjonijiet tal-fattura<QUOT.END REF.START="QS0011" CODE="201D" ID="QE0011"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0011"><NO.P>11</NO.P><TXT>L-Artikolu 6(6) tad-Decreto legislativo n. 471 (id-Digriet Leġiżlattiv Nru 471) tat-<DATE ISO="19971218">18 ta’ Diċembru 1997</DATE>, fil-verżjoni tiegħu applikabbli fid-data tal-fatti inkwistjoni fil-kawża prinċipali, kien jipprovdi:</TXT><P><QUOT.S LEVEL="1"><ALINEA><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0012" ID="QS0012"/>Kull persuna li illegalment tnaqqas it-taxxa mħallsa, dovuta jew iffatturata lilha bi skambju għad-dritt li tirkupra t-taxxa, hija punibbli b’piena amministrattiva ugwali għall-ammont tat-tnaqqis effettwat<QUOT.END REF.START="QS0012" CODE="201D" ID="QE0012"/>.</ALINEA></QUOT.S></P></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Il-kawża prinċipali u d-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0012"><NO.P>12</NO.P><TXT>EN.SA. hija kumpannija Taljana ta’ ġenerazzjoni u ta’ distribuzzjoni tal-elettriku. L-Amministrazzjoni tat-taxxa kkoreġiet id-dikjarazzjonijiet tal-VAT ta’ EN.SA. għas-snin fiskali 2009 u 2010. Din l-amministrazzjoni ċaħdet, skont l-Artikolu 19 tad-DPR Nru 633/1972, it-tnaqqis tal-VAT relatat ma’ tranżazzjonijiet ta’ xiri ta’ enerġija elettrika li din qieset bħala fittizji fin-nuqqas ta’ trażmissjoni effettiva tal-enerġija, u imponiet fuq EN.SA., skont l-Artikolu 6(6) tad-Digriet Legali msemmi fil-punt 11 ta’ din is-sentenza, multa f’ammont ugwali għal dak tal-VAT imnaqqsa indebitament.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0013"><NO.P>13</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, l-Amministrazzjoni tat-taxxa ma rrilevatx li EN.SA. kienet naqset milli twettaq l-obbligu tagħha li tħallas il-VAT dovuta għal kull waħda mit-tranżazzjonijiet tal-bejgħ tal-elettriku tagħha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0014"><NO.P>14</NO.P><TXT>Skont din l-amministrazzjoni, dawn id-diversi tranżazzjonijiet jiffurmaw parti minn mekkaniżmu ta’ bejgħ ċirkolari tal-istess kwantitajiet ta’ enerġija bl-istess prezz, bejn kumpanniji li jiffurmaw parti mill-istess grupp. Dawn twettqu bl-għan waħdieni li jippermettu lill-grupp Green Network jippreżenta kontijiet iktar favorevoli sabiex jibbenefika minn finanzjament bankarju.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="4"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0015"><NO.P>15</NO.P><TXT>L-Amministrazzjoni tat-taxxa ħarġet żewġ avviżi ta’ ħlas kontra EN.SA., li jikkorrispondu għal żieda fil-VAT dovuta, flimkien mal-interessi u multa, ta’ ammonti rispettivi ta’ EUR <FT TYPE="NUMBER">47618491</FT> għas-sena fiskali 2009 u EUR <FT TYPE="NUMBER">22001078</FT> għas-sena fiskali 2010.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0016"><NO.P>16</NO.P><TXT>EN.SA. ppreżentat appelli minn dawn l-avviżi quddiem il-Commissione tributaria provinciale di Milano (il-Kummissjoni Fiskali Provinċjali ta’ Milano, l-Italja), li ċaħdithom. Din il-kumpannija appellat mis-sentenza mogħtija minn dik il-qorti quddiem il-Commissione tributaria regionale di Lombardia (il-Kummissjoni Fiskali Reġjonali għal Lombardia, l-Italja).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0017"><NO.P>17</NO.P><TXT>Il-qorti tar-rinviju tenfasizza l-fatt li t-tranżazzjonijiet ta’ bejgħ fittizju tal-elettriku inkwistjoni fil-kawża prinċipali ma pprovdew ebda vantaġġ fiskali lill-awturi tagħhom, minħabba n-natura ċirkolari tat-tranżazzjonijiet, u n-nuqqas ta’ telf ta’ dħul għat-Teżor pubbliku. Din tistaqsi jekk, f’dan il-każ, fir-rigward ta’ tranżazzjonijiet fittizji, huwiex konformi mal-prinċipji tad-dritt tal-Unjoni li tiġi imposta l-VAT fuq in-negozjant. Fin-nuqqas ta’ evażjoni fiskali, il-qorti tar-rinviju tqis li għandu jipprevali l-prinċipju ta’ newtralità tat-taxxa u li r-rifjut li titnaqqas il-VAT regolarment imħallsa u l-impożizzjoni ta’ multa addizzjonali ugwali għall-ammont tal-VAT imnaqqsa indebitament ma humiex proporzjonati mal-ksur li kien jikkonsisti fil-ħruġ ta’ fatturi għal tranżazzjonijiet fittizji.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0018"><NO.P>18</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, il-Commissione tributaria regionale di Lombardia (il-Kummissjoni Fiskali Reġjonali għal Lombardia, l-Italja) iddeċidiet li tissospendi l-proċeduri quddiemha u li tagħmel lill-Qorti tal-Ġustizzja d-domanda preliminari li ġejja:</TXT><QUOT.S LEVEL="1"><P><QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0013" ID="QS0013"/>F’sitwazzjoni fejn tranżazzjonijiet meqjusa bħala fittizji ma kkawżawx dannu lit-Teżor Pubbliku u ma taw ebda vantaġġ fiskali lill-persuna taxxabbli, id-dritt nazzjonali, jiġifieri l-applikazzjoni tal-Artikoli 19 (dwar it-tnaqqis) u 21(7) (fatturazzjoni tat-tranżazzjonijiet) tad-[DPR Nru 633/1972], u tal-Artikolu 6(6) tad-decreto legislativo (id-Digriet Leġiżlattiv) Nru 471, tat-<DATE ISO="19971218">18 ta’ Diċembru 1997</DATE> (ksur tal-obbligi fil-qasam tad-dokumenti ta’ kontabbiltà, reġistrazzjoni u individwalizzazzjoni tat-tranżazzjonijiet), huwa konformi mal-prinċipji tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam ta[l-VAT], kif elaborati mill-ġurisprudenza tal-[Qorti tal-Ġustizzja], peress li l-implementazzjoni simultanja ta’ dawn id-dispożizzjonijiet tad-dritt intern tiddetermina:</P><P><LIST TYPE="alpha"><ITEM><NP><NO.P>a)</NO.P><TXT>in-nuqqas ta’ tnaqqis repetut tat-taxxa fuq l-akkwist miċ-ċessjonarju u dan għal kull waħda mit-tranżazzjonijiet kontenzjużi li jinvolvu l-istess suġġett u li għandhom l-istess valur taxxabbli;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>b)</NO.P><TXT>l-applikazzjoni tat-taxxa u l-ħlas tagħha miċ-ċedent (u l-esklużjoni tal-irkupru tal-ammonti mħallsa indebitament) għat-tranżazzjonijiet ta’ ċessjoni korrispondenti u paralleli, ukoll ikkunsidrati bħala fittizji;</TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P>c)</NO.P><TXT>l-applikazzjoni ta’ multa għal ammont daqs dak tat-taxxa meqjusa li ma titnaqqasx?<QUOT.END REF.START="QS0013" CODE="201D" ID="QE0013"/></TXT></NP></ITEM></LIST></P></QUOT.S></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq id-domanda preliminari</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0019"><NO.P>19</NO.P><TXT>Minkejja li, f’termini formali, il-qorti tar-rinviju llimitat id-domandi tagħha għall-interpretazzjoni tal-<QUOT.START CODE="201C" REF.END="QE0014" ID="QS0014"/>prinċipji tad-dritt tal-Unjoni fil-qasam ta[l-VAT], kif elaborati mill-ġurisprudenza tal-[Qorti tal-Ġustizzja]<QUOT.END REF.START="QS0014" CODE="201D" ID="QE0014"/>, b’referenza partikolari għall-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ newtralità, din iċ-ċirkustanza ma tipprekludix li l-Qorti tal-Ġustizzja tipprovdiha bl-elementi kollha ta’ interpretazzjoni tad-dritt tal-Unjoni li jistgħu jkunu rilevanti għall-għoti tas-sentenza fil-kawża quddiemha, irrispettivament minn jekk dik il-qorti tkunx irreferiet għaliha fil-kliem tad-domanda tagħha. F’dan ir-rigward, hija l-Qorti tal-Ġustizzja li għandha tislet, mill-elementi kollha pprovduti mill-qorti tar-rinviju, u b’mod partikolari mill-motivazzjoni tad-deċiżjoni tar-rinviju, l-elementi tad-dritt tal-Unjoni li jeħtieġu interpretazzjoni fid-dawl tas-suġġett tat-tilwima (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi<?PAGE NO="5"?> tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20181004">4 ta’ Ottubru 2018</DATE>, <NAME.CASE>L.E.G.O.</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑242/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:804">EU:C:2018:804</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>; tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190207">7 ta’ Frar 2019</DATE>, <NAME.CASE>Escribano Vindel</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑49/18</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:106">EU:C:2019:106</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20190212">12 ta’ Frar 2019</DATE>, <NAME.CASE>TC</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑492/18 PPU</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2019:108">EU:C:2019:108</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0037">37</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq l-ewwel żewġ partijiet tad-domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0020"><NO.P>20</NO.P><TXT>Bl-ewwel żewġ partijiet tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju essenzjalment tistaqsi jekk, f’sitwazzjoni, bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, fejn bejgħ fittizju ta’ elettriku mwettaq b’mod ċirkolari bejn l-istess operaturi u għall-istess ammonti ma kkawżax telf ta’ dħul fiskali, id-Direttiva dwar il-VAT għandha tiġi interpretata fis-sens li tipprekludi leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi t-tnaqqis tal-VAT relatata ma’ tranżazzjonijiet fittizji, filwaqt li tobbliga lill-persuni li jsemmu l-VAT fuq fattura biex iħallsu dik it-taxxa, inkluż għal tranżazzjoni fittizja.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0021"><NO.P>21</NO.P><TXT>Preliminarjament, għandu jiġi rrilevat li ż-żewġ regoli tal-liġi nazzjonali msemmija iktar ’il fuq jirriflettu dispożizzjonijiet analogi tad-Direttiva dwar il-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0022"><NO.P>22</NO.P><TXT>Minn naħa, il-fatt li l-VAT relatata ma’ tranżazzjonijiet fittizji ma tistax titnaqqas jirriżulta mill-Artikolu 168 ta’ din id-direttiva.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0023"><NO.P>23</NO.P><TXT>Fil-fatt, minn dan l-artikolu jirriżulta li l-persuna taxxabbli tista’ tnaqqas il-VAT imposta fuq l-oġġetti u s-servizzi li tuża għat-tranżazzjonijiet taxxabbli tagħha. Fi kliem ieħor, id-dritt għal tnaqqis tal-VAT imposta fuq l-akkwist ta’ oġġetti jew ta’ servizzi ta’ input jippreżupponi li l-ispejjeż minfuqa għall-akkwist tagħhom huma parti mill-elementi kostituttivi tal-prezz tat-tranżazzjonijiet ta’ output intaxxati (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20120906">6 ta’ Settembru 2012</DATE>, <NAME.CASE>Portugal Telecom</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑496/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2012:557">EU:C:2012:557</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0024"><NO.P>24</NO.P><TXT>Għaldaqstant, meta tranżazzjoni għall-akkwist ta’ oġġett jew ta’ servizz tkun fittizja, din ma jista’ jkollha ebda rabta stretta mat-tranżazzjonijiet tal-persuna taxxabbli intaxxati fl-output. Konsegwentement, fejn ikun hemm nuqqas tal-kunsinna effettiva ta’ oġġetti jew tal-provvista ta’ servizzi, ma jista’ jkun hemm ebda dritt ta’ tnaqqis (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20180627">27 ta’ Ġunju 2018</DATE>, <NAME.CASE>SGI u Valériane</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑459/17 u C‑460/17</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2018:501">EU:C:2018:501</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0036">36</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0025"><NO.P>25</NO.P><TXT>Huwa għalhekk inerenti għall-mekkaniżmu tal-VAT li tranżazzjoni fittizja ma tista’ tagħti dritt għal ebda tnaqqis ta’ dik it-taxxa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0026"><NO.P>26</NO.P><TXT>Min-naħa l-oħra, l-obbligu, għal kull persuna li ssemmi l-VAT fuq fattura, li tħallas din it-taxxa jissemma b’mod espliċitu fl-Artikolu 203 tad-Direttiva tal-VAT. F’dan ir-rigward, il-Qorti tal-Ġustizzja ppreċiżat li l-VAT imsemmija fuq fattura għandha titħallas mill-emittent ta’ dik il-fattura, inkluż fin-nuqqas ta’ kull tranżazzjoni taxxabbli reali (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130131">31 ta’ Jannar 2013</DATE>, <NAME.CASE>Stroy trans</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑642/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:54">EU:C:2013:54</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0027"><NO.P>27</NO.P><TXT>Fil-prinċipju, iż-żewġ regoli msemmija iktar ’il fuq ma japplikawx għall-istess operatur. Huwa l-emittent ta’ fattura li għandu jħallas il-VAT imsemmija fuqha, filwaqt li n-nuqqas ta’ dritt għal tnaqqis tal-VAT relatat ma’ tranżazzjonijiet fittizji jista’ jiġi invokat kontra d-destinatarju ta’ din il-fattura.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0028"><NO.P>28</NO.P><TXT>Madankollu, fis-sitwazzjoni partikolari inkwistjoni fil-kawża prinċipali, ir-rekwiżiti stabbiliti fl-Artikoli 168 u 203 tad-Direttiva tal-VAT huma imposti b’mod konġunt fuq l-istess operatur. Fil-fatt, l-istess kwantitajiet ta’ elettriku kienu mibjugħa mill-ġdid b’mod fittizju bl-istess prezz bejn il-kumpanniji fl-istess grupp b’mod ċirkolari, b’mod li dawn il-kumpanniji kienu jbigħuhom u jixtruhom bl-istess prezz. B’hekk, kull operatur kien fl-istess ħin kemm emittent ta’ fattura li tindika ammont tal-VAT kif ukoll destinatarju ta’ fattura, relatata max-xiri tal-istess kwantità ta’ elettriku bl-istess prezz u li ssemmi l-istess ammont ta’ VAT. Bħala emittent ta’ fattura u b’applikazzjoni<?PAGE NO="6"?> tar-regola stabbilita fl-Artikolu 203 tad-Direttiva tal-VAT, EN.SA. kienet għalhekk responsabbli għall-ħlas tat-taxxa lit-Teżor pubbliku fl-ammont tal-VAT indikat fiha. Min-naħa l-oħra, fid-dawl tan-natura fittizja tat-tranżazzjonijiet ikkonċernati, ma kienx permess li din il-kumpannija, skont ir-rekwiżit stabbilit fl-Artikolu 168 ta’ din id-direttiva, tnaqqas it-taxxa fl-istess ammont li jinsab fil-fattura li hija kienet destinatarja tagħha b’rabta max-xiri tal-elettriku.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0029"><NO.P>29</NO.P><TXT>Għal dawn ir-raġunijiet, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk l-applikazzjoni konġunta ta’ dawn ir-rekwiżiti, li tirriżulta mil-liġi nazzjonali u meħuda mid-Direttiva dwar il-VAT, lil operatur li jinsab f’sitwazzjoni bħal dik ta’ EN.SA., tiksirx il-prinċipju tan-newtralità tal-VAT.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0030"><NO.P>30</NO.P><TXT>Huwa minnu li l-mekkaniżmu ta’ tnaqqis tal-VAT, kif previst fl-Artikoli 167 <HT TYPE="ITALIC">et seq</HT>. tad-Direttiva dwar il-VAT, huwa intiż biex jeħles kompletament lill-imprenditur mill-piż tal-VAT dovuta jew imħallsa fil-kuntest tal-attivitajiet ekonomiċi kollha tiegħu, meta dawn ikunu suġġetti għall-VAT. Konsegwentement, is-sistema komuni tal-VAT tiggarantixxi n-newtralità sħiħa fir-rigward tat-taxxa dovuta fuq l-attivitajiet ekonomiċi kollha, sakemm l-attivitajiet imsemmija jkunu, fil-prinċipju, huma stess suġġetti għall-VAT (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20091029">29 ta’ Ottubru 2009</DATE>, <NAME.CASE>NCC Construction Danmark</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑174/08</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2009:669">EU:C:2009:669</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0027">27</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tat-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20101222">22 ta’ Diċembru 2010</DATE>, <NAME.CASE>RBS Deutschland Holdings</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑277/09</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2010:810">EU:C:2010:810</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0038">38</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0031"><NO.P>31</NO.P><TXT>Madankollu, il-ġlieda kontra l-frodi, l-evażjoni tat-taxxa u l-abbuż eventwali hija wkoll għan rikonoxxut u mħeġġeġ mid-Direttiva tal-VAT (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130131">31 ta’ Jannar 2013</DATE>, <NAME.CASE>Stroy trans</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑642/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:54">EU:C:2013:54</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0046">46</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>). Issa, fil-prinċipju, ir-riskju ta’ telf ta’ dħul mit-taxxa ma huwiex kompletament eliminat sakemm id-destinatarju ta’ fattura li tindika indebitament ammont tal-VAT ikun jista’ jużaha biex jikseb it-tnaqqis ta’ dik it-taxxa (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130131">31 ta’ Jannar 2013</DATE>, <NAME.CASE>Stroy trans</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑642/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:54">EU:C:2013:54</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0031">31</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0032"><NO.P>32</NO.P><TXT>Minn din il-perspettiva, l-obbligu stabbilit fl-Artikolu 203 ta’ din id-direttiva huwa maħsub biex jelimina r-riskju ta’ telf ta’ dħul mit-taxxa li jista’ jirriżulta mid-dritt għal tnaqqis (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130131">31 ta’ Jannar 2013</DATE>, <NAME.CASE>Stroy trans</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑642/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:54">EU:C:2013:54</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0032">32</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0033"><NO.P>33</NO.P><TXT>Madankollu, skont il-prinċipju tal-proporzjonalità, l-obbligu msemmi ma għandux imur lil hinn minn dak li huwa neċessarju sabiex jintlaħaq dak l-għan u, b’mod partikolari, ma għandux jippreġudika eċċessivament il-prinċipju tan-newtralità tal-VAT. Għaldaqstant, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fiha n-natura fittizja tat-tranżazzjonijiet tikkostitwixxi ostakolu għat-tnaqqis tat-taxxa, l-osservanza tal-prinċipju ta’ newtralità tal-VAT hija żgurata mill-possibbiltà, li għandha tiġi pprovduta mill-Istati Membri, li tiġi kkoreġuta kull taxxa dovuta b’mod indebitu, meta l-emittent tal-fattura juri l-<HT TYPE="ITALIC">bona fide</HT> tiegħu jew meta dan ikun fi żmien xieraq elimina kompletament ir-riskju ta’ telf ta’ dħul mit-taxxa (sentenza tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20130131">31 ta’ Jannar 2013</DATE>, <NAME.CASE>Stroy Trans</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑642/11</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2013:54">EU:C:2013:54</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0043">43</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0034"><NO.P>34</NO.P><TXT>F’dan il-każ, mill-ispjegazzjonijiet ipprovduti lill-Qorti tal-Ġustizzja mill-qorti tar-rinviju jirriżulta li EN.SA. ħarġet b’mod konxju fatturi li ma kienu jikkorrispondu ma’ ebda tranżazzjoni reali. F’dawn iċ-ċirkustanzi, din il-kumpannija ma tistax tinvoka l-<HT TYPE="ITALIC">bona fide</HT> tagħha. Min-naħa l-oħra, dejjem skont il-qorti tar-rinviju, il-bejgħ fittizju ta’ elettriku bejn il-kumpanniji kkonċernati ma wassal għall-ebda telf ta’ dħul mit-taxxa. Hekk kif indikat l-Avukat Ġenerali fil-punt 47 tal-konklużjonijiet tagħha, dan huwa dovut għall-fatt li l-kumpanniji involuti ħallsu regolarment il-VAT fuq il-bejgħ tagħhom ta’ elettriku u li, billi sussegwentement reġgħu xtraw l-istess kwantitajiet ta’ elettriku bl-istess prezz, huma kienu naqqsu ammont ta’ VAT identiku għal dak li kienu ħallsu.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0035"><NO.P>35</NO.P><TXT>F’dawn iċ-ċirkustanzi, mill-punt 33 ta’ din is-sentenza jirriżulta li d-Direttiva dwar il-VAT, moqrija fid-dawl tal-prinċipji tan-newtralità u tal-proporzjonalità, timponi fuq l-Istati Membri li jippermettu lill-emittent ta’ fattura relatata ma’ tranżazzjoni fittizja li jitlob ir-rimbors tat-taxxa msemmija fuq dik il-fattura, li huwa kellu jħallas, meta dan ikun elimina kompletament ir-riskju ta’ telf ta’ dħul mit-taxxa fi żmien xieraq.</TXT></NP.ECR><?PAGE NO="7"?><NP.ECR IDENTIFIER="NP0036"><NO.P>36</NO.P><TXT>Fid-dawl tal-kunsiderazzjonijiet preċedenti, ir-risposta għall-ewwel żewġ partijiet tad-domanda magħmula hija li f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fiha bejgħ fittizju ta’ elettriku mwettaq b’mod ċirkolari bejn l-istess operaturi u għall-istess ammonti ma kkawżax telf ta’ dħul mit-taxxa, id-Direttiva dwar il-VAT, moqrija fid-dawl tal-prinċipji ta’ newtralità u ta’ proporzjonalità, għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi t-tnaqqis tal-VAT relatata ma’ tranżazzjonijiet fittizji, filwaqt li timponi obbligu fuq il-persuni li jsemmu l-VAT fuq fattura li jħallsu dik it-taxxa, inkluż għal tranżazzjoni fittizja, bil-kundizzjoni li d-dritt nazzjonali jippermetti r-rettifika tad-dejn fiskali li jirriżulta minn dan l-obbligu meta l-emittent tal-fattura msemmija, li ma jkunx aġixxa f’<HT TYPE="ITALIC">bona fide</HT>, ikun elimina kompletament ir-riskju ta’ telf ta’ dħul mit-taxxa fi żmien utli, liema ħaġa għandha tiġi vverifikata mill-qorti tar-rinviju.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="2"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD"><HT TYPE="ITALIC">Fuq it-tielet parti tad-domanda</HT></HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0037"><NO.P>37</NO.P><TXT>Permezz tat-tielet parti tad-domanda tagħha, il-qorti tar-rinviju tistaqsi jekk il-prinċipju ta’ proporzjonalità għandux jiġi interpretat fis-sens li jipprekludi, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, regola tad-dritt nazzjonali li permezz tagħha t-tnaqqis illegali tal-VAT ikun punibbli b’multa ugwali għall-ammont tat-tnaqqis li sar.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0038"><NO.P>38</NO.P><TXT>Skont l-Artikolu 273 tad-Direttiva dwar il-VAT, l-Istati Membri jistgħu jadottaw miżuri biex jiżguraw il-ġbir korrett tal-VAT u biex jevitaw il-frodi. B’mod partikolari, fin-nuqqas ta’ dispożizzjonijiet tal-liġi tal-Unjoni dwar dan il-punt, l-Istati Membri huma kompetenti biex jagħżlu s-sanzjonijiet li jqisu xierqa fil-każ ta’ nuqqas ta’ konformità mal-kundizzjonijiet stabbiliti mil-leġiżlazzjoni tal-Unjoni għall-eżerċizzju tad-dritt ta’ tnaqqis tal-VAT (ara, f’dan is-sens, is-sentenzi tal-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20160915">15 ta’ Settembru 2016</DATE>, <NAME.CASE>Senatex</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑518/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2016:691">EU:C:2016:691</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0041">41</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>, u tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170426">26 ta’ April 2017</DATE>, <NAME.CASE>Farkas</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑564/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:302">EU:C:2017:302</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> kif ukoll il-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0039"><NO.P>39</NO.P><TXT>Madankollu, huma għandhom jeżerċitaw il-kompetenza tagħhom b’mod li jirrispettaw id-dritt tal-Unjoni u l-prinċipji ġenerali tiegħu, b’mod partikolari l-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ newtralità tal-VAT (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170426">26 ta’ April 2017</DATE>, <NAME.CASE>Farkas</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑564/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:302">EU:C:2017:302</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0059">59</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata). B’hekk, is-sanzjonijiet ma għandhomx imorru lil hinn minn dak li huwa neċessarju biex jintlaħqu l-għanijiet imsemmija fl-Artikolu 273 tad-Direttiva tal-VAT u lanqas ipoġġu indiskussjoni n-newtralità ta’ din it-taxxa (ara, f’dan is-sens, is-sentenza tad-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20150709">9 ta’ Lulju 2015</DATE>, <NAME.CASE>Salomie u Oltean</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑183/14</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2015:454">EU:C:2015:454</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0062">62</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR>).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0040"><NO.P>40</NO.P><TXT>Fl-ewwel lok, sabiex jiġi evalwat jekk sanzjoni hijiex konformi mal-prinċipju ta’ proporzjonalità, għandha tittieħed inkunsiderazzjoni, b’mod partikolari, in-natura u l-gravità tal-ksur li din is-sanzjoni hija intiża li tippenalizza, kif ukoll il-metodi ta’ determinazzjoni tal-ammont tal-istess multa (sentenza tas-<REF.DOC.ECR><DATE ISO="20170426">26 ta’ April 2017</DATE>, <NAME.CASE>Farkas</NAME.CASE>, <NO.CASE>C‑564/15</NO.CASE>, <NO.ECLI ECLI="ECLI:EU:C:2017:302">EU:C:2017:302</NO.ECLI>, punt <REF.NP.ECR REF="NP0060">60</REF.NP.ECR></REF.DOC.ECR> u l-ġurisprudenza ċċitata).</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0041"><NO.P>41</NO.P><TXT>F’dan ir-rigward, għandu jiġi rrilevat li, f’dan il-każ, il-liġi nazzjonali tipprevedi multa, li l-ammont tagħha ma jiġix ikkalkolat skont id-dejn tat-taxxa tal-persuna taxxabbli, iżda huwa ugwali għall-ammont tat-taxxa mnaqqas b’mod indebitu mill-persuna taxxabbli, bil-għan li jiġi żgurat il-ġbir korrett tal-VAT u l-prevenzjoni tal-frodi. Fil-fatt, peress li d-dejn tat-taxxa tal-persuna taxxabbli għall-VAT huwa ugwali għad-differenza bejn it-taxxa tal-output dovuta għall-oġġetti u s-servizzi pprovduti u t-taxxa deduċibbli tal-input relatata mal-oġġetti u s-servizzi akkwistati, l-ammont tat-taxxa li jitnaqqas indebitament mhux neċessarjament jikkorrispondi ma’ dak id-dejn.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0042"><NO.P>42</NO.P><TXT>Dan huwa partikolarment il-każ fit-tilwima fil-kawża prinċipali. Hekk kif irrilevat l-Avukat Ġenerali fil-punt 63 tal-konklużjonijiet tagħha, peress li EN.SA. xtrat u biegħet b’mod fittizju l-istess kwantitajiet ta’ elettriku bl-istess prezz, id-dejn tat-taxxa tagħha abbażi tal-VAT għal dawn it-tranżazzjonijiet kien żero. F’dik is-sitwazzjoni, multa ugwali għal 100 % tal-ammont tat-taxxa tal-input imnaqqas indebitament, li kienet imposta mingħajr kunsiderazzjoni għall-fatt li l-istess<?PAGE NO="8"?> ammont ta’ VAT tal-output kien tħallas b’mod regolari, u li konsegwentement l-ebda telf ta’ dħul mit-taxxa ma kien iġġarrab mit-Teżor pubbliku, tikkostitwixxi sanzjoni sproporzjonata fir-rigward tal-għan imfittex minnha.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0043"><NO.P>43</NO.P><TXT>Fit-tieni lok, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, il-prinċipju tan-newtralità tal-VAT jipprekludi wkoll l-applikazzjoni ta’ sanzjoni bħal dik stabbilita mil-liġi nazzjonali. Fil-fatt, f’dik is-sitwazzjoni, hekk kif intqal fil-punt 33 ta’ din is-sentenza, l-osservanza tal-prinċipju tan-newtralità tal-VAT hija żgurata mill-possibbiltà, li għandha tiġi pprovduta mill-Istati Membri, li tiġi korretta kull taxxa ffatturata b’mod indebitu, meta l-emittent tal-fattura juri l-<HT TYPE="ITALIC">bona fide</HT> tiegħu jew ikun, fi żmien utli, elimina kompletament ir-riskju ta’ telf ta’ dħul mit-taxxa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0044"><NO.P>44</NO.P><TXT>Għaldaqstant, kif indikat l-Avukat Ġenerali fil-punt 57 tal-konklużjonijiet tagħha, l-impożizzjoni ta’ multa ugwali għal 100 % tal-ammont tat-taxxa mnaqqsa b’mod indebitu tirrendi inutli l-possibbiltà ta’ rettifika tad-dejn tat-taxxa mġarrab skont l-Artikolu 203 tad-Direttiva dwar il-VAT. Fil-fatt, anki jekk dan id-dejn jista’ jiġi rrettifikat fin-nuqqas ta’ riskju ta’ telf ta’ dħul mit-taxxa, ammont ugwali għall-ammont tat-taxxa mnaqqas indebitament jibqa’ dovut abbażi ta’ dik il-multa.</TXT></NP.ECR><NP.ECR IDENTIFIER="NP0045"><NO.P>45</NO.P><TXT>Konsegwentement, ir-risposta għat-tielet parti tad-domanda magħmula għandha tkun li l-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ newtralità tal-VAT għandhom jiġu interpretati fis-sens li, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, dawn jipprekludu regola tal-liġi nazzjonali li permezz tagħha t-tnaqqis illegali tal-VAT ikun punibbli b’multa ugwali għall-ammont tat-tnaqqis li sar.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ></GR.SEQ><GR.SEQ LEVEL="1"><TITLE><TI><P><HT TYPE="BOLD">Fuq l-ispejjeż</HT></P></TI></TITLE><NP.ECR IDENTIFIER="NP0046"><NO.P>46</NO.P><TXT>Peress li l-proċedura għandha, fir-rigward tal-partijiet fil-kawża prinċipali, in-natura ta’ kwistjoni mqajma quddiem il-qorti tar-rinviju, hija din il-qorti li tiddeċiedi fuq l-ispejjeż. L-ispejjeż sostnuti għas-sottomissjoni tal-osservazzjonijiet lill-Qorti tal-Ġustizzja, minbarra dawk tal-imsemmija partijiet, ma jistgħux jitħallsu lura.</TXT></NP.ECR></GR.SEQ><JURISDICTION><INTRO>Għal dawn il-motivi, Il-Qorti tal-Ġustizzja (L-Ewwel Awla) taqta’ u tiddeċiedi:</INTRO><LIST TYPE="ARAB"><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">1)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">F’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, li fiha bejgħ fittizju ta’ elettriku mwettaq b’mod ċirkolari bejn l-istess operaturi u għall-istess ammonti ma kkawżax telf ta’ dħul mit-taxxa, id-Direttiva tal-Kunsill 2006/112/KE, tat-<DATE ISO="20061128">28 ta’ Novembru 2006</DATE>, dwar is-sistema komuni ta’ taxxa fuq il-valur miżjud, moqrija fid-dawl tal-prinċipji ta’ newtralità u ta’ proporzjonalità, għandha tiġi interpretata fis-sens li ma tipprekludix leġiżlazzjoni nazzjonali li teskludi t-tnaqqis tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) relatata ma’ tranżazzjonijiet fittizji, filwaqt li timponi obbligu fuq il-persuni li jsemmu l-VAT fuq fattura li jħallsu dik it-taxxa, inkluż għal tranżazzjoni fittizja, bil-kundizzjoni li d-dritt nazzjonali jippermetti r-rettifika tad-dejn fiskali li jirriżulta minn dan l-obbligu meta l-emittent tal-fattura, li ma jkunx aġixxa f’<HT TYPE="ITALIC">bona fide</HT>, ikun elimina kompletament ir-riskju ta’ telf ta’ dħul mit-taxxa fi żmien utli, liema ħaġa għandha tiġi vverifikata mill-qorti tar-rinviju.</HT></TXT></NP></ITEM><ITEM><NP><NO.P><HT TYPE="BOLD">2)</HT></NO.P><TXT><HT TYPE="BOLD">Il-prinċipji ta’ proporzjonalità u ta’ newtralità tat-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT) għandhom jiġu interpretati fis-sens li, f’sitwazzjoni bħal dik inkwistjoni fil-kawża prinċipali, dawn jipprekludu regola tal-liġi nazzjonali li permezz tagħha t-tnaqqis illegali tal-VAT ikun punibbli b’multa ugwali għall-ammont tat-tnaqqis li sar.</HT></TXT></NP></ITEM></LIST></JURISDICTION></CONTENTS.JUDGMENT><SIGNATURE.CASE><SIGNATORY><P>Firem</P></SIGNATORY></SIGNATURE.CASE></JUDGMENT>