3.9.2009   

MT

Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea

L 232/11


DEĊIŻJONI TAL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE

Nru 60/2009

tad-29 ta’ Mejju 2009

li temenda l-Anness II (Regolamenti tekniċi, standards, ittestjar u ċertifikazzjoni) tal-Ftehim taż-ŻEE

IL-KUMITAT KONĠUNT TAŻ-ŻEE,

Wara li kkunsidra l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, kif emendat mill-Protokoll li jaġġusta l-Ftehim dwar iż-Żona Ekonomika Ewropea, minn hawn 'il quddiem imsejjaħ “il-Ftehim”, u b'mod partikolari l-Artikolu 98 tiegħu,

Billi:

(1)

L-Anness II tal-Ftehim kien ġie emendat bid-Deċiżjoni tal-Kumitat Konġunt taż-ŻEE Nru 27/2009 tas-17 ta’ Marzu 2009 (1).

(2)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 tad-19 ta' Diċembru 2006 li jiffissa l-livelli massimi ta’ ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel (2) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim. Hu xieraq li jingħata permess lin-Norveġja u lill-Iżlanda biex iżommu l-livell massimu aktar baxx għad-dijossini u PCBs li jixbħu lid-dijossina fiż-żejt tal-baħar kif stabbilit fil-leġiżlazzjoni nazzjonali tagħhom, adottata għal raġunijiet ta’ saħħa pubblika.

(3)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2007 tat-28 ta’ Settembru 2007 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 li jistabbilixxi l-livelli massimi ta' ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel fir-rigward ta' tossini Fusarium fil-qamħirrun u l-prodotti tal-qamħirrun (3) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(4)

Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 629/2008 tat-2 ta’ Lulju 2008 li jemenda r-Regolament (KE) Nru 1881/2006 li jiffissa l-livelli massimi ta’ ċerti kontaminanti fl-oġġetti tal-ikel (4) għandu jiġi inkorporat fil-Ftehim.

(5)

Ir-Regolament (KE) Nru 1881/2006 jħassar ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 466/2001 (5), li jinsab inkorporat fil-Ftehim u li konsegwentement għandu jitħassar taħt dan il-Ftehim.

(6)

Din id-Deċiżjoni m’għandhiex tapplika għal-Liechtenstein,

IDDEĊIEDA DAN LI ĠEJ:

Artikolu 1

Il-Kapitolu XII tal-Anness II tal-Ftehim għandu jiġi emendat kif ġej:

1.

It-test tal-punt 54zn (ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 466/2001) għandu jitħassar.

2.

Dan li ġej għandu jiddaħħal wara l-punt 54zzzy (id-Direttiva tal-Kummissjoni 2008/60/KE):

“54zzzz.

32006 R 1881: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1881/2006 tad-19 ta' Diċembru 2006 (ĠU L 364, 20.12.2006, p. 5), kif emendat minn:

—

32007 R 1126: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 1126/2007 tat-28 ta' Settembru 2007 (ĠU L 255, 29.9.2007, p. 14),

—

32008 R 0629: Ir-Regolament tal-Kummissjoni (KE) Nru 629/2008 tat-2 ta’ Lulju 2008 (ĠU L 173, 3.7.2008, p. 6).

Id-dispożizzjonijiet tar-Regolament għandhom, għall-finijiet ta' dan il-Ftehim, jinqraw bl-adattament li ġej:

Dan li jmiss għandu jiddaħħal fl-Artikolu 1:

‘Fir-rigward tal-livell massimu għad-dijossini u PCBs li jixbħu lid-dijossini, fiż-żejt tal-baħar, l-Iżlanda u n-Norveġja jistgħu jżommu livell massimu għat-total ta’ dijossini, furnai u (PCBs) li jixbħu lid-dijossini (WHO-PCDD/F-PCB-TEQ) ta’ 5 pg/g xaħam.’ ”

Artikolu 2

It-testi tar-Regolamenti (KE) Nri 1881/2006, 1126/2007 u 629/2008 fl-ilsien Iżlandiż u fl-ilsien Norveġiż, li għandhom jiġu ppublikati fis-Suppliment taż-ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea, huma b'dan awtentiċi.

Artikolu 3

Din id-Deċiżjoni għandha tidħol fis-seħħ fit-30 ta’ Mejju 2009, sakemm in-notifiki kollha taħt l-Artikolu 103(1) tal-Ftehim ikunu ġew magħmula lill-Kumitat Konġunt taż-ŻEE (*1).

Artikolu 4

Din id-Deċiżjoni għandha tiġi pubblikata fis-Sezzjoni ŻEE u fis-Suppliment ŻEE ta’ Il-Ġurnal Uffiċjali tal-Unjoni Ewropea.

Magħmul fi Brussell, id-29 ta’ Mejju 2009.

Għall-Kumitat Konġunt taż-ŻEE

Il-President

Alan SEATTER


(1)   ĠU L 130, 28.5.2009, p. 19.

(2)   ĠU L 364, 20.12.2006, p. 5.

(3)   ĠU L 255, 29.9.2007, p. 14.

(4)   ĠU L 173, 3.7.2008, p. 6.

(5)   ĠU L 77, 16.3.2001, p. 1.

(*1)  L-ebda obbligi kostituzzjonali m’huma indikati.