Official Journal L 073 , 17/03/1989 P. 0052 - 0052
Finnish special edition: Chapter 17 Volume 1 P. 0098
Swedish special edition: Chapter 17 Volume 1 P. 0098
Id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni tat-3 ta' Marzu 1989 li tistipula regoli dettaljati ghad-deklassifikazzjoni tad-dokumenti koperti mis-segretezza professjonali jew kummercjali (89/196/KEE, Euratom, KEFA) IL-KUMMISSJONI TA' L-KOMUNITAJIET EWROPEJ Wara li kkunsidrat ir-Regolament ta' l-Kunsill (KEE, Euratom) Nru. 354/83 ta' l-1 ta' Frar 1983 dwar il-ftuħ għall-pubbliku ta' l-arkivji storiċi tal-Komunità Ekonomika Ewropea u tal-Komunità Ewropea dwar l-Enerġija Atomika [1] u partikularment l-Artikolu 9 ta' dan, Wara li kkunsidrat id-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru. 359/83/KEFA ta' t- 8 ta' Frar 1983 dwar il-ftuħ għall-pubbliku ta' l-arkivji storiċi tal-Komunità Ewropea tal-Faħam u l-Azzar [2], u partikularment l-Artikolu 9 ta' dan, Billi, taħt ir-regoli li jirregolaw il-ftuħ għall-pubbliku ta' l-arkivji storiċi tal-Komunitajiet, kull dokumenti u rekord kopert bl-obbligu tas-segretezza professjonali u kummerċjali ma jistax jiġi rilaxxat lill-pubbliku kemm-il darba l-persuna jew l-impriża kkonċernati ma toġġezzjonax; billi, għal kliem bħal dan, il-Kummissjoni għandha tagħti notifika tal-intenzjoni tagħha biex tirrilaxxa d-dokumenti u r-rekords għal pubbliku; Billi notifika bil-quddiem tal-persuna jew impriża kkonċernata hija ta' spiss diffiċli, partikularment f'każijiet ta' bdil fl-indirizz jew suċċesjoni legali; Billi, biex tassigura li l-proċedura biex tiftaħ l-arkivji storiċi tal-Komunitajiet għall-pubbliku taħdem b'mod effiċjenti, d-dispożizzjonijiet għandhom jiġu magħmula biex jawtorizzaw lill-Kummissjoni sabiex tkun tista' tinforma lill-persuna jew impriża kkkonċernata permezz ta' notifika ppubblikata fil-Ġurnal Uffiċjali tal-Komunitajiet Ewropej, IDDEĊIEDIET DAN LI ĠEJ: Artikolu 1 1. Sabiex jiġi applikat l-Artikolu 4 tar-Regolament (KEE, KEEA) Nru. 354/83 jew l-Artikolu 4 tad-Deċiżjoni tal-Kummissjoni Nru. 359/83/KEFA, il-Kummissjoni għandha tgħarraf bil-miktub lill-persuna jew impriża kkonċernata ta' l-intenzjoni tagħha li tirrilaxxa lill-pubbliku xi dokument jew rekord kopert bl-obbligu tas-segretezza professjonali jew kummerċjali u tistieden lill-persuna jew impriża kkonċernata biex tressaq kull oġġezzjoni fil-perjodu ta' sitt ġimgħat. Jekk l-ebda oġġezzjoni ma tiġi mressqa f'dan il-perjodu, id-dokument jew rekord għandu jkun rilaxxata lill-pubbliku. 2. Jekk it-talba miktuba tal-Kummissjoni ma tasalx lill-persuna jew impriża kkonċernata, il-Kummissjoni għandha tippubblika notifika fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Komunitajiet Ewropej (serje C), tħabbar l-intenzjoni tagħha li tirrilaxxa lill-pubbliku d-dokument jew rekord in kwistjoni kemm-il darba xi oġġezzjoni tiġi mressqa f'sitt ġimgħat mill-pubblikazzjoni tan-notifika. In-notifika fil-Ġurnal Uffiċjali ta' l-Komunitajiet Ewropej għandha tindikal-persuna jew impriża kkonċernata u n-natura tad-dokument jew rekord in kwistjoni. Jekk l-ebda oġġezzjoni ma tiġi mressqa fil-perjodu ndikat, id-dokument jew ir-rekord għandu jiġi rilaxxat lill-pubbliku. Artikolu 2 Din id-Deċiżjoni għandha tapplika mit-3 ta' Marzu 1989. Magħmula fi Brussel, fit-3 ta' Marzu 1989. Għall-Kummissjoni António Cardoso e Cunha Membru tal-Kummissjoni [1] ĠU L 43, tal-15.2.1983, p. 1. [2] ĠU L 43, tal-15.2.1983, p. 14. --------------------------------------------------