|
Il-Ġurnal Uffiċjali |
MT Is-serje L |
|
2024/3186 |
17.12.2024 |
DEĊIŻJONI TAL-KUNSILL (PESK) 2024/3186
tas-16 ta’ Diċembru 2024
li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għas-sigurtà marittima fil-Punent tal-Oċean Indjan u fil-Baħar l-Aħmar (EUNAVFOR ATALANTA)
IL-KUNSILL TAL-UNJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidra t-Trattat dwar l-Unjoni Ewropea, u b’mod partikolari l-Artikolu 42(4) u l-Artikolu 43(2) tiegħu,
Wara li kkunsidra l-proposta tar-Rappreżentant Għoli tal-Unjoni għall-Affarijiet Barranin u l-Politika ta’ Sigurtà,
Billi:
|
(1) |
Fl-10 ta’ Novembru 2008, il-Kunsill adotta l-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK (1), li stabbiliet l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għas-sigurtà marittima fl-Oċean Indjan tal-Punent u fil-Baħar l-Aħmar (EUNAVFOR ATALANTA). Fit-12 ta’ Diċembru 2022, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2022/2441 (2), li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK u li testendi l-mandat ta’ EUNAVFOR ATALANTA sal-31 ta’ Diċembru 2024. Fl-4 ta’ April 2024, il-Kunsill adotta d-Deċiżjoni (PESK) 2024/1059 (3), li taġġorna l-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK. |
|
(2) |
Fl-1 ta’ Diċembru 2023, il-Kunsill tas-Sigurtà tan-Nazzjonijiet Uniti (KSNU) adotta r-Riżoluzzjoni 2713 (2023), li stabbiliet embargo fuq l-armi fuq Al-Shabaab, u ġeddet sal-31 ta’ Diċembru 2024 id-dispożizzjonijiet stipulati fil-paragrafi 15 u 17 tar-Riżoluzzjoni tal-KSNU 2182 (2014), estiżi mill-paragrafu 5 tar-Riżoluzzjoni tal-KSNU 2607 (2021) biex ikopru l-komponenti għal apparat esplożiv improvvizzat (IED). Il-KSNU adotta wkoll ir-Riżoluzzjoni 2714 (2023), li neħħiet l-embargo fuq l-armi fuq is-Somalja stabbilit fir-Riżoluzzjoni tal-KSNU 733 (1992). |
|
(3) |
Fil-kuntest tar-Rieżami Strateġiku Olistiku għall-Qarn tal-Afrika u s-Somalja, il-Kumitat Politiku u ta’ Sigurtà (KPS) qabel li EUNAVFOR ATALANTA għandha tiġi estiża sat-28 ta’ Frar 2027 u li fl-2025 jenħtieġ li titwettaq valutazzjoni strateġika tal-operazzjoni sinkronizzata mar-rieżami strateġiku tal-operazzjoni ta’ sigurtà marittima tal-Unjoni Ewropea biex tissalvagwardja l-libertà tan-navigazzjoni fir-rigward tal-kriżi tal-Baħar l-Aħmar (EUNAVFOR ASPIDES) stabbilita bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/583 (4). Barra minn hekk, il-KPS qabel li ċ-Ċentru tas-Sigurtà Marittima – il-Qarn tal-Afrika (MSCHOA) jenħtieġ li jibda jissejjaħ “Ċentru tas-Sigurtà Marittima – l-Oċean Indjan (MSC IO)”. |
|
(4) |
Barra minn hekk, il-funzjonijiet taċ-Ċellola ta’ Koordinazzjoni tal-UE stabbilita bl-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/749/PESK (5) ittieħdu mill-Kwartieri Ġenerali tal-Operazzjoni ta’ EUNAVFOR ATALANTA u għaldaqstant jenħtieġ li dik l-Azzjoni Konġunta titħassar. L-Operazzjoni Libertà Dejjiema m’għadhiex interlokutur attiv ta’ EUNAVFOR ATALANTA. |
|
(5) |
Għalhekk jenħtieġ li l-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK tiġi emendata skont dan, |
ADOTTA DIN ID-DEĊIŻJONI:
Artikolu 1
L-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK hija emendata kif ġej:
|
(1) |
fl-Artikolu 1, il-paragrafu 4, huwa sostitwit b’dan li ġej: “4. Barra minn hekk, l-EUNAVFOR ATALANTA għandha twettaq monitoraġġ, bħala kompitu sekondarju mhux eżekuttiv, tat-traffikar ta’ drogi narkotiċi, tat-traffikar ta’ armi, tas-sajd illegali, mhux irrappurtat u mhux irregolat (IUU) u tal-kummerċ illeċitu tal-faħam ’il barra mix-xtut tas-Somalja f’konformità mar-Riżoluzzjoni tal-KSNU 2713 (2023) u b’mod konsistenti mal-Konvenzjoni tan-Nazzjonijiet Uniti kontra t-Traffikar Illeċitu ta’ Drogi Narkotiċi u Sustanzi Psikotropiċi tal-20 ta’ Diċembru 1988.” |
|
(2) |
l-Artikolu 2 huwa emendat kif ġej:
|
|
(3) |
l-Artikolu 2b, l-intestatura hija sostitwita b’dan li ġej: “Kontribut għall-implimentazzjoni tal-embargo tan-Nazzjonijiet Uniti fuq l-armi fuq Al Shabaab u għall-ġlieda kontra t-traffikar ta’ drogi narkotiċi ’l barra mill-kosta tas-Somalja fiż-żona ta’ operazzjonijiet” ; |
|
(4) |
fl-Artikolu 8, il-paragrafi 1a u 1b huma sostitwiti b’dan li ġej: “1a. L-EUNAVFOR ATALANTA għandha tikkoordina mill-qrib mal-industrija tat-tbaħħir, b’mod partikolari permezz taċ-Ċentru għas-Sigurtà Marittima – l-Oċean Indjan (MSC IO); 1b. L-EUNAVFOR ATALANTA għandha tikkoordina mill-qrib mal-operazzjoni tas-sigurtà marittima tal-Unjoni Ewropea biex tiġi ssalvagwardata l-libertà ta’ navigazzjoni b’rabta mal-kriżi tal-Baħar l-Aħmar (EUNAVFOR ASPIDES) stabbilita bid-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/583 (*1). B’mod partikolari, l-EUNAVFOR ATALANTA għandha, kemm jista’ jkun, tiffaċilita l-appoġġ loġistiku għall-EUNAVFOR ASPIDES u tikkomunika mill-qrib bejn l-EUNAVFOR ASPIDES u l-industrija tat-trasport marittimu, b’mod partikolari permezz taċ-Ċentru tas-Sigurtà Marittima – l-Oċean Indjan (MSC IO). (*1) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/583 tat-8 ta’ Frar 2024 dwar operazzjoni ta’ sigurtà marittima tal-Unjoni Ewropea biex tiġi ssalvagwardata l-libertà ta’ navigazzjoni b’rabta mal-kriżi tal-Baħar l-Aħmar (EUNAVFOR ASPIDES) (ĠU L, 2024/583, 12.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/583/oj)”;" |
|
(5) |
fl-Artikolu 14, jiżdied il-paragrafu li ġej: “9. L-ammont ta’ referenza finanzjarja għall-ispejjeż komuni tal-operazzjoni militari tal-UE għall-perjodu mill-1 ta’ Jannar 2025 sat-28 ta’ Frar 2027 għandu jkun ta’ EUR 13 800 000. Il-perċentwal tal-ammont ta’ referenza msemmi fl-Artikolu 51(2) tad-Deċiżjoni (PESK) 2021/509 għandu jkun ta’ 0 % għall-impenji u 0 % għall-pagamenti.” |
|
(6) |
l-Artikolu 16 huwa emendat kif ġej:
|
Artikolu 2
Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fid-data tal-adozzjoni tagħha.
Magħmul fi Brussell, is-16 ta’ Diċembru 2024.
Għall-Kunsill
Il-President
K. KALLAS
(1) L-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/851/PESK tal-10 ta’ Novembru 2008 dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għas-sigurtà marittima fil-Punent tal-Oċean Indjan u fil-Baħar l-Aħmar (EUNAVFOR ATALANTA) (ĠU L 301, 12.11.2008, p. 33).
(2) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2022/2441 tat-12 ta’ Diċembru 2022 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK dwar l-operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għad-deterrenza, il-prevenzjoni u t-trażżin tal-atti ta’ piraterija u ta’ serq bl-użu tal-armi ’l barra mix-xtut tas-Somalja (ĠU L 319, 13.12.2022, p. 80).
(3) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/1059 tal-4 ta’ April 2024 li temenda l-Azzjoni Konġunta 2008/851/PESK dwar operazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea bil-ħsieb ta’ kontribut għas-sigurtà marittima fil-Punent tal-Oċean Indjan u fil-Baħar l-Aħmar (EUNAVFOR ATALANTA) (ĠU L, 2024/1059, 5.4.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/1059/oj).
(4) Id-Deċiżjoni tal-Kunsill (PESK) 2024/583 tat-8 ta’ Frar 2024 dwar operazzjoni ta’ sigurtà marittima tal-Unjoni Ewropea biex tissalvagwardja l-libertà tan-navigazzjoni fir-rigward tal-kriżi tal-Baħar l-Aħmar (EUNAVFOR ASPIDES) (ĠU L, 2024/583, 12.2.2024, ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/583/oj).
(5) L-Azzjoni Konġunta tal-Kunsill 2008/749/PESK tad-19 ta’ Settembru 2008 dwar l-azzjoni ta’ koordinazzjoni militari tal-Unjoni Ewropea b’appoġġ għar-Riżoluzzjoni 1816 (2008) tal-Kunsill tas-Sigurtà tan-NU (EU NAVCO) (ĠU L 252, 20.9.2008, p. 39).
ELI: http://data.europa.eu/eli/dec/2024/3186/oj
ISSN 1977-074X (electronic edition)