|
23.4.2014 |
MT |
Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea |
L 119/62 |
REGOLAMENT TA' IMPLIMENTAZZJONI TAL-KUMMISSJONI (UE) Nru 403/2014
tat-22 ta' April 2014
li jiffissa l-koeffiċjent ta' allokazzjoni għall-ħruġ ta' liċenzji tal-importazzjoni li għalihom tressqet applikazzjoni mill-1 sas-7 ta' April 2014 għal prodotti taz-zokkor fil-kuntest ta' ċerti kwoti tariffarji u li jissospendi t-tressiq ta' applikazzjonijiet għat-tali liċenzji
IL-KUMMISSJONI EWROPEA,
Wara li kkunsidrat it-Trattat dwar il-Funzjonament tal-Unjoni Ewropea,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament (UE) Nru 1308/2013 tal-Parlament Ewropew u tal-Kunsill tas-17 ta' Diċembru 2013 li jistabbilixxi organizzazzjoni komuni tas-swieq fi prodotti agrikoli u li jħassar ir-Regolamenti tal-Kunsill (KEE) Nru 922/72, (KEE) Nru 234/79, (KE) Nru 1037/2001 u (KE) Nru 1234/2007 (1),
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006 tal-31 ta' Awwissu 2006 li jistabbilixxi regoli komuni għall-amministrazzjoni ta' kwoti ta' tariffi fuq l-importazzjoni għal prodotti agrikoli ġestiti b'sistema ta' liċenzji ta' importazzjoni (2), u b'mod partikulari l-Artikolu 7(2) tiegħu,
Wara li kkunsidrat ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009 tal-25 ta' Settembru 2009 li jiftaħ u jipprovdi għall-amministrazzjoni ta' ċerti kwoti tariffarji tal-Komunità fis-settur taz-zokkor (3), u b'mod partikulari l-Artikolu 5(2) tiegħu,
Billi:
|
(1) |
Il-kwantitajiet li jkopru l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mressqa lill-awtoritajiet kompetenti mill-1 sas-7 ta' April 2014 skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009 u r-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 170/2013 tal-25 ta' Frar 2013 li jistipula miżuri ta' tranżizzjoni fis-settur taz-zokkor minħabba l-adeżjoni tal-Kroazja (4), jaqbżu l-kwantità disponibbli skont is-serje li ġġib in-numru 09.4321. |
|
(2) |
Għalhekk, għandu jiġi ffissat koeffiċjent tal-allokazzjoni għal-liċenzji li għandhom jinħarġu fir-rigward tas-serje li ġġib in-numru 09.4321 skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1301/2006. It-tressiq ta' iktar applikazzjonijiet għal-liċenzji għal dawk in-numri tas-serje għandu jkun sospiż sa tmiem is-sena tas-suq, skont ir-Regolament (KE) Nru 891/2009, |
ADOTTAT DAN IR-REGOLAMENT:
Artikolu 1
1. Il-kwantitajiet li għalihom tressqu l-applikazzjonijiet għal-liċenzji tal-importazzjoni mill-1 sas-7 ta' April 2014 skont ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 891/2009 u skont ir-Regolament ta' Implimentazzjoni tal-Kummissjoni (UE) Nru 170/2013 għandhom jiġu mmultiplikati bil-koeffiċjenti tal-allokazzjoni stipulati fl-Anness ta' dan ir-Regolament.
2. It-tressiq ta' iktar applikazzjonijiet għal-liċenzji, li jikkorrispondu man-numri tas-serje mogħtija fl-Anness, għandu jkun sospiż sa tmiem is-sena tas-suq 2013/2014.
Artikolu 2
Dan ir-Regolament għandu jidħol fis-seħħ dakinhar li jiġi ppubblikat f'Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.
Dan ir-Regolament għandu jorbot fl-intier tiegħu u japplika direttament fl-Istati Membri kollha.
Magħmul fi Brussell, it-22 ta' April 2014.
Għall-Kummissjoni,
F'isem il-President,
Jerzy PLEWA
Direttur Ġenerali għall-Agrikoltura u l-Iżvilupp Rurali
(1) ĠU L 347, 20.12.2013, p. 671.
(2) ĠU L 238, 1.9.2006, p. 13.
ANNESS
Il-konċessjonijiet taz-zokkor tal-iskeda bin-numru CXL
Is-sena tas-suq 2013/2014
Applikazzjonijiet li tressqu mill-1 sas-7 ta' April 2014
|
In-numru tas-serje |
Il-pajjiż |
Il-koeffiċjent tal-allokazzjoni (f'perċentwal) |
Iktar applikazzjonijiet |
|
09.4317 |
L-Awstralja |
— |
Sospiżi |
|
09.4318 |
Il-Brażil |
— |
|
|
09.4319 |
Il-Kuba |
— |
Sospiżi |
|
09.4320 |
Kwalunkwe pajjiż terz |
— |
Sospiżi |
|
09.4321 |
L-Indja |
15,8701 |
Sospiżi |
Iz-zokkor mill-Balkani
Is-sena tas-suq 2013/2014
Applikazzjonijiet li tressqu mill-1 sas-7 ta' April 2014
|
In-numru tas-serje |
Il-pajjiż |
Il-koeffiċjent tal-allokazzjoni (f'perċentwal) |
Iktar applikazzjonijiet |
|
09.4324 |
L-Albanija |
— |
|
|
09.4325 |
Il-Bożnija u Ħerzegovina |
(1) |
|
|
09.4326 |
Is-Serbja |
(1) |
|
|
09.4327 |
Dik li kienet ir-Repubblika Jugoslava tal-Maċedonja |
— |
|
Il-miżuri ta' tranżizzjoni, iz-zokkor għall-importazzjoni eċċezzjonali u dak għall-importazzjoni industrijali
Is-sena tas-suq 2013/2014
Applikazzjonijiet li tressqu mill-1 sas-7 ta' April 2014
|
In-numru tas-serje |
It-tip |
Il-koeffiċjent tal-allokazzjoni (f'perċentwal) |
Iktar applikazzjonijiet |
|
09.4367 |
Tranżizzjonali (il-Kroazja) |
— |
Sospiżi |
|
09.4380 |
Eċċezzjonali |
— |
|
|
09.4390 |
Industrijali |
— |
|
|
— |
: |
Mhux applikabbli: il-Kummissjoni ma rċeviet l-ebda applikazzjoni għal-liċenzja. |
|
(1) |
Mhux applikabbli: l-applikazzjonijiet ma jaqbżux il-kwantitajiet disponibbli u qed jingħataw kollha. |